28.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

228


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 401/2006

tat-23 ta’ Frar 2006

li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta' kampjuni u l-metodi ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ mikotossini fl-oġġetti ta’ l-ikel

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel, mas-saħħa u mar-regoli dwar il-welfare ta’ l-annimali (1), b’mod partikolari l-Artikolu 11 (4)

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 466/2001 tat-8 ta’ Marzu 2001 li jistabbilixxi livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta’ l-ikel (2) jipprovdi għal limiti massimi għal ċerti mikotossini f’ċerti oġġetti ta’ l-ikel.

(2)

It-teħid ta’ kampjuni għandu parti kruċjali fil-preċiżjoni tad-determinazzjoni tal-livelli tal-mikotossini, li f’lott ikunu mqassma b’mod tassew eteroġenu. Huwa għalhekk neċessarju li jkunu ffissati kriterji ġenerali li magħhom għandu jikkonforma l-metodu tat-teħid ta’ kampjuni.

(3)

Huwa wkoll neċessarju li jiġu ffissati kriterji ġenerali li magħhom għandu jikkonforma l-metodu ta’ analiżi sabiex ikun żgurat li l-laboratorji ta’ kontroll jużaw metodi ta’ analiżi b’livelli ta’ rendiment komparabbli.

(4)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/53/KE tas-16 ta’ Lulju 1998 li tippreskrivi l-metodi tat-teħid ta' kampjuni u ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli għal ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta’ l-ikel (3) tistabbilixxi metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u kriterji ta’ rendiment għall-metodi ta’ analiżi li għandhom jintużaw għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ l-aflatossini fl-oġġetti ta’ l-ikel.

(5)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/26/KE tat-13 ta’ Marzu 2002 li tistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta' kampjuni u l-metodi ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ l-ochratoxin A fl-oġġetti ta’ l-ikel (4), id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/78/KE tal-11 ta’ Awwissu 2003 li tistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta' kampjuni u l-metodi ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli tal-patulin fl-oġġetti ta’ l-ikel (5) u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/38/KE tas-6 ta’ Ġunju 2005 li tistabbilixxi l-metodi ta’ teħid ta' kampjuni u l-metodi ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli tat-tossini Fusarium fl-oġġetti ta’ l-ikel (6) b’mod simili jistabbilixxu l-metodi tat-teħid ta’ kampjuni u l-kriterji ta’ rendiment għall-okratossina A, għall-patulin u għat-tossini Fusarium rispettivament.

(6)

Huwa xieraq li kull meta jkun possibbli jiġi applikat l-istess metodu ta’ teħid ta' kampjuni għall-istess prodott għall-kontroll tal-mikotossini. Għalhekk, il-metodi tat-teħid ta' kampjuni u l-kriterji ta’ rendiment għall-metodi ta’ analiżi li għandhom jintużaw għall-kontroll uffiċjali tal-mikotossini kollha għandhom jittieħdu flimkien f’att ġuridiku wieħed sabiex isir aktar faċli li jiġu applikati.

(7)

L-aflatossini huma mqassma b’mod tassew eteroġenu f’lott, b’mod partikolari f’lott ta’ prodotti ta’ l-ikel li b’partiċelli ta’ daqs kbir bħat-tin imqadded jew il-karawett. Sabiex tinkiseb l-istess kwalità rappreżentattiva, għal gruppi bi prodotti ta’ l-ikel b’partiċelli ta’ daqs kbir, il-piż tal-kampjun aggregat għandu jkun akbar milli fil-każ ta’ gruppi bi prodotti ta’ l-ikel li b’daqs iżgħar tal-partiċelli. Minħabba li t-tqassim tal-mikotossini fil-prodotti pproċessati huwa ġeneralment inqas eteroġenu milli fil-prodotti taċ-ċereali li mhumiex ipproċessati, huwa xieraq li jkunu provduti dispożizzjonjiet aktar sempliċi ta’ teħid ta’ kampjuni għall-prodotti pproċessati

(8)

Għalhekk, id-Direttivi 98/53/KE, 2002/26/KE, 2003/78/KE u 2005/38/KE għandhom jiġu revokati.

(9)

Huwa xieraq li d-data ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tikkoinċidi mad-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 856/2005 tas-6 ta’ Ġunju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 466/2001 fejn għandhom x’jaqsmu t-tossini Fusarium  (7).

(10)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond il-fehma tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-teħid ta’ kampjuni għall-kontroll uffiċjali tal-livelli tal-mikotossini fl-oġġetti ta’ l-ikel għandu jitwettaq skond il-metodi ddikjarati fl-Anness I.

Artikolu 2

Il-preparazzjoni tal-kampjuni u l-metodi ta’ analiżi użati għall-kontroll uffiċjali tal-livelli tal-mikotossini fl-oġġetti ta’ l-ikel għandhom ikunu konformi mal-kriterji ddikjarati fl-Anness II.

Artikolu 3

Id-Direttivi 98/53/KE, 2002/26/KE, 2003/78/KE u 2005/38/KE huma revokati

Ir-referenzi għad-Direttivi revokati għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar it-23 ta’ Frar 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 165, tat-30.4.2004, p. 1, verżjoni korretta fil-ĠU L 191, tat-28.5.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 77, tas-16.3.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 199/2006 (ĠU L 32, 4.2.2006, p. 34).

(3)  ĠU L 201, tas-17.7.1998, p. 93. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/43/KE (ĠU L 113, ta' l-20.4.2004, p. 14).

(4)  ĠU L 75, tas-16.3.2002, p. 38. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/5/KE (ĠU L 27, tad-29.1.2005, p. 38).

(5)  ĠU L 203, tat-12.8.2003, p. 40.

(6)  ĠU L 143, tas-7.6.2005, p. 18.

(7)  ĠU L143, tas-7.6.2005, p. 3.


L-ANNESS I (1)

IL-METODI TAT-TEĦID TA' KAMPJUNI GĦALL-KONTROLL UFFIĊJALI TAL-LIVELLI TAL-MIKOTOSSINI FL-OĠĠETTI TA’ L-IKEL

A.   ID-DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Għandhom jitwettqu kontrolli uffiċjali skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. Id-dispożizzjonijiet ġenerali li ġejjin għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet fir-Regolament (KE) 882/2004

A.1.   L-għan u l-ambitu

Il-kampjuni maħsuba għall-kontroll uffiċjali tal-livelli tal-kontenut ta’ mikotossini fl-oġġetti ta’ l-ikel għandhom jittieħdu skond il-metodi ddikjarati f’dan l-Anness. Il-kampjuni aggregati li jinkisbu b’dan il-mod għandhom jitqiesu bħala rappreżentattivi tal-lottijiet. Il-konfomità mal-limiti massimi stabbiliti fir-Regolament (KE) 466/2001 għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-livelli li ġew iddeterminati fil-kampjuni tal-laboratorju.

A.2.   Id-definizzjonijiet

Għall-fini ta’ dan l-Anness, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

A.2.1

“lott” tfisser kwantità identifikabbli ta’ prodott ta’ l-ikel kkunsinjata f’daqqa u ddeterminata mill-uffiċjal bħala li għandha karatteristiċi komuni, bħall-oriġini, il-varjetà, it-tip ta’ ppakkjar, min jippakkjah, min jagħmel il-kunsinna jew l-immarkar;

A.2.2

“sublott” tfisser parti magħżula minn lott kbir sabiex ikun applikat il-metodu tat-teħid ta’ kampjuni fuq dik il-parti magħżula; kull sublott irid ikun separat fiżikament u identifikabbli;

A.2.3

“kampjun inkrementali” tfisser kwantità ta’ materjal meħud minn post wieħed fil-lott jew fis-sublott;

A.2.4

“kampjun aggregat” tfisser it-total magħqud tal-kampjuni inkrementali kollha meħuda mil-lott jew mis-sublott.;

A.2.5

“kampjun tal-laboratorju” tfisser kampjun intenzjonat għal-laboratorju.

A.3.   Id-dispożizzjonijiet ġenerali

A.3.1   L-istaff

It-teħid ta’ kampjuni għandu jsir minn persuna awtorizzata kif nominata mill-Istat Membru.

A.3.2   Il-materjal li minnu għandhom jittieħdu l-kampjuni

Kull lott li ser jiġi eżaminat għandhom jittieħdu minnu l-kampjuni b’mod separat. Skond id-dispożizzjonijiet speċifiċi tat-teħid ta’ kampjuni għall-mikotossini differenti, lottijiet kbar għandhom jiġu suddiviżi f’sublottijiet li għandhom jittieħdu minnhom il-kampjuni b’mod separat.

A.3.3   Il-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu

Waqt it-teħid u l-preparazzjoni tal-kampjuni, għandhom jittieħdu prekawzjonijiet biex tiġi evitata kwalunkwe bidla, li tista’ taffetwa:

il-kontenut tal-mikotossini, li jaffettwa b’mod negattiv id-determinazzjoni analitika jew li jagħmel lill-kampjuni aggregati mhux rappreżentattivi;

is-sikurezza alimentari tal-lottijiet li minnhom ser jittieħdu l-kampjuni.

Għandhom ukoll jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex tkun żgurata s-sikurezza tal-persuni li qed jieħdu l-kampjuni.

A.3.4   Il-kampjuni inkrementali

Safejn huwa possibbli għandhom jittieħdu kampjuni inkrementali minn postijiet differenti mqassma mal-lott jew mas-sublott kollu. Varjazzjoni minn tali proċedura għandha tkun irreġistrata fir-rekord provdut fil-parti A.3.8. ta’ dan l-Anness I.

A.3.5   Il-preparazzjoni tal-kampjun aggregat

Il-kampjun aggregat għandu jkun magħmul billi jingħaqdu flimkien il-kampjuni inkrementali.

A.3.6   Il-kampjuni replikati

Il-kampjuni replikati għal raġunijiet ta’ infurzar, kummerċ (difiża) u referenza (arbitraġġ) għandhom jittieħdu mill-kampjun aggregat omoġenizzat, sakemm tali proċedura ma tmurx kontra r-regoli ta’ l-Istati Membri fir-rigward tad-drittijiet ta’ l-operatur tan-negozju ta’ l-ikel.

A.3.7   L-ippakkjar u t-trasmissjoni tal-kampjuni

Kull kampjun għandu jitpoġġa f’kontenitur nadif u inerti li joffri ħarsien adegwat mill-kontaminazzjoni u mill-ħsara waqt il-vjaġġ. Għandhom jittieħu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji biex tkun evitata kwalunkwe bidla fil-kompożizzjoni tal-kampjun, li tista’ sseħħ waqt il-ġarr jew il-ħażna.

A.3.8   Is-siġillar u t-tikettjar tal-kampjuni

Kull kampjun meħud għal użu uffiċjali għandu jkun issiġillat fil-post fejn ittieħdu l-kampjuni u għandu jiġi identifikat skond ir-regoli ta’ l-Istat Membru.

Għandu jinżamm rekord ta’ kull darba li jittieħed kampjun, ħalli kull lott ikun jista’ jiġi identifikat mingħajr ambigwità u fejn jingħataw id-data u l-post fejn ittieħdu l-kampjuni flimkien ma’ kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tista’ tkun ta’ għajnuna għall-analist.

A.4.   Tipi differenti ta’ lottijiet

Il-prodotti ta’ l-ikel jistgħu jiġu nnegozjati bil-kwantità, f’kontenituri, jew f’pakketti individwali, bħal xkejjer, basktijiet, ippakkjar għall-bejgħ bl-imnut. Il-metodu tat-teħid ta’ kampjuni jista’ jiġi applikat għall-forom kollha differenti li fihom il-prodotti jitqiegħdu fuq is-suq.

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li ġew stabbiliti f’partijiet oħra ta’ dan l-Anness, il-formula li ġejja tista’ tintuża bħala gwida għat-teħid ta’ kampjuni tal-lottijiet innegozjati f’pakketti individwali, bħal xkejjer, basktijiet, ippakkjar għall-bejgħ bl-imnut.

Formula

il-piż: f’kg

il-frekwenza tat-teħid ta’ kampjuni (SF): kull numru n ta' xkora jew baskett li minnha/u trid/irid t/jittieħed kampjun inkrementali (iċ-ċifri deċimali għandhom jitressqu lejn l-eqreb numru sħiħ).

B.   IL-METODU TAT-TEĦID TA’ KAMPJUNI GĦAĊ-ĊEREALI U GĦALL-PRODOTTI TAĊ-ĊEREALI

Dan il-metodu tat-teħid ta’ kampjuni huwa ta’ applikazzjoni għall-kontroll uffiċjali tal-livelli massimi stabbiliti għall-aflatossina B1, għall-aflatossini totali, għall-okratossina A u għat-tossini Fusarium fiċ-ċereali u fil-prodotti taċ-ċereali.

B.1.   Il-piż tal-kampjun inkrementali

Il-piż tal-kampjun inkrementali għandu jkun ta’ madwar 100 gramma, sakemm mhux definit mod ieħor f’din il-parti B ta’ l-Anness I.

Fil-każ tal-lottijiet f’ippakkjar għall-bejgħ bl-imnut, il-piż tal-kampjun inkrementali għandu jiddependi mill-piż tal-pakkett għall-bejgħ bl-imnut.

Fil-każ tal-pakketti għall-bejgħ bl-imnut li jiżnu aktar minn 100 gramma, dan ser jirriżulta f’kampjuni aggregati li jiżnu aktar minn 10 kg. Jekk il-piż ta’ pakkett għall-bejgħ bl-imnut wieħed huwa ta’ ħafna aktar minn 100 gramma, allura għandhom jittieħdu 100 gramma minn kull pakkett għall-bejgħ bl-imnut individwali bħala kampjun inkrementali. Dan jista’ jsir jew meta jittieħed il-kampjun jew fil-laboratorju. Madankollu, f’każi fejn tali metodu ta’ teħid ta’ kampjuni jista’ jwassal għal konsegwenzi kummerċjali inaċċettabbli li jirriżultaw minn ħsara lil-lott (minħabba l-forom ta’ l-ippakkjar, il-mezzi tal-ġarr, eċċ.), allura jista’ jiġi applikat metodu alternattiv ta’ teħid ta’ kampjuni. Pereżempju, f’każ fejn prodott ta’ valur huwa kkummerċjalizzat f’pakketti għall-bejgħ bl-imnut ta’ 500 gramma jew ta’ 1 kg, il-kampjun aggregat jista’ jinkiseb permezz ta’ l-aggregazzjoni ta’ numru ta’ kampjun inkrementali li huwa iżgħar min-numru indikat fit-tabelli 1 u 2, b’kundizzjoni li l-piż tal-kampjun aggregat huwa l-istess bħalma huwa l-piż meħtieġ tal-kampjun aggregat li jissemma fit-tabelli 1 u 2.

Fejn il-pakkett għall-bejgħ bl-imnut huwa ta’ inqas minn 100 gramma u jekk id-differenza mhix kbira ħafna, pakkett għall-bejgħ bl-imnut wieħed irid jitqies bħala kampjun inkrementali wieħed, li jirriżulta f’kampjun aggregat ta’ inqas minn 10 kg. Jekk il-piż tal-pakkett għall-bejgħ bl-imnut huwa ta’ ħafna inqas minn 100 gramma, kampjun inkrementali wieħed jikkonsisti minn żewġ pakketti għall-bejgħ bl-imnut jew aktar, fejn jintlaħaq valur kemm jista’ jkun qrib il-100 gramma.

B.2.   Servej ġenerali tal-metodu tat-teħid ta’ kampjuni għaċ-ċereali u għall-prodotti taċ-ċereali

Tabella 1

Is-suddiviżjoni tal-lottijiet f’sublottijiet skond il-prodott u l-piż tal-lott

Il-prodott

Il-piż tal-lott (tunnellati)

Il-piż jew numru ta’ sublottijiet

L-ebda kampjun inkrementali

Il-piż tal-kampjun aggregat (kg)

Ċereali u prodotti taċ-ċereali

≥ 1 500

500 tunnellata

100

10

>300 u < 1 500

3 sublottijiet

100

10

≥ 50 u ≤ 300

100 tunnellata

100

10

< 50

3-100 (*)

1-10

B.3.   Il-metodu tat-teħid ta’ kampjuni għaċ-ċereali u għall-prodotti taċ-ċereali għal-lottijiet ta’ ≥ 50 tunnellata

B’kundizzjoni li s-sublott jista’ jiġi separat fiżikament, kull lott għandu jiġi suddiviż f’sublottijiet skond it-Tabella 1. Minħabba li l-piż tal-lott mhuwiex dejjem eżattament multiplu tal-piż tas-sublottijiet, il-piż tas-sublott jista’ jeċċedi l-piż imsemmi b’massimu ta’ 20 %. Fil-każ li l-lott mhuwiex jew ma jistax ikun fiżikament separat f’sublottijiet, jittieħdu minimu ta’ 100 kampjun inkrementali mil-lott.

Għandhom jittieħdu kampjuni ta’ kull sublott separatament.

In-numru ta’ kampjuni inkrementali: 100. Il-piż tal-kampjun aggregat = 10 kg

Jekk mhux possibbli li jitwettaq il-metodu tat-teħid ta’ kampjuni stabbilit f’dan il-punt minħabba l-konsegwenzi kummerċjali inaċċettabbli li jirriżultaw minn ħsara lil-lott (minħabba l-forom ta’ l-ippakkjar, il-mezzi tat-trasport, eċċ.) jista’ jiġi applikat metodu alternattiv ta’ teħid ta’ kampjuni sakemm dan ikun rappreżentattiv kemm jista’ jkun u jkun deskritt u ddokumentat b’mod sħiħ. Jista’ jiġi applikat ukoll metodu alternattiv ta’ teħid ta’ kampjuni f’każijiet fejn huwa prattikament impossibbli li jkun applikat il-metodu tat-teħid ta’ kampjuni li ssemma aktar ’il fuq. Pereżempju, dan huwa l-każ fejn jinżammu lottijiet kbar ta’ ċereali f’imħażen jew fejn iċ-ċereali jinħażnu f’silos (2).

B.4.   Il-metodu tat-teħid ta’ kampjuni għaċ-ċereali u għall-prodotti taċ-ċereali għal-lottijiet ta’ < 50 tunnellata

Għal-lottijiet taċ-ċereali u tal-prodotti taċ-ċereali ta’ inqas minn 50 tunnellata, il-pjan għat-teħid ta’ kampjuni għandu jintuża b’10 sa 100 kampjun inkrementali, skond il-piż tal-lott, li jirriżulta f’kampjun aggregat ta’ 1 sa 10 kg. Għal-lottijiet tassew żgħar (≤ 0.5 ta’ tunnellata) jista’ jittieħed numru iżgħar ta’ kampjuni inkrementali, imma l-kampjun aggregat li jgħaqqad il-kampjuni inkrementali kollha f’dak il-każ għandu jkun ukoll ta’ mill-inqas 1 kg.

Jistgħu jintużaw iċ-ċifri fit-Tabella 2 biex ikun iddeterminat in-numru tal-kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu.

Tabella 2

In-numru tal-kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu li jiddependi mill-piż tal-lott taċ-ċereali u tal-prodotti taċ-ċereali

Il-piż tal-lott (tunnellati)

In-nru ta’ kampjuni inkrementali

Il-piż tal-kampjun aggregat

(kg)

≤ 0.05

3

1

> 0.05-≤ 0.5

5

1

> 0.5-≤ 1

10

1

> 1-≤ 3

20

2

> 3-≤ 10

40

4

> 10-≤ 20

60

6

> 20-≤ 50

100

10

B.5.   It-teħid ta’ kampjuni fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut

Fejn huwa possibbli, it-teħid ta’ kampjuni ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut irid isir skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din il-parti B ta’ l-Anness I.

Fejn dak ma jkunx possibbli, jista’ jiġi applikat metodu alternattiv ta’ teħid ta’ kampjuni fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut, sakemm dan jiżgura li l-kampjun aggregat huwa rappreżentattiv b’mod suffiċjenti tal-lott li minnu ttieħdu l-kampjuni u huwa deskritt u ddokumentat b’mod sħiħ. Ikun xi jkun il-każ, il-kampjun aggregat għandu jkun ta’ mill-inqas 1 kg (3).

B.6.   L-aċċettazzjoni ta’ lott jew ta’ sublott

aċċettazzjoni jekk il-kampjun tal-laboratorju jikkonforma mal-limitu massimu, jekk jitqiesu l-korrezzjoni għall-irkupru u l-inċertezza tal-qjies;

rifjut jekk, mingħajr l-iċken dubju, il-kampjun tal-laboratorju jeċċedi l-limitu massimu, jekk jitqiesu l-korrezzjoni għall-irkupru u l-inċertezza tal-qjies.

C.   IL-METODU TAT-TEĦID TA’ KAMPJUNI GĦALL-FROTT IMNIXXEF, INKLUŻ FROTT IMNIXXEF TAD-DIELJA U PRODOTTI DERIVATI IMMA BL-EĊĊEZZJONI TAT-TIN IMQADDED

Dan il-metodu ta’ teħid ta’ kampjuni huwa ta’ applikazzjoni għall-kontroll uffiċjali tal-livelli massimi stabbiliti għal

l-aflatossina B1 u l-aflatossini totali fi frott imnixxef imma bl-eċċezzjoni tat-tin imqadded u

l-okratossina A fi frott imnixxef tad-dielja (passolina, żbib u sultana).

C.1.   Il-piż tal-kampjun inkrementali

Il-piż tal-kampjun inkrementali għandu jkun ta’ madwar 100 gramma, sakemm mhux iddefinit mod ieħor f’din il-parti C ta’ l-Anness I.

Fil-każ ta’ lottijiet f’ippakkjar għall-bejgħ bl-imnut, il-piż tal-kampjun inkrementali jiddependi mill-piż ta’ l-ippakkjar għall-bejgħ bl-imnut.

Fil-każ tal-pakketti għall-bejgħ bl-imnut ta’ aktar minn 100 gramma, dan ser jirriżulta f’kampjuni aggregati li jiżnu aktar minn 10 kg. Jekk il-piż ta’ pakkett għall-bejgħ bl-imnut wieħed huwa ta’ ħafna aktar minn 100 gramma, allura għandhom jittieħdu 100 gramma minn kull pakkett għall-bejgħ bl-imnut individwali bħala kampjun inkrementali. Dan jista’ jsir jew meta jittieħed il-kampjun jew fil-laboratorju. Madankollu, f’każijiet fejn tali metodu ta’ teħid ta’ kampjuni jista’ jwassal għal konsegwenzi kummerċjali inaċċettabbli li jirriżultaw minn ħsara lil-lott (minħabba l-forom ta’ l-ippakkjar, il-mezzi tat-trasport, eċċ.) allura jista’ jiġi applikat metodu alternattiv ta’ teħid ta’ kampjuni. Pereżempju, fil-każ fejn prodott ta’ valur huwa kkummerċjalizzat f’pakketti għall-bejgħ bl-imnut ta’ 500 gramma jew 1 kg, il-kampjun aggregat jista’ jinkiseb bl-aggregazzjoni ta’ numru ta’ kampjuni inkrementali li huwa iżgħar min-numru indikat fit-tabelli 1 u 2, sakemm il-piż tal-kampjun aggregat jikkorrispondi għall-piż meħtieġ tal-kampjun aggregat li jissemma fit-tabelli 1 u 2.

Fejn il-pakkett għall-bejgħ bl-imnut huwa ta’ inqas minn 100 gramma u jekk id-differenza mhix kbira ħafna, pakkett għall-bejgħ bl-imnut wieħed għandu jitqies bħala kampjun inkrementali wieħed, li jirriżulta f’kampjun aggregat ta’ inqas minn 10 kg. Jekk il-piż tal-pakkett għall-bejgħ bl-imnut huwa ta’ ħafna inqas minn 100 gramma, kampjun inkrementali wieħed għandu jikkonsisti minn żewġ pakketti għall-bejgħ bl-imnut jew aktar, fejn jintlaħaq valur kemm jista’ jkun qrib il-100 gramma.

C.2.   Servej ġenerali tal-metodu tat-teħid ta’ kampjuni tal-frott imnixxef, bl-eċċezzjoni tat-tin

Tabella 1

Is-suddiviżjoni tal-lottijiet f’sublottijiet skond il-prodott u l-piż tal-lott

Il-prodott

Il-piż tal-lott (tunnellati)

Il-piż jew in-numru ta’ sublottijiet

In-nru ta’ kampjuni inkrementali

Il-piż tal-kampjun aggregat (kg)

Frott imqadded

≥ 15

15-30 tunnellata

100

10

< 15

10-100 (**)

1-10

C.3.   Il-metodu tat-teħid ta’ kampjuni għall-frott imnixxef (lottijiet ta’ ≥ 15-il tunnellata), bl-eċċezzjoni tat-tin

Sakemm is-sublott jista’ jiġi separat fiżikament, kull lott għandu jiġi suddiviż f’sublottijiet skond it-tabella 1. Jekk jitqies li l-piż tal-lott mhuwiex dejjem eżattament multiplu tal-piż tas-sublottijiet, il-piż tas-sublott jista’ jeċċedi l-piż imsemmi b’massimu ta’ 20 %.

Għandhom jittieħdu kampjuni ta’ kull sublott separatament.

In-numru ta’ kampjuni inkrementali: 100. Il-piż tal-kampjun aggregat = 10 kg

Jekk ma jkunx possibbli li jitwettaq il-metodu tat-teħid ta’ kampjuni li ġie deskritt aktar ’il fuq minħabba l-konsegwenzi kummerċjali li jirriżultaw minn ħsara lil-lott (minħabba l-forom ta’ l-ippakkjar, il-mezzi tat-trasport, eċċ.) jista’ jiġi applikat metodu alternattiv ta’ teħid ta’ kampjuni sakemm dan ikun kemm jista’ jkun rappreżentattiv u jkun deskritt u ddokumentat bis-sħiħ.

C.4.   Il-metodu għat-teħid ta’ kampjuni għall-frott imnixxef (lottijiet ta’ < 15-il tunnellata), bl-eċċezzjoni tat-tin

Għal-lottijiet tal-frott imnixxef, ħlief għat-tin, taħt il-15-il tunnellata l-pjan tat-teħid ta’ kampjuni għandu jintuża b’10 sa 100 kampjun inkrementali, jiddependi mill-piż tal-lott, li jirriżulta f’kampjun aggregat ta’ 1 sa 10 kg

Iċ-ċifri fit-tabella li ġejja jistgħu jintużaw biex jiġi ddeterminat in-numru ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu.

Tabella 2

In-numru ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu skond il-piż tal-lott ta’ frott imnixxef

Il-piż tal-lott (tunnellati)

In-Nru ta’ kampjuni inkrementali

Il-piż tal-kampjun aggregat (kg)

≤ 0.1

10

1

> 0.1-≤ 0.2

15

1,5

> 0.2-≤ 0.5

20

2

> 0.5-≤ 1.0

30

3

> 1.0-≤ 2.0

40

4

> 2.0-≤ 5.0

60

6

> 5.0-≤ 10.0

80

8

> 10.0-≤ 15.0

100

10

C.5.   It-teħid ta’ kampjuni fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut

Fejn ikun possibbli, it-teħid ta’ kampjuni ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut għandu jsir skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din il-parti ta’ l-Anness I.

Fejn dak ma jkunx possibbli, jista’ jintuża metodu ieħor alternattiv ta’ teħid ta’ kampjuni fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut sakemm dan jiżgura li l-kampjun aggregat huwa rappreżentattiv b’mod suffiċjenti tal-lott li minnu ttieħdu l-kampjuni u huwa deskritt u ddokumentat b’mod sħiħ. Ikun xi jkun il-każ, il-kampjun aggregat għandu jkun ta’ mill-inqas 1 kg (4).

C.6.   Id-dispożizzjonijiet speċifiċi tat-teħid ta’ kampjuni għall-frott imnixxef bl-eċċezzjoni tat-tin imqadded ikkummerċjalizzat f’pakketti ssiġillati wara li minnhom tneħħiet l-arja

Għal-lottijiet daqs jew ta’ aktar minn 15-il tunnellata għandhom jittieħdu mill-inqas 25 kampjun inkrementali li jirriżultaw f’kampjun aggregat ta’ 10 kg u għal-lottijiet ta’ inqas minn 15-il tunnellata, għandhom jittieħdu 25 % tan-numru ta’ kampjuni inkrementali li jissemma fit-tabella 2 li jirriżultaw f’kampjun aggregat li l-piż tiegħu jikkorrispondi għall-piż tal-lott li minnu ttieħdu l-kampjuni (ara t-tabella 2).

C.7.   L-aċċettazzjoni ta’ lott jew sublott

aċċettazzjoni jekk il-kampjun tal-laboratorju jikkonforma mal-limitu massimu, jekk jitqiesu l-korrezzjoni għall-irkupru u l-inċertezza tal-qjies;

rifjut jekk, mingħajr l-iċken dubju, il-kampjun tal-laboratorju jeċċedi l-limitu massimu jekk jitqiesu l-korrezzjoni għall-irkupru u l-inċertezza tal-qjies.

D.   IL-METODU TAT-TEĦID TA’ KAMPJUNI GĦAT-TIN IMQADDED, GĦALL-KARAWETT U GĦALL-ĠEWŻ

Dan il-metodu ta’ teħid ta’ kampjuni huwa ta’ applikazzjoni għall-kontroll uffiċjali tal-livelli massimi stabbiliti għall-aflatossina B1 u għall-aflatossini totali fit-tin imqadded, fil-karawett u ġewż.

D.1.   Il-piż tal-kampjun inkrementali

Il-piż tal-kampjun inkrementali għandu jkun ta’ madwar 300 gramma, sakemm mhux iddefinit mod ieħor fil-parti D ta’ l-Anness I.

Fil-każ tal-lottijiet f’pakketti għall-bejgħ bl-imnut, il-piż tal-kampjun inkrementali jiddependi mill-piż tal-pakkett għall-bejgħ bl-imnut.

Fil-każ tal-pakketti għall-bejgħ bl-imnut ta’ aktar minn 300 gramma, dan ser jirriżulta f’kampjuni aggregati li jiżnu aktar minn 30 kg. Jekk il-piż ta’ pakkett għall-bejgħ bl-imnut wieħed huwa ta’ ħafna aktar minn 300 gramma, allura għandhom jittieħdu 300 gramma minn kull pakkett għall-bejgħ bl-imnut individwali bħala kampjun inkrementali. Dan jista’ jsir jew meta jittieħed il-kampjun jew fil-laboratorju. Madankollu, f’każijiet fejn tali metodu ta’ teħid ta’ kampjuni jista’ jwassal għal konsegwenzi kummerċjali inaċċettabbli li jirriżultaw minn ħsara li ssir lil-lott (minħabba l-forom ta’ l-ippakkjar, il-mezzi ta’ trasport. eċċ.), allura jista’ jiġi applikat metodu alternattiv ta’ teħid ta’ kampjuni. Pereżempju, f’każ fejn prodott ta’ valur huwa kkummerċjalizzat f’pakketti għall-bejgħ bl-imnut ta’ 500 gramma jew 1 kg, il-kampjun aggregat jista’ jinkiseb bl-aggregazzjoni ta’ numru ta’ kampjuni inkrementali li huwa iżgħar min-numru indikat fit-tabelli 1, 2 u 3, sakemm il-piż tal-kampjun aggregat jikkorrispondi għall-piż meħtieġ tal-kampjun aggregat li jissemma fit-tabelli 1, 2 u 3.

Fejn il-pakkett għall-bejgħ bl-imnut huwa ta’ inqas minn 300 gramma u jekk id-differenza mhix kbira ħafna, pakkett għall-bejgħ bl-imnut wieħed għandu jitqies bħala kampjun inkrementali wieħed, li jirriżulta f’kampjun aggregat ta’ inqas minn 30 kg. Jekk il-piż tal-pakkett għall-bejgħ bl-imnut huwa ta’ ħafna inqas minn 300 gramma, kampjun inkrementali wieħed għandu jikkonsisti f’żewġ pakketti għall-bejgħ bl-imnut jew aktar, fejn jintlaħaq valur kemm jista’ jkun qrib it-300 gramma.

D.2.   Servej ġenerali tal-metodu tat-teħid ta’ kampjuni għat-tin imqadded, għall-karawett u għall-ġewż

Tabella 1

Is-suddiviżjoni tal-lottijiet f’sublottijiet skond il-prodott u l-piż tal-lott

Il-prodott

Il-piż tal-lott (tunnellati)

Il-piż jew in-numru ta’ sublottijiet

In-nru ta’ kampjuni inkrementali

Il-piż tal-kampjun aggregat (kg)

It-tin imqadded

≥ 15

15-30 tunnellata

100

30

< 15

10-100 (***)

≤ 30

Il-karawett, il-pistaċċi, il-ġewż tal-Brażil u ġewż ieħor

≥ 500

100 tunnellata

100

30

> 125 u < 500

5 sublottijiet

100

30

≥ 15 u ≤ 125

25 tunnellata

100

30

< 15

10-100 (***)

≤ 30

D.3.   Il-metodu tat-teħid ta’ kampjuni għat-tin imqadded, għall-karawett u għall-ġewż (lottijiet ta’ ≥ 15-il tunnellata)

Sakemm is-sublott jista’ jkun separat fiżikament, kull lott għandu jiġi suddiviż f’sublottijiet skond it-tabella 1. Jekk jitqies li l-piż tal-lott mhuwiex dejjem eżattament multiplu tal-piż tas-sublottijiet, il-piż tas-sublott jista’ jeċċedi l-piż imsemmi b’massimu ta’ 20 %.

Għandhom jittieħdu kampjuni ta’ kull sublott separatament.

In-numru ta’ kampjuni inkrementali: 100.

Il-piż tal-kampjun aggregat = 30 kg li għandu jkun imħallat u mqassam fi tliet kampjuni tal-laboratorju ndaqs ta’ 10 kg qabel it-tħin (din id-diviżjoni fi tliet kampjuni tal-laboratorju mhix neċessarja fil-każ tal-karawett u tal-ġewż li ġew suġġetti għal distribuzzjoni jew trattament ieħor fiżiku addizzjonali u għad-disponibilità tat-tagħmir li huwa kapaċi jomoġenizza kampjun ta’ 30 kg).

Kull kampjun tal-laboratorju ta’ 10 kg għandu jintaħan b’mod fin ħafna u jiġi mħallat sew biex tinkiseb omoġenizzazzjoni sħiħa b’mod separat, skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II

Jekk ma jkunx possibbli li jitwettaq il-metodu tat-teħid ta’ kampjuni li ġie deskritt aktar ’il fuq minħabba l-konsegwenzi kummerċjali li jirriżultaw minn ħsara lil-lott (minħabba l-forom ta’ l-ippakkjar, il-mezzi tat-trasport, eċċ.) jista’ jiġi applikat metodu alternattiv ta’ teħid ta’ kampjuni sakemm dan ikun kemm jista’ jkun rappreżentattiv u jkun deskritt u ddokumentat bis-sħiħ.

D.4.   Il-metodu tat-teħid ta’ kampjuni għat-tin imqadded, għall-karawett u għall-ġewż (lottijiet ta’ < 15-il tunnellata)

In-numru ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu jiddependi mill-piż tal-lott, b’minimu ta’ 10 u massimu ta’ 100

Iċ-ċifri fit-tabella 2 li ġejja jistgħu jintużaw biex jiġi ddeterminat in-numru ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu u d-diviżjoni sussegwenti tal-kampjun aggregat.

Tabella 2

In-numru ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu skond il-piż tal-lott u n-numru ta’ suddiviżjonijiet tal-kampjun aggregat

Il-piż tal-lott (tunnellati

In-numru ta’ kampjuni inkrementali

Il-piż tal-kampjun aggregat (kg) (fil-każ ta’ pakketti għall-bejgħ bl-imnut, il-piż tal-kampjun aggregat jista’ jvarja – ara l-punt D.1)

In-numru ta’ kampjuni tal-laboratorju mill-kampjun aggregat

≤ 0.1

10

3

1 (l-ebda diviżjoni)

> 0.1-≤ 0.2

15

4,5

1 (l-ebda diviżjoni)

> 0.2-≤ 0.5

20

6

1 (l-ebda diviżjoni)

> 0.5-≤ 1.0

30

9 (– < 12 kg)

1 (l-ebda diviżjoni)

> 1.0-≤ 2.0

40

12

2

> 2.0-≤ 5.0

60

18 (– < 24 kg)

2

> 5.0-≤ 10.0

80

24

3

> 10.0-≤ 15.0

100

30

3

Il-piż tal-kampjun aggregat ≤30 kg li għandu jiġi mħallat u jinqasam f’żewġ jew tliet kampjuni tal-laboratorju ndaqs ta’ ≤10 kg qabel it-tħin (din id-diviżjoni f’żewġ jew tliet kampjuni tal-laboratorju mhix neċessarja fil-każ tat-tin imqadded, tal-karawett u tal-ġewż li ġew suġġetti għal distribuzzjoni jew trattament ieħor fiżiku addizzjonali u għad-disponibilità ta’ tagħmir li huwa kapaċi jomoġenizza kampjuni li jiżnu sa 30 kg).

F’każijiet fejn il-piż tal-kampjun aggregat huwa ta’ inqas minn 30 kg, il-kampjun aggregat għandu jiġi diviż f’kampjuni tal-laboratorju skond il-gwida li ġejja:

< 12 kg: l-ebda diviżjoni f’kampjuni tal-laboratorju

≥ 12-< 24 kg: diviżjoni f’żewġ kampjuni tal-laboratorju

> 24 kg: diviżjoni fi 3 kampjuni tal-laboratorju

Kull kampjun tal-laboratorju għandu jintaħan b’mod fin ħafna u jiġi mħallat sew biex tintlaħaq omoġenizzazzjoni sħiħa b’mod separat, skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.

Jekk ma jkunx possibbli li jitwettaq il-metodu tat-teħid ta’ kampjuni li ġie deskritt aktar ’il fuq minħabba l-konsegwenzi kummerċjali li jirriżultaw minn ħsara lil-lott (minħabba l-forom ta’ l-ippakkjar, il-mezzi tat-trasport, eċċ.) jista’ jiġi applikat metodu alternattiv ta’ teħid ta’ kampjuni sakemm dan ikun kemm jista’ jkun rappreżentattiv u jkun deskritt u ddokumentat bis-sħiħ.

D.5.   Il-metodu tat-teħid ta’ kampjuni għall-prodotti derivati u għall-ikel kompost

D.5.1.   Il-prodotti derivati b’piż ta’ partiċelli żgħir ħafna, jiġifieri d-dqiq, il-butir tal-karawett (distribuzzjoni omoġenja ta’ kontaminazzjoni mill-aflatossini)

In-numru ta’ kampjuni inkrementali: 100; għal lottijiet ta’ taħt il-50 tunnellata n-numru ta’ kampjuni inkrementali għandu jkun minn 10 sa 100, jiddependi mill-piż tal-lott (ara t-tabella 3)

Tabella 3

In-numru ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu skond il-piż tal-lott

Il-piż tal-lott (tunnellati)

In-nru ta’ kampjuni inkrementali

Il-piż tal-kampjun aggregat (kg)

≤ 1

10

1

> 1-≤ 3

20

2

> 3 ≤ 10

40

4

> 10-≤ 20

60

6

> 20-≤ 50

100

10

Il-piż tal-kampjun inkrementali għandu jkun ta’ madwar 100 gramma. Fil-każ ta’ lottijiet f’pakketti tal-bejgħ bl-imnut, il-piż tal-kampjun inkrementali jiddependi mill-piż tal-pakkett għall-bejgħ bl-imnut.

Il-piż tal-kampjun aggregat = 1-10 kg imħalltin biżżejjed

D.5.2.   Prodotti oħra derivati b’daqs ta’ partiċelli relattivament kbar (distribuzzjoni eteroġena ta’ kontaminazzjoni mill-aflatossini)

Il-metodu tat-teħid ta’ kampjuni u l-aċċettazzjoni bħal tat-tin imqadded, tal-karawett u tal-ġewż ((D.3 u D.4)

D.6.   It-teħid ta’ kampjuni fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut

Fejn huwa possibbli, it-teħid ta’ kampjuni ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut għandu jsir skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din il-parti ta’ l-Anness I.

Fejn dan ma jkunx possibbli, jistgħu jintużaw metodi effettivi oħra ta’ teħid ta’ kampjuni fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut sakemm dawn jiżguraw li l-kampjun aggregat huwa rappreżentattiv b’mod suffiċjenti tal-lot li minnu ttieħdu l-kampjuni u huwa deskritt u ddokumentat bis-sħiħ. Ikun xi jkun il-każ, il-kampjun aggregat għandu jkun ta’ mill-inqas 1 kg (5).

D.7.   Il-metodu speċifiku tat-teħid ta’ kampjuni għall-karawett, għall-ġewż, għat-tin imqadded u għall-prodotti derivati kkummerċjalizzati f’pakketti ssiġillati wara li minnhom tneħħiet l-arja

D.7.1.   Il-pistaċċi, il-karawett, il-ġewż tal-Brażil u t-tin imqadded

Għal-lottijiet li jiżnu 15-il tunnellata jew aktar għandhom jittieħdu ta’ l-inqas 50 kampjun inkrementali li jirriżultaw f’kampjun aggregat ta’ 30 kg, u għal-lottijiet ta’ inqas minn 15-il tunnellata għandhom jittieħdu 50 % tan-numru ta’ kampjuni inkrementali li jissemma fit-tabella 2, li jirriżultaw f’kampjun aggregat li l-piż tiegħu jikkorrispondi għall-piż tal-lott li minnu ttieħdu l-kampjuni (ara t-tabella 2).

D.7.2.   Ġewż li mhux pistaċċi u l-ġewż tal-Brażil

Għal-lottijiet li jiżnu 15-il tunnellata jew aktar għandhom jittieħdu ta’ l-inqas 25 kampjun inkrementali li jirriżultaw f’kampjun aggregat ta’ 30 kg u għal-lottijiet ta’ inqas minn 15-il tunnellata għandhom jittieħdu 25 % tan-numru ta’ kampjuni inkrementali li jissemma fit-tabella 2 li jirriżultaw f’kampjun aggregat li l-piż tiegħu huwa l-istess bħalma huwa l-piż tal-lott li minnu ttieħdu l-kampjuni (ara t-tabella 2).

D.7.3.   Il-prodotti li huma derivati mill-ġewż, mit-tin u mill-karawett b’partiċelli ta’ daqs żgħir

Għal-lottijiet li jiżnu 50 tunnellata jew aktar għandhom jittieħdu ta’ l-inqas 25 kampjun inkrementali li jirriżultaw f’kampjun aggregat ta’ 10 kg u għal-lottijiet ta’ inqas minn 50 tunnellata għandhom jittieħdu 25 % tan-numru ta’ kampjuni inkrementali li jissemma fit-tabella 3 li jirriżultaw f’kampjun aggregat li l-piż tiegħu jikkorrispondi għall-piż tal-lott li minnu ttieħdu l-kampjuni (ara t-tabella 3).

D.8.   L-aċċettazzjoni ta’ lott jew sublott

Għat-tin imqadded, għall-karawett u għall-ġewż li ġew suġġetti għal distribuzzjoni jew trattament fiżiku ieħor:

aċċettazzjoni jekk il-kampjun aggregat jew il-medja tal-kampjuni tal-laboratorju jikkonforma(w) mal-limitu massimu, jekk jitqiesu l-korrezzjoni għall-irkupru u l-inċertezza tal-qjies;

rifjut jekk il-kampjun aggregat jew il-medja tal-kampjuni tal-laboratorju jeċċedi/u l-limitu massimu mingħajr l-iċken dubju jekk jitqiesu l-korrezzjoni għall-irkupru u l-inċertezza tal-qjies.

Għat-tin imqadded, għall-karawett u għall-ġewż maħsuba biex jittieklu direttament mill-bniedem

aċċettazzjoni jekk l-ebda wieħed mill-kampjuni tal-laboratorju ma jeċċedi l-limitu massimu, jekk jitqiesu l-korrezzjoni għall-irkupru u l-inċertezza tal-qjies;

rifjut jekk wieħed jew aktar mill-kampjuni tal-laboratorju jeċċedi/u l-limitu massimu mingħajr l-iċken dubju jekk jitqiesu l-korrezzjoni għall-irkupru u l-inċertezza tal-qjies.

F’każijiet fejn il-kampjun aggregat huwa ta’ 12 kg jew inqas:

aċċettazzjoni jekk il-kampjun tal-laboratorju jikkonforma mal-limitu massimu, jekk jitqiesu l-korrezzjoni għall-irkupru u l-inċertezza tal-qjies;

rifjut jekk, mingħajr l-iċken dubju, il-kampjun tal-laboratorju jeċċedi l-limitu massimu jekk jitqiesu l-korrezzjoni għall-irkupru u l-inċertezza tal-qjies.

E.   IL-METODU GĦAT-TEĦID TA’ KAMPJUNI GĦALL-ĦWAWAR

Dan il-metodu ta’ teħid ta’ kampjuni huwa ta’ applikazzjoni għall-kontroll uffiċjali tal-livelli massimi stabbiliti għall-aflatossina B1 u għall-aflatossini totali fil-ħwawar.

E.1.   Il-piż tal-kampjun inkrementali

Il-piż tal-kampjun inkrementali għandu jkun ta’ madwar 100 gramma, sakemm mhux iddefinit mod ieħor f’din il-parti E ta’ l-Anness I.

Fil-każ tal-lottijiet f’pakketti għall-bejgħ bl-imnut, il-piż tal-kampjun inkrementali jiddependi mill-piż tal-pakkett għall-bejgħ bl-imnut.

Fil-każ tal-pakketti għall-bejgħ bl-imnut ta’ >100 gramma, dan ser jirriżulta f’kampjuni aggregati li jiżnu aktar minn 10 kg. Jekk il-piż ta’ pakkett għall-bejgħ bl-imnut wieħed huwa ta’ >> 100 gramma, allura għandhom jittieħdu 100 gramma minn kull pakkett għall-bejgħ bl-imnut individwali bħala kampjun inkrementali. Dan jista’ jsir jew meta jittieħed il-kampjun jew fil-laboratorju. Madankollu, f’każijiet fejn tali metodu għat-teħid ta’ kampjuni jista’ jwassal għal konsegwenzi kummerċjali inaċċettabbli li jirriżultaw minn ħsara li ssir lil-lott (minħabba l-forom ta’ l-ippakkjar, il-mezzi ta’ trasport. eċċ.), allura jista’ jiġi applikat metodu alternattiv ta’ teħid ta’ kampjuni. Pereżempju, fil-każ fejn prodott ta’ valur huwa kkummerċjalizzat f’pakketti għall-bejgħ bl-imnut ta’ 500 gramma jew 1 kg, il-kampjun aggregat jista’ jinkiseb bl-aggregazzjoni ta’ numru ta’ kampjuni inkrementali li huwa iżgħar min-numru indikat fit-tabelli 1 u 2, sakemm il-piż tal-kampjun aggregat jikkorrispondi għall-piż meħtieġ tal-kampjun aggregat li jissemma fit-tabelli 1 u 2.

Fejn il-pakkett għall-bejgħ bl-imnut jiżen inqas minn 100 gramma u jekk id-differenza ma tkunx kbira ħafna, pakkett għall-bejgħ bl-imnut wieħed għandu jitqies bħala kampjun inkrementali wieħed, u jirriżulta f’kampjun aggregat ta’ inqas minn 10 kg. Jekk il-piż tal-pakkett għall-bejgħ bl-imnut huwa ta’ ħafna inqas minn 100 gramma, kampjun inkrementali wieħed għandu jikkonsisti f’żewġ pakketti għall-bejgħ bl-imnut jew aktar, fejn jintlaħaq valur kemm jista’ jkun qrib il-100 gramma.

E.2.   Servej ġenerali tal-metodu għat-teħid ta’ kampjuni għall-ħwawar

Tabella 1

Is-suddiviżjoni tal-lottijiet f’sublottijiet skond il-prodott u l-piż tal-lott

Il-prodott

Il-piż tal-lott (tunnellati)

Il-piż jew in-numru ta’ sublottijiet

In-numru ta’ kampjuni inkrementali

Il-piż tal-kampjun aggregat (kg)

Il-ħwawar

≥ 15

25 tunnellata

100

10

< 15

5-100 (****)

0,5-10

E.3.   Il-metodu għat-teħid ta’ kampjuni tal-ħwawar (lottijiet ta’ ≥ 15-il tunnellata)

Sakemm is-sublott jista’ jkun separat fiżikament, kull lott għandu jiġi suddiviż f’sublottijiet skond it-tabella 1. Jekk jitqies li l-piż tal-lott mhuwiex dejjem eżattament multiplu tal-piż tas-sublottijiet, il-piż tas-sublott jista’ jeċċedi l-piż imsemmi b’massimu ta’ 20 %.

Għandhom jittieħdu kampjuni ta’ kull sublott separatament.

In-numru ta’ kampjuni inkrementali: 100. Il-piż tal-kampjun aggregat = 10 kg

Jekk ma jkunx possibbli li jitwettaq il-metodu tat-teħid ta’ kampjuni li ġie deskritt aktar ’il fuq minħabba l-konsegwenzi kummerċjali inaċċettabbli li jirriżultaw minn ħsara lil-lott (minħabba l-forom ta’ l-ippakkjar, il-mezzi tat-trasport, eċċ.) jista’ jiġi applikat metodu alternattiv ta’ teħid ta’ kampjuni sakemm dan ikun kemm jista’ jkun rappreżentattiv u jkun deskritt u ddokumentat bis-sħiħ.

E.4.   Il-metodu tat-teħid ta’ kampjuni għall-ħwawar (lottijiet ta’ < 15-il tunnellata)

Għal-lottijiet tal-ħwawar li jiżnu inqas minn 15-il tunnellata, il-pjan tat-teħid ta’ kampjuni għandu jintuża b’5 sa 100 kampjun inkrementali, jiddependi mill-piż tal-lott, li jirriżulta f’kampjun aggregat ta’ 0.5 sa 10 kg.

Iċ-ċifri fit-tabella li ġejja jistgħu jintużaw biex jiġi ddeterminat in-numru ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu.

Tabella 2

In-numru ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu skond il-piż tal-lott tal-ħwawar

Il-piż tal-lott (tunnellati)

In-numru ta’ kampjuni inkrementali

Il-piż tal-kampjun aggregat (kg)

≤ 0.01

5

0,5

> 0.01-≤ 0.1

10

1

> 0.1-≤ 0.2

15

1,5

> 0.2-≤ 0.5

20

2

> 0.5-≤ 1.0

30

3

> 1.0-≤ 2.0

40

4

> 2.0-≤ 5.0

60

6

> 5.0-≤ 10.0

80

8

> 10.0-≤ 15.0

100

10

E.5.   It-teħid ta’ kampjuni fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut

Fejn huwa possibbli, it-teħid ta’ kampjuni ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut għandu jsir skond id-dispożizzjonijiet tat-teħid ta’ kampjuni ddikkjarati f’din il-parti ta’ l-Anness I.

Fejn dan ma jkunx possibbli, jista’ jintuża metodu ieħor alternattiv ta’ teħid ta’ kampjuni fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut sakemm dan jiżgura li l-kampjun aggregat huwa rappreżentattiv b’mod suffiċjenti tal-lot li minnu ttieħdu l-kampjuni u huwa deskritt u ddokumentat b’mod sħiħ. Ikun xi jkun il-każ, il-kampjun aggregat għandu jkun ta’ mill-inqas 0.5 kg (6).

E.6.   Il-metodu speċifiku għat-teħid ta’ kampjuni tal-ħwawar ikkummerċjalizzati f’pakketti ssiġillati wara li minnhom tneħħiet l-arja

Għal-lottijiet li jiżnu daqs jew aktar minn 15-il tunnellata għandhom jittieħdu ta’ l-inqas 25 kampjun inkrementali li jirriżultaw f’kampjun aggregat ta’ 10 kg, u għal-lottijiet ta’ inqas minn 15-il tunnellata għandhom jittieħdu 25 % tan-numru tal-kampjuni inkrementali li jissemma fit-tabella 2 li jirriżultaw f’kampjun aggregat li l-piż tiegħu jikkorrispondi għall-piż tal-lott li minnu ttieħdu l-kampjuni (ara t-tabella 2).

E.7.   L-aċċettazzjoni ta’ lott jew sublott

aċċettazzjoni jekk il-kampjun tal-laboratorju jikkonforma mal-limitu massimu, jekk jitqiesu l-korrezzjoni għall-irkupru u l-inċertezza tal-qjies;

rifjut jekk, mingħajr l-iċken dubju, il-kampjun tal-laboratorju jeċċedi l-limitu massimu jekk jitqiesu l-korrezzjoni għall-irkupru u l-inċertezza tal-qjies.

F.   IL-METODU TAT-TEĦID TA’ KAMPJUNI GĦALL-ĦALIB U GĦALL-PRODOTTI TAL-ĦALIB; IL-FORMULI TAT-TRABI U L-FORMULI TA’ WARA, INKLUŻ IL-ĦALIB TAT-TRABI U L-ĦALIB TA’ WARA

Dan il-metodu ta’ teħid ta’ kampjuni huwa ta’ applikazzjoni għall-kontroll uffiċjali tal-livelli massimi stabbiliti għall-aflatossina M1 fil-ħalib u fil-prodotti tal-ħalib u l-formuli tat-trabi u l-formuli ta’ wara, inklużi l-ħalib tat-trabi u l-ħalib ta’ wara u l-ikel tad-dieta (il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib) għal raġunijiet mediċi speċjali maħsub speċifikament għat-trabi.

F.1.   Il-metodu tat-teħid ta’ kampjuni għall-ħalib, għall-prodotti tal-ħalib, għall-formuli tat-trabi u għall-formuli ta’ wara, inklużi l-ħalib tat-trabi u l-ħalib ta’ wara.

Il-kampjun aggregat għandu jkun ta’ mill-inqas 1 kg jew litru wieħed ħlief fejn dan mhux possibbli, eż. fejn il-kampjun jikkonsisti fi flixkun wieħed.

In-numru minimu ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu mil-lott għandu jkun kif jingħata fit-Tabella 1. In-numru ta’ kampjuni inkrementali ddeterminati huwa skond il-forma tas-soltu fejn il-prodotti konċernati huma kkummerċjalizzati. Fil-każ ta’ prodotti likwidi fi kwantità kbira, il-lott għandu jkun imħallat sew safejn dan huwa possibbli u safejn dan ma jaffettwax il-kwalità tal-prodott, jew permezz ta’ mezzi manwali jew permezz ta’ mezzi mekkaniċi eżatt qabel ma jittieħdu l-kampjuni. F’dan il-każ, wieħed jista’ jassumi distribuzzjoni omoġenja ta’ l-okratossina A f’lott partikolari. Għalhekk huwa suffiċjenti li minn lott jittieħdu tliet kampjuni inkrementali biex ikun ifformat kampjun aggregat.

Il-kampjuni inkrementali, li ta’ spiss jistgħu jkunu flixkun jew pakkett, għandhom ikunu ta’ piż simili. Il-piż ta’ kampjun inkrementali għandu jkun ta’ mill-inqas 100 gramma, li jirriżulta f’kampjun aggregat ta’ mill-inqas madwar 1 kg jew litru. Kwalunkwe varjazzjoni minn dan il-metodu, dan għandha tiġi rreġistrata fir-rekord provdut taħt il-parti A.3.8 ta’ l-Anness I.

Tabella 1

In-numru minimu ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu mil-lott

Il-forma tal-kummerċjalizzazzjoni

Il-volum jew il-piż tal-lott (f’litri jew f’kg)

In-numru minimu ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu

Il-volum jew il-piż minimu tal-kampjun aggregat (f’litri jew f’kg)

Fi kwantità kbira

3-5

1

Fliexken/pakketti

≤ 50

3

1

Fliexken/pakketti

50 sa 500

5

1

Fliexken/pakketti

> 500

10

1

F.2.   It-teħid ta’ kampjuni fl-istadju ta’ bejgħ bl-imnut

Fejn huwa possibbli, it-teħid ta’ kampjuni ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut għandu jsir skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din il-parti ta’ l-Anness I.

Fejn dak ma jkunx possibbli, jista’ jintuża metodu alternattiv ta’ teħid ta’ kampjuni fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut sakemm dan jiżgura li l-kampjun aggregat huwa rappreżentattiv b’mod suffiċjenti tal-lott li minnu ttieħdu l-kampjuni u huwa deskritt u ddokumentat b’mod sħiħ (7).

F.3.   L-aċċettazzjoni ta’ lott jew sublott

aċċettazzjoni jekk il-kampjun tal-laboratorju jikkonforma mal-limitu massimu, jekk jitqiesu l-korrezzjoni għall-irkupru u l-inċertezza tal-qjies (jew il-limitu tad-deċiżjoni – ara l-punt 4.4. ta’ l-Anness II)

rifjut jekk, mingħajr l-iċken dubju, il-kampjun tal-laboratorju jeċċedi l-limitu massimu jekk jitqiesu l-korrezzjoni għall-irkupru u l-inċertezza tal-qjies (jew il-limitu tad-deċiżjoni – ara l-punt 4.4. ta’ l-Anness II)

G.   IL-METODU TAT-TEĦID TA’ KAMPJUNI GĦALL-KAFÈ U GĦALL-PRODOTTI TAL-KAFÈ

Dan il-metodu ta’ teħid ta’ kampjuni huwa ta’ applikazzjoni għall-kontroll uffiċjali tal-livelli massimi stabbiliti għall-okratossina A fil-kafè inkaljat, fil-kafena mitħun inkaljat u fil-kafè li jinħall.

G.1.   Il-piż tal-kampjun inkrementali

Il-piż tal-kampjun inkrementali għandu jkun ta’ madwar 100 gramma, sakemm mhux iddefinit mod ieħor f’din il-parti G ta’ l-Anness I.

Fil-każ tal-lottijiet f’pakketti għall-bejgħ bl-imnut, il-piż tal-kampjun inkrementali għandu jiddependi mill-piż tal-pakkett għall-bejgħ bl-imnut.

Fil-każ tal-pakketti għall-bejgħ bl-imnut li jiżnu aktar minn 100 gramma, dan ser jirriżulta f’kampjuni aggregati li jiżnu aktar minn 10 kg. Jekk il-piż ta’ pakkett għall-bejgħ bl-imnut wieħed huwa ta’ ħafna aktar minn 100 gramma, allura għandhom jittieħdu 100 gramma minn kull pakkett għall-bejgħ bl-imnut individwali bħala kampjun inkrementali. Dan jista’ jsir jew meta jittieħed il-kampjun jew fil-laboratorju. Madankollu, f’każijiet fejn tali metodu għat-teħid ta’ kampjuni jista’ jwassal għal konsegwenzi kummerċjali inaċċettabbli li jirriżultaw minn ħsara li ssir lil-lott (minħabba l-forom ta’ l-ippakkjar, il-mezzi ta’ trasport. eċċ.), allura jista’ jiġi applikat metodu alternattiv ta’ teħid ta’ kampjuni. Pereżempju, fil-każ fejn prodott ta’ valur huwa kkummerċjalizzat f’pakketti għall-bejgħ bl-imnut ta’ 500 gramma jew 1 kg, il-kampjun aggregat jista’ jinkiseb bl-aggregazzjoni ta’ numru ta’ kampjuni inkrementali li huwa iżgħar min-numru indikat fit-tabelli 1 u 2, sakemm il-piż tal-kampjun aggregat jikkorrispondi għall-piż meħtieġ tal-kampjun aggregat li jissemma fit-tabelli 1 u 2.

Fejn il-pakkett għall-bejgħ bl-imnut jiżen inqas minn 100 gramma u jekk id-differenza mhix kbira ħafna, pakkett għall-bejgħ bl-imnut wieħed għandu jitqies bħala kampjun inkrementali wieħed, li jirriżulta f’kampjun aggregat ta’ inqas minn 10 kg. Jekk il-piż tal-pakkett għall-bejgħ bl-imnut huwa ta’ ħafna inqas minn 100 gramma, kampjun inkrementali wieħed għandu jikkonsisti f’żewġ pakketti għall-bejgħ bl-imnut jew aktar, fejn jintlaħaq valur kemm jista’ jkun qrib il-100 gramma.

G.2.   Servej ġenerali tal-metodu tat-teħid ta’ kampjuni għall-kafè inkaljat

Tabella 1

Is-suddiviżjoni tal-lottijiet f’sublottijiet skond il-prodott u l-piż tal-lott

Il-prodott

Il-piż tal-lott (tunnellata)

Il-piż jew in-numru ta’ sublottijiet

In-numru ta’ kampjuni inkrementali

Il-piż tal-kampjun aggregat (kg)

Il-kafena inkaljata, il-kafè mitħun inkaljat u l-kafè li jinħall

≥ 15

15-30 tunnellata

100

10

< 15

10-100 (*****)

1-10

G.3.   Il-metodu għat-teħid ta’ kampjuni għall-kafè inkaljat, għall-kafè mitħun inkaljat, għall-kafè li jinħall (lottijiet ta’ ≥ 15-il tunnellata)

Sakemm is-sublott jista’ jkun separat fiżikament, kull lott għandu jiġi suddiviż f’sublottijiet skond it-tabella 1. Jekk jitqies li l-piż tal-lott mhuwiex dejjem eżattament multiplu tal-piż tas-sublottijiet, il-piż tas-sublott jista’ jvarja mill-piż imsemmi b’massimu ta’ 20 %.

Għandhom jittieħdu kampjuni ta’ kull sublott separatament.

In-numru ta’ kampjuni inkrementali: 100.

Il-piż tal-kampjun aggregat = 10 kg

Jekk ma jkunx possibbli li jitwettaq il-metodu tat-teħid ta’ kampjuni li ġie deskritt aktar ’il fuq minħabba l-konsegwenzi kummerċjali inaċċettabbli li jirriżultaw minn ħsara lil-lott (minħabba l-forom ta’ l-ippakkjar, il-mezzi tat-trasport, eċċ.) jista’ jiġi applikat metodu alternattiv ta’ teħid ta’ kampjuni sakemm dan ikun kemm jista’ jkun rappreżentattiv u jkun deskritt u ddokumentat b’mod sħiħ.

G.4.   Il-metodu tat-teħid ta’ kampjuni għall-kafè inkaljat, għall-kafè mitħun inkaljat, għall-kafè li jinħall (lottijiet ta’ < 15-il tunnellata)

Għall-kafè inkaljat, għall-kafè mitħun inkaljat, għall-kafè li jinħall li jiżnu inqas minn 15-il tunnellata, il-pjan tat-teħid ta’ kampjuni għandu jntuża b’10 sa 100 kampjun inkrementali, jiddependi mill-piż tal-lott, li jirriżulta f’kampjun aggregat ta’ 1 sa 10 kg.

Iċ-ċifri fit-tabella li ġejja jistgħu jintużaw biex jiġi ddeterminat in-numru ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu.

Tabella 2

In-numru ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu skond il-piż tal-lott ta’ kafè inkaljat, kafè inkaljat mitħun, kafè li jinħall.

Il-piż tal-lott (tunnellati)

In-numru ta’ kampjuni inkrementali

Il-piż tal-kampjun aggregat (kg)

≤ 0.1

10

1

> 0.1 -≤ 0.2

15

1,5

> 0.2-≤ 0.5

20

2

> 0.5-≤ 1.0

30

3

> 1.0-≤ 2.0

40

4

> 2.0-≤ 5.0

60

6

> 5.0-≤ 10.0

80

8

> 10.0-≤ 15.0

100

10

G.5.   Il-metodu tat-teħid ta’ kampjuni għall-kafè inkaljat, għall-kafè mitħun inkaljat, għall-kafè li jinħall ikkummerċjalizzati f’pakketti ssiġillati wara li minnhom tneħħiet l-arja

Għal-lottijiet li jiżnu daqs jew aktar minn 15-il tunnellata għandhom jittieħdu ta’ l-inqas 25 kampjun inkrementali li jirriżultaw f’kampjun aggregat ta’ 10 kg, u għal-lottijiet ta’ inqas minn 15-il tunnellata għandhom jittieħdu 25 % tan-numru tal-kampjuni inkrementali li jissemma fit-tabella 2 li jirriżultaw f’kampjun aggregat li l-piż tiegħu jikkorrispondi għall-piż tal-lott li minnu ttieħdu l-kampjuni (ara t-tabella 2).

G.6.   It-teħid ta’ kampjuni fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut

Fejn huwa possibbli, it-teħid ta’ kampjuni ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut għandu jsir skond id-dispożizzjonijiet tat-teħid ta’ kampjuni stabbiliti f’din il-parti ta’ l-Anness I.

Fejn dak ma jkunx possibbli, jista’ jintuża metodu alternattiv ta’ teħid ta’ kampjuni fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut sakemm dan jiżgura li l-kampjun aggregat huwa rappreżentattiv b’mod suffiċjenti tal-lott li minnu ttieħdu l-kampjuni u huwa deskritt u ddokumentat b’mod sħiħ. Ikun xi jkun il-każ, il-kampjun aggregat għandu jkun ta’ mill-inqas 1 kg (8).

G.7.   L-aċċettazzjoni ta’ lott jew sublott

aċċettazzjoni jekk il-kampjun tal-laboratorju jikkonforma mal-limitu massimu, jekk jitqiesu l-korrezzjoni għall-irkupru u l-inċertezza tal-qjies;

rifjut jekk, mingħajr l-iċken dubju, il-kampjun tal-laboratorju jeċċedi l-limitu massimu jekk jitqiesu l-korrezzjoni għall-irkupru u l-inċertezza tal-qjies.

H.   IL-METODU TAT-TEĦID TA’ KAMPJUNI GĦALL-MERAQ TAL-FROTT INKLUŻI L-MERAQ TA’ L-GĦENEB, GĦALL-MOST TA’ L-GĦENEB, GĦAS-SIDRU U GĦALL-INBID

Dan il-metodu ta’ teħid ta’ kampjuni huwa ta’ applikazzjoni għall-kontroll uffiċjali tal-livelli massimi stabbiliti għal

l-okratossina A fl-inbid, fil-meraq ta’ l-għeneb u fil-most ta’ l-għeneb u

il-patulin fil-meraq tal-frott, fin-nektar tal-frott, fix-xorb alkoħoliku, fis-sidru u f’xorb ieħor iffermentat magħmul mit-tuffieħ jew li fih il-meraq tat-tuffieħ.

H.1.   Il-metodu tat-teħid ta’ kampjuni

Il-kampjun aggregat għandu jkun ta’ mill-inqas litru ħlief fejn dan ma jkunx possibbli, eż. meta l-kampjun jikkonsisti fi flixkun wieħed.

In-numru minimu ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu mil-lott għandu jkun kif jingħata fit-Tabella 1. In-numru tal-kampjuni inkrementali ddeterminati huwa skond il-forma tas-soltu li fiha huma kkummerċjalizzati l-prodotti konċernati. Fil-każ ta’ prodotti likwidi fi kwantità kbira, il-lott għandu jkun imħallat sew kemm jista’ jkun possibbli u sakemm dan ma jaffettwax il-kwalità tal-prodott, jew permezz ta’ mezzi manwali jew permezz ta’ mezzi mekkaniċi eżatt qabel ma jittieħdu l-kampjuni. F’dan il-każ, wieħed jista’ jassumi distribuzzjoni omoġenja ta’ l-okratossina A u tal-patulin f’lott partikolari. Huwa għalhekk suffiċjenti li jittieħdu tliet kampjuni inkrementali minn lott biex jiġi fformat il-kampjun aggregat.

Il-kampjuni inkrementali, li ta’ spiss jistgħu jkunu flixkun jew pakkett, għandhom ikunu ta’ piż simili. Il-piż ta’ kampjun inkrementali għandu jkun ta’ mill-inqas 100 gramma, li jirriżulta f’kampjun aggregat ta’ mill-inqas madwar litru. Kwalunkwe varjazzjoni minn dan il-metodu, għandha tiġi rreġistrata fir-rekord ipprovdut taħt il-parti A.3.8 ta’ l-Anness I.

Tabella 1

In-numru minimu ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu mil-lott

Il-forma tal- kummerċjalizzazzjoni

Il-volum tal-lott (f’litri)

In-numru minimu ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu

Il-volum minimu tal-kampjun aggregat (f’litri)

Bil-kwantità (meraq tal-frott, xorb alkoħoliku, sidru, inbid)

3

1

Fliexken/pakketti ta’ meraq tal-frott, xorb alkoħoliku, sidru)

≤ 50

3

1

Fliexken/pakketti ta’ meraq tal-frott, xorb alkoħoliku, sidru)

50 sa 500

5

1

Fliexken/pakketti ta’ meraq tal-frott, xorb alkoħoliku, sidru)

> 500

10

1

Fliexken/pakketti ta’ nbid

≤ 50

1

1

Fliexken/pakketti ta’ nbid

50 sa 500

2

1

Fliexken/pakketti ta’ nbid

> 500

3

1

H.2.   It-teħid ta’ kampjuni fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut

Fejn huwa possibbli, it-teħid ta’ kampjuni ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut għandu jsir skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din il-parti ta’ l-Anness I (9).

Fejn dak ma jkunx possibbli, jista’ jintuża metodu alternattiv ta’ teħid ta’ kampjuni fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut sakemm dan jiżgura li l-kampjun aggregat huwa rappreżentattiv b’mod suffiċjenti tal-lott li minnu ttieħdu l-kampjuni u huwa deskritt u ddokumentat b’mod sħiħ.

H.3.   L-aċċettazzjoni ta’ lott jew sublott

aċċettazzjoni jekk il-kampjun tal-laboratorju jikkonforma mal-limitu massimu, jekk jitqiesu l-korrezzjoni għall-irkupru u l-inċertezza tal-qjies.

rifjut jekk, mingħajr l-iċken dubju, il-kampjun tal-laboratorju jeċċedi l-limitu massimu jekk jitqiesu l-korrezzjoni għall-irkupru u l-inċertezza tal-qjies.

I.   IL-METODU TAT-TEĦID TA’ KAMPJUNI GĦALL-PRODOTTI SOLIDI TAT-TUFFIEĦ U GĦALL-MERAQ TAT-TUFFIEĦ U GĦALL-PRODOTTI SOLIDI TAT-TUFFIEĦ TAT-TRABI U TAT-TFAL ŻGĦAR

Dan il-metodu ta’ teħid ta’ kampjuni huwa ta’ applikazzjoni għall-kontroll uffiċjali tal-livelli massimi stabbiliti għall-patulin fil-prodotti solidi tat-tuffieħ u fil-meraq tat-tuffieħ u fil-prodotti solidi tat-tuffieħ tat-trabi u tat-tfal żgħar.

I.1.   Il-metodu tat-teħid ta’ kampjuni

Il-kampjun aggregat għandu jkun ta’ mill-inqas 1 kg, ħlief fejn dan mhux possibbli, eż. meta jittieħdu kampjuni ta’ pakkett wieħed.

In-numru minimu ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu mil-lott għandu jkun kif jingħata fit-Tabella 1. Fil-każ tal-prodotti likwidi, il-lott għandu jkun imħallat sew kemm jista’ jkun possibbli jew permezz ta’ mezzi manwali jew permezz ta’ mezzi mekkaniċi eżatt qabel ma jittieħdu l-kampjuni. F’dan il-każ, wieħed jista’ jassumi distribuzzjoni omoġenja tal-patulin f’lott partikolari. Huwa għalhekk suffiċjenti li jittieħdu tliet kampjuni inkrementali minn lott biex jiġi fformat il-kampjun aggregat.

Il-kampjuni inkrementali għandhom ikunu ta’ piż simili. Il-piż ta’ kampjun inkrementali għandu jkun ta’ mill-inqas 100 gramma, li jirriżulta f’kampjun aggregat ta’ mill-inqas 1 kg. Kwalunkwe varjazzjoni minn dan il-metodu, għandha tiġi rreġistrata fir-rekord ipprovdut taħt il-parti A.3.8 ta’ l-Anness I.

Tabella 1

In-numru minimu ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu mil-lott

Il-piż tal-lott (f’kg)

In-numru minimu ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu

Il-piż tal-kampjun aggregat (kg)

< 50

3

1

50 sa 500

5

1

> 500

10

1

Jekk il-lott jikkonsisti minn pakketti individwali, allura n-numru ta’ pakketti, li għandhom jittieħdu biex jifformaw il-kampjun aggregat, jingħata fit-Tabella 2.

Tabella 2

In-numru ta’ pakketti (kampjuni inkrementali) li għandhom jittieħdu biex jifformaw il-kampjun aggregat jekk il-lott jikkonsisti f’pakketti individwali.

In-numru ta’ pakketti jew l-unitajiet fil-lott

In-numru ta’ pakketti jew unitajiet li għandhom jittieħdu

Il-piż tal-kampjun aggregat (kg)

1 sa 25

Pakkett wieħed jew unità waħda

1

26 sa 100

madwar 5 %, mill-inqas 2 pakketti jew unitajiet

1

> 100

madwar 5 %, massimu ta’ 10 pakketti jew unitajiet

1

I.2.   It-teħid ta’ kampjuni fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut

Fejn huwa possibbli, it-teħid ta’ kampjuni ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut għandu jsir skond id-dispożizzjonijiet għat-teħid ta’ kampjuni stabbiliti f’din il-parti ta’ l-Anness.

Fejn dak ma jkunx possibbli, jista’ jintuża metodu alternattiv ta’ teħid ta’ kampjuni fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut sakemm dan jiżgura li l-kampjun aggregat huwa rappreżentattiv b’mod suffiċjenti tal-lott li minnu ttieħdu l-kampjuni u huwa deskritt u ddokumentat b’mod sħiħ (10).

I.3.   L-aċċettazzjoni ta’ lott jew sublott

aċċettazzjoni jekk il-kampjun tal-laboratorju jikkonforma mal-limitu massimu, jekk jitqiesu l-inċertezza tal-qjies u l-korrezzjoni għall-irkupru,

rifjut jekk, mingħajr l-iċken dubju, il-kampjun tal-laboratorju jeċċedi l-limitu massimu, jekk jitqiesu l-inċertezza tal-qjies u l-korrezzjoni għall-irkupru.

J.   IL-METODU TAT-TEĦID TA’ KAMPJUNI GĦALL-IKEL TAT-TRABI U GĦALL-IKEL IPPROĊESSAT IBBAŻAT FUQ IĊ-ĊEREALI GĦAT-TRABI U GĦAT-TFAL ŻGĦAR

Dan il-metodu ta’ ġbir ta kampjuni huwa ta’ applikazzjoni għall-kontroll uffiċjali tal-livelli massimi stabbiliti:

għall-aflatossini, għall-okratossina A u għat-tossini Fusarium fl-ikel tat-trabi u fl-ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali għat-trabi u għat-tfal żgħar,

għall-aflatossini u għall-okratossina A fl-ikel tad-dieta għal raġunijiet mediċi speċjali (minbarra l-ħalib u l-prodotti tal-ħalib) maħsuba speċifikament għat-trabi u

għall-patulin fl-ikel għat-trabi li mhux ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali għat-trabi u għat-tfal żgħar. Għall-kontroll tal-livelli massimi stabbiliti għall-patulin fil-meraq tat-tuffieħ u fil-prodotti solidi tat-tuffieħ għat-trabi u għat-tfal żgħar għandu japplika l-metodu tat-teħid ta’ kampjuni kif deskritt taħt parti I ta’ l-Anness I.

J.1.   Il-metodu tat-teħid ta’ kampjuni

Il-metodu tat-teħid ta’ kampjuni għaċ-ċereali u għall-prodotti taċ-ċereali kif stabbilit fil-punt B.4 ta’ l-Anness I għandu japplika għall-ikel maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar. Għaldaqstant, in-numru ta’ kampjuni inkrementali li għandu jittieħed għandu jiddependi mill-piż tal-lott, b’minimu ta’ 10 u b’massimu ta’ 100, skond it-Tabella 2 fil-punt B.4 ta’ l-Anness I. Għal lottijiet żgħar ħafna (ta’ ≤ 0.5 ta’ tunnellata) jista’ jittieħed numru iżgħar ta’ kampjuni inkrementali, imma l-kampjun aggregat li jgħaqqad il-kampjuni inkrementali kollha li f’dak il-każ għandu wkoll ikun ta’ mill-inqas 1 kg.

il-piż tal-kampjun inkrementali għandu jkun ta’ madwar 100 gramma. Fil-każ tal-lottijiet f’pakketti għall-bejgħ bl-imnut, il-piż tal-kampjun inkrementali għandu jiddependi mill-piż tal-pakkett għall-bejgħ bl-imnut u fil-każ ta’ lottijiet żgħar ħafna (ta’ ≤ 0.5 ta’ tunnellata) il-kampjuni inkrementali għandu jkollhom piż tali li meta jiġu magħquda flimkien il-kampjuni inkrementali jirriżulta f’kampjun aggregat ta’ mill-inqas 1 kg. Kwalunkwe varjazzjoni minn dan il-metodu, għandha tiġi rreġistrata fir-rekord ipprovdut taħt il-parti A.3.8.

il-piż tal-kampjun aggregat = 1-10 kg imħallat biżżejjed.

J.2.   It-teħid ta’ kampjuni fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut

Fejn huwa possibbli, it-teħid ta’ kampjuni ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut għandu jsir skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din il-parti ta’ l-Anness I.

Fejn dak ma jkunx possibbli, jista’ jintuża metodu alternattiv ta’ teħid ta’ kampjuni fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut sakemm dan jiżgura li l-kampjun aggregat huwa rappreżentattiv b’mod suffiċjenti tal-lott li minnu ttieħdu l-kampjuni u huwa deskritt u ddokumentat b’mod sħiħ (11).

J.3.   L-aċċettazzjoni ta’ lott jew sublott

aċċettazzjoni jekk il-kampjun tal-laboratorju jikkonforma mal-limitu massimu, jekk jitqiesu l-korrezzjoni għall-irkupru u l-inċertezza tal-qjies;

rifjut jekk, mingħajr l-iċken dubju, il-kampjun tal-laboratorju jeċċedi l-limitu massimu jekk jitqiesu l-korrezzjoni għall-irkupru u l-inċertezza tal-qjies.


(1)  Dokument ta’ gwida għall-awtoritajiet kompetenti għall-kontroll tal-konformità mal-leġiżlazzjoni ta’ l-UE dwar l-aflatossini huwa disponibbli fuq http://europa.eu.int/comm/food/food/chemicalsafety/contaminants/aflatossini_guidance_en.pdf. Id-dokument ta’ gwida jipprovdi informazzjoni prattika addizzjonali imma l-informazzjoni li tinstab fid-dokument ta’ gwida hija subordinata għad-dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament.

(*)  Jiddependi mill-piż tal-lott – ara t-Tabella 2.

(2)  Ser tkun provduta gwida għat-teħid ta’ kampjuni ta’ tali lottijiet f’dokument ta’ gwida li huwa disponibbli mill-1 ta’ Lulju 2006 'l quddiem fuq il-websajt li ġejja: http://europa.eu.int/comm/food/food/chemicalsafety/contaminants/index_en.htm

(3)  F’każ li l-porzjon li minnu jridu jittieħdu l-kampjuni huwa tant żgħir li mhux possibbli li jinkiseb kampjun aggregat ta’ 1 kg, il-piż tal-kampjun aggregat jista’ jkun ta’ inqas minn 1 kg.

(**)  Jiddependi mill-piż tal-lott – ara t-tabella 2 ta’ dan il-parti ta’ dan l-Anness.

(4)  F’każ li l-porzjon li minn ser jittieħdu l-kampjuni huwa tant żgħir li mhux possibbli li jinkiseb kampjun aggregat ta’ 1 kg, il-piż tal-kampjun aggregat jista’ jkun ta’ inqas minn 1 kg.

(***)  Jiddependi mill-piż tal-lott - ara t-tabella 2 ta’ din il-parti ta’ dan l-Anness.

(5)  F’każ li l-porzjon li minnu ser jittieħdu l-kampjuni huwa tant żgħir li mhux possibbli li jinkiseb kampjun aggregat ta’ 1 kg, il-piż tal-kampjun aggregat jista’ jkun ta’ inqas minn 1 kg.

(****)  Jiddependi mill-piż tal-lott – ara t-tabella 2 ta’ din il-parti ta’ dan l-Anness.

(6)  F’każ li l-porzjon li minnu ser jittieħdu l-kampjuni huwa tant żgħir li mhux possibbli li jinkiseb kampjun aggregat ta’ 0.5 kg, il-piż tal-kampjun aggregat jista’ jkun ta’ inqas minn 0.5 kg.

(7)  F’każ li l-porzjon li minnu ser jittieħdu l-kampjuni huwa tant żgħir li mhux possibbli li jinkiseb kampjun aggregat ta’ 1 kg, il-piż tal-kampjun aggregat jista’ jkun ta’ inqas minn 1 kg.

(*****)  Jiddependi mill-piż tal-lott – ara t-tabella 2 ta’ dan l-Anness.

(8)  F’każ li l-porzjon li minnu ser jittieħdu l-kampjuni huwa tant żgħir li mhux possibbli li jinkiseb kampjun aggregat ta’ 1 kg, il-piż tal-kampjun aggregat jista’ jkun ta’ inqas minn 1 kg.

(9)  F’każ li l-porzjon li minnu ser jittieħdu l-kampjuni huwa tant żgħir li mhux possibbli li jinkiseb kampjun aggregat ta’ litru, il-volum tal-kampjun aggregat jista’ jkun ta’ inqas minn litru.

(10)  F’każ li l-porzjon li minnu ser jittieħdu l-kampjuni huwa tant żgħir li mhux possibbli li jinkiseb kampjun aggregat ta’ 1 kg, il-piż tal-kampjun aggregat jista’ jkun ta’ inqas minn 1 kg.

(11)  F’każ li l-porzjon li minnu ser jittieħdu l-kampjuni huwa tant żgħir li mhux possibbli li jinkiseb kampjun aggregat ta’ 1 kg, il-piż tal-kampjun aggregat jista’ jkun ta’ inqas minn 1 kg.


ANNESS II

IL-KRITERJI GĦALL-PREPARAZZJONI TAL-KAMPJUNI U GĦALL-METODI TA’ ANALIŻI UŻATI GĦALL-KONTROLL UFFIĊJALI TAL-LIVELLI TA’ MIKOTOSSINI FL-OĠĠETTI TA’ L-IKEL

1.   INTRODUZZJONI

1.1.   Il-prekawzjonijiet

Minħabba li ġeneralment id-distribuzzjoni tal-mikotossini mhijiex omoġenja, il-kampjuni għandhom jiġu ppreparati, u omoġġenizzati b’mod speċjali, b’attenzjoni kbira.

Il-kampjun komplut, kif jiġi rċevut mil-laboratorju, għandu jkun omoġenizzat, f’każ li l-omoġenizzazzjoni titwettaq mil-laboratorju.

Għall-analiżi ta’ l-aflatossini, matul il-proċedura għandu jkun eskluż kemm jista’ jkun possibbli d-dawl tax-xemx, minħabba li l-istruttura kimika ta’ l-aflatossini tinbidel bil-mod il-mod taħt l-influwenza tad-dawl ultravjola.

1.2.   Il-kalkolu tal-proporzjon ta’ qoxra/qalba tal-ġewż sħiħ

Il-limiti ffissati għall-aflatossini fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 466/2001 japplikaw għall-parti li tittiekel. Il-livell ta’ l-aflatossini fil-parti li tittiekel tista’ tiġi ddeterminata billi:

il-kampjuni ta’ ġewż “bil-qoxra” jistgħu jitqaxxru u jiġi ddeterminat il-livell ta’ l-aflatossini fil-parti li tittiekel.

il-ġewż “bil-qoxra” jista’ jiġi mgħoddi mil-proċedura tal-preparazzjoni tal-kampjuni. Il-metodu tat-teħid ta’ kampjuni u ta’ l-analiżi għandu jikkalkula l-piż tal-qalba tal-ġewż fil-kampjun aggregat. Il-piż tal-qalba tal-ġewż fil-kampjun aggregat għandu jkun ikkalkulat wara li jkun stabbilit fattur xieraq għall-proporzjon tal-qoxra tal-ġewż mal-qalba tal-ġewż fil-ġewż sħiħ. Dan il-proporzjon jintuża biex ikun aċċertat l-ammont ta’ qalba fil-kampjun globali li ġie mgħoddi mill-preparazzjoni tal-kampjun u mill-metodu ta’ analiżi

Madwar 100 ġewża sħiħa għandhom jittieħdu każwalment u b’mod separat mil-lott jew għandhom jitwarrbu minn kull kampjun aggregat. Jista’ jinkiseb il-proporzjon għal kull kampjun tal-laboratorju billi jintiżen il-ġewż sħiħ, jitqaxxar, imbagħad jerġgħu jintiżnu l-porzjonijiet tal-qoxra u tal-qalba.

Madankollu, il-proporzjon ta’ qoxra għall-qalba jista’ jiġi stabbilit mil-laboratorju minn numru ta’ kampjuni u għalhekk wieħed ikun jista’ jassumih għal xogħol analitiku futur. Imma jekk kampjun tal-laboratorju partikolari jinstab li jkun qed jikser kwalunkwe limitu, il-proporzjon għal dak il-kampjun għandu jiġu ddeterminat billi jintużaw madwar 100 ġewża li jkunu twarrbu.

2.   IT-TRATTAMENT TAL-KAMPJUN KIF JIRĊEVIH IL-LABORATORJU

Kull kampjun tal-laboratorju għandu jkun mitħun b’mod fin u mħallat sew billi jintuża proċess li diġà ntwera li jikseb omoġenizzazzjoni kompleta.

F’każ li l-livell massimu japplika għall-materja xotta, il-kontenut ta’ materja xotta tal-prodott għandu jiġi ddeterminat fuq parti mill-kampjun omoġenizzat, billi jintuża metodu li diġà ntwera biex jiġi ddeterminat b’mod eżatt il-kontenut ta’ materja xotta.

3.   IL-KAMPJUNI REPLIKATI

Għal raġunijiet ta’ infurzar, kummerċ (difiża) u referenza (arbitraġġ), il-kampjuni replikati għandhom jittieħdu mill-materjal omoġenizzat sakemm tali proċedura ma tmurx kontra r-regoli ta’ l-Istati Membri fir-rigward tad-drittijiet ta’ l-operatur tan-negozju ta’ l-ikel

4.   IL-METODU TA’ ANALIŻI LI GĦANDU JINTUŻA MIL-LABORATORJU U R-REKWIŻITI TA’ KONTROLL TAL-LABORATORJU

4.1.   Id-definizzjonijiet

Dawn li ġejjn huma numru ta’ definizzjonjiet li jintużaw l-aktar li l-laboratorju għandu jkun meħtieġ li juża:

r

=

Ir-Repetittività, il-valur li taħtu d-differenza assoluta bejn ir-riżultati ta’ żewġ testijiet waħdanija li nkisbu taħt kundizzjonijiet ta’ repetittività, jiġifieri l-istess kampjun, l-istess operatur, l-istess apparat, l-istess laboratorju, u intervall qasir ta’ ħin, hija mistennija li taqa’ fi ħdan probabbiltà speċifika (tipikament 95 %) u għalhekk r = 2.8 × sr.

sr

=

Devjazzjoni standard, ikkalkulata mir-riżultati ġġenerati taħt kundizzjonijiet li jistgħu jiġu ripetuti.

RSDr

=

Devjazzjoni standard relattiva, ikkalkulata minn riżultati li ġew iġġenerati taħt kundizzjonijiet ta’ repettività [(sr/

Image

) × 100].

R

=

Ir-riproduċibilità, il-valur li taħtu d-differenza assoluta bejn riżultati ta’ testijiet waħdanija miksuba taħt kundizzjonijiet ta’ riproduċibilità, jiġifieri fuq materjal identiku miksub minn operaturi f’laboratorji differenti, bl-użu tal-metodu standardizzat tat-test, hija mistennija li taqa’ fi ħdan ċerta probabbiltà (tipikament 95 %); R = 2.8 × sR.

sR

=

Devjazzjoni standard, ikkalkulata minn riżultati taħt kundizzjonijiet ta’ riproduċibilità.

RSDR

=

Devjazzjoni standard relattiva, ikkalkulata minn riżultati li ġew iġġenerati taħt kundizzjonijiet ta’ riproduċibilità [(sR/

Image

) × 100].

4.2.   Ir-rekwiżiti ġenerali

Il-metodi ta’ analiżi li ntużaw għal raġunijiet ta’ kontroll ta’ ikel għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-punti 1 u 2 ta’ l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

4.3.   Ir-rekwiżiti speċifiċi

4.3.1.   Il-kriterji ta’ rendiment

Fejn il-leġiżlazzjoni tal-Komunità ma teħtieġ l-ebda metodu speċifiku għad-determinazzjoni tal-livelli tal-mikotossini fl-oġġetti ta’ l-ikel, il-laboratorji jistgħu jagħżlu kwalunkwe metodu sakemm il-metodu magħżul jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a)

Il-kriterji ta’ rendiment għall-aflatossini

Kriterju

Grad ta’ Konċentrazzjoni

Valur Rakkomandat

Valur Massimu permess

Vojta

Kollha

Negliġibbli

Irkupru - Aflatossina M1

0.01-0.05 μg/kg

60 sa 120 %

 

> 0.05 μg/kg

70 sa 110 %

 

Irkupru-Aflatossini B1, B2, G1, G2

< 1.0 μg/kg

50 sa 120 %

 

1-10 μg/kg

70 sa 110 %

 

> 10 μg/kg

80 sa 110 %

 

RSDR ta’ preċiżjoni

Kollha

Kif derivat mill-Ekwazzjoni Horwitz

2 × il-valur derivat mill-Ekwazzjoni Horwitz

L-RSDr ta’ preċiżjoni jista’ jiġi kkalkulat bħala 0.66 drabi l-RSDR ta’ preċiżjoni fil- konċentrazzjoni ta’ l-interess

Il-valuri biex japplikaw kemm għall-B1 u kemm għat-total ta’ B1 + B2 + G1 + G2

Jekk is-somma ta’ l-aflatossini individwali B1 + B2 + G1 + G2 iridu jiġu rrapportati, allura r-rispons ta’ kull waħda għas-sistema analitika trid jew tkun magħrufa jew tkun ekwivalenti.

(b)

Il-kriterji ta’ rendiment għall-okratossina A

Livell µg/kg

Okratossina A

RSDr %

RSDR %

Irkupru %

< 1

≤ 40

≤ 60

50 sa 120

1 - 10

≤ 20

≤ 30

70 sa 110

(c)

Il-kriterji ta’ rendiment għall-patulin

Livell µg/kg

Patulin

RSDr %

RSDR %

Irkupru %

< 20

≤ 30

≤ 40

50 sa 120

20 – 50

≤ 20

≤ 30

70 sa 105

> 50

≤ 15

≤ 25

75 sa 105

(d)

Il-kriterji ta’ rendiment għad-deoxynivalenol

Livell µg/kg

Deoxynivalenol

RSDr %

RSDR %

Irkupru %

> 100 - ≤ 500

≤ 20

≤ 40

60 sa 110

> 500

≤ 20

≤ 40

70 sa 120

(e)

Il-kriterji ta’ rendiment għaż-zearalenone

Livell µg/kg

Zearalenone

RSDr %

RSDR %

Irkupru %

≤ 50

≤ 40

≤ 50

60 sa 120

> 50

≤ 25

≤ 40

70 sa 120

(f)

Il-kriterji ta’ rendiment għall-Fumonisin B1 u B2

Livell µg/kg

Fumonisin B1 jew B2

RSDr %

RSDR %

Irkupru %

≤ 500

≤ 30

≤ 60

60 sa 120

> 500

≤ 20

≤ 30

70 sa 110

(g)

Il-kriterji ta’ rendiment għat-tossini T-2 u HT-2

Livell µg/kg

Tossina T-2

RSDr %

RSDR %

Irkupru %

50-250

≤ 40

≤ 60

60 sa 130

> 250

≤ 30

≤ 50

60 sa 130


Livell µg/kg

Tossina HT-2

RSDr %

RSDR %

Irkupru %

100-200

≤ 40

≤ 60

60 sa 130

> 200

≤ 30

≤ 50

60 sa 130

(h)

In-noti għall-kriterji ta’ rendiment għall-mikotossini

Il-limiti ta’ skoperta tal-metodi użati mhumiex iddikjarati minħabba li l-valuri ta’ preċiżjoni jingħataw fil-konċentrazzjonijiet ta’ interess

Il-valuri ta’ preċiżjoni huma kkalkulati mill-ekwazzjoni Horwitz, jiġifieri:

RSDR = 2(1-0,5logC)

fejn:

RSDR hija d-devjazzjoni standard relattiva kkalkulata mir-riżultati li jiġu ġġenerati taħt kundizzjonijiet ta’ riproduċibilità [(sR/Image) × 100]

C hija l-proporzjon ta’ konċentrazzjoni (jiġifieri 1 = 100g/100g, 0,001 = 1 000 mg/kg)

Din hija ekwazzjoni ġeneralizzata ta’ preċiżjoni li nstab li hija indipendenti mill-analyte u mill-matriċi imma hija dipendenti biss fuq il-konċentrazzjoni għall-parti l-kbira tal-metodi ta’ analiżi ta’ rutina.

4.3.2.   Il-metodu “adekwatezza għall-fini”

Fil-każ fejn hemm numru limitat ta’ metodi ta’ analiżi li ġew iġġustifikati bis-sħiħ, alternattivament, jista’ jintuża metodu “adekwatezza għall-fini”, li jiddefinixxi parametru wieħed, funzjoni ta’ kemm huwa adattat, biex tiġi evalwata l-aċċettabilità tal-metodi ta’ analiżi. Funzjoni ta’ kemm huwa adattat hija funzjoni ta’ inċertezza li tispeċifika l-livelli massimi ta’ inċertezza li jitqiesu bħala adattati għall-fini.

Minħabba n-numru limitat ta’ metodi ta’ analiżi li ġew iġġustifikati bis-sħiħ permezz ta’ prova kollaborattiva, speċjalment għad-determinazzjoni tat-tossini T-2 u HT-2, il-metodu tal-funzjoni ta’ inċertezza, li jispeċifika l-akbar inċertezza massima, jista’ wkoll jintuża biex jiġi vvalutat kemm huwa xieraq (“adekwatezza għall-fini”) il-metodu ta’ analiżi li ser jintuża mil-laboratorju. Il-laboratorju jista’ juża metodu li jipproduċi riżultati li jaqgħu fl-akbar inċertezza standard. L-akbar inċertezza standard tista’ tiġi kkalkulata billi tintuża l-formula li ġejja:

Formula

fejn:

Uf hija l-akbar inċertezza standard (µg/kg)

LOD hija l-limitu ta’ skoperta tal-metodu (µg/kg)

α hija fattur numeriku kostanti li għandu jintuża skond il-valur ta’ C. Il-valuri li għandhom jintużaw huma stabbiliti fit-Tabella ta’ aktar ’l isfel.

C hija l-konċentrazzjoni ta’ interess (µg/kg)

Jekk il-metodu analitiku jiprovdi riżultati b’qisien ta’ inċertezza inqas mill-akbar inċertezza standard, il-metodu għandu jitqies bħala li huwa xieraq b’mod ugwali għal wieħed li jissodisfa l-kriterji ta’ rendiment li jingħataw fil-punt 4.3.1.

Tabella

Il-valuri numeriċi li għandhom jintużaw għal α bħala kwantità kostanti fil-formula stabbilita f’dan il-punt, skond il-konċentrazzjoni ta’ interess

C (µg/kg)

α

≤ 50

0,2

51-500

0,18

501-1 000

0,15

1 001 -10 000

0,12

> 10 000

0,1

4.4.   L-istima ta’ l-inċertezza tal-qjies, tal-kalkolu ta’ l-irkupru u tar-rappurtaġġ tar-riżultati (1)

Ir-riżultat analitiku jrid ikun irrapportat jekk ġie korrett jew jekk ma ġiex korrett għall-irkupru. Il-mod ta’ kif isir ir-rappurtaġġ u l-livell ta’ l-irkupru jridu jkunu rrapportati. Ir-riżultat analitiku li ġie korrett għall-irkupru għandu jintuża biex tiġi kkontrollata l-konformità.

Ir-riżultat analitiku jrid ikun rapportat bħala x +/- U fejn x hija r-riżultat analitiku u U hija l-inċertezza tal-qjies estiż.

U hija l-inċertezza estiża tal-qjies, billi jintuża fattur li jkopri ta’ 2 li jagħti livell ta’ fiduċja ta’ madwar 95 %.

Għall-ikel li ġej mill-annimali, tista’ titqies l-inċertezza tal-qjies ukoll billi jiġi stabbilit il-limitu ta’ deċiżjoni (CCα) skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/657/KE (2) (il-punt 3.1.2.5. ta’ l-Anness – il-każ ta’ sustanzi b’limitu permess stabbilit).

Ir-regoli ta’ interpretazzjoni preżenti tar-riżultat analitiku minħabba l-aċċettazzjoni jew ir-rifjut tal-lott japplikaw għar-riżultat analitiku miksub fuq il-kampjun għall-kontroll uffiċjali. F’każ ta’ analiżi għal raġunijiet ta’ difiża jew ta’ arbitraġġ, japplikaw ir-regoli nazzjonali.

4.5.   L-istandards ta’ kwalità tal-laboratorju

Il-laboratorju jrid jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta' l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta' l-annimali u mar-regoli dwar il-welfare ta' l-annimali (3).


(1)  Aktar dettalji dwar il-proċeduri biex tkun ikkalkulata l-inċertezza tal-qjies u dwar il-proċeduri biex ikun ivvalutat l-irkupru jistgħu jinstabu fir-rapport “Rapport dwar ir-relazzjoni bejn ir-riżultati analitiċi, l-inċertezza tal-qjies, il-fatturi ta’ l-irkupru u d-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni ta’ l-UE dwar l-ikel u l-għalf” - http://europa.eu.int/comm/food/food/chemicalsafety/contaminants/report-sampling_analysis_2004_en.pdf

(2)  ĠU L 221, tas-17.8.2002, p. 8.

(3)  Ara wkoll l-arranġamenti tranżitorji pprovduti fl-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 2076/2005 tal-5 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxu l-arranġamenti tranżitorji għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti 853/2004, 854/2004 u 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemendaw ir-Regolamenti (KE) 853/2004 u 854/2004 (ĠU L 338, tat-22.12.2005, p. 83).