|
29.9.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
285 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 352/2006
tas-27 ta' Frar 2006
li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1461/93 dwar l-aċċess għal kuntratti pubbliċi għal min jitfa' offerta għal xogħol bl-appalt mill-Istati Uniti ta' l-Amerika
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1461/93 (1) jirrestrinġi l-aċċess għal appaltaturi mill-Istati Uniti rigward ċerti kuntratti mogħtija minn ċerti awtoritajiet pubbliċi bħala tweġiba għal ċerti miżuri meħuda mill-Istati Uniti taħt it-Titolu VII ta' l-Att dwar il-Kummerċ ta' l-1988, ta' l-istess Stati Uniti, fir-rigward ta' appaltaturi Komunitarji. |
|
(2) |
Id-deċiżjoni ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika li tħassar is-sanzjonijiet imposti taħt it-Titolu VII ta' l-Att tal-Kummerċ ta' l-istess Stati Uniti sejrin jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2006. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 1461/93 għandu għalhekk jiġi mħassar, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1461/93 dwar l-aċċess għal kuntratti pubbliċi għal min jitfa' offerta għal xogħol bl-appalt mill-Istati Uniti ta' l-Amerika huwa b'dan revokat.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Maghmul fi Brussell, nhar is-27 ta' Frar 2006.
Ghall-Kunsill
Il-President
U. PLASSNIK