28.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 103/2006

ta’ l-20 ta’ Jannar 2006

li jadotta dispożizzjonijiet addizzjonali għall-applikazzjoni ta’ l-iskala Komunitarja għall-klassifika ta’ karkassi ta’ annimali adulti bovini

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċanga u l-vitella (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1208/81 tat-28 ta’ April 1981 li jiddetermina l-iskala Komunitarja għall-klassifika ta’ karkassi ta’ annimali adulti bovini (2), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu ta’ Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2930/81 tat-12 ta’ Ottubru 1981 li jadotta dispożizzjonijiet addizzjonali għall-applikazzjoni ta’ l-iskala Komunitarja għall-klassifika ta’ karkassi ta’ annimali adulti bovini (3) ġie emendat (4) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Sabiex tassigura l-klassifika uniformi tal-karkassi ta’ annimali adulti bovini fil-Komunità, huwa neċessarju li jsiru tifsiriet ta’ klassijiet ta’ konformità u klassijiet ta’ ħxuna, iktar preċiżi.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond il-Kumitat ta’ Ġestjoni għal Ċanga u Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-dispożizzjonijiet addizzjonali li jispeċifikaw id-definizzjoni tal-klassijiet ta’ konformità u klassijiet ta’ ħxuna msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 1208/81 għandhom ikunu kif elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KEE) Nru 2930/81 hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar il-20 ta’ Jannar 2006.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 123, 7.5.1981, p. 3. Regolament kif emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1026/91 (ĠU L 106, 26.4.1991, p. 2).

(3)  ĠU L 293, 13.10.1981, p. 6. Regolament kif emendat mir-Regolament (KEE) Nru 2237/91 (ĠU L 204, 27.7.1991, p. 11).

(4)  Ara l-Anness II.


ANNESS I

1.   KONFORMITÀ

Żvilupp ta’ profili ta’ karkassi, b’mod partikolari l-partijiet essenzjali (smin, dahar, spalla)

Klassi ta’ konformità

Dispożizzjonijiet addizzjonali

S

Superjuri

Round

:

smin immuskolat ħafna doppju b’kumenti visibili separati

Firxiet tan-naħa ta’ fuq mmarkati ħafna fuq il-biċċa ta’ isfel taż-żaqq (symphysis pelvis)

Dahar

:

wiesgħa ħafna u oħxon ħafna, sa l-ispalla

Wirk smina ħafna

Spalla

:

smina ħafna

 

E

Eċċellenti

Round

:

smina ħafna

Naħa ta’ fuq smina ħafna li tifrex rimmarkabilment sal biċċa ta’ isfel taż-żaqq (symphysis pelvis)

Dahar

:

wiesgħa u oħxon ħafna, sa l-ispalla

Wirk smina ħafna

Spalla

:

smina

 

U

Tajjeb ħafna

Round

:

smina

Naħa ta’ fuq smina tifrex fuq il-biċċa ta’ isfel taż-żaqq (symphysis pelvis)

Dahar

:

wiesgħa u oħxon, sa l-ispalla

Wirk smina

Spalla

:

smina

 

R

Tajjeb

Round

:

żviluppata tajjeb

Naħa ta’ fuq żviluppata tajjeb u wirk kemm xejn smin

Dahar

:

għadu oħxon imma anqas wiesgħa fl-ispalla

 

Spalla

:

kemm xejn żviluppata tajjeb

 

O

Mhux ħażin

Round

:

żvilupp medju għal żvilupp nieqes

 

Dahar

:

ħxuna medja għal-ħxuna nieqsa

Wirk: Profil ta’ l-Ispalla dritt

Spalla

:

żvilupp medju sa’ kważi ċatta

 

P

Ħazin

Round

:

żviluppat ħażin

 

Dahar

:

dejjaq bl-għadam visibbli

 

Spalla

:

ċatta bl-għadam visibbli

 

2.   GRAD TA’ KOPERTURA TA’ XAĦAM

Ammont ta’ xaħam fuq barra tal-karkassa u fil-kavità toraċika

Klassi ta’ kopertura ta’ xaħam

Dispożizzjonijiet addizzjonali

1

baxx

Ebda xaħam fil-kavità toraċika

2

ħafif

Fil-kavità toraċika il-muskolu jidher b’mod ċar bejn il-qafas

3

medja

Fil-kavità toraċika il-muskolu jidher bejn il-qafas

4

għoli

Il-ħjut tax-xaħam fuq il-qatgħa tonda huma prominenti. Fil-kavità toraċika il-muskolu bejn il-qafas jista’ jkun infiltrat bix-xaħam

5

għoli ħafna

Il-qatgħa tonda hija kompletament koperta bix-xaham, li l-ħjut tax-xaħam mhumiex iktar viżibbli b’mod ċar. Fil-kavità toraċika il-muskolu bejn il-qafas huwa infiltrat bix-xaħam


ANNESS II

Regolament imħassar flimkien ma’ l-emenda tiegħu

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2930/81

(ĠU L 293, 13.10.1981, p. 6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2237/91

(ĠU L 204, 27.7.1991, p. 11)


ANNESS III

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Regolament (KEE) Nru 2930/81

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Anness

Anness I

Anness II

Anness III