20.1.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

184


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru. 52/2006

22 ta' Diċembru 2005

li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti ħażniet ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2006

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għall-ġestjoni sena b'sena ta' TACs u kwoti (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jitlob lill-Kunsill jadotta l-miżuri neċessarji biex jiżgura aċċess għall-ibħra u r-riżorsi u l-insegwiment sostenibbli ta' attivitajiet tas-sajd, b'kont meħud ta' pariri xjentifiċi disponibbli u, b'mod partikolari, ir-rapport preparat mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd.

(2)

Taħt l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, huwa obbligu tal-Kunsill li jistabbilixxi limiti ta' opportunitajiet ta' sajd għal sajd jew grupp ta' sajd u l-allokazzjoni ta' dawn l-opportunitajiet lill-Istati Membri.

(3)

Sabiex tiġi żgurata ġestjoni effettiva ta' l-opportunitajiet tas-sajd, il-kondizzjonijiet speċifiċi li taħthom jitwettqu l-operazzjonijiet tas-sajd għandhom jiġu stabbiliti.

(4)

Il-prinċipji u ċerti proċeduri għall-ġestjoni tas-sajd jeħtieġ li jiġu stabbiliti f’livell Komunitarju, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jiżguraw il-ġestjoni tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom.

(5)

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jistabbilixxi d-definizzjonijiet rilevanti dwar l-allokazzjoni ta' l-opportunitajiet tas-sajd.

(6)

Skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 847/96, il-ħażniet li huma soġġetti għall-bosta miżuri msemmija fih għandhom jiġu identifikati.

(7)

Opportunitajiet ta' sajd għandhom jiġu użati skond il-leġislazzjoni Komunitarja dwar is-suġġett, u b'mod partikolari r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1381/87 ta' l-20 ta' Mejju 1987 li jistabbilixxi regoli dettaljati li jikkonċernaw l-immarkar u d-dokumentazzjoni ta' bastimenti tas-sajd (3), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2807/83 tat-22 ta' Settembru 1983 li jistabbilixxi regoli dettaljati għar-reġistrar ta' informazzjoni dwar il-qabdiet ta' ħut mill-Istati Membri (4), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll applikabbli għall-politika komuni tas-sajd (5), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 tat-18 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi disposizzjonijiet dettaljati dwar is-Sistemi ta' Monitoraġġ tal-Bastimenti bbażati fuq is-satellita (6), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2930/86 tat-22 ta' Settembru 1986 li jiddefinixxi l-karatteristiċi għall-bastimenti tas-sajd (7), u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3880/91 tas-17 ta' Diċembru 1991 dwar is-sottomissjoni ta' statistiċi ta' qabdiet nominali mill-Istati Membri li jistadu fit-Tramuntana u l-Lvant ta' l-Atlantiku (8), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta' Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, il-belts u s-Sound (9).

(8)

Biex jikkontribwixxu għall-konservazzjoni ta' ħażniet ta' ħut, ċerti miżuri supplimentari ta' kontroll u kondizzjonijiet tekniċi għas-sajd għandhom jiġu implimentati fl-2006.

(9)

Sabiex jiġi żgurat l-għajxien ta' sajjieda tal-Komunità u sabiex jiġi evitat l-ipperikolar tar-riżorsi u kwalunkwe possibbiltà ta' diffikultà minħabba l-iskadenza tar-Regolament (KE) Nru 27/2005, huwa importanti li dawn is-sajd jinfetħu fl-1 ta' Jannar 2006. Minħabba l-urġenza ta' din il-materja, huwa mandatorju li tiġi mogħtija eċċezzjoni għall-perijodu ta' sitt ġimgħat imsemmi fil-paragrafu I(3) tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Ir-Regolament jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għas-sena 2006 għal ċerti ħażniet ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut fil-Baħar Baltiku u l-kondizzjonijiet assoċjati li taħthom tali opportunitajiet ta' sajd jistgħu jintużaw.

Artikolu 2

Kamp ta' Applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għal bastimenti tas-sajd Komunitarji (bastimenti Komunitarji) u bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta', u reġistrati fi, pajjiżi terzi li joperaw fil-Baħar Baltiku.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, dan ir-Regolament m'għandux japplika għal operazzjonijiet ta' sajd imwettqa biss għall-fini ta' investigazzjonijiet xjentifiċi li huma mwettqa bil-permess u taħt l-awtorità ta' l-Istat Membru konċernat u li tagħhom il-Kummissjoni u l-Istat Membru f'dawk l-ibħra li fihom titwettaq ir-riċerka ġew infurmati minn qabel.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

B'żieda mad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

iż-żoni tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) għandhom ikunu kif definiti fir-Regolament (KEE) Nru 3880/91;

(b)

il-“Baħar Baltiku” tfisser id-Diviżjonijiet ICES IIIb, IIIċ u IIId;

(ċ)

“qabda totali permessa (TAC)” tfisser il-kwantità li tista' tittieħed minn kull ħażna kull sena;

(d)

“kwota” tfisser proporzjon tat-TAC allokat lill-Komunità, Stati Membru jew pajjiż terz.

KAPITOLU II

OPPORTUNITAJIET TA' SAJD U KONDIZZJONIJIET ASSOĊJATI

Artikolu 4

Limiti ta' qbid u allokazzjonijiet

Il-limiti ta' qbid, l-allokazzjoni ta' tali limiti fost l-Istati Membri, u kondizzjonijiet addizzjonali skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) 847/96 huma mniżżla fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Disposizzjonijiet speċjali dwar allokazzjonijiet

1.   L-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri kif stabbilita fl-Anness I għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:

(a)

skambji magħmula skond l-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002;

(b)

allokazzjonijiet mill-ġdid magħmula skond l-Artikoli 21(4), 23(1) u 32(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93;

(ċ)

ħatt l-art addizzjonali permess taħt l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

(d)

kwantitajiet miżmuma skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

(e)

tnaqqis magħmul skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

2.   Għall-fini tal-kwoti miżmuma li jkunu se jiġu trasferiti għall-2007, l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 għandu japplika, b'deroga minn dak ir-Regolament, għall-ħażniet kollha soġġetti għal TAC analitiku.

Artikolu 16

Kondizzjonijiet għal qabdiet u qabdiet sekondarji

1.   Ħut minn ħażniet li għalihom il-limiti ta' qbid huma ffissati għandhom jinżammu abbord jew jiġu żbarkati l-art biss jekk:

(a)

il-qabdiet ikunu ttieħdu minn bastimenti ta' Stat Membru li jkollu kwota u dik il-kwota ma tkunx ġiet eżawrita;

(b)

il-qabdiet jiffurmaw parti minn kwota Komunitarja u dik il-kwota ma tkunx ġiet eżawrita, jew

(ċ)

speċji oħra apparti aringi u sardin huma mħallta ma' speċji oħra, il-qabdiet ikunu ttieħdu bi xbieki tat-tkarkir, tartaruni Daniżi jew tagħmir simili li d-daqs tal-malji tagħhom hu anqas minn 32 mm, u l-qabdiet mhumiex imqassma la abbord u lanqas mal-ħatt l-art.

2.   Il-ħatt l-art kollu għandu jgħodd kontra l-kwota rispettiva, ħlief għal qabdiet magħmula taħt il-paragrafu 1(ċ).

3.   Fejn il-kwota għall-aringi allokata għal Stat Membru tiġi eżawrita, bastimenti li jtajru l-bandiera ta' dak l-Istat Membru, reġistrat fil-Komunità, u li joperaw fin-negozju tas-sajd li għalih tapplika l-kwota rilevanti m'għandhomx iħottu l-art qabdiet li mhumiex imqassma u li jkun fihom aringi.

Artikolu 7

Limiti ta' sforz tas-sajd

Limiti ta' sforz tas-sajd huma mniżżla fl-Anness II.

Artikolu 8

Miżuri tranżitorji tekniċi u ta' kontroll

Miżuri tranżitorji tekniċi u ta' kontroll huma mniżżla fl-Anness III.

KAPITOLU III

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 9

Trasmissjoni ta' data

Meta skond l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 Stati Membri jibagħtu data lill-Kummissjoni dwar il-ħatt l-art tal-kwantitajiet ta' ħażniet maqbuda, huma għandhom jużaw il-kodiċi tal-ħażniet imniżżla fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 22 ta' Diċembru 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

B. BRADSHAW


(1)  ĠU L 358, 29.8.1980, p. 59.

(2)  ĠU L 115, 29.8.1980, p. 3.

(3)  ĠU L 132, 29.8.1980, p. 9.

(4)  ĠU L 276, ta' l-10.10.1983 p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1804/2005 (ĠU L 290, 4.11.2005, p. 10).

(5)  ĠU L 261, 29.8.1980, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 768/2005 (ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1).

(6)  ĠU L 333, 29.8.1980, p. 17.

(7)  ĠU L 274, ta' l-25.9.1986, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru. 3259/94 (ĠU L 339, 29.12.1994, p. 11).

(8)  ĠU L 365, 29.8.1980, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 448/2005 (ĠU L 74, 19.3.2005, p. 5).

(9)  ĠU L 347, 31.12.2005, p. 1.


ANNESS I

Limiti ta' ħatt l-art u kondizzjonijiet assoċjati għal ġestjoni ta' sena b'sena ta' limiti ta' qbid applikabbli għal bastimenti Komunitarji fejn limiti ta' qbid jeżistu skond l-ispeċji u skond iż-żona

It-tabelli li ġejjin jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti (f'tunnellati ta' piż ħaj, ħlief fejn speċifikat mod ieħor) skond il-ħażna, l-allokazzjoni għall-Istati Membri u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ġestjoni ta' sena b'sena tal-kwoti.

Speċi:

Aringi

Clupea harengus

Żona:

Sub-diviżjonijiet 30-31

HER/3D30.; HER/3D31.

Finlandja

75 099

 

Svezja

16 501

 

KE

91 600

 

TAC

91 600

TAC Analitiku.

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.

L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.


Speċi:

Aringi

Clupea harengus

Żona:

Sub-diviżjonijiet 22-24

HER/3B23.; HER/3C22.; HER/3D24.

Danimarka

6 658

 

Ġermanja

26 207

 

Finlandja

3

 

Polonja

6 181

 

Svezja

8 451

 

KE

47 500

 

TAC

47 500

TAC Analitiku.

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.

L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.


Speċi:

Aringi

Clupea harengus

Żona:

Sub-diviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32

HER/3D25.; HER/3D26.; HER/3D27.; HER/3D28.; HER/3D29.; HER/3D32.

Danimarka

2 548

 

Ġermanja

676

 

Estonja

13 015

 

Finlandja

25 404

 

Latvja

3 212

 

Litwanja

3 382

 

Polonja

28 861

 

Svezja

38 744

 

KE

115 842

 

TAC

128 000

TAC Analitiku.

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.


Speċi:

Aringi

Clupea harengus

Żona:

Sub-diviżjoni 28,1

HER/03D.RG

Estonja

18 472

 

Latvja

21 528

 

KE

40 000

 

TAC

40 000

TAC Analitiku.

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.

L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.


Speċi:

Merluzz

Gadus morhua

Żona:

Sub-diviżjonijiet 25-32 (ilmijiet-KE)

COD/3D25.; COD/3D26.; COD/3D27.; COD/3D28.; COD/3D29.; COD/3D30.; COD/3D31.; COD/3D32.

Danimarka

10 415

 

Ġermanja

4 143

 

Estonja

1 015

 

Finlandja

797

 

Latvja

3 873

 

Litwanja

2 551

 

Polonja

11 993

 

Svezja

10 552

 

KE

45 339

 

TAC

49 220

TAC Analitiku.

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.


Speċi:

Merluzz

Gadus morhua

Żona:

Sub-diviżjonijiet 22-24 (ilmijiet-KE)

COD/3B23.; COD/3C22.; COD/3D24.

Danimarka

12 395

 

Ġermanja

6 061

 

Estonja

275

 

Finlandja

244

 

Latvja

1 026

 

Litwanja

665

 

Polonja

3 317

 

Svezja

4 417

 

KE

28 400

 

TAC

28 400

TAC Analitiku.

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.

L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.


Speċi:

Barbun

Pleuronectes platessa

Żona:

IIIbċd (ilmijiet KE)

PLE/3B23.; PLE/3C22.; PLE/3D24.; PLE/3D25.; PLE/3D26.; PLE/3D27.; PLE/3D28.; PLE/3D29.; PLE/3D30.; PLE/3D31.; PLE/3D32.

Danimarka

2 698

 

Ġermanja

300

 

Svezja

203

 

Polonja

565

 

KE

3 766

 

TAC

Mhux rilevanti

TAC Prekawzjonarju.

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.

L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.


Speċi:

Salamun ta’ l-Atlantiku

Salmo salar

Żona:

IIIbċd (ilmijiet KE) eskluż is-sub-diviżjoni 32

SAL/3B23.; SAL/3C22.; SAL/3D24.; SAL/3D25.; SAL/3D26.; SAL/3D27.; SAL/3D28.; SAL/3D29.; SAL/3D30.; SAL/3D31.

Danimarka

93 512  (1)

 

Ġermanja

10 404  (1)

 

Estonja

9 504  (1)

 

Finlandja

116 603  (1)

 

Latvja

59 478  (1)

 

Litwanja

6 992  (1)

 

Polonja

28 368  (1)

 

Svezja

126 399  (1)

 

KE

451 260  (1)

 

TAC

460 000  (1)

TAC Analitiku.

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.


Speċi:

Salamun ta’ l-Atlantiku

Salmo salar

Żona:

Sub-diviżjoni 32

SAL/3D32.

Estonja

1 581  (2)

 

Finlandja

13 838  (2)

 

KE

15 419  (2)

 

TAC

17 000  (2)

TAC Analitiku.

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.


Speċi:

Sardin

Sprattus sprattus

Żona:

IIIbċd (ilmijiet KE)

SPR/3B23.; SPR/3C22.; SPR/3D24.; SPR/3D25.; SPR/3D26.; SPR/3D27.; SPR/3D28.; SPR/3D29.; SPR/3D30.; SPR/3D31.; SPR/3D32.

Danimarka

41 512

 

Ġermanja

26 299

 

Estonja

48 204

 

Finlandja

21 730

 

Latvja

58 219

 

Litwanja

21 060

 

Polonja

123 552

 

Svezja

80 250

 

KE

420 826

 

TAC

468 000

TAC Analitiku.

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.


(1)  Espress bin-numru ta' ħut individwali.

(2)  Espress bin-numru ta' ħut individwali.


ANNESS II

LIMITI TA' L-ISFORZ TAS-SAJD

1.

Sajd bit-tkarkir, tartaruni jew tagħmir simili ta' malji li d-daqs tagħhom hu daqs jew akbar minn 90 mm jew b'għeżul tal-qiegħ, xbieki tat-tħabbil u pariti ta' malji li d-daqs tagħhom hu daqs jew akbar minn 90 mm jew b'konzijiet tal-qiegħ għandu jiġi pprojbit:

(a)

mill-15 ta' Marzu sa l-14 ta' Mejju fis-sub-diviżjonijiet 22-24, u

(b)

mill-15 ta' Ġunju sa l-14 ta' Settembru fis-sub-diviżjonijiet 25-27.

2.

Għall-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sajd bit-tkarkir, tartaruni jew tagħmir simili ta' malji li d-daqs tagħhom hu daqs jew akbar minn 90 mm jew b'għeżul tal-qiegħ, xbieki tat-tħabbil u pariti ta' malji li d-daqs tagħhom hu daqs jew akbar minn 90 mm jew b'konzijiet tal-qiegħ għandu jiġi pprojbit:

(a)

30 jum tal-kalendarju fis-sub-diviżjonijiet 22-24, barra mill-perijodu mill-15 ta' Marzu sa l-14 ta' Mejju, u

(b)

27 jum tal-kalendarju fis-sub-diviżjonijiet 25-27, barra mill-perijodu mill-15 ta' Ġunju sa l-14 ta' Settembru.

3.

Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu deskrizzjoni tas-sistema applikata biex tiġi żgurata l-konformità mal-punt 2.

4.

B'deroga mill-punti 1 u 2, il-bastimenti tal-Komunità b'tul globali ta' inqas minn 12-il metru għandhom jiġu permessi li jżommu abbord u fuq l-art sa' 10 % ta' merluzz f'piż ħaj meta jistadu bl-għeżul, xbieki tat-tħabbil u/jew pariti b'qies tal-malji daqs jew akbar minn 110 mm.


ANNESS III

MIŻURI TRANŻITORJI TEKNIĊI U TA’ KONTROLL

1.

Restrizzjonijiet fuq is-sajd

1.1.

L-attivitajiet kollha tas-sajd fi ħdan iż-żoni magħluqa bit-tgħaqqid b'mod sekwenzjali mal-linji ta' rombu tal-pożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jitkejlu skond is-sistema tal-koordinati WGS84, huma projbiti mill-1 ta' Mejju sal-31 ta' Ottubru.

Żona 1:

55o45'N, 15o30'E

55o45'N, 16o30'E

55o00'N, 16o30'E

55o00'N, 16o00'E

55o15'N, 16o00'E

55o15'N, 15o30'E

55o45'N, 15o30'E

Żona 2:

55o00'N, 19o14'E

54o48'N, 19o20'E

54o45'N, 19o19'E

54o45'N, 18o55'E

55o00'N, 19o14'E

Żona 3:

56o13'N, 18o27'E

56o13'N, 19o31'E

55o59'N, 19o13'E

56o03'N, 19o06'E

56o00'N, 18o51'E

55o47'N, 18o57'E

55o30'N, 18o34'E

56o13'N, 18o27'E

1.2.

B'deroga mill-punt 1.1, is-sajd bl-għeżul, xbieki tat-tħabbil u pariti b'qies tal-malji daqs jew akbar minn 157 mm jew bil-konzijiet għandu jiġi permess. Meta jsir is-sajd bil-konzijiet m'għandu jinżamm l-ebda merluzz abbord.

2.

Monitoraġġ, spezzjoni u sorveljanza f'konnessjoni ma' l-irkupru ta' ħażniet ta' merluzz fil-Baħar Baltiku

2.1.

Permess speċjali għas-sajd għall-merluzz fil-Baħar Baltiku

2.1.1.

B'deroga mill-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1627/94 tas-27 ta' Ġunju 1994 li jistabbilixxi d-disposizzjonijiet ġenerali li jikkonċernaw il-permessi speċjali tas-sajd (1), il-bastimenti kollha tal-Komunità b'tul globali daqs jew akbar minn 8 m li jġorru abbord jew jużaw kwalunkwe tagħmir awtorizzat għas-sajd tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-Sound skond ir-Regolament (KE) Nru 2187/2005.

2.1.2.

Stat Membru jista' joħroġ il-permess speċjali għas-sajd għall-merluzz imsemmi fil-punt 2.1.1 għall-bastimenti tal-Komunità biss li fl-2005 għandhom permess speċjali għas-sajd għall-merluzz fil-Baħar Baltiku skond il-punt 6.2.1 ta' l-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 27/2005 tat-22 ta' Diċembru 2004 li jiffissa għall-2005 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti ħażniet ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ibħra tal-Komunità u, għall-bastimenti tal-Komunità, f'ilmijiet fejn il-limitazzjonijiet tal-qbid huma meħtieġa (2). Madankollu, Stat Membru jista' joħroġ permess speċjali għas-sajd tal-merluzz għal bastiment Komunitarju, li jtajjar il-bandiera ta' dak l-Istat Membru, li ma jkollux permess speċjali tas-sajd fl-2005 jekk jiżgura li kapaċità ekwivalenti, imkejla f'kilowatts (kW), hi evitata mis-sajd fil-Baħar Baltiku bi kwalunkwe tagħmir imsemmi fil-punt 2.1.1.

2.1.3.

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi u jżomm lista ta' bastimenti li għandhom permess speċjali għas-sajd għall-Merluzz fil-Baħar Baltiku u jagħmilha disponibbli fuq il-website uffiċjali tiegħu għall-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra li jmissu mal-Baħar Baltiku.

2.1.4.

Il-kaptan ta' bastiment Komunitarju, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu/tagħha, li lilu Stat Membru hareġ permess speċjali għas-sajd għall-merluzz fil-Baħar Baltiku għandu jżomm kopja ta' dan il-permess abbord tal-bastiment tas-sajd.

2.2.

Ġurnali ta' abbord

B'deroga mill-Artikolu 6(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll applikabbli għall-politika ta' sajd komuni (3), il-kaptana ta' bastiment tal-Komunità b'tul globali daqs jew akbar minn 8 m għandhom iżommu ġurnal ta' abbord ta' l-operazzjonijiet tagħhom skond l-Artikolu 6 ta' dak ir-Regolament.

2.3.

Marġini ta' tolleranza

B'deroga mill-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2807/83 tat-22 ta' Settembru 1983 li jistabbilixxi regoli dettaljati għar-reġistrazzjoni ta' informazzjoni dwar il-qabdiet ta' ħut (4) ta' l-Istati Membri, il-marġini ta' tolleranza permessa, meta jkunu qed jiġu stmati l-kwantitajiet, f'kilogrammi, ta' ħut miżmuma abbord bastimenti tal-Komunità għandom ikunu ta' 8 % tal-figura fil-ġurnal ta' abbord.

Madankollu, għall-qabdiet li jiġu żbarkati mhux issortjati, il-marġini ta' tolleranza permessa meta jkunu qed jiġu stmati l-kwantitajiet għandu jkun ta' 8 % tal-kwantità totali żbarkata.

2.4.

Notifika bil-quddiem

2.4.1.

Il-bastimenti tas-sajd li jistadu fl-ilmijiet tal-Komunità tas-Sub-diviżjoni 22-24 (Żona A) jew fis-Sub-diviżjoni 25-32 (Żona B) għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jibdew is-sajd fiż-Żona A jew B b'inqas minn 100 kg ta' merluzz abbord;

(b)

jekk il-bastiment għandu iżjed minn 300 kg ta' merluzz abbord meta jħalli ż-Żona A jew B u b'deroga mill-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, il-kaptan tal-bastiment għandu jinnotifika l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat tal-bandiera siegħa qabel iħalli ż-Żona b' :

(i)

il-ħin u l-pożizzjoni tal-ħruġ,

(ii)

il-kwantitajiet ta' l-ispeċi f’kilogrammi f'piż ħaj għall-qabda kollha miżmuma abbord,

(iii)

l-isem tal-post ta' l-iżbark u l-ħin stmat tal-wasla f'dak il-post;

(ċ)

meta s-sajd jintemm u l-bastiment għandu iżjed minn 100 kg ta' merluzz abbord dan għandu:

(i)

jmur direttament fil-port taż-Żona fejn kien jistad u jiżbarka l-ħut, jew

(ii)

jmur direttament fil-port barra miż-Żona fejn kien jistad u jiżbarka l-ħut. Meta jħalli ż-Żona fejn kien jistad ix-xbieki għandhom ikunu stivati b’mod li ma jkunux għal-lest biex jintużaw skond il-kondizzjonijiet li ġejjin:

xbieki, piżijiet, u tagħmir simili għandhom jiġu maqlugħa minn mat-twavel tat-tkarkir u l-ħbula u l-wajers tal-ġbid u l-irfigħ,

xbieki li jkunu fuq jew ’il fuq mill-gverta għandhom jintrabtu sew ma’ xi parti tas-sovrastruttura;

(d)

Il-bastimenti msemmija f'(b) m'għandhomx jibdew jiskargaw sakemm ma jiġux awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti.

2.4.2.

Il-punt 2.4.1 m'għandux japplika għal bastimenti mgħammra b'sistemi ta' monitoraġġ ta' bastimenti skond l-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 2244/2003. Madankolu, tali bastimenti għandhom jittrasmettu r-rapport dwar il-qabda tagħhom kuljum liċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sajd ta' l-Istat Membru tal-bandiera, kif ipprovdut fl-Artikolu 3(7) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, għal inklużjoni fid-database kompjuterizzata tiegħu.

2.5.

Portijiet magħżula

2.5.1.

Meta bastiment iżomm iżjed minn 750 kg ta' piż ħaj ta' merluzz, dak il-merluzz jista' jiġi żbarkat esklussivament fil-portijiet magħżula.

2.5.2.

Kull Stat Membru jista' jagħżel portijiet fejn kwalunkwe merluzz Baltiku ta' 750 kg żejda jiġi żbarkat.

2.5.3.

Fi żmien 15-il ġurnata mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, kull Stat Membru li stabbilixxa lista ta' portijiet magħżula għandu jżomm u jagħmel disponibbli fuq il-website uffiċjali tiegħu għall-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra li jmissu mal-Baħar Baltiku lista ta' portijiet magħżula. Il-lista għandha tinkludi d-dettalji ta' kuntatt relevanti għas-sottomissjoni ta' ġurnali ta' abbord u dikjarazzjonijiet ta' żbark meta jiżbarkaw f'dak l-Istat Membru.

2.6.

L-użin tal-merluzz żbarkat l-ewwel.

2.6.1.

L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jeħtieġu li kull kwantità ta' merluzz maqbuda fil-Baħar Baltiku u li ġiet żbarkata l-ewwel f'dak l-Istat Membru tintiżen fil-preżenza ta kontrolluri qabel tiġi ttrasportata x'imkien ieħor mill-port ta' l-ewwel żbark.

2.6.2.

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi punti ta' referenza ta' spezzjoni speċifiċi. Tali punti ta' referenza għandhom jiġu riveduti perjodikament wara l-analiżi tar-riżultati miksuba. Il-punti ta' referenza ta' spezzjoni għandhom jevolvu b'mod progressiv sakemm il-punti ta' referenza ta' mira definiti fl-Appendiċi 1 jiġu milħuqa.

2.7.

Messaġġi VMS

2.7.1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data li ġejja li jirċievu f’konformità ma’ l-Artikoli 8, 10(1) u 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 2244/2003 tiġi rreġistrata f’forma li tinqara mill-kompjuter:

(a)

kull dħul, u ħruġ mill-port;

(b)

kull daħla, u ħarġa minn żoni marittimi li għalihom japplikaw regoli speċifiċi ta' aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi.

2.7.2.

L-Istati Membri għandhom jivverifikaw is-sottomissjoni tal-ġurnali ta' abbord u l-informazzjoni rilevanti mniżżla fil-ġurnal ta' abbord billi jużaw data tal-VMS. Tali kontro-verifiki għandhom jiġu rreġistrati u magħmula disponibbli lill-Kummissjoni fuq talba.

2.8.

Projbizzjoni fuq it-transitu u t-trasbord

2.8.1.

It-transitu fiż-żoni magħluqa għas-sajd għall-merluzz huwa projbit sakemm it-tagħmir tas-sajd abbord ma jkunx marbut sew u stivat f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93.

2.8.2.

It-Trasbord tal-merluzz huwa projbit.

2.9.

It-trasport tal-merluzz Baltiku

B'deroga mill-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 il-merluzz Baltiku ta' iżjed minn 50 kg żbarkat għat-trasport minn bastimenti Komunitarji li għandhom tul globali daqs jew akbar minn 8 m għandhom jiġu akkumpanjati minn dikjarazzjoni kif previst fl-Artikolu 8(1) ta' dak ir-Regolament.

2.10.

Sorveljanza konġunta u skambju ta' l-ispetturi

2.10.1.

L-Istati Membri għandhom jidħlu għal attivitajiet ta' spezzjoni u sorveljanza konġunti u jistabbilixxu proċeduri operazzjonali konġunti għal dak l-għan.

2.10.2.

L-Istati Membri involuti f'attivitajiet ta' spezzjoni u sorveljanza konġunti għandhom jiżguraw li l-ispetturi minn kull wieħed mill-Istati Membri parteċipanti jiġu mistiedna li jieħdu sehem ta' l-inqas f'dawn l-attivitajiet.

2.10.3.

L-ispetturi tal-Kummissjoni jistgħu jipparteċipaw f'dawn l-attiviatjiet ta' spezzjoni u sorveljanza konġunti.

2.10.4.

Għandha tġi msejħa laqgħa ta' l-awtoritajiet ta' spezzjoni nazzjonali kompetenti mill-Kummissjoni qabel il-31 ta' Jannar 2006 biex jiġi kkordinat il-programm ta' spezzjoni u sorveljanza konġunta għall-2006.

2.11.

Programmi nazzjonali ta' azzjoni ta' kontroll

2.11.1.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiddefinixxu programm nazzjonali ta' azzjoni ta' kontroll għall-Baħar Baltiku b'mod konformi ma' l-Appendiċi 2.

2.11.2.

Qabel il-31 ta' Jannar 2006, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jagħmlu disponibbli fuq il-website uffiċjali tagħhom lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra li jmissu mal-Baħar Baltiku l-progamm nazzjonali ta' azzjoni ta' kontroll imsemmi fil-punt 2.11.1, flimkien ma' skeda ta' implimentazzjoni.

2.11.3.

Il-Kummissjoni għanda ssejjaħ laqgħa tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akwakultura biex tiġi valutata l-konformità ma' u r-riżultati tal-progammi nazzjonali ta' azzjoni ta' kontroll għall-ħażniet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku.

3.

Restrizzjonijiet fuq is-sajd għall-barbun u l-merluzz

3.1.

Iż-żamma abbord ta' l-ispeċi ta' ħut li ġejjin li huma maqbuda fiż-żoni ġeografiċi u matul il-perijodi msemmija hawn taħt għandhom jiġu pprojbiti:

Speċi

Żona Ġeografika

Perijodu

Barbun (Platichthys flesus)

Sub-diviżjonijiet 26 sa 28, 29 Nofs-in-nhar ta' 59o30'N

Sub-diviżjoni 32

15 ta' Frar sal-15 ta' Mejju

15 ta' Frar sal-31 ta' Mejju

Merluzz (Psetta maxima)

Sub-diviżjonijiet 25 sa 26, 28 Nofs-in-nhar ta' 59o30'N

1 ta' Ġunju sal-31 ta' Lulju

3.2.

B'deroga mill-punt 3.1, meta jkun qed isir sajd bix-xbiek tat-tkarkir, b'tartaruni Daniżi u b'tagħmir simili bid-daqs ta' malji daqs jew akbar minn 105 mm jew b'għeżul tal-qiegħ, xbieki tat-tħabbil u pariti ta' malji li d-daqs tagħhom hu daqs jew akbar minn 100 mm, qabdiet sekondarji ta' barbun u merluzz jistgħu jinżammu abbord jew jitħattu f'limitu ta' 10 % tal-piż ħaj tal-qabda sħiħa miżmuma abbord jew imħotta matul il-perijodi ta' projbizzjoni msemmija f'dak il-punt.


(1)  ĠU L 171, 29.8.1980, p. 7.

(2)  ĠU L 12, 29.8.1980, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1936/2005 (ĠU L 311, 26.11.2005, p. 1.).

(3)  ĠU L 261, 29.8.1980, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 768/2005 (ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.).

(4)  ĠU L 276, 29.8.1980, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1804/2005 (ĠU L 290, 4.11.2005, p. 10.).

Appendiċi 1 għall-Anness III

Regoli komuni għal programmi ta' kontroll nazzjonali

Objettiv

1.

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi limiti speċifiċi ta' spezzjoni skond l-għanijiet imniżżla fl-Appendiċi.

Strateġija

2.

Spezzjoni u sorveljanza ta' attivitajiet tas-sajd għandhom jikkonċentraw fuq bastimenti bi probabbiltà li jaqbdu l-merluzz. Spezzjonijiet bl-addoċċ tat-trasport u l-marketing ta' merluzz għandhom jintużaw bħala mekkaniżmu ta' cross-checking komplimentari biex tiġi eżaminata l-effiċjenza ta' l-ispezzjoni u s-sorveljanza.

Prijoritajiet

3.

Tipi differenti ta' tagħmir għandhom ikunu soġġetti għal livelli differenti ta' spezzjoni, skond il-punt safejn il-flotot huma affettwati b'limiti ta' opportunitajiet ta' sajd. Għal dik ir-raġuni, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi prijoritajiet speċifiċi.

Punti ta' riferenza mmirati

4.

Mhux aktar tard minn xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-iskedi ta' spezzjoni tagħhom bil-għan li jilħqu l-miri mniżżla hawn taħt:

(a)

Livell ta' spezzjoni fil-portijiet

Bħala regola ġenerali, l-ispezzjonijiet għandu jkollhom l-għan li jkopru 20 % tal-piż ta' ħatt l-art ta' merluzz li jkopri l-postijiet kollha ta' ħatt l-art.

B'mod alternattiv:

(i)

L-ispezzjonijiet għandhom jittieħdu b'tali frekwenza bil-għan li matul il-perijodu ta' tliet xhur numru ta' bastimenti Komunitarji li jgħoddu għal 20 % jew aktar skond il-piż ta' ħatt l-art ta' merluzz huma spezzjonati almenu darba,

(ii)

Dan jista' jkun ibbażat fuq kampjun sempliċi bl-addoċċ jew billi jintuża pjan ta' kampjun xieraq li jilħaq almenu l-istess livell ta' preċiżjoni.

(b)

Livell ta' spezzjoni tal-Marketing

Spezzjoni ta' 5 % tal-kwantitajiet ta' merluzz offrut għal bejgħ b'irkant.

(ċ)

Livell ta' spezzjoni fuq il-baħar

Punt ta' riferenza flessibbli: irid jiġi stabbilit wara analiżi dettaljata ta' l-attività tas-sajd f'kull żona. Punti ta' riferenza fuq il-baħar għandhom jirreferu n-numru ta' jiem ta' spezzjoni fuq il-baħar fiż-żoni ta' ġestjoni tal-merluzz, bil-possibbiltà ta' punt ta' riferenza separat għal jiem ta' spezzjoni fiż-żoni speċifiċi.

(d)

Livell ta' sorveljanza bl-ajru

Punt ta' riferenza flessibbli: irid jiġi stabbilit wara analiżi dettaljata ta' l-attività tas-sajd imwettqa f'kull żona u b'kont meħud tar-riżorsi disponibbli għad-disposizzjoni ta l-Istati Membri.

Appendiċi 2 għall-Anness III

Kontenut tal-programmi nazzjonali ta' azzjoni ta' kontroll

Programmi nazzjonali ta' azzjoni ta' kontroll għandhom jimmiraw, inter alia, biex jispeċifikaw dan li ġej.

1.   MEZZ TA' KONTROLL

Riżorsi umani

1.1.

In-numri ta' spetturi bbażati fuq il-kosta u fuq il-baħar u l-perijodi u ż-żoni fejn dawn għandhom jintbagħtu.

Riżorsi tekniċi

1.2.

In-numri ta' bastimenti ta' spezzjoni u vetturi ta' l-ajru u l-perijodi u ż-żoni fejn dawn għandhom jintbagħtu.

Riżorsi finanzjarji

1.3.

L-allokazzjoni tal-budget biex jiġu mibgħuta riżorsi umani, bastimenti ta' spezzjoni u vetturi ta' l-ajru.

2.   GĦAŻLA TA' PORTIJIET

2.1.

Fejn rilevanti, lista ta' portijiet magħżula għal ħatt l-art ta' merluzz skond il-punt 2.5.3 ta' l-Anness III.

3.   NOTIFIKA MINN QABEL

3.1.

Deskrizzjoni tas-sistemi implimentati biex tiġi żgurata kompatibbiltà mad-disposizzjonijiet fil-punt 2.4 ta' l-Anness III.

4.   KONTROLL TA' ĦATT L-ART

Deskrizzjoni ta' kwalunkwe faċilità u/jew sistema implimentata biex tiġi żgurata kompatibbiltà mad-disposizzjonijiet fil-punti 2.3, 2.5 u 2.6 ta' l-Anness III:

5.   PROĊEDURI TA' SPEZZJONI

5.1.

Il-programmi nazzjonali ta' azzjoni ta' kontroll għandhom jispeċifikaw il-proċeduri li jiġu segwita:

(a)

Meta jkunu qed jiġu mwettqa spezzjonijiet fuq il-baħar u fuq l-art;

(b)

Biex issir komunikazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti magħżula minn Stati Membri oħra bħala responsabbli għall-programm nazzjonali ta' azzjoni ta' kontroll għal merluzz;

(ċ)

Għal sorveljanza konġunta u skambju ta' spetturi, inkluż speċifikazzjoni ta' poteri u awtoritajiet ta' spetturi li joperaw f'ibħra ta' Stati Membri oħra.