1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

423


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/129/KE

tat-8 ta' Diċembru 2006

li tispeċifika l-kriterja tal-purità rigward l-addittivi ta’ l-ikel apparti mill-kuluri u s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw l-addittivi ma’ l-ikel awtorizzati għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 (3)(a) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel u l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza Alimentari,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/77/KE (2) ta’ Diċembru 1996 li tispeċifika l-kriterji tal-purità rigward l-addittivi ta’ l-ikel apparti mill-kuluri u s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa, tistabbilixxi l-kriterji ta’ purità għall-addittivi msemmija fid-Direttiva 95/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Frar 1995 dwar l-addittivi ta’ l-ikel għajr kuluri u sustanzi li jagħtu l-ħlewwa (3).

(2)

Huwa xieraq li jiġu rtirati l-kriterji ta’ purità għall-E 216 propyl p-hydroxybenzoate u l-E 217 sodium propyl p-hydroxybenzoate [mhux maqluba għall-Malti f’dan ir-Regolament] li ma għadhomx permessi għall-użu bħala addittivi fl-ikel.

(3)

Uħud mill-verżjonijiet lingwistiċi tad-Direttiva 96/77/KE fihom żbalji rigward is-sustanzi li ġejjin: E 307 alpha-tocopherol, E 315 erythorbic acid, E 415 xanthan gum [mhux maqluba għall-Malti f’dan ir-Regolament]. Dawn l-iżbalji jeħtieġ li jiġu kkoreġuti. Barra minn hekk, jeħtieġ li jitqiesu l-ispeċifikazjonijiet u t-tekniki analitiċi għall-addittivi kif stabbiliti fil-Codex Alimentarius kif imfassla mill-Kumitat Konġunt ta' Esperti FAO/WHO dwar l-Addittivi fl-Ikel (JECFA). B’mod partikolari fejn huwa meħtieġ, il-kriterji speċifiċi ta’ purità ġew adattati biex jirriflettu l-limiti ta’ metalli tqal speċifiċi ta’ interess. Għal raġunijiet ta’ ċarezza t-test kollu rigward dawn is-sustanzi għandu jinbidel.

(4)

Il-livell ta’ rmied issulfatfil-kriterji ta’ purità għall-esteri E 472c ta’ l-aċidu ċitriku ta’ mono- u digliċeridi ta’ aċidi xaħmin għandu jiġi emendat sabiex ikopri prodotti parzjalment jew totalment newtralizzati.

(5)

Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-E 559 silikat ta’ l-aluminju jiġi prodott minn tafal kaolinitiku mhux ipproċessat ħieles minn kontaminazzjoni inaċċettabbli ta’ dijossina. Il-preżenza tad-dijossina fit-tafal kaolinitiku mhux ipproċessat għandha għalhekk tkun ristretta għall-anqas livell possibbli.

(6)

Jeħtieġ li jiġu adottati speċifikazzjonijiet għall-addittivi ġodda fl-ikel permezz tad-Direttiva 2006/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 li temenda d-Direttiva 95/2/KE dwar l-addittivi ta’ l-ikel għajr kuluri u sostanzi li jagħtu ħlewwa u d-Direttiva 94/35/KE dwar is-sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f'oġġetti ta' l-ikel: E 319 butilidrokinone terzjarju (TBHQ), E 426 emiċelluloża tas-soja, E 462 etilċelluloża, E 586 4-essilresorċinol, E 1204 pullulan u E 1452 ottenilsuċċinat ta’ l-aluminju u l-lamtu.

(7)

Id-Direttiva 96/77/KE għandha għalhekk tiġi emendata u kkoreġuta kif xieraq.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness tad-Direttiva 96/77/KE huwa emendat u kkoreġut skond l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-15 ta' Frar 2008. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-riferenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 8 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 27. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 339, 30.12.1996, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/45/KE (ĠU L 113, 20.4.2004, p. 19).

(3)  ĠU L 61, 18.3.1995, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/52/KE (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 10).


ANNESS

L-Anness tad-Direttiva 96/77/KEE qed jiġi emendat u kkoreġut kif ġej:

(1)

It-testi li jirrigwardaw E 216 propyl p-hydroxybenzoate and E 217 sodium propyl p-hydroxybenzoate huma mħassra.

(2)

It-test li jirrigwarda E 307 alpha-tocopherol huwa mibdul b’dan li ġej:

“E 307 ALFA-TOKOFEROL

Sinonimi

DL-α-Tokoferol

Definizzjoni

Isem kimiku

DL-5,7,8-Trimetiltokol

DL-2,5,7,8-Tetrametil-2-(4′,8′,12′-trimetiltrideċil)-6-kromanol

Einecs

233-466-0

Formula kimika

C29H50O2

Piż molekolari

430,71

Analiżi kimika

Kontenut ta’ mhux inqas minn 96 %

Deskrizzjoni

Żejt safrani jagħti fl-ambra, kważi bla riħa, ċar u viskuż li jossida u jiskura kif jiġi espost għall-arja jew d-dawl

Identifikazzjoni

A.

Testijiet ta’ solubilità

Ma jinħallx fl-ilma, jinħall liberament fl-etanol, jitħallat fl-eteru

B.

Spettrofotometrija

Fl-etanol assolut l-assorbiment massimu huwa ta' madwar 292 nm

Purità

Indiċi refrattiv

nD 20 1,503-1,507

Assorbiment speċifiku E1 %1 cm fl-etanol

E1 %1 cm (292 nm) 72-76

(0,01 g f’ 200 ml ta’ etanol assolut)

Irmied issulfat

Mhux iktar minn 0,1 %

Rotazzjoni speċifika

[α]25 D0o±0,05 o (1 f’ 10 ta’ soluzzjoni fil-kloroform)

Ċomb

Mhux iktar minn 2 mg/kg”

(3)

It-test li jikkonċerna E 315 erythorbic acid huwa mibdul b’dan li ġej:

“E 315 AĊIDU ERITORBIKU

Sinonimi

Aċidu isoaskorbiku

D-Aċidu araboaskorbiku

Definizzjoni

Isem kimiku

γ-lactone ta’ l-aċidu D-Eritro-ess-2-enoiku

Aċidu isoaskorbiku

D-Aċidu isoaskorbiku

Einecs

201-928-0

Formula kimika

C6H8O6

Piż molekolari

176,13

Analiżi kimika

Kontenut ta' mhux anqas minn 98 % fuq bażi anidra

Deskrizzjoni

Solidu kristallin bejn abjad u safrani li jiskura gradwalment kif jiġi espost għad-dawl

Identifikazzjoni

A.

Medda ta’ tidwib

Madwar 164 °C sa 172 °C bid-dekompożizzjoni

B.

Test pożittiv għall-aċidu askorbiku/reazzjoni għall-kulur

 

Purità

Telf mill-essikkazzjoni

Mhux aktar minn 0,4 % wara tnixxif taħt pressjoni mnaqqsa fuq il-ġell tas-silika għal 3 sigħat

Irmied issulfat

Mhux iktar minn 0,3 %

Rotazzjoni speċifika

[α]25 D 10 % (w/v) ta’ soluzzjoni ilmija bejn –16,5  ° sa –18,0  °

Ossalat

Għal soluzzjoni ta’ 1 g f’ 10 ml ta’ ilma żid żewġ qatriet ta’ aċidu aċetiku glaċjali u 5 ml ta’ 10 % ta’ soluzzjoni ta’ aċetat tal-kalċju Is-soluzzjoni għandha tibqa’ ċara

Ċomb

Mhux iktar minn 2 mg/kg”

(4)

It-test li ġej rigward l-E 319 butilidrokinone terzjarju (TBHQ) huwa mdaħħal wara l-E 316 sodium erythorbate:

“E 319 BUTILIDROKINONE TERZJARJU (TBHQ)

Sinonimi

TBHQ

Definizzjoni

Ismijiet kimiċi

Tert-butil-1,4-benżenediol

2-(1,1-Dimethilethil)-1,4-benżenediol

Einecs

217-752-2

Formula kimika

C10H14O2

Piż molekolari

166,22

Analiżi kimika

Kontenut ta’ mhux anqas minn 99 % ta’ C10H14O2

Deskrizzjoni

Solidu kristallin abjad li għandu riħa karatteristika

Identifikazzjoni

A.

Solubbiltà

Prattikament ma jinħallx fl-ilma; solubbli fl-etanol,

B.

Punt ta’ tidwib

Mhux inqas minn 126,5 °C

C.

Fenoliċi

Ħoll madwar 5 mg tal-kampjun fl-10ml ta’ metanol u żid 10,5 ml ta’ soluzzjoni ta’ dimetilamina(1 f’4). Jiġi prodott kulur aħmar fir-roża

Purità

Butil-p-benżokinone terzjarju

Mhux iktar minn 0,2 %

2,5-Butil-hydrokinone di-terzjarju

Mhux iktar minn 0,2 %

Idrossikinone

Mhux iktar minn 0,1 %

Toluene

Mhux iktar minn 25 mg/kg

Ċomb

Mhux iktar minn 2 mg/kg”

(5)

It-test li jikkonċerna l-E 415 zanthan gomma huwa mibdul b’dan li ġej:

“E 415 GOMMA ZANTAN

Definizzjoni

Il-gomma zantan hija gomma polisakkarida b’piż molekolari għoli prodott mill-fermentazzjoni ta’ koltura pura ta’ karboidrat b’varjanti naturali ta’ Xanthomonas campestris, ippurifikat permezz ta’ rkupru bl-etanol jew propan-2-e-2-ol, imnixxef u mitħun. Fiha D-glukożju u D-mannożju bħala unitajiet dominanti ta’ eżożju, flimkien ma’ aċidu D-glukoroniku u aċidu, u huwa ppreparat bħala melħ tas-sodju, tal-potassju jew tal-kalċju. Is-soluzzjonijiet tiegħu huma newtrali.

Piż molekolari

Madwar 1 000 000

Einecs

234-394-2

Analiżi kimika

Jagħti, fuq bażi mnixxfa, mhux anqas minn 4,2 % u mhux aktar minn 5 % ta’ CO2 li tikkorrispondi għal bejn 91 % u 108 % ta’ gomma zantan.

Deskrizzjoni

Trab kulur il-krema

Identifikazzjoni

A.

Solubilità

Jinħall fl-ilma. Ma jinħallx fl-etanol

Purità

Telf mill-essikkazzjoni

Mhux iktar minn 15 % (105 °C, sagħtejn u nofs)

Irmied totali

Mhux aktar minn 16 % fuq bażi anidra stabbilita mas-650 °C wara li tnixxef b’105 °C għal erba’ sigħat

Aċidu piruviku

Mhux inqas minn 1,5 %

Nitroġenu

Mhux iktar minn 1,5 %

Etanol u propan-2-ol

Mhux aktar minn 500 mg/kg singolarment jew flimkien

Ċomb

Mhux iktar minn 2 mg/kg

Ammonti totali ta’ mikrobi

Mhux aktar minn 5 000 kolonja kull gramma

Ħmira u moffa

Mhux aktar minn 300 kolonja kull gramma

E. coli

Assenti f’ 5 g

Salmonella spp.

Assenti f’ 10 g

Xanthomonas campestris

Ċelloli vijabbli nieqsa kull gramma”

(6)

It-test li ġej rigward l-E 426 emiċelluloża tas-soja huwa mdaħħal wara l-E 425(ii) glucommannan tal-konjac:

“E 426 EMIĊELLULOŻA TAS-SOJA

Sinonimi

 

Definizzjoni

L-emiċelluloża tas-soja hija polisakkarid raffinat li jinħall fl-ilma miksub minn varjanti naturali tal-fibra tas-soja bl-estrazzjoni li ssir permezz tal-misħun.

Ismijiet kimiċi

Polisakkaridi tas-soja li jinħallu fl-ilma

Fibra tas-soja li tinħall fl-ilma

Analiżi kimika

Mhux inqas minn 74 % karboidrat

Deskrizzjoni

Trab abjad fluwidu mnixxef bl-isprej

Identifikazzjoni

A.

Solubilità

Jinħall fil-misħun u fl-ilma kiesaħ mingħajr formazzjoni ta’ ġell.

pH ta’ soluzzjoni ta’ 1 %

5,5 ± 1,5

B.

Viskożità ta’ soluzzjoni ta’ 10 %

Mhux iktar minn 200 mPa.s

Purità

Telf mit-tnixxif

Mhux iktar minn 7 % (105 °C, erba’ sigħat)

Proteini

Mhux iktar minn 14 %

Irmied totali

Mhux iktar minn 9,5 % (600 °C, erba’ sigħat)

Arseniku

Mhux iktar minn 2 mg/kg

Ċomb

Mhux iktar minn 5 mg/kg

Merkurju

Mhux iktar minn 1 mg/kg

Kadmju

Mhux iktar minn 1 mg/kg

Ammonti standard ta’ mikrobi

Mhux aktar minn 3 000 kolonja kull gramma

Ħmira u moffa

Mhux aktar minn 100 kolonja kull gramma

E. Coli

Negattiv f’ 10 g”

(7)

It-test li ġej rigward l-E 462 etilċelluloża huwa mdaħħal wara l-E 461 metilċelluloża:

“E 462 ETILĊELLULOŻA

Sinonimi

Eteru ta’ l-etilċelluloża

Definizzjoni

L-etilċelluloża hija ċelluloża miksuba direttament minn fibri veġetali u parzjalment eterifikati bi gruppi etili.

Ismijiet kimiċi

Eteru etili taċ-ċelluloża

Formula kimika

Il-polimeri fihom unitajiet ta’ anidroglukożju sostituti bil-formula ġenerali li ġejja:

C6H7O2(OR1)(OR2) fejn R1 u R2 jistgħu jkunu kull waħda minn dawn li ġejjin:

H

CH2CH3

Analiżi kimika

Kontenut ta’ mhux anqas minn 44 % u mhux aktar minn 50 % ta’ gruppi etossili (-OC2H5) fuq bażi mnixxfa (ekwivalenti għal mhux aktar minn 2,6 gruppi etossili kull unità ta’ anidrogukożju)

Deskrizzjoni

Trab kemmxejn igroskopiku, abjad għal abjad maħmuġ, bla riħa u mingħajr togħma

Identifikazzjoni

A.

Solubilità

Prattikament ma jdubx fl-ilma, fil-gliċerol u fil-propan-1,2-diol imma jdub fil-proporzjonijiet varji f’ċerti solventi organiċi skond il-kontenut etossilu. Iċ-ċelluloża etili li fiha anqas minn 46-48 % ta’ gruppi ta’ etoksil idub liberament fit-tetraidrofuran, fl-aċetat metili, fil-kloroform u f’taħlitiet aromatiċi ta’ idrokarbon etanol. Iċ-ċelluloża etili li fiha 46-48 % jew aktar ta’ gruppi etossili idub liberament fl-etanol, fil-metanol, fit-toluene, fil-kloroform u fl-aċetat etili.

B.

Test b’sustanza filmoġena

Dewweb 5 g tal-kampjun f’95 g ta’ 80:20 (w/w) taħlita ta’ etanol tat-toluene. Tiġi ffurmata soluzzjoni ċara, stabbli u tagħti ftit fl-isfar. Ferra’ ftit ml tas-soluzzjoni fuq platt tal-ħġieġ u ħalli s-solvent jevapora Jibqa saff oħxon, iebes, kontinwu, ċar. Is-saff huwa fjammabbli.

Purità

Telf mit-tnixxif

Mhux iktar minn 3 % (105 °C, sagħtejn)

Irmied issulfat

Mhux iktar minn 0,4 %

pH ta’ 1 % soluzzjoni kollojdali

Newtrali għal-litmus

Arseniku

Mhux iktar minn 3 mg/kg

Ċomb

Mhux iktar minn 2 mg/kg

Merkurju

Mhux iktar minn 1 mg/kg

Kadmju

Mhux iktar minn 1 mg/kg”

(8)

It-test rigward l-esteri ta’ l-aċidu ċitriku E 472c ta’ mono u digliċeridi ta’ aċidi xaħmin huwa mibdul b’li ġej:

“ESTERI TA’ L-AĊIDU ĊITRIKU E 472C TA’ MONO U DIGLIĊERIDI TA’ AĊIDI XAĦMIN

Sinonimi

Citrem

Esteri ta’ l-aċidu ċitriku E 472c ta’ mono u digliċeridi

Ċitrogliċeridi

Mono u digliċeridi ta’ aċidi grassi esterifikati bl-aċdu ċitriku

Definizzjoni

Esteri ta’ gliċerol bl-aċidu ċitriku u aċidi grassi li jidhru fiż-żjut u x-xaħmijiet ta’ l-ikel. Jista’ jkun fihom ammonti żgħar bla gliċerol, aċidi xaħmin ħielsa, aċidi ċitriċi ħielsa u gliċeridi ħielsa Jistgħu jiġu parzjalment jew totalment newtralizzati bl-idrossidu tas-sodju jew bl-idrossidu tal-potassju

Deskrizzjoni

Likwidi fl-isfar jew fil-kannella ċar għal solidi b’konsistenza bħal tax-xema’ jew semi solidi

Identifikazzjoni

A.

Test pożittiv għall-gliċerol, aċidi grassi jew għall-aċidu ċitriku

 

B.

Solubilità

Ma jinħallx fl-ilma kiesaħ

Dispersibbli fil-misħun

Jinħall fiż-żjut u x-xaħmijiet

Jinħall fl-etanol kiesaħ

Purità

Aċidi apparti dak ċitriku u aċidi grassi

Ma jinstabux

Bla gliċerol

Mhux iktar minn 2 %

Gliċerol totali

Mhux inqas minn 8 % u mhux aktar minn 33 %.

Aċidu ċitriku totali

Mhux inqas minn 13 % u mhux aktar minn 50 %.

Irmied issulfat (determinat fi 800 ± 25 °C)

Prodotti mhux newtralizzati: mhux aktar minn 0,5 %

Prodotti parzjalment jew totalment newtralizzati: mhux aktar minn 10 %

Ċomb

Mhux iktar minn 2 mg/kg

Aċidi xaħmin ħielsa

Mhux aktar minn 3 % stmati bħala aċidu olejku

Kriterji ta’ purezza japplikaw għall-addittivi ħielsa mill-melħ tas-sodju, tal-potassju u tal-kalċju ta’ aċidi grassi, madankollu, dawn is-sustanzi jistgħu jkunu preżenti sa livell massimu ta’ 6 % (f' termini ta’ oleat tas-sodju).”

(9)

It-test li jikkonċerna E 559 silikat ta’ l-aluminju (kaolin) huwa mibdul b’dan li ġej:

“E 559 SILIKAT TA’ L-ALUMINJU (KAOLIN)

Sinonimi

Kaolin, ħafif jew tqil

Definizzjoni

Is-silikat ta’ l-aluminju idruż (kaolin) huwa tafal plastiku abjad ippurifikat magħmul mill-kaolinite, silikat ta’ l-aluminju tal-potassju, feldspar u kwarz. L-ipproċessar ma għandux jinkludi l-kalċinazzjoni. It-tafal kaolinitiku mhux ipproċessat użat fil-produzzjoni tas-silikat ta’ l-aluminju għandu jkollu livell ta' dijossina li ma jagħmlux perikoluż għas-saħħa jew mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem.

Einecs

215-286-4 (kaolinite)

Formula kimika

Al2Si2O5(OH)4 (kaolinite)

Piż molekolari

264

Analiżi kimika

Kontenut mhux anqas minn 90 % (somma ta’ silika u alumina, wara li jaqbad in-nar)

Silika (SiO2) Bejn 45 % u 55 %

Alumina (Al2O3) Bejn 30 % u 39 %

Deskrizzjoni

Trab fin żejtni, abjad jew abjad fil-griż. Il-kaolin huwa magħmul minn aggregazzjonjiet laxki ta’ saffi orjentati aleatorjament ta’ laqx tal-kaolinite jew laqxiet essagonali individwali.

Identifikazzjoni

A.

Test pożittiv għall-alumina u għas-silikat

 

B.

Diffrazzjoni X-ray:

Qċaċet karatteristiċi f’ 7,18/3,58/2,38/1,78 Å

C.

Assorbiment IR:

Qċaċet fi 3 700 u 3 620  cm–1

Purità

Telf meta jaqbad in-nar

Bejn 10 u 14 % (1 000  °C, piż kostanti)

Materjal li jinħall fl-ilma

Mhux iktar minn 0,3 %

Materja aċida li tinħall

Mhux iktar minn 2 %

Ħadid

Mhux iktar minn 5 %

Ossidu tal-potassju (K2O)

Mhux iktar minn 5 %

Karbon

Mhux iktar minn 0,5 %

Arseniku

Mhux iktar minn 3 mg/kg

Ċomb

Mhux iktar minn 5 mg/kg

Merkurju

Mhux iktar minn 1 mg/kg”

(10)

It-test li ġej rigward l-E 586 4-Essilresorċinol huwa mdaħħal wara l-E 578 glukonat tal-kalċju:

“E 586 4-ESSILRESORĊINOL

Sinonimi

4-Essil-1,3-benżenediol

Essilresorċinol

Definizzjoni

Ismijiet kimiċi

4-Essilresorċinol

Einecs

205-257-4

Formula kimika

C12H18O2

Piż molekolari

197,24

Analiżi kimika

Mhux anqas minn 98,0 % fuq il-bażi mnixxfa

Deskrizzjoni

Trab abjad

Identifikazzjoni

A.

Solubilità

Jinħall liberament fl-eteru u fl-aċeton jinħall verament ftit fl-ilma.

B.

Test ta’ l-aċidu nitriku

Għal 1 ml ta’ soluzzjoni saturata tal-kampjun, żid 1 ml ta’ aċidu nitriku. Jidher kulur aħmar ċar.

C.

Test tal-bromin

Għal 1 ml ta’ soluzzjoni saturata għall-kampjun, żid 1 ml ta’ bromin TS. Preċipitat flokkultat isfar idub u jipproduċi soluzzjoni safra.

D.

Medda ta’ tidwib

62 — 67 °C

Purità

Aċidità

Mhux iktar minn 0,05 %

Irmied issulfat

Mhux aktar minn 0,1 %

Resorċinol u fenoli oħra

Ħawwad madwar 1g tal-kampjun ma' 50 ml ta' ilma għal ftit minuti, iffiltra, u mal-filtrat żid 3 qatriet ta' kloridu ferriku TS. Ma jinħoloq ebda kulur aħmar jew blu.

Nikil

Mhux aktar minn 2 mg/kg

Ċomb

Mhux aktar minn 2 mg/kg

Merkurju

Mhux iktar minn 3 mg/kg”

(11)

It-test li ġej rigward il-E 1204 pullulan huwa mdaħħal wara l-E 1200 polidestrożju:

“E 1204 PULLULAN

Definizzjoni

Il-glukan lineari u newtrali li jikkonsiti prinċipalment minn unitajiet ta’ maltotriożju imwaħħla b’rabtiet glikosidiċi –1,6 . Dan huwa prodott permezz ta’ fermentazzjoni minn lamtu idrolizzat bl-użu ta’ razza ta’ Aureobasidium pullulans li ma tipproduċix tossini Wara li tintemm il-fermentazzjoni, iċ-ċelloli fungali jitneħħew permezz tal-mikrofiltrazzjoni, il-filtrat huwa sterilizzat bis-sħana u l-pigmenti u l-impuritajiet l-oħra mneħħija permezz ta’ assorbiment u kromatografija tat-tip ta' l-iskambju tal-joni.

Einecs

232-945-1

Formula kimika

(C6H10O5)x

Analiżi kimika

Mhux anqas minn 90 % ta’ glukan fuq il-bażi mnixxfa

Deskrizzjoni

Trab bla riħa abjad għal abjad maħmuġ

Identifikazzjoni

A.

Solubilità

Jinħall fl-ilma, prattikament ma jinħallx fl-etanol

B.

pH ta’ 10 % soluzzjoni

5,0 — 7,0

C.

Preċipitazzjoni bil-polietilenglikol 600

Żid 2 ml ta’ polietilenglikol 600 għal 10 ml ta’ 2 % soluzzjoni likwida ta’ pullulan. Preċipitat abjad huwa ffurmat.

D.

Depolimerizzazzjoni bil-pullulanażi

Lesti żewġ tubi b’10 ml f’kull wieħed ta’ 10 % soluzzjoni tal-pullulan. Żid 0,1 ml ta’ soluzzjoni ta’ pullulanażi li għandha attività ta’ 10 units/g f’ tubu wieħed, u 0,1 ml ta’ ilma fl-ieħor. Wara l-inkubazzjoni f’madwar 25 °C għal 20 min, il-viskożità tas-soluzzjoni trattata ta’ pullulanażi tkun viżibilment anqas minn dik tas-soluzzjoni mhux trattata.

Purità

Telf mit-tnixxif

Mhux aktar minn 6 % (90 °C, bi pressjoni mhux aktar minn 50 mm Hg, 6 h)

Mono-, di- u oligosakkaridi

Mhux aktar minn 10 % espress bħala glukożju

Viskożità

100 — 180 mm2/s (10 % w/w soluzzjoni likwida fi 30 °C)

Ċomb

Mhux aktar minn 1 mg/kg

Ħmira u moffa

Mhux aktar minn 100 kolonja kull gramma

Koliformi

Assenti f’ 25 g

Salmonella

Assenti f' 25 g”

(12)

It-test li ġej rigward l-E 1452 ottenilsuċċinat ta’ l-aluminju u l-lamtu huwa mdaħħal wara l-E 1451 lamtu ossidat aċitelat:

“E 1452 OTTENILSUĊĊINAT TA’ L-ALUMINJU

Sinonimi

SAOS

Definizzjoni

L-ottenilsuċċinat ta’ l-aluminju u l-lamtu huwa lamtu esterifikat bl-anidridi ottenilsuċċinika u ttrattat bis-sulfat ta’ l-aluminju

Deskrizzjoni

Trab abjad jew kważi jew granuli jew (jekk preġelatinizzati) laqxiet, trab amorfiku jew partiċelli ħorox

Identifikazzjoni

A.

Jekk mhux preġelatinizzat: b’osservazzjoni mikroskopika

 

B.

Test tal-kulur bil-jodju pożittiv (kulur blu skur għal aħmar ċar)

 

Purità

(il-valuri kollha espressi fuq bażi anidra apparti għal telf mat-tnixxif)

 

Telf mat-tnixxif

Mhux iktar minn 21 %

Gruppi ta’ ottenilsuċċinill

Mhux iktar minn 3 %

Fdal ta’ aċidu ottenilsuċċiniku

Mhux iktar minn 0,3 %

Dijossidu tal-kubrit

Mhux aktar minn 50 mg/kg għal lamti taċ-ċereali mmodifikati

Mhux aktar minn 10 mg/kg għal-lamti mmodifikati l-oħra sakemm mhux speċifikat mod ieħor

Arseniku

Mhux iktar minn 1 mg/kg

Ċomb

Mhux iktar minn 2 mg/kg

Merkurju

Mhux iktar minn 0,1 mg/kg

Aluminju

Mhux iktar minn 0,3 %”