31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

929


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2006/108/KE

ta' l-20 ta’ Novembru 2006

li tadatta d-Direttivi 90/377/KEE u 2001/77/KE fil-qasam ta' l-enerġija, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (1), u partikolarment l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 56 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 56 ta' l-Att ta' Adeżjoni, fejn l-atti ta' l-istituzzjonijiet jibqgħu validi wara l-1 ta' Jannar 2007, u jeħtieġu adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa mhumiex previsti fl-Att ta' Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, l-atti meħtieġa għandhom jiġu adottati mill-Kunsill, sakemm il-Kummissjoni ma tkunx adottat l-att oriġinali.

(2)

L-Att Finali tal-Konferenza li fasslet it-Trattat ta' Adeżjoni indika li l-Partijiet Kontraenti Għolja kienu laħqu qbil politiku dwar sett ta' adattamenti għal atti adottati mill-istituzzjonijiet li kienu meħtieġa minħabba l-adeżjoni u stieden lil-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw dawn l-adattamenti qabel l-adeżjoni, ikkompletati u aġġornati kif meħtieġ biex titqies l-evoluzzjoni tal-liġi ta' l-Unjoni.

(3)

Id-Direttivi 90/377/KEE (2) u 2001/77/KE (3) għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttivi 90/377/KEE u 2001/77/KE għandhom jiġu emendati kif imniżżel fl-Anness.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mid-data ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ soġġett għal u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Novembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KORKEAOJA


(1)   ĠU L 157, 21.6.2005, p. 11.

(2)   ĠU L 185, 17.7.1990, p. 16.

(3)   ĠU L 283, 27.10.2001, p. 33.


ANNESS

ENERĠIJA

1.   

31990 L 0377: Id-Direttiva tal-Kunsill 90/377/KEE tad-29 ta’ Ġunju 1990 li tikkonċerna l-proċedura Komunitarja sabiex ittejjeb it-trasparenza ta' prezzijiet tall-gass u ta' l-elettriku imposti fuq il-konsumaturi industrijali (ĠU L 185, 17.7.1990, p. 16), kif emendata bi:

31993 L 0087: id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/87/KEE tat-22.10.1993 (ĠU L 277, 10.11.1993, p. 32),

11994 N: l-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta’ l-Isvezja (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21),

12003 T: l-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33),

32003 R 1882: ir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29.9.2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(a)

Dawn li ġejjin jiddaħlu fl-Anness I, il-paragrafu 11:

“—

Il-Bulgarija

:

Sofia,”

“—

Ir-Rumanija

:

Bukarest,”;

(b)

dawn li ġejjin jiddaħlu fl-Anness II, il-punt I.(2):

“—

Il-Bulgarija

:

il-pajjiż kollu kemm hu,”

“—

Ir-Rumanija

:

il-pajjiż kollu kemm hu”.

2.   

32001 L 0077: Id-Direttiva 2001/77/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2001 dwar il-promozzjoni ta’ l-elettriku prodott minn sorsi ta’ l-enerġija rinovabbli fis-suq intern ta’ l-elettriku (ĠU L 283, 27.10.2001, p. 33), kif emendata bi:

12003 T: l-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).

(a)

Fl-Anness, dan li ġej jiddaħħal wara l-iskrizzjoni għall-Belġju:

“Il-Bulgarija

1,7

6

11(7)”

u, wara l-iskrizzjoni għall-Portugall:

“Ir-Rumanija

14,9

28

33”

(b)

Fl-Anness, l-iskrizzjoni għall-Komunità hi sostitwita b’dan li ġej:

“Il-Komunità

372

13,2

21”

(ċ)

Fl-Anness, in-noti f'qiegħ il-paġna (**) u (***) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(**)

Id-data tirreferi għall-produzzjoni nazzjonali ta’ RES-E fl-1997, minbarra għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja fejn id-data tirreferi għall-1999, u għall-Bulgarija u r-Rumanija fejn id-data tirreferi għall-2001.

(***)

Il-kontribuzzjonijiet f'perċentwali ta’ RES-E fl-1997 (fl-1999-2000 għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, u fl-2001 għall-Bulgarija u r-Rumanija) u l-2010 huma bbażati fuq il-produzzjoni nazzjonali ta’ RES-E diviż mill-konsum gross nazzjonali ta’ l-elettriku. Għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, il-konsum gross nazzjonali ta' l-elettriku hu bbażat fuq id-data ta' l-2000. Għall-Bulgarija u r-Rumanija l-konsum gross nazzjonali ta' l-elettriku hu bbażat fuq id-data ta' l-2001. Fil-każ ta' kummerċ intern ta' l-RES-E (biċ-ċertifikazzjoni rikonoxxuta jew l-oriġini reġistrata) il-kalkolu ta' dawn il-perċentwali ser jinfluwenza ċ-ċifri ta' l-2010 mill-Istati Membri iżda mhux it-total Komunitarju.”.

(d)

Fl-Anness, tiżdied in-nota f’qiegħ il-paġna li ġejja rigward l-iskrizzjoni għall-Bulgarija:

“(7)

Abbażi ta' l-analiżi preliminarja u l-informazzjoni aġġornata, il-mira ta' 11 % hi bbażata fuq żvilupp pożittiv ta' l-enerġiji rinovabbli u fuq kondizzjonijiet klimatiċi favorabbli. Il-possibbiltà li tintlaħaq din il-mira indikattiva tiddependi ħafna fuq ix-xita annwali totali, iż-żmien tax-xita matul is-sena u l-influss kif ukoll fatturi klimatiċi oħrajn li jaffettwaw ħafna l-livell tal-produzzjoni ta' l-enerġija idro-elettrika u l-utilizzazzjoni ta' l-enerġija solari u dik mir-riħ. Barra minn hekk, l-utilizzazzjoni tar-RES hi limitata bil-leġislazzjoni nazzjonali rilevanti għal u relatati ma' l-ambjent li jikkorrispondu għal-leġislazzjoni rispettiva ta' l-UE.”.