31.12.2008
|
MT
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
|
875
|
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2006/103/KE
ta' l-20 ta’ Novembru 2006
li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tal-politika dwar it-trasport, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra t-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (1), u partikolarment l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 56 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1)
|
Skond l-Artikolu 56 ta' l-Att ta' Adeżjoni, fejn l-atti ta' l-istituzzjonijiet jibqgħu validi wara l-1 ta' Jannar 2007, u jeħtieġu adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa mhumiex previsti fl-Att ta' Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, l-atti meħtieġa għandhom jiġu adottati mill-Kunsill, sakemm il-Kummissjoni ma tkunx adottat l-att oriġinali.
|
(2)
|
L-Att Finali tal-Konferenza li fasslet it-Trattat ta' Adeżjoni indika li l-Partijiet Kontraenti Għolja kienu laħqu qbil politiku dwar sett ta' adattamenti għal atti adottati mill-istituzzjonijiet li kienu meħtieġa minħabba l-adeżjoni u stieden lil-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw dawn l-adattamenti qabel l-adeżjoni, ikkompletati u aġġornati kif meħtieġ bix jittieħed kont ta' l-evoluzzjoni tal-liġi ta' l-Unjoni.
|
(3)
|
Id-Direttivi 82/714/KEE (2), 91/439/KEE (3), 91/440/KEE (4), 91/672/KEE (5), 92/106/KEE (6), 96/26/EC (7), 1999/37/EC (8), 1999/62/EC (9) u 2003/59/EC (10) għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq,
|
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttivi 82/714/KEE, 91/439/KEE, 91/440/KEE, 91/672/KEE, 92/106/KEE, 96/26/KE, 1999/37/KE, 1999/62/KE u 2003/59/KE għandhom jiġu emendati kif imniżżel fl-Anness.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mid-data ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew tali riferenza għandha takkumpanjahom meta jkunu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ soġġett għal u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Novembru 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
J. KORKEAOJA
(1) ĠU L 157, 21.6.2005, p. 11.
(2) ĠU L 301, 28.10.1982, p. 1.
(3) ĠU L 237, 24.8.1991, p. 1.
(4) ĠU L 237, 24.8.1991, p. 25.
(5) ĠU L 373, 31.12.1991, p. 29.
(6) ĠU L 368, 17.12.1992, p. 38.
(7) ĠU L 124, 23.5.1996, p. 1.
(8) ĠU L 138, 1.6.1999, p. 57.
(9) ĠU L 187, 20.7.1999, p. 42.
(10) ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4.
ANNESS
IL-POLITIKA DWAR IT-TRASPORT
A. IT-TRASPORT BIT-TRIQ
|
1.
|
31991 L 0439: Id-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE tad-29 ta’ Lulju 1991 dwar il-liċenzji tas-sewqan (ĠU L 237, 24.8.1991, p. 1), kif emendata bi:
—
|
11994 N: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta’ l-Isvezja (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21),
|
—
|
12003 T: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33),
|
(a)
|
Fl-Anness I, il-punt 2, it-tielet inċiż taħt il-kliem “l-ewwel paġna għandha jkun fiha:” qed jinbidel b’dan li ġej:
“—
|
is-simbolu ta’ distinzjoni ta’ l-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja, u li s-simbolu tiegħu ser ikun kif ġej:
B
|
:
|
Il-Belġju
|
BG
|
:
|
Il-Bulgarija
|
CZ
|
:
|
Ir-Repubblika Ċeka
|
DK
|
:
|
Id-Danimarka
|
D
|
:
|
Il-Ġermanja
|
EST
|
:
|
L-Estonja
|
GR
|
:
|
Il-Grecja
|
E
|
:
|
Spanja
|
F
|
:
|
Franza
|
IRL
|
:
|
L-Irlanda
|
I
|
:
|
L-Italja
|
CY
|
:
|
Ċipru
|
LV
|
:
|
Il-Latvja
|
LT
|
:
|
Il-Litwanja
|
L
|
:
|
Il-Lussemburgu
|
H
|
:
|
L-Ungerija
|
M
|
:
|
Malta
|
NL
|
:
|
L-Olanda
|
A
|
:
|
L-Awstrija
|
PL
|
:
|
Il-Polonja
|
P
|
:
|
Il-Portugall
|
RO
|
:
|
Ir-Rumanija
|
SLO
|
:
|
Is-Slovenja
|
SK
|
:
|
Is-Slovakkja
|
FIN
|
:
|
Il-Finlandja
|
S
|
:
|
L-Isvezja
|
UK
|
:
|
Ir-Renju Unit”.
|
|
|
(b)
|
Fl-Anness I, il-punt 3, it-tieni paragrafu jiġi mibdul b’dan li ġej:
“Jekk Stat Membru jixtieq jagħmel dawk l-iskrizzjonijiet f’lingwa nazzjonali li mhijiex waħda mil-lingwi li ġejjin: il-Bulgaru, l-Ispanjol, iċ-Ċek, id-Daniż, il-Ġermaniż, l-Estonjan, il-Grieg, l-Ingliż, il-Franċiz, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, l-Ungeriż, il-Malti, l-Olandiż, il-Polakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, il-Finlandiż jew l-Isvediż, dan għandu jfassal verżjoni bilingwi tal-liċenzja billi juża waħda mil-lingwi msemmija iktar 'l fuq, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Anness.”.
|
(ċ)
|
Fl-Anness Ia, il-punt 2(ċ) qed jiġi mibdul b’dan li ġej:
“(ċ)
|
is-simbolu ta’ distinzjoni ta’ l-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja, stampat fin-negattiv f'rettangolu blu u mdawwar b'ċirku ta' tnax-il stilla; is-simboli ta' distinzjoni għandhom ikunu kif ġej:
B
|
:
|
Il-Belġju
|
BG
|
:
|
Il-Bulgarija
|
CZ
|
:
|
Ir-Repubblika Ċeka
|
DK
|
:
|
Id-Danimarka
|
D
|
:
|
Il-Ġermanja
|
EST
|
:
|
L-Estonja
|
GR
|
:
|
Il-Greċja
|
E
|
:
|
Spanja
|
F
|
:
|
Franza
|
IRL
|
:
|
L-Irlanda
|
I
|
:
|
L-Italja
|
CY
|
:
|
Ċipru
|
LV
|
:
|
Il-Latvja
|
LT
|
:
|
Il-Litwanja
|
L
|
:
|
Il-Lussemburgu
|
H
|
:
|
L-Ungerija
|
M
|
:
|
Malta
|
NL
|
:
|
L-Olanda
|
A
|
:
|
L-Awstrija
|
PL
|
:
|
Il-Polonja
|
P
|
:
|
Il-Portugall
|
RO
|
:
|
Ir-Rumanija
|
SLO
|
:
|
Is-Slovenja
|
SK
|
:
|
Is-Slovakkja
|
FIN
|
:
|
Il-Finlandja
|
S
|
:
|
L-Isvezja
|
UK
|
:
|
Ir-Renju Unit”.
|
|
|
(d)
|
Fl-Anness Ia, il-punt 2(e) qed jiġi mibdul b’dan li ġej:
“(e)
|
il-kliem ‘mudell tal-Komunitajiet Ewropej’ fil-lingwa jew lingwi ta’ l-Istat Membru li qed joħroġ il-liċenzja u l-kliem ‘Liċenzja tas-Sewqan’ fil-lingwi l-oħra tal-Komunità, stampati bir-roża biex jiffurmaw l-isfond tal-liċenzja:
|
Свидетелство за управление на МПС
|
|
|
(e)
|
Fl-Anness Ia, il-punt 2(b) taħt il-kliem “Paġna 2 għandu jkun fiha” qed jiġi mibdul b’dan li ġej:
“Jekk Stat Membru jixtieq jagħmel l-iskrizzjonijiet f’lingwa nazzjonali li mhijiex waħda mill-lingwi li ġejjin: il-Bulgaru, l-Ispanjol, iċ-Ċek, id-Daniż, il-Ġermaniż, l-Estonjan, il-Grieg, l-Ingliż, il-Franċiz, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, l-Ungeriż, il-Malti, l-Olandiż, il-Polakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, il-Finlandiż jew l-Isvediż, dan għandu jfassal verżjoni bilingwi tal-liċenzja billi juża waħda mill-lingwi msemmija iktar 'l fuq, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Anness.”.
|
|
|
2.
|
31992 L 0106: Id-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE tas-7 ta’ Diċembru 1992 dwar l-istabbiliment ta’ regoli komuni għal ċerti tipi ta’ trasport ikkombinat ta’ merkanzija bejn Stati Membri (ĠU L 368, 17.12.1992, p. 38), kif emendata bi:
—
|
11994 N: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta’ l-Isvezja (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21),
|
—
|
12003 T: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).
|
Fl-Artikolu 6(3), dan li ġej jiddaħħal bejn l-iskrizzjonijiet għall-Belġju u r-Repubblika Ċeka:
“— Il-Bulgarija:
данък върху превозните средства;”
u, bejn l-iskrizzjonijiet għall-Portugall u s-Slovenja:
“— Ir-Rumanija:
Taxa asupra mijloacelor de transport;”.
|
|
3.
|
31996 L 0026: Id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar kif dħul għall-impjieg ta’ operatur ta’ trasport ta’ merkanzija bit-triq u operatur ta’ trasport ta’ passiġġieri bit-triq u r-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u evidenza oħra ta’ kwalifiki formali intenzjonati li jiffaċilitaw għal dawn l-operaturi d-dritt tal-libertà li jistabbilixxu ħidmiet ta’ trasport nazzjonali jew internazzjonali (ĠU L 124, 23.5.1996, p. 1) kif l-aħħar emendata bi:
—
|
12003 T: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).
|
Fl-Anness Ia, in-nota 1 ta' qiegħ il-paġna qed tiġi mibdula b’dan li ġej:
“1
|
Simbolu ta' distinzjoni ta' l-Istat: (B) il-Belġju, (BG) il-Bulgarija, (CZ) ir-Repubblika Ċeka, (DK) id-Danimarka, (D) il-Ġermanja, (EST) l-Estonja, (GR) il-Greċja, (E) Spanja, (F) Franza, (IRL) l-Irlanda, (I) l-Italja, (CY) Ċipru, (LV) il-Latvja, (LT) il-Litwanja, (L) il-Lussemburgu, (H) l-Ungerija, (M) Malta, (NL) l-Olanda, (A) l-Awstrija, (PL) il-Polonja, (P) il-Portugall, (RO) ir-Rumanija, (SLO) is-Slovenja, (SK) is-Slovakkja, (FIN) il-Finlandja, (S) l-Isvezja, (UK) ir-Renju Unit.”.
|
|
|
4.
|
31999 L 0037: Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29 ta’ April 1999 dwar id-dokumenti ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi (ĠU L 138, 1.6.1999, p. 57), kif emendata bi:
—
|
12003 T: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).
|
(a)
|
Fl-Anness 1, il-punt II.4, dan li ġej huwa mdaħħal wara l-iskrizzjoni għall-Belġju:
u, wara l-iskrizzjoni għall-Portugall:
|
(b)
|
Fl-Anness 1, il-punt III.1.A(b), dan li ġej huwa mdaħħal wara l-iskrizzjoni għall-Belġju:
u, wara l-iskrizzjoni għall-Portugall:
|
(ċ)
|
Fl-Anness 1I, il-punt II.4, dan li ġej huwa mdaħħal wara l-iskrizzjoni għall-Belġju:
u, wara l-iskrizzjoni għall-Portugall:
|
(d)
|
Fl-Anness II, il-punt III.1.A(b), dan li ġej huwa mdaħħal wara l-iskrizzjoni għall-Belġju:
u, wara l-iskrizzjoni għall-Portugall:
|
|
|
5.
|
31999 L 0062: Id-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi (ĠU L 187, 20.7.1999, p. 42), kif emendata bi:
—
|
12003 T: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).
|
Fl-Artikolu 3(1), dan li ġej jiddaħħal bejn l-iskrizzjonijiet għall-Belġju u r-Repubblika Ċeka:
“— Il-Bulgarija:
данък върху превозните средства,”;
u, bejn l-iskrizzjonijiet għall-Portugall u s-Slovenja:
“— Ir-Rumanija:
Taxa asupra mijloacelor de transport.”.
|
|
6.
|
32003 L 0059: Id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta' prodotti jew passiggieri, li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE (ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4), kif emendata bi:
(a)
|
Fl-Anness II, il-punt 2 taħt il-kliem “in-naħa 1 tinkludi” taħt punt (ċ), dan li ġej huwa mdaħħal bejn l-iskrizzjonijiet għall-Belġju u r-Repubblika Ċeka:
u, bejn l-iskrizzjonijiet għall-Portugall u s-Slovenja:
|
(b)
|
Fl-Anness II, il-punt 2 taħt il-kliem “in-naħa 1 tinkludi” taħt punt (e), dan li ġej huwa mdaħħal qabek l-iskrizzjoni għar-Repubblika Ċeka:
“карта за квалификация на водача”
u, bejn l-iskrizzjonijiet għall-Portugall u s-Slovakkja:
“Cartela de pregătire profesională a conducătorului auto”.
|
(ċ)
|
Fl-Anness II, il-punt 2, taħt il-kliem “in-naħa 2 tinkludi”, it-tieni sentenza tal-punt (b) hija sostitwita b'dan li ġej:
“Jekk Stat Membru jixtieq jagħmel dawk l-iskrizzjonijiet f’lingwa nazzjonali li mhijiex waħda mil-lingwi li ġejjin: il-Bulgaru, l-Ispanjol, iċ-Ċek, id-Daniż, il-Ġermaniż, l-Estonjan, il-Grieg, l-Ingliż, il-Franċiz, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, l-Ungeriż, il-Malti, l-Olandiż, il-Polakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, il-Finlandiż jew l-Isvediż, dan għandu jfassal verżjoni bilingwi tal-liċenzja billi juża waħda mil-lingwi msemmija iktar 'l fuq, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Anness.”.
|
|
B. TRASPORT BIL-FERROVIJA
31991 L 0440: Id-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE tad-29 ta’ Lulju 1991 dwar l-iżvilupp tal-ferroviji tal-Komunità (ĠU L 237, 24.8.1991, p. 25), kif l-aħħar emendata bi:
—
|
12003 T: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33),
|
Fl-Anness 1, dan li ġej huwa mdaħħal fil-lista ta' portijiet wara l-iskrizzjonijiet għall-Belġju:
“БЪЛГАРИЯ
Варна
Бургас
Русе
Лом
Видин”;
u, wara l-iskrizzjoni għall-Portugall:
“ROMÂNIA
Constanța
Mangalia
Midia
Tulcea
Galați
Brăila
Medgidia
Oltenița
Giurgiu
Zimnicea
Calafat
Turnu Severin
Orșova”
Ċ. TRASPORT FUQ PASSAĠĠI TA' L-ILMA INTERNI
|
1.
|
31982 L 0714: Id-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE ta’ l-4 ta’ Ottubru 1982 li tistabilixxi l-ħtiġiet tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 301, 28.10.1982, p. 1), kif emendata bi:
—
|
11994 N: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta’ l-Isvezja (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21),
|
—
|
12003 T: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).
|
L-Anness I qed jiġi emendat kif ġej:
(i)
|
dan li ġej qed jiżdied ma’ “IL-KAPITOLU II”, “Żona 3”:
“Ir-Repubblika tal-Bulgarija
Id-Danubju: minn rkm 845,650 sa rkm 374,100”,
“Ir-Rumanija
Id-Danubju: mill-fruntiera tas-Serbja-Montenegro — Rumena (km 1075) sal-Baħar l-Iswed fuq il-fergħa tas-Sulina,
Il-kanal Danubju — Baħar l-Iswed (64,410 km twil): minn fejn jingħaqad max-xmara Danubju, 299,300 km mid-Danubju fi Cernavodă (km 64 u km 410 tal-Kanal rispettivament), sal-Port ta' Constanta South — Agigega (km ‘0’ tal-Kanal),
Kanal Poarta Albă — Midia Năvodari (34,600 km twil): minn fejn jingħaqad mal-Kanal Danubju — Baħal l-Iswed f'km 29 u km 410 f'Poarta Albă (km 27 u km 500 tal-Kanal rispettivament) sal-Port ta' Midia (km ‘0’ tal-Kanal)”;
|
(ii)
|
dan li ġej qed jiżdied ma’ “IL-KAPITOLU III”, “Żona 4”:
“Ir-Rumanija
Kull passaġġ fuq l-ilma ieħor mhux elenkat fiż-Żona 3.”.
|
|
|
2.
|
31991 L 0672: Id-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-boatmasters nazzjonali għat-trasportazzjoni ta’ merkanzija u ta’ passiġġieri permezz ta’ passaġġi interni fuq l-ilma (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 29), kif emendata bi:
—
|
11994 N: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta’ l-Isvezja (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21),
|
—
|
12003 T: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33),
|
(a)
|
L-Anness I qed jiġi emendat kif ġej:
(i)
|
taħt l-intestatura “GROUP A” qed jiżdied dan li ġej:
“Ir-Rumanija:
—
|
brevet de căpitan fluvial categoria A (ċertifikat A ta' kaptan tad-dgħajjes) (skond l-Ordni tal-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi, it-Trasport u d-Djar Nru 984/04.07.2001 li tapprova r-Regolament dwar il-ħruġ ta' ċertifikati ta' kapaċità nazzjonali għal persunal li jbaħħar fuq ix-xmajjar, M. Of., p. I, nr. 441/6.VIII.2001).”;
|
|
(ii)
|
taħt it-titolu “GRUPP B” qed jiżdied dan li ġej:
“Ir-Repubblika tal-Bulgarija:
—
|
Свидетелство за правоспособност ‘Капитан вътрешно плаване’ (ċertifikat ta' kompetenza għal master ta' navigazzjoni interna)
|
—
|
Свидетелство за правоспособност ‘Щурман вътрешно плаване’ (ċertifikat ta' kompetenza għal uffiċjal gwardja ta' navigazzjoni interna) (Наредба № 6 от 25.7.2003 г. на министъра на транспорта и съобщенията за компетентност на морските лица в Република България, обн. ДВ, бр.83 от 2003 г. Skond l-Ordinanza Nru 6 tal-25 ta' Lulju 2003 tal-Ministru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni dwar il-kompetenza ta' baħħara fir-Repubblika tal-Bulgarija, DV Nru 83/2003).”,
|
“Ir-Rumanija
—
|
brevet de căpitan fluvial categoria B (ċertifikat B ta' kaptan tad-dgħajjes) (skond l-Ordni tal-Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi, it-Trasport u d-Djar Nru 984/04.07.2001 li tapprova r-Regolament dwar il-ħruġ ta' ċertifikati ta' kapaċità nazzjonali għal persunal li jbaħħar fuq ix-xmajjar, M. Of., p. I, nr. 441/6.VIII.2001).”
|
|
|
(b)
|
fl-Anness II, jiżdied dan li ġej:
“Ir-Rumanija
Id-Danubju: minn Brăila (km 175) sal-Baħar l-Iswed fuq il-fergħa tas-Sulina”.
|
|