|
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
769 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2006/101/KE
ta' l-20 ta’ Novembru 2006
li tadatta d-Direttivi 73/239/KEE, 74/557/KEE u 2002/83/KE fil-qasam tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra t-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (1), u partikolarment l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 56 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Skond l-Artikolu 56 ta' l-Att ta' Adeżjoni, fejn l-atti ta' l-istituzzjonijiet jibqgħu validi wara l-1 ta' Jannar 2007, u jeħtieġu adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa mhumiex previsti fl-Att ta' Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, l-atti meħtieġa għandhom jiġu adottati mill-Kunsill, sakemm il-Kummissjoni ma tkunx adottat l-att oriġinali. |
|
(2) |
L-Att Finali tal-Konferenza li fasslet it-Trattat ta' Adeżjoni indika li l-Partijiet Kontraenti Għolja kienu laħqu qbil politiku dwar sett ta' adattamenti għal atti adottati mill-istituzzjonijiet li kienu meħtieġa minħabba l-adeżjoni u stieden lil-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw dawn l-adattamenti qabel l-adeżjoni, ikkompletati u aġġornati kif meħtieġ bix jittieħed kont ta' l-evoluzzjoni tal-liġi ta' l-Unjoni. |
|
(3) |
Id-Direttivi 73/239/KEE (2), 74/557/KEE (3) u 2002/83/KE (4) għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttivi 73/239/KEE, 74/557/KEE u 2002/83/KE għandhom jiġu emendati kif imniżżel fl-Anness.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mid-data ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew tali riferenza għandha takkumpanjahom meta jkunu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ soġġett għal u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Novembru 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
J. KORKEAOJA
(1) ĠU L 157, 21.6.2005, p. 11.
(2) ĠU L 228, 16.8.1973, p. 3.
ANNESS
IL-LIBERTÀ LI JIĠU PROVDUTI SERVIZZI
1.
31973 L 0239: L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1973 dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju ta’ l-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU L 228, 16.8.1973, p. 3) kif emendata bi:|
— |
31976 L 0580: Id-Direttiva tal-Kunsill 76/580/KEE tad-29.6.1976 (ĠU L 189, 13.7.1976, p. 13), |
|
— |
11979 H: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika Ellenika (ĠU L 291, 19.11.1979, p. 17), |
|
— |
31984 L 0641: Id-Direttiva tal-Kunsill 84/641/KEE ta' l-10.12.1984 (ĠU L 339, 27.12.1984, p. 21), |
|
— |
11985 I: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja u tar-Repubblika Portugiża (ĠU L 302, 15.11.1985, p. 23), |
|
— |
31987 L 0343: Id-Direttiva tal-Kunsill 87/343/KEE tat-22.6.1987 (ĠU L 185, 4.7.1987, p. 72), |
|
— |
31987 L 0344: Id-Direttiva tal-Kunsill 87/344/KEE tat-22.6.1987 (ĠU L 185, 4.7.1987, p. 77), |
|
— |
31988 L 0357: It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 88/357/KEE tat-22.6.1988 (ĠU L 172, 4.7.1988, p. 1), |
|
— |
31990 L 0618: Id-Direttiva tal-Kunsill 90/618/KEE tat-8.11.1990 (ĠU L 330, 29.11.1990, p. 44), |
|
— |
31992 L 0049: Id-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18.6.1992 (ĠU L 228, 11.8.1992, p. 1), |
|
— |
11994 N: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta’ l-Isvezja (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21), |
|
— |
31995 L 0026: Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/26/KE tad-29.6.1995 (ĠU L 168, 18.7.1995, p. 7), |
|
— |
32000 L 0026: Id-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16.5.2000 (ĠU L 181, 20.7.2000, p. 65), |
|
— |
32002 L 0013: Id-Direttiva 2002/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5.3.2002 (ĠU L 77, 20.3.2002, p. 17), |
|
— |
32002 L 0087: Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16.12.2002 (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1), |
|
— |
12003 T: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33), |
|
— |
32005 L 0001: Id-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9.3.2005 (ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9), |
|
— |
32005 L 0068: Id-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16.11.2005 (ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1). |
Dan li ġej jiżdied ma’ l-Artikolu 8 (1)(a):
|
“— |
fil-każ tal-Bulgarija: ‘акционерно дружество’; |
|
— |
fil-każ tar-Rumanija: ‘societăți pe acțiuni’, ‘societăți mutuale’.” |
2.
31974 L 0557: Id-Direttiva tal-Kunsill 74/557/KEE ta’ l-4 ta’ Ġunju 1974 dwar l-akkwist tal-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi fir-rigward ta’ attivitajiet ta’ persuni li jaħdmu għal rashom u ta’ intermedjarji involuti fil-kummerċ u d-distribuzzjoni ta’ prodotti tossiċi (ĠU L 307, 18.11.1974, p. 5) kif emendata bi:|
— |
11994 N: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta’ l-Isvezja (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21), |
|
— |
12003 T: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati — l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33). |
Dan li ġej jiżdied ma’ l-Anness:
“— Il-Bulgarija:
|
1. |
Sustanzi u tħejjijiet koperti mil-Liġi dwar il-Protezzjoni kontra l-Impatt Dannuż ta' Sustanzi u Tħejjijiet Kimiċi (SG 10/2000), kif emendata, u l-leġislazzjoni sekondarja adottata taħt din il-Liġi, kif emendata, li tistabbilixxi proċeduri għall-valutazzjoni tal-periklu ta' sustanzi kimiċi u tħejjijiet kimiċi, il-metodu għall-klassifikazzjoni u t-tikkettar tagħhom, u l-kwistjoni ta' Data Sheet ta' Sigurtà għal Sustanzi u Tħejjijiet Kimiċi kklassifikati bħala perikolużi. |
|
2. |
Sustanzi kimiċi tossiċi u l-prekursuri tagħhom kif koperti mil-Liġi dwar il-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi u Kontroll fuq Sustanzi Kimiċi Tossiċi u l-Prekursuri tagħhom (SG 8/2000), kif emendata. |
|
3. |
Prodotti għall-ħarsien tal-pjanti kif approvati skond il-Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti (SG 91/1997), kif emendata, u l-leġislazzjoni sekondarja adottata taħt din il-Liġi, kif emendata. |
— Ir-Rumanija:
|
1. |
Prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, inkluż pestiċidi bijoloġiċi, li l-kummerċ u d-distribuzzjoni tagħhom hija rregolata mill-Ordinanza tal-Gvern Nru 4/1995 dwar il-manifattura, il-kummerċ u l-użu ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti biex jiġi kkontrollat il-mard, l-organiżmi li jagħmlu l-ħsara u l-ħaxix ħażin fl-agrikoltura u l-foresterija, kif emendati. |
|
2. |
Sustanzi u tħejjijiet perikolużi koperti bl-Ordinanza ta' Emerġenza tal-Gvern Nru 200/2000 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ ta' sustanzi u tħejjijiet perikolużi, approvati bil-Liġi Nru 451/2001, kif ukoll bid-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 490/2002 għall-approvazzjoni ta' Normi Metodoloġiċi għall-applikazzjoni ta' l-Ordinanza tal-Gvern Nru 200/2000, u bid-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 92/2003 għall-approvazzjoni tan-normi metodoloġiċi dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ ta' sustanzi u tħejjijiet perikolużi.” |
3.
32002 L 0083: Id-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1), kif emendata bi:|
— |
32004 L 0066: Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/66/KE tas-26.4.2004 (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35), |
|
— |
32005 L 0001: Id-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9.3.2005 (ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9), |
|
— |
32005 L 0068: Id-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16.11.2005 (ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1);
|