27.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
5 |
DIRETTIVA 2006/94/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-12 ta' Diċembru 2006
dwar l-istabbiliment ta' regoli komuni għal ċerti tipi ta' trasport ta' merkanzija bit-triq
(verżjoni kodifikata)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 71 (1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
L-ewwel Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 1962 dwar l-istabbiliment ta' ċerti regoli komuni għat-trasport internazzjonali (it-trasport ta' merkanzija bit-triq b'kera jew b'kumpens) (3) ġiet emendata kemm-il darba (4) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata. |
(2) |
Politika ta' trasport komuni tinvolvi inter alia l-istabbiliment ta' regoli komuni għat-trasport internazzjonali ta' merkanzija bit-triq lejn jew mit-territorju ta' Stat Membru, jew li jgħaddi mit-territorju ta' Stat Membru wieħed jew aktar. Dawk ir-regoli għandhom jiġu stabbiliti b'mod li jikkontribwixxu għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern tas-trasport. |
(3) |
Huwa neċessarju li tiġi assigurata espansjoni progressiva fit-trasport internazzjonali ta' merkanzija bit-triq, waqt li wieħed iżomm f'moħħu l-iżviluppi fil-kummerċ u l-moviment ta' merkanzija fil-Komunità. |
(4) |
Ċertu numru ta' tipi ta' trasport kienu eżentati minn kull sistema ta' kwota u ta' awtorizzazzjoni għat-trasport. Fi ħdan il-qafas ta' l-organizzazzjoni tas-suq introdotta mir-Regolament (KEE) Nru 881/92 tal-Kunsill tas-26 ta' Marzu 1992 dwar l-aċċess għas-suq tat-trasport ta' merkanizija bit-triq fil-Komunita' lejn jew mit-territorju ta' Stat Membru jew li jgħaddi mit-territorju ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri (5), sistema ta' eżenzjoni mill-awtorizzazzjoni Komunitarja u minn kull awtorizzazzjoni oħra għat-trasport għandha tinżamm għal xi uħud minn dawn it-tipi ta' trasport, minħabba n-natura speċjali tagħhom. |
(5) |
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbilita fl-Anness II, Parti B, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
1. Skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jilliberalizzaw it-tipi ta' trasport internazzjonali ta' merkanzija bit-triq b'kera jew b'kumpens u għal rashom elenkati fl-Anness I meta dan it-trasport isir lejn jew minn, jew jgħaddi mit-territorju tagħhom.
2. It-tipi ta' trasport jew ta' vjaġġ bla tagħbija magħmula b'konnessjoni mat-trasport elenkat fl-Anness I għandhom ikunu eżentati mill-awtorizzazzjoni tal-Komunità jew minn kwalunkwe awtorizzazzjoni tat-trasport.
Artikolu 2
Din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa l-kondizzjonijiet li taħthom kull Stat Membru jawtorizza liċ-ċittadini tiegħu biex jingaġġaw fl-attivitajiet imsemmija f'din id-Direttiva.
Artikolu 3
L-ewwel Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 1962 dwar l-istabbiliment ta' regoli komuni għal ċerti tipi ta' trasport ta' merkanzija bit-triq hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 4
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strasburgu, 12 ta' Diċembru 2006.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
M. PEKKARINEN
(1) ĠU C 241, 28.9.2004, p. 19.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' April 2004 (ĠU C 104 E, 30.4.2004, p. 545) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Novembru 2006.
(3) ĠU L 70, 6.8.1962, p. 2005/62. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 881/92 (ĠU L 95, 9.4.1992, p. 1).
(4) Ara l-Anness II, Parti A.
(5) ĠU L 95, 9.4.1992, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.
ANNESS I
It-tipi ta' trasport li għandhom ikunu eżentati mill-awtorizzazzjoni tal-Komunità jew minn kwalunkwe awtorizzazzjoni għal trasport
1. |
It-trasport tal-posta bħala servizz pubbliku. |
2. |
It-trasport ta' vetturi li jkunu ġarrbu ħsarat jew li m'għadhomx jaħdmu. |
3. |
It-trasport ta' merkanzija fuq vetturi bil-mutur li l-piż mgħobbi permissibbli tagħhom, li jinkludi anke t-toqol tat-trejlers, ma jeċċedix is-sitt tunnellati jew il-piż tat-tagħbija permissibbli tagħhom, li jinkludi dak tat-trejlers, ma jkunx jeċċedi it-3,5 tunnellati. |
4. |
It-trasport ta' merkanzija fuq vetturi bil-mutur sakemm jibqgħu jitwettqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
5. |
It-trasport ta' prodotti mediċinali, appliances, tagħmir u artikoli oħra li huma meħtieġa għall-kura medika f'każijiet ta' emergenza, partikolarment fil-każi ta' diżastri naturali. |
ANNESS II
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien ma’ l-emendi suċċessivi tagħha
L-ewwel Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 1962 dwar l-istabbiliment ta' ċerti regoli komuni għat-trasport internazzjonali (it-trasport ta' merkanzija bit-triq b'kera jew b'kumpens) |
|
Direttiva 72/426/KEE tal-Kunsill |
|
Direttiva 74/149/KEE tal-Kunsill |
|
Direttiva 77/158/KEE tal-Kunsill |
|
Direttiva 78/175/KEE tal-Kunsill |
|
Direttiva 80/49/KEE tal-Kunsill |
|
Direttiva 82/50/KEE tal-Kunsill |
|
Direttiva 83/572/KEE tal-Kunsill |
Artikolu 2 biss |
Direttiva 84/647/KEE tal-Kunsill |
Artikolu 6 biss |
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 881/92 |
Artikolu 13 biss |
PARTI B
Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni (imsemmija fl-Artikolu 3)
Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
Data ta’ applikazzjoni |
L-ewwel Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 1962 dwar l-istabbiliment ta' ċerti regoli komuni għat-trasport internazzjonali (it-trasport ta' merkanzija bit-triq b'kera jew b'kumpens) |
31 ta’ Diċembru 1962 |
|
72/426/KEE |
— |
|
74/149/KEE |
— |
1 ta’ Lulju 1974 |
77/158/KEE |
1 ta’ Lulju 1977 |
|
78/175/KEE |
1 ta’ Lulju 1978 |
|
80/49/KEE |
— |
1 ta’ Lulju 1980 |
82/50/KEE |
1 ta’ Jannar 1983 |
|
83/572/KEE |
1 ta’ Jannar 1984 |
|
84/647/KEE |
30 ta’ Ġunju 1986 |
|
ANNESS III
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
L-ewwel Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1962 dwar l-istabbiliment ta' regoli komuni għal ċerti tipi ta' trasport ta' merkanzija bit-triq |
Din id-Direttiva |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2 |
— |
Artikolu 3 |
Artikolu 2 |
— |
Artikolu 3 |
— |
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
Artikolu 5 |
Anness |
Anness I |
— |
Anness II |
— |
Anness III |