|
1.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
325 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/90/KE
tat-3 ta’ Novembru 2006
li taddatta għas-seba' darba għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward it-trasport tal-merkanzija perikoluża bil-ferrovija
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE tat-23 ta' Lulju 1996 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija perikoluża bil-ferrovija (1), u partikolarment l-Artikolu 8 tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Anness mad-Direttiva 96/49/KE jirreferi għar-Regolament li jikkonċerna t-trasport internazzjonali ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija (RID), kif applikabbli mill-1 ta' Jannar 2005. |
|
(2) |
Ir-RID jiġi aġġornat kull sentejn. Għalhekk, il-verżjoni emendata trid tidħol fis-seħħ b'effett mill-1 ta' Jannar 2007, b'perjodu tranżitorju sat-30 ta' Ġunju 2007. |
|
(3) |
Huwa għalhekk meħtieġ li l-Anness mad-Direttiva 96/49/KE jiġi emendat. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-trasport ta' merkanzija perikoluża msemmi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 96/49/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 96/49/KE hi emendata kif ġej:
L-Anness mad-Direttiva 96/49/KE jitbiddel b'li ġej:
“ANNESS
L-Anness mar-Regolament li jikkonċerna t-trasport internazzjonali ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija (RID) — Appendiċi C tal-Konvenzjoni dwar it-trasport internazzjonali bil-ferrovija (COTIF), kif applikabbli b’effett mill-1 ta’ Jannar 2007.
It-test ta' l-emendi tal-verżjoni tas-sena 2007 tar-RID irid jiġi ppubblikat hekk kif ikun disponibbli fl-ilsna uffiċjali kollha tal-Komunità.”
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex titħares din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2007. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din meta sseħħ il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif issir referenza bħal din.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 3 ta’ Novembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Jacques BARROT
Viċi-President
(1) ĠU L 235, 17.9.1996, p. 25. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/110/KE (ĠU L 365, 10.12.2004, p. 24).