1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

254


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/77/KE

tad-29 ta' Settembru 2006

li temenda l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar livelli massimi ta’ komposti organokloriċi fl-għalf ta’ l-annimali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2002 dwar il-prodotti mhux mixtieqa fl-għalf ta’ l-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2002/32/KE tistipola li l-użu ta’ prodotti li huma intenzjonati għall-għalf għall-bhejjem li fihom livelli ta’ sustanzi mhux mixtieqa li jaqbżu l-livelli massimi stipolati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva huwa pprojbit.

(2)

Meta d-Direttiva 2002/32/KE ġiet adottata, il-Kummissjoni ddikjarat li l-Anness I ta’ dik id-Direttiva għandu jiġi rivedut fuq il-bażi ta’ l-assessjar tar-riskju xjentifiku aġġornat u billi tittieħed in konsiderazzjoni l-projbizzjoni ta’ kull dilwizzjoni ta’ prodotti kkontaminati li mhumiex f’konformità li huma intenzjonati għall-għalf tal-bhejjem.

(3)

Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta’ l-Ikel (l-EFSA) adottat opinjoni rigward l-aldrin u d-dieldin fid-9 ta’ Novembru 2005 (2).

(4)

L-għalf tal-ħut li fih relattivament proporzjoni ogħla ta’ żejt tal-ħut fil-formolazzjoni, instab li fih livelli sinifikanti ta’ aldrin/dieldin. Huwa għalhekk xieraq li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet eżistenti, ibbażati fuq il-konklużjonijiet ta’ l-opinjoni xjentifika u d-data ta’ monitoraġġ disponibbli.

(5)

Fuq talba tal-Kummissjoni, l-EFSA adottat opinjoni relatata ma’ l-endosulfan fl-20 ta' Ġunju 2005 (3).

(6)

Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet ta’ l-opinjoni xjentifika u d-data ta’ monitoraġġ disponibbli, huwa xieraq li jiġi emendat il-livell massimu għall-endosulfan fiż-żejt tal-ħxejjex nej sabiex tiġi kkunsidrata sa ċertu punt il-konċentrazzjoni ta’ l-endosulfan fiż-żejt tal-ħxejjex nej meta mqabbel mal-livell fiż-żejt taż-żrieragħ.

(7)

Fuq talba tal-Kummissjoni, l-EFSA adottat opinjoni relatata mal-hexachlorocyclohexanes (α, β, γ HCH) fl-4 ta’ Lulju 2005 (4) u opinjoni dwar l-endrin fid-9 ta' Novembru 2005 (5).

(8)

Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet ta’ l-opinjonijiet xjentifiċi u d-data ta’ monitoraġġ disponibbli, ebda modifika għal-livelli massimi eżistenti rigward il-hexachlorocyclohexanes u l-endrin, ma hi neċessarja.

(9)

Rigward l-aldrin, id-dieldrin, il-chlordane, id-DDT, l-endrin, il-heptachlor, il-hexachlorobenzene u l-hexachlorocyclohexanes (HCH), it-terminu “xaħmijiet” għandu jiġi ssostitwit bit-termini “xaħmijiet u żjut” biex jindika b’mod ċar li x-xaħmijiet u ż-żjut kollha, inkluż ix-xaħam ta’ l-annimali, iż-żjut tal-ħxejjex u ż-żejt tal-ħut, huma koperti.

(10)

Id-Direttiva 2002/32/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif suppost.

(11)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE huwa emendat kif stipolat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu f’ konformità ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn tnax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ. Għandhom mingħajr dewmien jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u bit-tabella korrispendenti bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 29 ta' Settembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/13/KE (ĠU L 32, 4.2.2006, p. 44).

(2)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-aġenti ta’ kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari ta’ l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) fuq talba tal-Kummissjoni relatata ma’ l-aldrin u d-dieldrin bħala sustanza mhux mixtieqa fl-għalf għall-bhejjem adottata fit-9 ta' Novembru 2005.

http://www.efsa.eu.int/science/contam/contam_opinions/1251/contam_op_ej285_aldrinanddieldrin_en1.pdf

(3)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-aġenti ta’ kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari ta’ l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) fuq talba tal-Kummissjoni relatata ma’ l-endosulfan bħala sustanza mhux mixtieqa fl-għalf għall-bhejjem adottata fit-20 ta' Ġunju 2005.

http://www.efsa.eu.int/science/contam/contam_opinions/1025/contam_op_ej234_endosulfan_en_updated21.pdf

(4)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-aġenti ta’ kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari ta’ l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) fuq talba tal-Kummissjoni relatata mal-gamma-HCH u hexachlorocyclohexanes oħra bħala sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf għall-bhejjem adottata fit-4 ta’ Lulju 2005.

http://www.efsa.eu.int/science/contam/contam_opinions/1039/contam_op_ej250_hexachlorocyclohexanes_en2.pdf

(5)  Opijoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-aġenti ta’ kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari ta’ l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) fuq talba tal-Kummissjoni relatata ma’ l-endrin bħala sustanza mhux mixtieqa fl-għalf għall-bhejjem adottata fit-9 ta' Novembru 2005.

http://www.efsa.eu.int/science/contam/contam_opinions/1252/contam_op_ej286_endrin_en1.pdf


ANNESS

Ir-ringieli 17 sa 26 ta’ l-Anness I għad-Direttiva 2002/32/KE huma hawnhekk sostitwiti b'dan li ġej:

Sustanzi mhux mixtieqa

Prodotti intenzjonati għall-għalf għall-bhejjem

Kontenut massimu f’ mg/kg (ppm) li huwa relattiv għal oġġett ta’ l-għalf b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

(1)

(2)

(3)

“17.

Aldrin (*)

L-għalf kollu ħlief

0,01  (**)

18.

Dieldrin (*)

ix-xaħmijiet u ż-żjut

0,1  (**)

l-għalf tal-ħut

0,02  (**)

19.

Camphechlor (toxaphene) — somma ta’ indikaturi ta’ konġeneri CHB 26, 50 u 62 (***)

Ħut, annimali akkwatiċi oħrajn, il-prodotti u l-prodotti sekondarji tagħhom bl-eċċezzjoni taż-żejt tal-ħuta

0,02

Żejt tal-ħuta (****)

0,2

Oġġetti ta’ l-għalf għall-ħut (****)

0,05

20.

Chlordane (total ta' iżomeri cis- u trans- u oxychlordane espressi bħala chlordane)

L-għalf kollu ħlief

0,02

ix-xaħmijiet u ż-żjut

0,05

21.

DDT (total ta’ DDT-, TDE- u DDE-iżomeri, expressi bħala DDT)

L-għalf kollu ħlief

0,05

ix-xaħmijiet u ż-żjut

0,5

22.

Endosulfan (total ta' iżomeri alpha- u beta- u endosulfansulphate espressi bħala endosulfan)

L-għalf kollu ħlief

0,1

qamħirrum u prodotti tal-qamħirrum li ġejjin mill-ipproċessar tiegħu

0,2

żejt taż-żrieragħ u prodotti li ġejjin mill-ipproċessar tagħhom ħlief żejt tal-ħxejjex nej

0,5

żejt tal-ħxejjex nej

1,0

għalf komplet għall-ħut

0,005

23.

Endrin (total ta’ endrin u delta-ketoi-endrin, espressi bħala endrin)

L-għalf kollu ħlief

0,01

ix-xaħmijiet u ż-żjut

0,05

24.

Heptachlor (total ta’ heptachlor u heptachlorepoxide, espressi bħala heptachlor)

L-għalf kollu ħlief

0,01

ix-xaħmijiet u ż-żjut

0,2

25.

Hexachlorobenzene (HCB)

L-għalf kollu ħlief

0,01

ix-xaħmijiet u ż-żjut

0,2

26.   

Hexachlorocyclohexane (HCH)

26.1

alpha-isomers

L-għalf kollu ħlief

0,02

ix-xaħmijiet u ż-żjut

0,2

26.2

beta-isomers

Materjali kollha ta’ l-għalf ħlief’

0,01

x-xaħmijiet u ż-żjut

0,1

L-għalf kompost kollu ħlief

0,01

għalf kompost għall-bhejjem ta’ l-ifrat għall-ħalib

0,005

26.3

gamma-isomers

L-għalf kollu ħlief

0,2

ix-xaħmijiet u ż-żjut

2,0


(*)  Waħedhom jew kombinati espressi bħala dieldrin

(**)  Livelli massimi ta’ adlrin u dieldrin, waħedhom jew kombinati, espressi bħala dieldrin.

(***)  Sistema ta’ numri skond Parlar, bil-prefiss CHB jew ‘Parlar’:

CHB 26: 2-endo, 3-exo, 5-endo, 6-exo, 8,8,10,10-octochlorobornane,

CHB 50: 2-endo, 3-exo, 5-endo, 6-exo, 8,8,9,10,10-nonachlorobornane,

CHB 62: 2,2,5,5,8,9,9,10,10-nonachlorobornane.

(****)  Il-livelli għandhom jiġu riveduti sal-31 ta’ Diċembru 2007 bil-għan li jitnaqqsu l-livelli massimi.”