10.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

201


DIRETTIVA 2006/49/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Ġunju 2006

dwar l-adegwatezza tal-kapital ta’ kumpaniji ta’ l-investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu (tfassil mil-ġdid)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 47(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Regjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/6/KEE tal-15 ta’ Marzu 1993 dwar l-adegwatezza tal-kapital ta’ kumpaniji ta’ l-investiment u ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (4) ġiet emendata b’mod sostanzjali diversi drabi. Peress li qed isiru emendi ġodda f’din id-Direttiva, huwa xieraq, fl-interess taċ-ċarezza, li din tiġi mfassla mill-ġdid.

(2)

Wieħed mill-għanijiet tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 rigward is-swieq ta’ l-istrumenti finanzjarji (5) huwa li l-kumpaniji ta’ l-investiment awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri ta’ l-oriġini tagħhom u bis-superviżjoni mill-istess awtoritajiet jitħallew jistabilixxu friegħi u jipprovdu servizzi mingħajr xkiel fl-Istati Membri l-oħra.Dik id-Direttiva għalhekk tipprovdi għall-koordinament tar-regoli li jirregolaw l-awtorizzazzjoni u t-twettiq tan-negozju tal-kumpaniji ta’ l-investiment.

(3)

Madankollu, id-Direttiva 2004/39/KE ma tistabbilixxix standards komuni għal fondi propji tal-kumpanija ta’ l-investiment, lanqas fil-fatt ma tistabbilixxi l-ammonti tal-kapital inizjali ta’ kumpaniji bħal dawn; u l-anqas ma tistabbilixxi qafas komuni għall-monitoraġġ tar-riskji li huma esposti għalihom dawn l-istess kumpaniji.

(4)

Huwa xieraq li titwettaq biss l-armonizzazzjoni essenzjali li hi meħtieġa u suffiċjenti biex tassigura r-rikonoxximent reċiproku ta’ l-awtorizzazzjoni u ta’ sistemi ta’ superviżjoni prudenzjali; sabiex jintlaħaq rikonoxximent reċiproku fi ħdan il-qafas tas-suq finanzjarju intern, għandhom jiġu stabbiliti miżuri biex tkun ikkoordinata t-tifsira tal-fondi propji tal-kumpaniji ta’ l-investiment, l-istabbiliment ta’ l-ammonti tal-kapital inizjali tagħhom u l-istabbiliment ta’ qafas komuni għall-monitoraġġ tar-riskji li jiltaqgħu magħhom il-kumpaniji ta’ l-investiment.

(5)

Peress illi l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-istabbiliment tar-rekwiżiti li japplikaw fir-rigward tal-kumpaniji ta’ l-investiment u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, ir-regoli għall-kalkolu tagħhom u r-regoli għall-monitoraġġ prudenzjali tagħhom, ma jistgħux ikunu suffiċjentement milħuqa mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ l-azzjoni proposta, ikunu milħuqa aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet tagħha.

(6)

Huwa xieraq li jiġu stabbiliti ammonti ta’ kapital inizjali differenti, skond il-medda ta’ attivitajiet li kumpaniji ta’ l-investiment huma awtorizzati li jsegwu.

(7)

Kumpaniji ta’ l-investiment eżistenti għandu jkollhom il-permess, taħt ċerti kundizzjonijiet, li jkomplu bin-negozju tagħhom anki jekk ma jkunux konformi ma’ l-ammont minimu tal-kapital inizjali stabbilit għal ditti ġodda ta’ l-investiment.

(8)

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli aktar stretti minn dawk previsti minn din id-Direttiva.

(9)

L-operat mingħajr xkiel tas-suq intern jeħtieġ mhux biss regoli legali imma wkoll kooperazzjoni mill-qrib u regolari u konverġenza konsiderevolment akbar tal-prattiki regolatorji u ta’ superviżjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri.

(10)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Mejju 1999 intitolata “L-implimentazzjoni tal-qafas għas-swieq finanzjarji: Pjan ta’ Azzjoni” elenka numru ta’ miri li għandhom jintlaħqu biex is-suq intern tas-servizzi finanzjarji jkun komplut. Il-Kunsill Ewropew ta’ Liżbona tat-23 u ta’ l-24 ta’ Marzu 2000 stabbilixxa l-mira li l-pjan ta’ azzjoni jkun implimentat sa l-2005. Ir-riformulazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-fondi proprji hija element ewlieni tal-pjan ta’ azzjoni.

(11)

Ladarba l-kumpanija ta’ l-investiment jiffaċċjaw, fir-rigward tan-negozju tagħhom tar-reġistru tan-negozju (trading-book), l-istess riskji bħall-istituzzjonijiet ta’ kreditu, huwa xieraq li d-dispożizzjonijet relevanti tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u t-tkomplija tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu (6), japplikaw bl-istess mod għall-kumpaniji ta’ l-investiment.

(12)

Il-fondi proprji ta’ kumpaniji ta’ l-investiment jew istituzzjonijiet ta’ kreditu, (minn hawn 'il quddiem jissejħu b’mod kollettiv bħala “istituzzjonijiet”) jistgħu jservu biex ikun assorbit telf li ma jkunx hemm volum suffiċjenti ta’ profitti li jikkorrispondu miegħu, sabiex tiġi żgurata l-kontinwita’ ta’ istituzzjonijiet u jkunu mħarsa l-investituri. Il-fondi proprji jservu wkoll bħala kriterju importanti għall-awtoritajiet kompetenti, b’mod partikolari għall-valutazzjoni tal-solvenza ta’ l-istituzzjonijiet u għal finijiet oħra prudenzjali. Minbarra dan, l-istituzzjonijiet, jidħlu f’kompetizzjoni diretta ma’ xulxin fis-suq intern. Għalhekk, sabiex tissaħħaħ is-sistema finanzjarja tal-Komunità u ma jkunx hemm xkiel tal-kompetizzjoni, huwa xieraq li jiġu stabbiliti standards bażiċi komuni għall-fondi proprji.

(13)

Għall-iskop tal-premessa (12), huwa xieraq li d-definizzjoni ta’ fondi proprji stabbilita fid-Direttiva 2006/48/KE sservi bħala bażi u tipprevedi regoli supplimentari speċifiċi li jqisu l-kamp ta’ applikazzjoni differenti tar-rekwiżiti tal-kapital relatati mar-riskju tas-suq.

(14)

Fir-rigward ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, diġà ġew stabbiliti standards komuni għas-superviżjoni u l-monitoraġġ tat-tipi differenti ta’ riskju mid-Direttiva 2000/12/KE.

(15)

F’dak ir-rigward, id-dispożizzjonijiet dwar ir-rekwiżit minimu tal-kapital għandhom ikunu meqjusa flimkien ma strumenti speċifiċi oħra li wkoll jarmoniżżaw il-metodi fundamentali tas-superviżjoni ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

(16)

Huwa neċessarju li jkunu żviluppati standards komuni għar-riskji tas-suq li jiltaqgħu magħhom l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u li jkun ipprovdut qafas kumplimentari għas-superviżjoni tar-riskji li jiltaqgħu magħhom l-istituzzjonijiet, b’mod partikolari r-riskji tas-suq, u iktar u iktar ir-riskji tal-pożizzjoni, ir-riskji tal-kontroparti/tal-ħlas u r-riskji ta’ kambju tal-valuti.

(17)

Huwa meħtieġ li jkun hemm dispożizzjonijiet għall-kunċett ta’ “reġistru tan-negozju” li jkun fih il-pożizzjonijiet f’titoli u strumenti finanzjarji oħra li huma miżmuma għal fini ta’ negozju u huma suġġetti prinċipalment għar-riskji tas-suq u skoperturi oħra li jirrigwardaw ċerti servizzi finanzjarji pprovduti lill-klijenti.

(18)

Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-istituzzjonijiet bil-kummerċ negliġibbli tal-reġistru tan-negozju kemm f’termini assoluti, kif ukoll f’termini relattivi, dawn l-istituzzjonijiet għandhom ikunu jistgħu japplikaw id-Direttiva 2006/48/KE, pjuttost milli r-rekwiżiti imposti fl-Annessi I u II ta’ din id-Direttiva.

(19)

Huwa importanti li waqt il-monitoraġġ ta’ riskji ta’ ħlas/kunsinna għandhom ikunu kkunsidrati s-sistemi eżistenti li joffru protezzjoni adegwata li tnaqqas dak ir-riskju.

(20)

Fi kwalunkwe każ, l-istituzzjonijiet għandhom ikunu konformi ma’ din id-Direttiva fir-rigward tal-kopertura ta’ riskji ta’ kambju tal-valuti fuq in-negozju totali tagħhom. Rekwiżiti tal-kapital aktar baxx għandhom ikunu imposti għal pożizzjonijiet f’valuti kkorrelati mill-qrib, sew jekk statistikament ikkonfermati jew jekk joriġinaw minn xi ftehim inter-governattiv li jorbot.

(21)

Ir-rekwiżiti tal-kapital għal negozjanti ta’ komoditajiet, inklużi dawk in-negozjanti li attwalment huma eżentati mir-rekwiżiti tad-Direttiva 2004/39/KE, se jiġu riveduti kif xieraq flimkien mar-reviżjoni ta’ dik l-eżenzjoni kif stipulata fl-Artikolu 65(3) ta’ dik id-Direttiva.

(22)

Il-mira tal-liberalizzazzjoni tas-swieq tal-gass u tal-elettriku hija importanti għall-Komunità kemm ekonomikament kif ukoll politikament. Fid-dawl ta’ dan, hemm bżonn li r-rekwiżiti tal-kapital u regoli prudenzjali oħrajn li għandhom jiġu applikati lil kumpaniji attivi f’dawk is-swieq, ikunu proporzjonati u m’għandhomx jinterferixxu bla bżonn mal-kisba ta’ l-għan tal-liberalizzazzjoni. B’mod partikulari wieħed għandu jżomm f’moħħu dan il-għan meta jitwettqu r-reviżjonijiet imsemmija fil-premessa 21.

(23)

L-eżistenza ta’ sistemi interni għall-monitoraġġ u l-kontroll tar-riskji marbuta mar-rati ta’ l-imgħax fuq in-negozju kollu ta’ l-istituzzjonijiet hija mod partikolarment importanti ta’ kif jitnaqqsu dawn ir-riskji; Konsegwentement, dawn is-sistemi għandhom ikunu sorveljati mill-awtoritajiet kompetenti.

(24)

Ladarba d-Direttiva 2006/48/KE ma tistabbilixxix regoli komuni għall-monitoraġġ u l-kontroll ta’ esponimenti kbar ta’ attivitàjiet li huma prinċipalment soġġetti għar-riskji tas-suq, huwa għalhekk xieraq li jkun hemm dispożizzjonijiet għal regoli bħal dawn.

(25)

Ir-riskju operattiv huwa riskju sinifikanti li jiffaċċjaw l-istituzzjonijiet li jeħtieġ kopertura minn fondi proprji. Huwa essenzjali li titqies id-diversita’ ta’ l-istituzzjonijiet fl-UE billi jkunu pprovduti approċċi alternattivi.

(26)

Id-Direttiva 2006/48/KE tistabbilixxi l-prinċipju ta’ konsolidazzjoni. Din ma tistabbilixxix regoli komuni għall-konsolidazzjoni ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji involuti f’attivitàjiet prinċipalment soġġetti għar-riskji tas-suq.

(27)

Sabiex tkun żgurata s-solvenza adegwata ta’ l-istituzzjonijiet fi ħdan grupp, huwa essenzjali li r-rekwiżiti tal-kapital minimu japplikaw fuq il-bażi tas-sitwazzjoni finanzjarja kkonsolidata tal-grupp. Sabiex ikun żgurat li l-fondi proprji jkunu distribwiti b’mod xieraq fi ħdan il-grupp u jkunu disponibbli biex jipproteġu l-investimenti fejn meħtieġ, ir-rekwiżiti tal-kapital minimu għandhom japplikaw għall-istituzzjonijiet individwali fi ħdan grupp, sakemm dan l-għan ma jkunx jista’ jintlaħaq effettivament permezz ta’ mezzi oħra.

(28)

Id-Direttiva 2006/48/KE mhix applikabbli għal gruppi li jinkludu kumpanija waħda ta’ l-investiment jew aktar imma l-ebda istituzzjoni ta’ kreditu. Għalhekk għandu jkun hemm dispożizzjonijiet għal qafas komuni għall-introduzzjoni tas-superviżjoni ta’ kumpaniji ta’ l-investiment fuq bażi kkonsolidata.

(29)

L-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li jkollhom kapital intern li, meta jqisu r-riskji li huma esposti għalihom jew jistgħu jkunu esposti għalihom, huwa adegwat fil-kwantità, il-kwalità u d-distribuzzjoni. Għaldaqstant, l-istituzzjonijiet għandu jkollhom strateġiji u proċessi għall-valutazzjoni u l-preservazzjoni ta’ l-adegwatezza tal-kapital intern tagħhom.

(30)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-adegwatezza tal-fondi proprji ta’ l-istituzzjonijiet, filwaqt li jikkunsidraw ir-riskji li għalihom dawn ta’ l-aħħar huma esposti.

(31)

Sabiex is-suq intern fil-qasam bankarju jaħdem b’mod effettiv, il-Kumitat tal-Kontrolluri Bankarji Ewropej għandu jikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti ta’ din id-Direttiva u għall-konverġenza tal-prattiki tas-superviżjoni madwar il-Komunità kollha, u għandu jirrapporta fuq bażi annwali lill-Istituzzjonijiet Komunitarji dwar il-progress li jkun sar.

(32)

Sabiex is-suq intern jaħdem b’mod effettiv huwa essenzjali li jkun hemm konverġenza konsiderevolment aħjar fl-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni armonizzata tal-Komunità.

(33)

Għall-istess raġuni u sabiex ikun żgurat li l-istituzzjonijiet tal-Komunità li joperaw f’diversi Stati Membri ma jkunux mgħobbija b’piżijiet sproporzjonati minħabba li l-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri individwali jibqgħu responsabbli għall-kompetenzi ta’ l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni, huwa essenzjali li tittejjeb b’mod konsiderevoli l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti F’dan il-kuntest, l-irwol tal-kontrollur konsolidat għandu jissaħħaħ.

(34)

Sabiex is-suq intern jopera dejjem aktar b’mod effettiv u sabiex iċ-ċittadini ta’ l-Unjoni jibbenefikaw minn livelli adegwati ta’ trasparenza, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jiżvelaw pubblikament u b’mod li jippermetti tqabbil li jinftiehem il-mod li bih ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva jkunu implimentati.

(35)

Sabiex tissaħħaħ id-dixxiplina tas-suq u sabiex l-istituzzjonijiet ikunu stimulati biex itejbu l-istrateġija tas-suq tagħhom, il-kontroll tar-riskju u l-organizzazzjoni tal-ġestjoni interna, għandu jkun hemm dispożizzjonijiet għal żvelar pubbliku xieraq mill-istituzzjonijiet.

(36)

Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu adottati f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta’ setgħat ta’ implementazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (7).

(37)

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Frar 2002 dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tas-servizzi finanzjarji (8), il-Parlament talab li hu u l-Kunsill għandhom ikollhom rwol indaqs fis-sorveljanza tal-mod kif il-Kummissjoni teżerċita l-irwol eżekuttiv tagħha sabiex jiġu riflessi s-setgħat leġiżlattivi tal-Parlament skond l-Artikolu 251 tat-Trattat. Fid-dikjarazzjoni solenni li saret quddiem il-Parlament fl-istess ġurnata mill-President tagħha, il-Kummissjoni appoġġjat din it-talba. Fil-11 ta’ Diċembru 2002, il-Kummissjoni pproponiet emendi għad-Deċiżjoni 1999/468/KE u mbagħad ippreżentat proposta emendata fit-22 ta’ April 2004. Il-Parlament Ewropew ma jqisx li din il-proposta tippreserva l-prerogattivi leġiżlattivi tiegħu. Skond il-Parlament Ewropew, hu u l-Kunsill għandu jkollhom l-opportunità li jevalwaw l-għoti ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni f’perjodu stabbilit. Għalhekk huwa xieraq li l-perjodu li matulu l-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni jiġi limitat.

(38)

Il-Parlament għandu jingħata perjodu ta’ tliet xhur mill-ewwel trażmissjoni ta’ abbozz ta’ emendi u ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni biex ikun jista’ jeżaminahom u jagħti l-opinjoni tiegħu. Madankollu, f’każijiet urġenti u ġġustifikati kif suppost, għandu jkun possibbli li dan il-perjodu jitqassar. Jekk, waqt dak il-perjodu, tiġi adottata riżoluzzjoni mill-Parlament, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid l-abbozz ta’ emendi jew miżuri.

(39)

Sabiex ikun evitat it-tfixkil tas-swieq u tkun żgurata l-kontinwità fil-livelli ġenerali tal-fondi proprji, huwa xieraq li jkun hemm dispożizzjonijiet għal arranġamenti tranżitorji speċifiċi.

(40)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea bħala prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja.

(41)

L-obbligu li din id-Direttiva tiddaħħal fil-liġi nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sostantiva meta mqabbla ma’ direttivi preċedenti. L-obbligu li jiddaħħlu d-dispożizzjonijiet li mhumiex mibdula jeżisti fid-direttivi preċedenti.

(42)

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri fir-rigward tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni tad-Direttivi fil-liġi nazzjonali stabbiliti fl-Anness VIII, Parti B.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet

Sezzjoni 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Artikolu 1

1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi l-obbligi ta’ adegwatezza tal-kapital li japplikaw għall-kumpaniji ta’ l-investiment u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, ir-regoli għall-kalkolu tagħhom u r-regoli għas-superviżjoni prudenzjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom japplikaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva għall-kumpaniji ta’ l-investiment u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kif definiti fl-Artikolu 3.

2.   Stat Membru jista’ jimponi rekwiżiti addizzjonali u aktar iebsa fuq il-kumpaniji ta’ l-investiment u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li hu jkun awtorizza.

Artikolu 2

1.   Suġġett għall-Artikoli 18, 20, 22 sa 32, 34 u 39 ta’ din id-Direttiva, l-Artikoli 68 sa 73 tad-Direttiva 2006/48/KE għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-kumpaniji ta’ l-investiment. Fl-applikazzoni ta’ l-Artikoli 70 sa 72 tad-Direttiva 2006/48/KE għal kumpaniji ta’ l-investiment, kull referenza għal istituzzjoni prinċipali ta’ kreditu fi Stat Membru għandha tittieħed bħala referenza għal kumpanija prinċipali ta’ investiment fi Stat Membru u kull referenza għal istituzzjoni prinċipali ta’ kreditu ta’ l-UE għandha tittieħed bħala referenza għal kumpanija prinċipali ta’ l-investiment ta’ l-UE.

Meta istituzzjoni ta’ kreditu jkollha bħala intrapriża prinċipali kumpanija prinċipali ta’ l-investiment fi Stat Membru, dik il-kumpanija prinċipali ta’ l-investiment biss għandha tkun suġġetta għal rekwiżiti fuq bażi konsolidata skond l-Artikoli 71 sa 73 tad-Direttiva 2006/48/KE.

Meta kumpanija ta’ l-investiment jkollha bħala ditta prinċipali istituzzjoni prinċipali ta’ kreditu fi Stat Membru, dik il-kumpanija prinċipali ta’ kreditu biss għandha tkun suġġetta għal rekwiżiti fuq bażi konsolidata skond l-Artikoli 71 sa 73 tad-Direttiva 2006/48/KE.

Meta kumpanija holding finanzjarja għandha bħala sussidjarja kemm istituzzjoni ta’ kreditu kif ukoll kumpanija ta’ investiment, għandhom japplikaw għall-istituzzjoni ta’ kreditu, rekwiżiti fuq il-bażi tas-sitwazzjoni finanzjarja konsolidata tal-kumpanija holding finanzjarja.

2.   Meta grupp kopert mill-paragrafu 1 ma jkunx jinkludi istituzzjoni ta’ kreditu, id-Direttiva 2006/48/KE għandha tkun applikabbli, suġġetta għal dan li ġej:

(a)

kull referenza għall-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tinftiehem bħala referenza għal kumpaniji ta’ investiment;

(b)

fl-Artikoli 125 u 140 (2) tad-Direttiva 2006/48/KE kull referenza għall-artikoli l-oħra tad-Direttiva għandha tinftiehem bħala referenza għad-Direttiva 2004/39/KE;

(c)

għas-skopijiet ta’ l-Artikolu 39(3) tad-Direttiva 2006/48/KE referenzi għall-Kumitat Bankarju Ewropew għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Kunsill u għall-Kummissjoni; u

(d)

b’deroga mill-Artikolu 140(1) tad-Direttiva 2006/48/KE, fejn grupp ma jkunx jinkludi istituzzjoni ta’ kreditu, l-ewwel sentenza ta’ dak l-Artikolu għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej: “Meta kumpanija ta’ investiment, kumpanija holding finanzjarja jew kumpanija holding li twettaq attivitajiet imħallta tikkontrolla sussidjarja waħda jew aktar li jkunu kumpaniji ta’ l-assigurazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet fdati bid-dmir pubbliku li jwettqu superviżjoni fuq intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni għandhom jikkooperaw mill-qrib”.

Sezzjoni 2

Definizzjonijiet

Artikolu 3

1.   Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva japplikaw dawn id-definizzjonjiet:

(a)

istituzzjonijiet ta’ kreditu tfisser l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kif definiti fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/48/KE;

(b)

kumpaniji ta’ investiment tfisser l-istituzzjonijiet kif definiti fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, li huma suġġetti għar-rekwiżiti imposti minn dik id-Direttiva, li jeskludu:

(i)

istituzzjonijiet ta’ kreditu;

(ii)

kumpaniji lokali kif definiti fil-punt (p); u

(iii)

kumpaniji li huma awtorizzati biss li jipprovdu servizz ta’ konsulenza dwar l-investiment u/jew jirċievu u jibgħatu ordnijiet minn investituri mingħajr ma jżommu flus jew titoli li huma ta’ klijenti tagħhom u li għal dik ir-raġuni ma jistgħux fi kwalunkwe żmien iqiegħdu lilhom infushom f’debitu ma’ dawk il-klijenti tagħhom;

(c)

“istituzzjonijiet” tfisser istituzzjonijiet ta’ kreditu u kumpaniji ta’ investiment;

(d)

“kumpaniji rikonoxxuti ta’ investiment ta’ pajjiżi terzi” tfisser kumpaniji li jirrispettaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

kumpaniji li, kieku kellhom ikunu stabbiliti fi ħdan il-Komunità, kienu jkunu koperti mid-definizzjoni ta’ kumpaniji ta’ l-investiment;

(ii)

kumpaniji li huma awtorizzati f’pajjiż terz; u

(iii)

kumpaniji li huma suġġetti u huma konformi għal regoli prudenzjali meqjusa mill-awtoritajiet kompetenti bħala mhux inqas stretti minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva;

(e)

“strumenti finanzjarji” tfisser kull kuntratt li joħloq kemm ass finanzjarju, għal parti waħda, kif ukoll obbligu finanzjarju jew strument ta’ ekwita’ għal parti oħra;

(f)

“kumpanija prinċipali” ta’ l-investiment fi Stat Membru tfisser kumpanija ta’ l-investiment li għandha istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja bħala sussidjarja tagħha jew li għandha parteċipazzjoni f’entitajiet bħal dawn, u li mhijiex hija nfisha sussidjarja ta’ istituzzjoni oħra awtorizzata fl-istess Stat Membru, jew ta’ kumpanija holding finanzjarja stabbilita fl-istess Stat Membru;

(g)

“kumpanija prinċipali ta’ l-investiment fl-UE” tfisser kumpanija prinċipali ta’ l-investiment fi Stat Membru li m’hijiex sussidjarja ta’ istituzzjoni oħra awtorizzata f’kwalunkwe Stat Membru, jew ta’ kumpanija holding finanzjarja mwaqqfa f’kwalunkwe Stat Membru;

(h)

“Strumenti derivattivi li jiġu nnegozjati barra mill-borża (OTC) ” jfissru l-elementi elenkati fil-lista ta’ l-Anness IV tad-Direttiva 2006/48/KE minbarra dawk l-elementi li lilhom jiġi attribwit valur ta’ esponiment ta’ żero skond il-punt 6 tal-Parti 2 ta’ l-Anness III ta’ dik id-Direttiva;

(i)

“suq regolat” ifisser suq kif definit fl-Artikolu 4(1)(14) tad-Direttiva 2004/39/KE;

(j)

“konvertibbli” tfisser titolu li, fuq l-għażla tad-detentur tiegħu, jista’ jinbidel f’titolu ieħor;

(k)

“warrant” ifisser titolu li jagħti d-dritt lid-detentur tiegħu li jixtri ass sottostanti bi prezz stabbilit sad-data jew fid-data ta’ meta jiskadi il-warrant u li jista’ jitħallas permezz tal-forniment tas-sottostanti nnifsu jew permezz ta’ ħlas bi flus;

(l)

“ffinanzjament ta’ l-istokk” ifisser pożizzjonijiet fejn stokk materjali inbiegħ bil-quddiem u l-ispiża tal-finanzjament ma tkunx tista tiċċaqlaq sad-data tal-bejgħ bil-quddiem;

(m)

“ftehim ta’ bejgħ b’ kundizzjoni ta’ xiri lura” u “ftehim ta’ xiri b’ kundizzjoni ta’ bejgħ lura” jfissru kull ftehim li fih istituzzjoni jew il-kontroparti tagħha jittrasferixxu titoli jew komoditajiet jew drittijiet garantiti li jirrigwardaw id-drittijiet għat-titoli jew komoditajiet fejn dik il-garanzija tinħareġ minn borża rikonoxxuta li għandha d-drittijiet għat-titoli jew il-komoditajiet u l-ftehim ma jippermettix illi istituzzjoni titrasferixxi jew twiegħed sigurtà jew komodità partikolari lil iktar minn kontroparti waħda fl-istess ħin, bla ħsara għall-impenn li jinxtraw lura – jew li jinxtraw titoli jew komoditajieti ta’ l-istess natura – bi prezz speċifikat f’data speċifikata fil-futur, jew li għandha tkun speċifikata, minn min jitrasferixxi, li jkun ftehim ta’ bejgħ b’kundizzjoni ta’ xiri lura għall-istituzzjoni li tbigħ it-titoli jew il-komoditajiet u ftehim ta’ xiri b’kundizzjoni ta’ bejgħ lura għall-istituzzjoni li tixtrihom;

(n)

“għoti b’self ta’ titoli jew komoditajiet” u “teħid b’self ta’ titoli jew komoditajiet” jfissru kull tranżazzjoni fejn istituzzjoni jew il-kontroparti tagħha jittrasferixxu titoli jew komoditajiet kontra garanzija xierqa bla ħsara għall-impenn minn min jissellef li jrodd lura titoli jew komoditajiet ekwivalenti f’xi data fil-futur jew meta jiġi mitlub jagħmel hekk minn dak li jittrasferixxi; dik it-tranżazzjoni ta’ għoti b’self ta’ titoli jew komoditajiet min-naħa ta’ l-istituzzjoni li titrasferixxi t-titoli jew il-komoditajiet u ta’ teħid b’self ta’ titoli jew komoditajiet għall-istituzzjoni fejn dawn ikunu ġew trasferiti;

(o)

“clearing member” tfisser membru tal-borża jew tal-clearing house li jkollha relazzjoni diretta kuntrattwali mal-kontroparti ċentrali (dak li jiggarantixxi s-suq);

(p)

“kumpanija lokali” tfisser kumpanija li tinnegozja għaliha stess fis-swieq ta’ financial futures jew options jew derivattivi oħra u fis-swieq tal-flus għall-iskop uniku li tkopri pożizzjonijiet fuq swieq tad-derivattivi jew li tinnegozja għall-kontijiet ta’ membri oħra ta’ dawk is-swieq u li huma garantiti mill-clearing members ta’ l-istess swieq, fejn ir- responsabbiltà li jkun żgurat it-twettiq tal-kuntratti li jkunu daħlu fihom dawn il-kumpaniji huma merfugħa minn clearing members ta’ l-istess swieq;

(q)

“delta” tfisser il-bidla mistennija fi prezz ta’ opzjoni bħala proporzjon ta’ bidla żgħira fil-prezz ta’ l-istrument sottostanti ta’ l-opzjoni;

(r)

“fondi proprji” tfisser fondi proprji kif definiti fid-Direttiva 2006/48/KE; u

(s)

“kapital” tfisser il-fondi proprji.

Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ sorveljanza fuq bażi konsolidata, it-terminu “kumpanija ta’ l-investiment” għandu jinkludi kumpaniji ta’ l-investiment ta’ pajjiżi terzi.

Għall-fini tal-punt (e), strumenti finanzjarji għandhom jinkludu kemm strumenti finanzjarji primarji jew strumenti likwidi, kif ukoll strumenti finanzjarji derivati li l-valur tagħhom huwa derivat mill-prezz ta’ strument finanzjarju sottostanti, rata, indiċi jew il-prezz ta’element sottostanti ieħor u jinkludu bħala minimu l-istrumenti speċifikati fis-Sezzjoni Ċ ta’ l-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE.

2.   Il-kliem “intrapriża prinċipali”, “intrapriża sussidjarja”,“kumpanija li tamministra l-assi” u “istituzzjoni finanzjarja” għandhom ikopru intrapriżi definiti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE.

Il-kliem “kumpanija holding finanzjarja”, “kumpanija holding finanzjara prinċipali fi Stat Membru”, “Kumpanija holding finanzjarja ta’ l-UE” u “intrapriża ta’ servizzi anċillari” għandhom ikopru intrapriżi definiti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE, minbarra li kull referenza għal istituzzjonijiet ta’ kreditu għandha tinqara bħala referenza għal istituzzjonijiet.

3.   Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni tad-Direttiva 2006/48/KE għal gruppi koperti bl-Artikolu 2(1) li ma jinkludix istituzzjoni ta’ kreditu, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

“kumpanija holding finanzjarja” tfisser istituzzjoni finanzjarja li l-intrapriża sussidjarji tagħha huma jew esklussivament jew prinċipalment kumpaniji ta’ investiment jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra, li ta’ l-anqas waħda minnhom hija kumpanija ta’ investiment, u li mhijiex kumpanija holding finanzjarja mħallta skond it-tifsira tad-Direttiva 2002/87/KE (9) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-sorveljanza ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, ta’ intrapriżi ta’ assigurazzjoni u ta’ kumpaniji ta’ investiment f’ konglomerat finanzjarju

(b)

“kumpanija holding finanzjarja li twettaq attivitajiet imħallta” tfisser intrapriża prinċipali, barra minn kumpanija holding finanzjarja jew kumpanija ta’ l-investiment jew kumpanija holding finanzjarja mħallta skond it-tifsira tad-Direttiva 2002/87/KE, li s-sussidjarji tagħha ta’ l-anqas jinkludu kumpanijata’ investiment waħda;

(c)

“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet nazzjonali li huma awtorizzati bil-liġi jew b’regolament li jwettqu superviżjoni fuq kumpaniji ta’ l-investiment;

KAPITOLU II

Kapital inizjali

Artikolu 4

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, “kapital inizjali” għandu jinkludi l-oġġetti msemmija fl-Artikolu 57(a) u (b) tad-Direttiva 2006/48/KE.

Artikolu 5

1.   Għandu jkollhom kapital inizjali ta’ EUR 125 000 dawk il-kumpaniji ta’ l-investiment li ma jinnegozjaw fl-ebda strumenti finanzjarji għall-kont proprju tagħhom jew li ma jissottoskrivux ħarġiet fuq bażi ta’ impenn fiss għall-akkwist ta’ strumenti finanzjarji imma li jżommu flejjes ta’ klijenti u/jew titoli u li joffru wieħed jew aktar minn dawn is-servizzi:

(a)

l-ilqugħ u t-trażmissjoni ta’ l-ordnijiet ta’ l-investituri għal strumenti finanzjarji;

(b)

l-eżekuzzjoni ta’ l-ordnijiet ta’ l-investituri għal strumenti finanzjarji;

(c)

l-amministrazzjoni ta’ portfolji individwali ta’ investimenti fi strumenti finanzjarji.

2.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li kumpanija ta’ l-investiment li teżegwixxi ordnijiet ta’ l-investituri għal strumenti finanzjarji żżomm dawk l-istrumenti għall-kont tagħha jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

dawk il-pożizzjonijiet jirriżultaw biss minħabba n-nuqqas tal-kumpanija li tqabbel eżattament l-ordnijiet ta’ l-investituri;

(b)

il-valur totali ta’ dawn il-pożizzjonijiet kollha jkun suġġett għal-limitu massimu ta’ 15 % tal-kapital inizjali tal-kumpanija;

(c)

il-kumpanija tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti mill-Artikoli 18, 20, u 28; u

(d)

dawn il-pożizzjonijiet ikunu ta’ natura inċidentali u proviżorja u strettament limitati għaż-żmien meħtieġ biex tittwettaq it-tranżazzjoni kkonċernata.

Il-pussess ta’ pożizzjonijiet barra mir-reġistru tan-negozju fi strumenti finanzjarji sabiex ikunu investiti l-fondi proprji m’għandux ikun meqjus bħala negozjazzjoni rigward is-servizzi stabbiliti fl-ewwel paragrafu jew għall-finijiet tal-paragrafu 3.

3.   L-Istati Membri jistgħu jnaqqsu l-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għal EUR 50 000 f’każ li kumpanija ma tkunx awtorizzata li żżomm flejjes u titoli tal-klijenti, li tinnegozja għaliha nnifisha, jew li tissottoskrivi ħarġiet fuq bażi ta’ impenn fiss.

Artikolu 6

Kumpaniji lokali għandu jkollhom kapital inizjali ta’ EUR 50 000 sakemm jibbenefikaw mill-libertà ta’ l-istabbiliment jew li jipprovdu servizzi speċifikati fl-Artikoli 31 jew 32 tad-Direttiva 2004/39/KE.

Artikolu 7

Il-kopertura għall-kumpaniji msemmija fil-punt (b)(iii) ta’ l-Artikolu 3 (1) għandha tieħu waħda mill-forom li ġejjin:

(a)

kapital inizjali ta’ EUR 50 000;

(b)

assigurazzjoni għall-indennizz professjonali li tkopri t-territorju kollu tal-Komunità jew garanzija oħra komparabbli kontra r-responsabiltajiet li jirriżultaw minn negliġenza professjonali, li jirrappreżentaw mill-anqas EUR 1 000 000 li japplikaw għal kull talba u globalment għal EUR 1 500 000 għal kull sena għat-talbiet kollha;

(c)

kapital inizjali flimkien ma’ assigurazzjoni għall-indennizz professjonali f’forma li tirriżulta f’livell ta’ kopertura ekwivalenti għal dik imsemmija fil-punti (a) jew (b).

L-ammonti msemmija fl-ewwel sub-paragrafu għandhom ikunu reveduti perjodikament mill-Kummissjoni sabiex jiġu meqjusa bidliet fl-Indiċi Ewropew tal-Prezzijiet tal-Konsumatur kif ippubblikati mill-Eurostat, f’konformità ma’, u fl-istess ħin bħall-aġġustamenti magħmula taħt l-Artikolu 4(7) tad-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni (10).

Artikolu 8

Jekk kumpanija hekk kif imsemmi fil-punt (b)(iii) ta’ l-Artikolu 3 tkun ukoll irreġistrata taħt id-Direttiva 2002/92/KE hija għandha tikkonforma ma’ l-Artikolu 4(3) ta’ dik id-Direttiva u għandu jkollha kopertura f’waħda minn dawn il-forom li ġejjin:

(a)

kapital inizjali ta’ EUR 25 000;

(b)

assigurazzjoni għall-indennizz professjonali li tkopri t-territorju kollu tal-Komunità jew garanzija oħra komparabbli kontra r-responsabilta’ li tirriżulta minn negliġenza professjonali, li jirrappreżentaw mill-anqas EUR 500 000 li japplikaw għal kull talba u globalment għal EUR 750 000 għal kull sena għat-talbiet kollha; jew

(c)

kapital inizjali flimkien ma’ assigurazzjoni għall-indennizz professjonali f’forma li tirriżulta f’livell ta’ kopertura ekwivalenti għal dik imsemmija fil-punti (a) jew (b).

Artikolu 9

Il-kumpaniji ta’ l-investiment kollha minbarra dawk imsemmija fl-Artikoli 5 u 8 għandu jkollhom kapital inizjali ta’ EUR 730 000.

Artikolu 10

1.   B’deroga mill-Artikoli 5(1), 5(3), 6 u 9, l-Istati Membri jistgħu jibqgħu jikkonfermaw l-awtorizzazzjoni tal-kumpaniji ta’ l-investiment u tal-kumpaniji koperti bl-Artikolu 6 li kienu jeżistu qabel il-31 ta’ Diċembru 1995 li l-fondi proprji tagħhom huma anqas mil-livelli ta’ kapital inizjali speċifikati għalihom fl-Artikoli 5(1), 5(3), 6 u 9.

Il-fondi proprji ta’ dawn il-kumpaniji jew kumpaniji ta’ l-investiment m’għandhomx jaqgħu taħt l-ogħla livell ta’ referenza kkalkulat wara d-data tan-notifika stabbilita fid-Direttiva 93/6/KEE. Dak il-livell ta’ referenza għandu jkun il-livell medju ta’ kuljum tal-fondi proprji kkalkulat matul perjodu ta’ sitt xhur qabel id-data tal-kalkolu. Għandu jkun ikkalkulat kull sitt xhur fir-rigward tal-perjodu preċedenti li jikkorrispondi miegħu.

2.   Jekk il-kontroll ta’ kumpanija koperta bil-paragrafu 1 jgħaddi f’idejn persuna naturali jew ġuridika differenti minn dik li tkun ikkontrollatha qabel, il-fondi proprji ta’ dik il-kumpanija għandhom jilħqu mill-anqas il-livell speċifikat għalihom fl-Artikoli 5(1), 5(3), 6 u 9 ħlief fil-każ ta’ l-ewwel trasferiment b’wirt wara l-31 ta’ Diċembru 1995 suġġett għall-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, għal mhux aktar minn 10 snin wara d-data ta’ dak it-trasferiment.

3.   F’ċerti ċirkustanzi speċifiċi u bl-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, fil-każ ta’ għaqda ta’ żewġ kumpaniji ta’ l-investiment u/jew kumpaniji jew aktar koperti bl-Artikolu 6, il-fondi proprji tal-kumpanija maħluqa bl-għaqda ma jkunx hemm bżonn li tilħaq il-livell speċifikat fl-Artikoli 5(1), 5(3), 6 u 9. Madankollu, matul kwalunkwe perjodu li fih il-livell speċifikat fl-Artikoli 5(1), 5(3), 6 u 9 ma jkunux milħuq, il-fondi proprji tal-kumpanija l-ġdida ma jistgħux jaqgħu għal livell taħt dak tal-fondi proprji totali fiż-żmien meta saret l-għaqda tal-kumpaniji li jkunu ngħaqdu.

4.   Il-fondi proprji ta’ kumpaniji ta’ l-investiment u kumpaniji koperti bl-Artikolu 6 ma jistgħux jaqgħu taħt il-livell speċifikat fl-Artikoli 5(1), 5(3), 6, 9, u l-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

Madankollu, f’każ li l-fondi proprji ta’ dawn il-kumpaniji u kumpaniji ta’ l-investiment jaqgħu taħt dak il-livell, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, meta ċ-ċirkostanzi jiġġustifikaw dan, jippermettu lil dawk il-kumpaniji perjodu limitat li fih jew jirranġaw is-sitwazzjonijiet tagħhom jew iwaqqfu l-attivitajiet tagħhom.

KAPITOLU III

Ir-Reġistru tan-negozju

Artikolu 11

1.   Ir-reġistru tan-negozju ta’ istituzzjoni għandu jikkonsisti fil-pożizzjonijiet kollha fi strumenti finanzjarji u komoditajiet miżmuma jew bi skop ta’ kummerċ jew sabiex ikun kopert ir-riskju ta’ elementi oħra fir-reġistru tan-negozju, strumenti li jridu jkunu jew liberi minn kull klawsola restrittiva dwar in-negozjabilità tagħhom jew inkella jkunu jistgħu jiġu koperti minn kull riskju.

2.   Pożizzjonijiet miżmuma bi skop ta’ kummerċ huma dawk miżmuma intenzjonalment biex jerġgħu jinbiegħu fi żmien qasir u/jew biex ikun hemm gwadan minn differenzi attwali jew mistennija għal żmien qasir bejn il-prezz tax-xiri u dak tal-bejgħ, jew minn varjazzjonijiet oħra tal-prezz jew tar-rata ta’ l-imgħax. Il-kelma “pożizzjonijiet” għandha tinkludi pożizzjonijiet ta’ proprjeta’ u pożizzjonijiet li jkunu ġejjin minn servizzi għall-klijenti u appoġġ għas-skambju (market making).

3.   L-isop ta’ kummerċ għandu jkun evidenzjata fuq il-bażi ta’ l-istrateġiji, il-politika u l-proċeduri mwaqqfa mill-istituzzjoni sabiex tamministra l-pożizzjoni jew il-portfoljo f’konformità ma’ l-Anness VII il-Parti A.

4.   L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu u jżommu sistemi u kontrolli sabiex jamministraw ir-reġistru tan-negozju tagħhom, f’konformità ma’ l-Anness VII, il-Parti B u D.

5.   Il-koperturi mir-riskji interni jistgħu jiġu inklużi fir-reġistru tan-negozju, u f’dan il-każ l-Anness VII il-Parti C għandu japplika.

KAPITOLU IV

Fondi proprji

Artikolu 12

“Fondi proprji tal-bażi” jfissru t-total tal-punti (a) sa (c), minbarra t-total tal-punti (i) sa (k) ta’ l-Artikolu 57 tad-Direttiva 2006/48/KE.

Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2009, tippreżenta proposta xierqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex ikun emendat dan il-Kapitolu.

Artikolu 13

1.   Suġġett għall-paragrafi 2 sa 5 ta’ dan l-Artikolu u ta’ l-Artikoli 14 sa 17, il-fondi proprji ta’ kumpaniji ta’ l-investiment u ta’ l-istituzzjonijiet tal-kreditu għandhom ikunu definiti skond id-Direttiva 2006/48/KE.

Minbarra dan, l-ewwel subparagrafu japplika għall-kumpaniji ta’ l-investiment li m’għandhomx waħda mill-forom legali msemmija fl-Artikolu 1 (1) tar-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 dwar il-kontijiet annwali ta’ ċertu tipi ta’ kumpaniji (11).

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lil dawk l-istituzzjonijiet li huma obbligati li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-kapital ikkalkulati skond l-Artikoli 21 u 28 sa 32 u l-Annessi I, u III sa VI jużaw, għal dak l-iskop biss, mod alternattiv ta’ kif ikunu determinati l-fondi proprji. L-ebda parti mill-fondi proprji użati għal dak l-iskop ma jistgħu jintużaw fl-istess ħin sabiex jiġu ssodisfati rekwiżiti oħra ta’ kapital.

Dan il-mod ta’ determinazzjoni alternattiv għandu jkun it-total ta’ l-elementi stipulati fil-punti (a), (b) u (c) ta’ dan is-subparagrafu, minbarra l-element stabbilit fil-punt (d), bit-tnaqqis ta’ dak l-element ta’ l-aħħar jitħalla fid-diskrezzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti:

(a)

fondi proprji kif definiti fid-Direttiva 2006/48/KE, esklużi minnhom biss il-punti (l) sa (p) ta’ l-Artikolu 57 ta’ dik id-Direttiva għal dawk il-kumpaniji ta’ l-investiment li huma meħtieġa li jnaqqsu l-element (d) ta’ dan il-paragrafu mit-total ta’ l-elementi (a) sa (c);

(b)

il-profitti tar-reġistru tan-negozju ta’ istituzzjoni wara t-tnaqqis ta’ kull spiża jew dividend li jista’ jkun previst, bit-telf nett tan-negozju l-ieħor tagħha mnaqqas sakemm l-ebda wieħed minn dawk l-ammonti ma jkun diġà ġie inkluż fl-element (a) ta’ dan il-paragrafu bħala wieħed mill-elementi stabbiliti fil-punti (b) jew (k) ta’ l-Artikolu 57 tad-Direttiva 2006/48/KE;

(c)

kapital ta’ self subordinat u/jew l-elementi li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, suġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 14; u

(d)

assi mhux likwidi kif speċifikati fl-Artikolu 15.

3.   Il-kapital ta’ self subordinat li hemm referenza għalih fil-punt (c) tat-tieni paragrafu għandu jkollu maturità inizjali ta’ mill-anqas sentejn. Għandu jkun imħallas kollu u l-ftehim ta’ self m’għandu jinkludi l-ebda klawsola li tipprovdi li f’ċirkostanzi speċifiċi apparti mix-xoljiment ta’ l-istituzzjoni, id-dejn ikollu jitħallas lura qabel id-data miftiehma għall-ħlas lura, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma japprovawx dan il-ħlas lura. La l-kapital u lanqas l-imgħax fuq dan il-kapital ta’ self subordinat ma jista’ jitħallas lura jekk dak il-ħlas lura jkun ifisser li l-fondi proprji ta’ l-istituzzjoni kkonċernata jkunu bħala riżultat ta’ dan jammontaw għal anqas minn 100 % tar-rekwiżiti globali ta’ dik l-istituzzjoni.

Minbarra dan, l-istituzzjoni għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti bil-ħlasijiet lura kollha fuq dak il-kapital ta’ self subordinat malli l-fondi proprji tagħha jaqgħu taħt il-120 % tar-rekwiżiti ġenerali ta’ kapital tagħha.

4.   Is-self subordinat tal-kapital li ssir referenza għalih fil- punt (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ma jistax jaqbeż il-massimu ta’ 150 % tal-fondi proprji oriġinali li jitħallew biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kkalkulati skond l-Artikoli 21u 28 sa 32 u l-Annessi I sa VI u jista’ joqrob lejn dak il-massimu biss f’ċirkostanzi partikolari li jkunu aċċettabbli għall-awtoritajiet kompetenti.

5.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet sabiex jissostitwixxu l-kapital ta’ self subordinat imsemmi fil-punt (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 mal-punti (d) sa (h) ta’ l-Artikolu 57 tad-Direttiva 2006/48/KE.

Artikolu 14

1.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lil kumpaniji ta’ l-investiment li jaqbżu l-limitu massimu tal-kapital ta’ self subordinat stabbilit fl-Artikolu 13(4) jekk huma jaħsbu li dan ikun prudenzjalment adegwat u sakemm it-total ta’ dan il-kapital ta’ self subordinat u l-elementi msemmija fl-Artikolu 13(5) ma jaqbżux il-200 % tal-fondi proprji oriġinali li jitħallew biex jitħarsu r-rekwiżiti kkalkulati skond l-Artikoli 21, 28 sa 32 u l-Annessi I, u III sa VI, jew 250 % ta’ l-istess ammont fejn kumpaniji ta’ l-investiment inaqqsu l-element stabbilit fl- Artikolu 13(2)(d) meta jikkalkulaw il-fondi proprji.

2.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li l-limitu massimu għall-kapital ta’ self subordinat stabbilit fl-Artikolu 13(4) jinqabeż minn istituzzjoni tal-kreditu jekk jiddeċiedu li dan huwa prudenzjalment adegwat u sakemm it-total ta’ dan il-kapital ta’ self subordinat u l- punti (d) sa (h) ta’ Artikolu 57 tad-Direttiva 2006/48/KE ma jaqbżux il-250 % tal-fondi proprji oriġinali li jitħallew biex jissodisfaw ir-rekwiżiti kkalkulati skond l-Artikoli 28 sa 32 u l-Annessi I, u III sa VI ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 15

Assi mhux likwidi kif imsemmija fil-punt (d) tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 13(2) għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

(a)

assi fissi tanġibbli, ħlief sa fejn l-Art u l-bini jistgħu jitħallew li jkunu kontropartita tas-self li huma jkunu jassiguraw;

(b)

ishma fl-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew finanzjarji, inklużi talbiet subordinati fuqhom, li jistgħu jkunu inklużi fil-fondi proprji ta’ dawk l-istituzzjonijiet, sakemm ma jkunux tnaqqsu taħt il-punti (l) sa (p) ta’ l-Artikolu 57 tad-Direttiva 2006/48/KE jew taħt l-Artikolu 16(d) ta’ din id-Direttiva;

(c)

ishma u investimenti oħra, f’intrapriżi minbarra istituzzjonijiet tal-kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji oħra, li ma jistgħux jiġu kummerċjalizzati faċilment;

(d)

defiċjenzi fis-sussidjarji;

(e)

depożiti magħmula, apparti minn dawk li huma disponibbli għal ħlas lura fi żmien 90 jum, u wkoll esklużi pagamenti b’konnessjoni ma’ futures b’marġini jew kuntratti ta’ opzjonijiet;

(f)

self u ammonti oħra dovuti, minbarra dawk li għandhom jitħallsu lura fi żmien 90 jum; u

(g)

stokks fiżiċi, sakemm dawn ma jkunux diġà suġġetti għal rekwiżiti tal-kapital stretti għallinqas daqs dawk stabbiliti fl-Artikoli 18 u 20.

Għall-finijiet tal-punt (b), meta l-ishma f’istituzzjoni tal-kreditu jew finanzjarja jkunu miżmuma temporanjament għall-finijiet ta’ operazzjoni ta’ għajnuna finanzjarja maħsuba biex tiġi organizzata mill-ġdid u b’hekk salvata dik l-instituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jwarrbu l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Jistgħu wkoll iwarrbuha fir-rigward ta’ dawk l-ishma li jkunu inklużi fir-reġistru tan-negozju ta’ kumpanija ta’ l-investiment.

Artikolu 16

Dawk il-kumpaniji ta’ l-investiment inklużi fi grupp li jkun ingħata l-eżenzjoni deskritta fl-Artikolu 22 għandhom jikkalkolaw il-fondi proprji tagħhom f’konformità ma’ l-Artikoli 13 sa 15 suġġetti għal dawn li ġejjin:

(a)

l-assi mhux likwidi msemmija fl-Artikolu 13(2)(d) għandhom jiġu mnaqqsa;

(b)

l-esklużjoni msemmija fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 13(2) m’għandhiex tkopri dawk il-komponenti tal-punti (l) sa (p) ta’ l-Artikolu 57 tad-Direttiva 2006/48/KEli kumpanija ta’ l-investiment ikollha fir-rigward ta’ l-intrapriżi inklużi f’konsolidazzjoni kif definita fl-Artikolu 2(1) ta’ din id-Direttiva;

(c)

il-limiti msemmija fil-punti (a) u (b) ta’ l-Artikolu 66(1) tad-Direttiva 2006/48/KE għandhom ikunu kkalkulati b’referenza għall-fondi proprji oriġinali li minnhom jitnaqqsu l-komponenti tal-punti (l) sa (p) ta’ l-Artikolu 57 ta’ dik id-Direttiva hekk kif imsemmi fil-punt (b) ta’ dan l-Artikolu li huma elementi tal-fondi proprji oriġinali ta’ dawk l-intrapriżi;

(d)

il-komponenti tal-punti (l) sa (p) ta’ l-Artikolu 57 tad-Direttiva 2006/48/KE imsemmija fil-punt (c) ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu mnaqqsa mill-fondi proprji oriġinali minflok mit-total ta’ l-elementi kollha kif stabbilit fl-Artikolu 66 (2) ta’ dik id-Direttiva għall-finijiet, b’mod partikolari, ta’ l-Artikoli 13(4), 13(5) u 14 ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 17

1.   Meta istituzzjoni tikkalkula l-ammonti ta’ esponiment ikkalkolati skond il-piż tar-riskju għall-finijiet ta’ l-Anness II ta’ din id-Direttiva f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 84 sa 89 tad-Direttiva 2006/48/KE, f’dan il-każ għall-finijiet tal-kalkolu stipulat fil-punt 4 il-Parti 1 ta’ l-Anness VII tad-Direttiva 2006/48/KE, għandu japplika dan li ġej:

(a)

aġġustamenti fil-valur magħmula sabiex titqies il-kwalità tal-kreditu tal-kontroparti jistgħu jiġu inklużi fis-somma ta’ l-aġġustamenti fil-valur u dispożizzjonijiet magħmula għall-iskoperturi indikati fl-Anness II; u

(b)

suġġett għall-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, jekk ir-riskju tal-kreditu tal-kontroparti jitqies adegwatament fil-valutazzjoni ta’ pożizzjoni inkluża fir-reġistru tan-negozju, l-ammont ta’ telf mistenni għall-iskopertura tar-riskju tal-kontroparti għandu jkun żero.

Għall-finijiet tal-punt (a), għal dawn l-istituzzjonijiet, dawn l-aġġustamenti fil-valur m’għandhomx ikunu inklużi fil-fondi proprji ħlief f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu.

2.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli 153 u 154 tad-Direttiva 2006/48/KE.

KAPITOLU V

Sezzjoni 1

Dispożizzjonijiet kontra r-riskji

Artikolu 18

1.   L-Istituzzjonijiet għandu jkollhom il-fondi proprji li jkunu dejjem aktar minn jew ugwali għas-somma ta’ dan li ġej:

(a)

ir-rekwiżiti tal-kapital, ikkalkulati skond il-metodi u l-għażliet stabbiliti fl-Artikoli 28 sa 32 u fl-Annessi I, II u VI u, kif jixraq, skond l-Anness V, għall-kummerċ tar-reġistru tan-negozju tagħhom; u

(b)

ir-rekwiżiti tal-kapital, ikkalkulati skond il-metodi u l-għażliet stabbiliti fl-Annessi III u IV u, kif jixraq, skond l-Anness V, għall-attivitajiet ta’ negozju kollha tagħhom.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet li jikkalkulaw ir-rekwiżiti tal-kapital għall-kummerċ tar-reġistru tan-negozju tagħhom skond l-Artikolu 75(a) tad-Direttiva 2006/48/KE u l-punti 6, 7, u 9 ta’ l-Anness II ta’ din id-Direttiva, meta d-daqs tal-kummerċ tar-reġistru tan-negozju jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-kummerċ tar-reġistru tan-negozju ta’ dawk l-istituzzjonijiet normalment ma jeċċedix 5 % tan-negozju totali tagħhom;

(b)

il-pożizzjonijiet totali tar-reġistru tan-negozju tagħhom normalment ma jeċċedux EUR 15-il miljun; u

(c)

il-kummerċ tar-reġistru tan-negozju ta’ dawk l-istituzzjonijiet qatt ma jeċċedi 6 % tan-negozju totali tagħhhom u l-pożizzjonijiet totali tar-reġistru tan-negozju tagħhom qatt ma jeċċedu EUR 20 miljun.

3.   Sabiex ikun ikkalkulat il-proporzjon tal-kummerċ tar-reġistru tan-negozju man-negozju totali bħal fil-punti (a) u (c) tal-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu jew għad-daqs tan-negozju magħqud kemm fi u wkoll barra l-karta tal-bilanċ, għall-kont ta’ qligħ u telf jew għall-fondi proprji ta’ l-istituzzjonijiet ikkonċernati, jew għal taħlita ta’ dawk il-miżuri. Meta d-daqs ta’ negozju ta’ fuq il-karta tal-bilanċ u barra minnha jkun stmat, l-strumenti ta’ dejn għandhom ikunu vvalutati bil-prezz tas-suq tagħhom jew tal-valuri ewlenija tagħhom, l-ishma bil-prezzijiet tagħhom tas-suq u d-derivattivi skond il-valuri nominali jew tas-suq ta’ l-istrumenti sottostanti. Il-pożizzjonijiet twal u l-pożizzjonijiet qosra għandhom ikunu miġbura flimkien irrispettivament mis-sinjali tagħhom.

4.   Jekk istituzzjoni tinzerta li għal aktar minn żmien qasir teċċedi wieħed jew iż-żewġ limiti imposti fil-paragrafu 2(a) u (b) jew li teċċedi wieħed jew iż-żewġ limiti imposti fil-paragrafu 2 (c), din għandha tkun meħtieġa li tissodisfa r-rekwiżiti imposti mill-paragrafu 1 (a) fir-rigward tal-kummerċ tar-reġistru tan-negozju tagħha u li tinnotifika b’dan lill-awtorità kompetenti.

Artikolu 19

1.   Għall-finijiet tal-paragrafu 14 ta’ l-Anness I, suġġett għad-diskrezzjoni ta’ l-awtoritajiet nazzjonali, piż differenzjat ta’ 0 % jista’ jkun assenjat għal titoli ta’ dejn maħruġa mill-entitajiet elenkati fit-Tabella 1 ta’ l-Anness I, fejn dawn it-titoli ta’ dejn huma denominati u ffinanzjati fil-valuta lokali.

2.   B’deroga mill-punti 13 u 14 ta’ l-Anness I, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rekwiżit ta’ riskju speċifiku għal kwalunkwe bonds li jaqgħu taħt l-Anness VI, il-Parti 1, il-punti 68 sa 70 tad-Direttiva 2006/48/KE, li huwa ugwali għar-rekwiżit ta’ riskju speċifiku għal element kwalifikanti bl-istess maturità residwa bħal dan il-bond, imnaqqas skond il-perċentwali mogħtija fl-Anness VI, il-Parti 1, il-punt 71 ta’ dik id-Direttiva.

3.   Jekk, kif stabbilit fil-punt 52 ta’ l-Anness I, awtorità kompetenti tapprova intrapriża ta’ investiment kollettiv ta’ pajjiż terz (CIU) bħala eliġibbli, awtorità kompetenti fi Stat Membru ieħor tista’ tagħmel użu minn din l-approvazzjoni mingħajr ma tagħmel il-valutazzjoni tagħha.

Artikolu 20

1.   Suġġett għall-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, u ta’ l-Artikolu 34 ta’ din id-Direttiva, ir-rekwiżiti fl-Artikolu 75 tad-Direttiva 2006/48/KE għandhom japplikaw għall-kumpaniji ta’ l-investiment.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-kumpaniji ta’ l-investiment li mhumiex awtorizzati sabiex jipprovdu s-servizzi ta’ investiment elenkati fil-punti 3 u 6 ta’ l-Anness I, Sezzjoni A tad-Direttiva 2004/39/KE sabiex jipprovdu fondi proprji li jkunu dejjem aktar minn jew ugwali għal dan li ġej:

(a)

is-somma tar-rekwiżiti tal-kapital li jinsabu fil-punti (a) sa (c) ta’ l-Artikolu 75 tad-Direttiva 2006/48/KE; u

(b)

l-ammont stabbilit fl-Artikolu 21 ta’ din id-Direttiva.

3.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-kumpaniji ta’ l-investiment li jkollhom kapital inizjali kif stabbilit fl-Artikolu 9, iżda li jaqgħu fil-kategoriji li ġejjin, li jipprovdu fondi proprji li jkunu dejjem aktar minn, jew daqs, is-somma tar-rekwiżiti tal-kapital ikkalkulati skond ir-rekwiżiti li jinsabu fil-punti (a) sa (c) ta’ l-Artikolu 75 tad-Direttiva 2006/48/KE u l-ammont preskritt fl-Artikolu 21 ta’ din id-Direttiva:

(a)

kumpaniji ta’ l-investiment li jinnegozjaw fuq il-kont tagħhom biss għall-iskop li jwettqu ordni ta’ klijent jew sabiex jidħlu f’sistemà ta’ kklerjar u ħlas jew borża rikonoxxuta meta jkunu qed joperaw bħala aġenti jew ikunu qed iwettqu ordni ta’ klijent; u

(b)

kumpaniji ta’ l-investiment:

(i)

li ma jżommux flus jew titoli tal-klijenti;

(ii)

li jinnegozjaw biss fuq il-kont tagħhom stess;

(iii)

li m’ghandhomx klijenti esterni;

(iv)

li t-twettiq u l-ħlas tat-tranżazzjonijiet tagħhom iseħħu taħt ir-responsabbiltà ta’ istituzzjoni tal-clearing u huma garantiti minn dik l-istituzzjoni tal-clearing.

4.   Il-kumpaniji ta’ l-investiment imsemmija fil-paragrafi (2) u (3) għandhom jibqgħu suġġetti għad-dispożizzjonijiet l-oħra kollha dwar ir-riskju operattiv stabbiliti fl-Anness V tad-Direttiva 2006/48/KE.

5.   L-Artikolu 21 għandu japplika biss għal kumpaniji ta’ investiment li għalihom japplikaw il-paragrafi (2) jew (3) ta’ l-Artikoli 46 u bil-mod kif speċifikat fihom.

Artikolu 21

Kumpaniji ta’ l-investiment għandhom ikunu meħtieġa li jkollhom fondi proprji ekwivalenti għal kwart ta’ l-ispejjeż amministrattivi ġenerali fissi tas-sena ta’ qabel.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaġġustaw dak ir-rekwiżit fil-każ ta’ kambjament materjali fin-negozju ta’ kumpanija mis-sena ta’ qabel.

Meta kumpanija ma tkunx wettqet negozju ta’ sena, li jibda mill-jum li fih tkun bdiet, ir-rekwiżit għandu jkun ta’ kwart ta’ l-ispejjeż amministrattivi ġenerali fissi kif imbassra fil-pjan tan-negozju tagħha, sakemm aġġustament għal dak il-pjan ma jkunx meħtieġ mill-awtoritajiet kompetenti.

Sezzjoni 2

Applikazzjoni ta’ rekwiżiti fuq bażi kkonsolidata

Artikolu 22

1.   L-awtoritajiet kompetenti li huma meħtieġa jew obbligati li jeżerċitaw sorveljanza fuq gruppi koperti mill-Artikolu 2 fuq bażi kkonsolidata jistgħu iwarrbu, każ b’każ, l-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-kapital fuq bażi kkonsolidata sakemm:

(a)

kull kumpanija ta’ l-investiment ta’ l-UE f’dawn il-gruppi tkun tuża l-kalkolu ta’ fondi proprji stabbilit fl-Artikolu 16;

(b)

kull kumpanija ta’ l-investiment f’dawn il-gruppi tkun taqa’ f’waħda mill-kategoriji fil-paragrafi 2 u 3 ta’ l-Artikolu 20;

(c)

kull kumpanija ta’ l-investiment ta’ l-UE f’dawn il-gruppi tkun tissodisfa r-rekwiżiti imposti fl-Artikoli 18 u 20 fuq bażi individwali u fl-istess ħin tnaqqas mill-fondi proprji tagħha kull responsabilta’ kontinġenti favur kumpaniji ta’ l-investiment, istituzzjonijiet finanzjarji, kumpaniji tal-ġestjoni ta’ l-assi u intrapriżi ta’ servizzi anċillari li f’każ ieħor kienu jkunu kkonsolidati.

(d)

kull kumpanija holding finanzjarja li tkun il-kumpanija holding finanzjarja prinċipali f’Stat Membru ta’ kwalunkwe kumpanija ta’ l-investiment f’dan il-grupp ikollha għallinqas kapital, definit hawnhekk bħala s-somma tal-punti (a) sa (h) ta’ l-Artikolu 57 tad-Direttiva 2006/48/KE, daqs is-somma tal-valur sħiħ kontabbli ta’ kwalunkwe ishma, talbiet subordinati, u strumenti msemmija fl-Artikolu 57 ta’ dik id-Direttiva f’kumpaniji ta’ l-investiment, istituzzjonijiet finanzjarji, kumpaniji ta’ ġestjoni ta’ l-assi u intrapriżi ta’ servizzi anċillari li f’każ ieħor kienu jkunu kkonsolidati, u l-ammont totali ta’ kull responsabilta’ kontinġenti favur kumpaniji ta’ l-investiment, istituzzjonijiet finanzjarji, kumpaniji tal-ġestjoni ta’ l-assi u intrapriżi ta’ servizzi anċillari li f’każ ieħor kienu jkunu kkonsolidati.

Fejn il-kriterji ta’ l-ewwel subparagrafu huma ssodisfati, kull kumpanija ta’ l-investiment ta’ l-UE għandu jkollha sistemi biex tissorvelja u tikkontrolla s-sorsi tal-kapital u ta’ l-iffinanzjar ta’ kull kumpanija holding finanzjarja, kumpanija ta’ l-investiment, istituzzjoni finanzjarja, kumpanija tal-ġestjoni ta’ l-assi u intrapriża ta’ servizzi anċillari fi ħdan il-grupp.

2.   B’deroga għall-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-kumpaniji holding finanzjarji li jkunu l-kumpanija holding prinċipali fi Stat Membru ta’ kumpanija ta’ l-investiment f’dan il-grupp li tuża valur aktar baxx mill-valur ikkalkulat taħt il-paragrafu 1(d), imma mhux aktar baxx mis-somma tar-rekwiżiti imposti fl-Artikoli 18 u 20 fuq bażi individwali għall-kumpaniji ta’ l-investiment, l-istituzzjonijiet finanzjarji, il-kumpaniji ta’ ġestjoni ta’ l-assi u l-intrapriżi ta’ servizzi anċillari li f’każ ieħor kienu jkunu kkonsolidati, u l-ammont totali ta’ kwalunkwe responsabilta’ kontinġenti favur il-kumpanija ta’ l-investiment, l-istituzzjonijiet finanzjarji, il-kumpaniji tal-ġestjoni ta’ l-assi u l-intrapriżi tas-servizzi anċillari li f’każ ieħor kienu jkunu kkonsolidati. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, ir-rekwiżit tal-kapital għall-intrapriżi ta’ l-investiment ta’ pajjiżi terzi, l-istituzzjonijiet finanzjarji, il-kumpaniji tal-ġestjoni ta’ l-assi u l-intrapriżi tas-servizzi anċillari huwa rewiżit tal-kapitali virtwali (notional capital requirement).

Artikolu 23

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu lill-kumpaniji ta’ l-investiment fi grupp li jkun ingħata l-eżenzjoni stabbilita fil-paragrafu 22 li jinnotifikawhom b’dawk ir-riskji li jistgħu jaffetwaw b’mod negattiv il-pożizzjoni finanzjarja tagħhom, inklużi dawk assoċjati mal-kompożizzjoni u s-sorsi tal-kapital u l-fondi tagħhom. Jekk l-awtoritajiet kompetenti mbagħad jikkunsidraw li l-pożizzjonijiet finanzjarji ta’ dawk il-kumpaniji ta’ l-investiment ma jkunux protetti b’mod adegwat, dawn għandhom jobbligawhom sabiex jieħdu miżuri, inklużi, jekk meħtieġ, limitazzjonijiet fuq it-trasferiment ta’ kapital minn dawk il-kumpaniji lejn entitajiet tal-grupp.

Fejn l-awtoritajiet kompetenti jwarrbu l-obbligi ta’ sorveljanza fuq bażi kkonsolidata li hemm stipulata fl-Artikolu 22, huma għandhom jieħdu miżuri oħrajn xierqa biex jissorveljaw ir-riskji, l-aktar l-iskoperturi kbar, tal-grupp kollu, inklużi kwalunkwe intrapriża li ma tinsabx fi Stat Membru.

Fejn l-awtoritajiet kompetenti jwarrbu l-applikazzjoni tar-responsabilta’ tal-kapital fuq bażi kkonsolidata stipulat fl-Artikolu 22, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 123 u tal-Kapitolu 5 tat-Titlu V tad-Direttiva 2006/48/KE fuq bażi individwali u r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 124 tad-Direttiva] għandhom japplikaw għas-sorveljanza tal-kumpaniji ta’ l-investiment fuq bażi individwali.

Artikolu 24

1.   B’deroga mill-Artikolu 2(2), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw lil kumpaniji ta’ l-investiment mir-rekwiżiti kkonsolidati tal-kapital stabbiliti fih, sakemm il-kumpaniji kollha ta’ l-investiment fil-grupp huma koperti mill-Artikolu 20(2) u l-grupp ma jinkludix istituzzjonijiet tal-kreditu.

2.   Meta jkunu ssodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafu 1, kumpanijata’ investiment prinċipali fi Stat Membru għandha tkun meħtieġa li tipprovdi fondi proprji f’livell konsolidat li jkunu dejjem aktar minn jew daqs l-ogħla miż-żewġ ammonti li ġejjin, ikkalkulati fuq il-bażi tal-pożizzjoni finanzjarja konsolidata tal-kumpanija ta’ l-investiment prinċipali u b’konformità mas-Sezzjoni 3 ta’ dan il-Kapitolu:

(a)

is-somma tar-rekwiżiti tal-kapital li jinsabu fil-punti (a) sa (c) ta’ l-Artikolu 75 tad-Direttiva 2006/48/KE; u

(b)

l-ammont preskritt fl-Artikolu 21 ta’ din id-Direttiva.

3.   Meta jkunu ssodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafu 1, kumpanija ta’ l-investiment ikkontrollata minn kumpanija holding finanzjarja għandha tkun meħtieġa li tipprovdi fondi proprji f’livell konsolidat li jkunu dejjem aktar minn jew daqs l-ogħla miż-żewġ ammonti li ġejjin, ikkalkulati fuq il-bażi tal-pożizzjoni finanzjarja konsolidata tal-kumpanija holding finanzjarja u b’konformità ma’ Sezzjoni 3 ta’ dan il-Kapitolu:

(a)

is-somma tar-rekwiżiti tal-kapital li jinsabu fil-punti (a) sa (c) ta’ l-Artikolu 75 tad-Direttiva 2006/48/KE; u

(b)

l-ammont stipulat fl-Artikolu 21 ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 25

B’deroga mill-Artikolu 2(2), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw lil kumpaniji ta’ l-investiment mir-rekwiżiti kkonsolidati tal-kapital stabbiliti fih, sakemm il-kumpaniji ta’ l-investiment kollha fil-grupp huma fost il-kumpaniji ta’ l-investiment li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 20(2) u (3) u l-grupp ma jinkludix istituzzjonijiet tal-kreditu.

Meta jkunu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ l-ewwel paragrafu, kumpanija ta’ l-investiment prinċipali ta’ Stat Membru għandha tkun meħtieġa sabiex tipprovdi fondi proprji f’livell konsolidat li huma dejjem iktar minn jew daqs is-somma tar-rekwiżiti li jinsabu fil-punti (a) sa (c) ta’ l-Artikolu 75 tad-Direttiva 2006/48/KE u l-ammont stipulat fl-Artikolu 21 ta’ din id-Direttiva, ikkalkulati fuq il-bażi tal-pożizzjoni finanzjarja konsolidata tal-kumpanija ta’ l-investiment prinċipali u b’konformità mas-Sezzjoni 3 ta’ dan il-Kapitolu.

Meta jkunu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ l-ewwel paragrafu, kumpanija ta’ l- investiment ikkontrollata minn kumpanija holding finanzjarja tinħtieġ li tipprovdi fondi proprji f’livell konsolidat li jkunu dejjem aktar minn jew daqs is-somma tar-rekwiżiti li jinsabu fil-punti (a) sa (c) ta’ l-Artikolu 75 tad-Direttiva 2006/48/KE u l-ammont stipulat fl-Artikolu 21 ta’ din id-Direttiva, ikkalkulati fuq il-bażi tal-pożizzjoni finanzjarja konsolidata tal-kumpanija holding finanzjarja u b’konformità mas-Sezzjoni 3 ta’ dan il-Kapitolu.

Sezzjoni 3

Il-kalkolu tar-rekwiżiti kkonsolidati

Artikolu 26

1.   Meta l-eżenzjoni stipulata fl-Artikolu 22 ma tiġiex eżerċitata, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, sabiex jikkalkulaw r-rekwiżiti tal-kapital stipulati fl-Annessi I u V u l-iskoperturi għall-klijenti stabbiliti fl-Artikoli 28 sa 32 u fl-Anness VI fuq bażi kkonsolidata, jippermettu li pożizzjonijiet fir-reġistru tan-negozju ta’ istituzzjoni minnhom ikunu bbilanċjati ma’ pożizzjonijiet fir-reġistru tan-negozju ta’ istituzzjoni oħra skond ir-regoli stabbiliti fl-Artikoli 28 sa 32 u fl-Annessi I, V u VI.

Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li pożizzjonijiet f’valuta barranija f’waħda mill-istituzzjonijiet jibbilanċjaw ma’ pożizzjonijiet f’valuta barranija f’istituzzjoni oħra skond ir-regoli stabbiliti fl-Anness III u/jew l-Anness V. Jistgħu wkoll jippermettu li pożizzjonijiet fi komoditajiet f’istituzzjoni minnhom jibbilanċjaw pożizzjonijiet ta’ komoditajiet f’istituzzjoni oħra skond ir-regoli stabbiliti fl-Anness IV u/jew l-Anness V.

2.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu l-ibbilanċjar tar-reġistru tan-negozju u tal-pożizzjonijiet f’valuti barranin u tal-komoditajiet, rispettivament, ta’ intrapriżi li jinsabu f’pajjiżi terzi, sakemm fl-istess waqt jitwettqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

dawk l-intrapriżi jkunu ġew awtorizzati f’pajjiż terz u jew jissodisfaw id-definizzjoni ta’ istituzzjoni tal-kreditu mogħtija fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/48/KE jew ikunu kumpaniji ta’ l-investiment rikonoxxuti ta’ pajjiż terz;

(b)

dawk l-intrapriżi jkunu konformi, fuq bażi individwali, ma’ regoli ta’ adegwatezza tal-kapital ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’din id-Direttiva; u

(c)

l-ebda regolamenti ma jkunu jeżistu fil-pajjiżi terzi kkonċernati li jistgħu b’mod sinifikattiv jaffettwaw it-trasferiment ta’ fondi fi ħdan il-grupp.

3.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jippermettu l-ibbilanċjar stipulat fil-paragrafu 1 bejn l-istituzzjonijiet fi grupp li jkunu ġew awtorizzati fl-Istat Membru kkonċernat, sakemm:

(a)

ikun hemm allokazzjoni sodisfaċenti ta’ kapital fi ħdan il-grupp;

(b)

il-qafas regolatorju, legali jew kontrattwali li fih joperaw dawk l-istituzzjonijiet ikun tali li jiggarantixxi sostenn finanzjarju reċiproku fi ħdan il-grupp.

4.   Minbarra dan, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu l-ibbilanċjar stipulat fil-paragrafu 1 bejn l-istituzzjonijiet fi ħdan grupp li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imposti fil-paragrafu 3 u kull istituzzjoni inkluża fl-istess grupp li tkun giet awtorizzata fi Stat Membru ieħor sakemm dik l-istituzzjoni tkun obbligata li tissodisfa r-rekwiżiti tal-kapital imposti fl-Artikoli 18, 20 u 28 fuq bażi individwali.

Artikolu 27

1.   Fil-kalkolu tal-fondi proprji fuq bażi kkonsolidata l-Artikolu 65 tad-Direttiva 2006/48/KE għandu jkun applikabbli.

2.   L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-eżerċizzju ta’ sorveljanza fuq bażi kkonsolidata jistgħu jirrikonoxxu l-validità tad-definizzjonijiet speċifiċi tal-fondi proprji applikabbli għall-istituzzjonijiet ikkonċernati taħt il-Kapitolu IV fil-kalkolu tal-fondi proprji kkonsolidati.

Sezzjoni 4

Monitoraġġ u kontroll ta’ skoperturi kbar

Artikolu 28

1.   L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu monitoraġġ u kontroll tas-skoperturi kbar tagħhom f’konformità ma’ l-Artikoli 106 sa 118 tad-Direttiva 2006/48/KE.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1 dawk l-istituzzjonijiet li jikkalkulaw ir-rekwiżiti tal-kapital għar-reġistru tan-negozju tagħhom skond l-Annessi I u II, u kif ikun xieraq, skond l-Anness V ta’ din id-Direttiva, għandhom jimmonitoraw u jikkontrollaw l-iskoperturi kabar tagħhom skond l-Artikoli 106 sa 118 tad-Direttiva 2006/48/KE bla ħsara għall-emendi stipulati fl-Artikoli 29 sa 32 ta’ din id-Direttiva.

3.   Sal-31 ta’ Diċembru 2007, Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar it-tħaddim ta’ din is-Sezzjoni, flimkien ma’ kwalunkwe proposti xierqa.

Artikolu 29

1.   L-iskoperturi għal klijenti individwali li joriġinaw mir-reġistru tan-negozju għandhom ikunu kkalkulati billi jsir sommarju ta’ dawn l-elementi:

(a)

l-eċċess - meta pożittiv – tal-pożizzjonijiet twal ta’ l-istituzzjoni fuq il-pożizzjonijiet qosra tagħha fl-istrumenti finanzjarji kollha maħruġa mill-klijent konċernat, flimkien mal-pożizzjoni netta f’kull wieħed mill-istrumenti differenti li tkun ikkalkulata skond il-metodi stabbiliti fl-Anness I;

(b)

l-iskopertura netta, fil-każ ta’ l-issottoskrizzjoni ta’ dejn jew strument ta’ ekwità;

(c)

l-iskoperturi minħabba t-tranżazzjonijiet, ftehim u kuntratti msemmija fl-Anness II mal-klijent ikkonċernat, liema skoperturi jkunu kkalkulati bil-mod stabbilit f’dak l-Anness, għall-kalkolu tal-valur ta’ l-iskopertura.

Għall-finijiet tal-punt (b), l-iskopertura netta tkun ikkalkulata bit-tnaqqis ta’ dawk il-pożizzjonijiet ta’ sottoskrizzjoni li huma ffirmati jew sottoskritti mill-ġdid minn partijiet terzi fuq il-bażi ta’ ftehim formali bil-fatturi stabbiliti fil-paragrafu 41 ta’ l-Anness I imnaqqsa minnhom.

Għall-finijiet tal-punt (b), sakemm jitwettaq koordinament ulterjuri, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu lill-istituzzjonijiet li jistabbilixxu sistemi li jissorveljaw u jikkontrollaw l-iskoperturi sottoskritti tagħhom bejn iż-żmien ta’ l-impenn inizjali u l-ewwel jum tax-xogħol fid-dawl tan-natura tar-riskji involuti fis-swieq konċernati.

Għall-finijiet tal-punt (c), l-Artikoli 84 sa 89 tad-Direttiva 2006/48/KEgħandhom ikun esklużi mir-referenza fil-paragrafu 6 ta’ l-Anness II ta’ din id-Direttiva.

2.   l- iskoperturi għal gruppi ta’ klijenti konnessi fuq ir-reġistru tan-negozju għandhom ikunu kkalkulati billi jiġu magħduda flimkien l-iskoperturi għall-klijenti individwali fi grupp, kif ikkalkulat fil-paragrafu 1.

Artikolu 30

1.   L-iskoperturi ġenerali għal klijenti individwali jew gruppi ta’ klijenti konnessi għandhom ikunu kkalkulati billi jingħaddu flimkien l-iskoperturi li joriġinaw fuq ir-reġistru tan-negozju u dawk l-iskoperturi li joriġinaw 'il barra mir-reġistru tan-negozju, billi jitqiesu l-Artikoli 112 sa 117 tad-Direttiva 2006/48/KE.

Sabiex tkun ikkalkulata l-iskopertura 'il barra mir-reġistru tan-negozju, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-iskopertura li toriġina minn assi li huma mnaqqsa mill-fondi proprji tagħhom permezz tal-punt (d) tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 13(2) bħala żero.

2.   L-iskoperturi globali ta’ l-istituzzjonijiet għal klijenti individwali u gruppi ta’ klijenti konnessi kkalkulati f’konformità mal-paragrafu 4 għandhom ikunu rrappurtati skond l-Artikolu 110 tad-Direttiva 2006/48/KE.

Minbarra fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet ta’ xiri lura u ta’ meta jkunu mogħtija jew meħuda b’self titoli jew komoditajiet, il-kalkolu ta’ skoperturi kbar għal klijenti individwali u gruppi ta’ klijenti konnessi għal finijiet ta’ rappurtaġġ m’għandux jinkludi r-rikonoxximent tat-tnaqqis ta’ riskju tal-kreditu.

3.   Is-somma ta’ l-iskoperturi għall-klijent individwali jew gruppi ta’ klijenti konnessi fil-paragrafu 1 għandha tkun limitata skond l-Artikoli 111 sa 117 tad-Direttiva 2006/48/KE.

4.   B’deroga mill-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li assi li jiffurmaw talbiet u skoperturi oħra għal kumpaniji ta’ l-investiment rikonoxxuti ta’ pajjiż terz u clearing houses rikonoxxuti u boroż rikonoxxuti ta’ l-istrumenti finanzjarji jkunu suġġetti għall-istess trattament mogħti lil dawk l-istituzzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 113(3)(i), 115(2) u 116 tad- Direttiva 2006/48/KE.

Artikolu 31

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw li l-limiti stabbiliti fl-Artikoli 111 sa 117 tad-Direttiva 2006/48/KE jinqabżu jekk jintlaħqu dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-iskoperturi 'il barra mir-reġistru tan-negozju għall-klijent jew grupp ta’ klijenti kkonċernati ma jkunux jeċċedu l-limiti stabbiliti fl-Artikoli 111 sa 117 tad-Direttiva 2006/48/KE, liema limiti huma ikkalkulati b’referenza għall-fondi proprji kif speċifikati f’ dik id-Direttiva, sabiex l-eċċess jirriżulta kompletament mir-reġistru tan-negozju;

(b)

l- l-istituzzjoni tkun tissodisfa rekwiżit tal-kapital addizzjonali fuq l-eċċess fir-rigward tal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 111 (1) u (2) tad-Direttiva 2006/48/KE, ikkalkulati skond l-Anness VI ta’ dik id-Direttiva.

(c)

meta jkunu għaddew għaxart ijiem jew anqas minn meta jkun seħħ l-eċċess, l-iskopertura tar-reġistru tan-negozju għall-klijent jew grupp ta’ klijenti konnessi kkonċernati m’għandhiex teċċedi 500 % tal-fondi proprji ta’ l-istituzzjoni;

(d)

kwalunkwe eċċessi li jtulu għal aktar minn għaxart ijiem m’għandhomx, meta meħuda flimkien, jeċċedu 600 % tal-fondi proprji ta’ l-istituzzjoni; u

(e)

l-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti kull tliet xhur il-każijiet kollha li fihom il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 111 (1) u (2) tad-Direttiva 2006/48/KE jkunu nqabżu matul it-tliet xhur ta’ qabel.

Fir-rigward ta’ punt (e), f’kull wieħed mill-każi li fih il-limiti jkunu nqabżu, l-ammont ta’ l-eċċess u l-isem tal-klijent ikkonċernat għandhom ikunu rrappurtati.

Artikolu 32

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu proċeduri li ma jħallux lill-istituzzjonijiet milli deliberatament jevitaw ir-rekwiżiti addizzjonali tal-kapital li huma kieku kien jidħlu fihom, dwar skoperturi li jeċċedu l-limiti stabbiliti fl-Artikolu 111 (1) u (2) tad-Direttiva 2006/48/KE ladarba dawk l-iskoperturi jkunu nżammu għal aktar minn għaxart ijiem, permezz ta’ trasferiment temporanju ta’ l-iskoperturi kkonċernati lejn kumpanija oħra, sew jekk tkun fl-istess grupp u anki jekk le, u/jew permezz ta’ tranżazzjonijiet artifiċjali li jagħlqu l-iskopertura matul il-perjodu ta’ għaxart ijiem u joħolqu skopertura ġdida.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar dawn il-proċeduri.

L-istituzzjonijiet għandhom iżommu sistemi li jassiguraw li kwalunkwe trasferiment li jkollu l-effett li ssir referenza għalih fl-ewwel subparagrafu jkun irrappurtat minnufih lill-awtoritajiet kompetenti.

2.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet li għandhom il-permess li jużaw il-metodu alternattiv biex jiddeterminaw il-fondi proprji permezz ta’ l-Artikolu 13(2) li jużaw dak il-metodu għall-finijiet ta’ l-Artikoli 30(2), 30(3) u 31 sakemm l-istituzzjonijiet ikkonċernati jkunu meħtieġa li jissodisfaw l-obbligi kollha stabbiliti fl-Artikoli 110 sa 117 tad-Direttiva 2006/48/KE, fir-rigward ta’ l-iskoperturi li joriġinaw 'il barra mir-reġistri tan-negozju tagħhom bl-użu tal-fondi proprji kif definiti f’dik id-Direttiva.

Sezzjoni 5

Valutazzjoni ta’ pożizzjonijiet għal finijiet ta’ rappurtaġġ

Artikolu 33

1.   Il-pożizzjonijiet kollha fuq ir-reġistru tan-negozju għandhom ikunu suġġetti għal regoli ta’ valutazzjoni prudenti kif speċifikat fl-Anness VII, Parti B. Dawn ir-regoli ghandhom jeħtieġu lill-istituzzjonijiet li jiżguraw li l-valur applikat għal kull waħda mill-pożizzjonijiet tar-reġistru tan-negozju tagħhom jirrifletti b’mod xieraq il-valur kurrenti tas-suq. Dan il-valur għandu jkollu grad xieraq ta’ ċertezza filwaqt li jkunu kkunsidrati n-natura dinamika tal-pożizzjonijiet tar-reġistru tan-negozju, l-oneri tal-korrettezza prudenzjali u l-mod ta’ operazzjoni u l-għan tar-rekwiżiti tal-kapital fir-rigward tal-pożizzjonijiet tar-reġistru tan-negozju.

2.   Il-pożizzjonijiet tar-reġistru tan-negozju għandhom ikunu rivalutati għallinqas darba kuljum.

3.   Fejn il-prezzijiet tas-suq ma jkunux disponibbli minnufih, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jwarrbu r-rekwiżit impost fil-paragrafi 1 u 2 u għandhom jeħtieġu lill-istituzzjonijiet li jużaw metodi alternattivi ta’ valutazzjoni sakemm dawk il-metodi jkunu prudenti biżżejjed u jkunu ġew approvati mill-awtoritajiet kompetenti.

Sezzjoni 6

Ġestjoni tar-riskju u evalwazzjoni tal-kapital

Artikolu 34

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu li kull kumpanija ta’ l-investiment, minbarra li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2004/39/KE, għandha tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 22 u 123 tad-Direttiva 2006/48/KE, suġġett għad-dispożizzjonijiet dwar il-livell ta’ applikazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 68 sa 73 ta’ dik id-Direttiva.

Sezzjoni 7

Rekwiżiti ta’ rappurtaġġ

Artikolu 35

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li kumpaniji ta’ l-investiment u istituzzjonijiet tal-kreditu jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri ta’ l-oriġini tagħhom bl-informazzjoni kollha meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-konformità tagħhom mar-regoli adottati skond din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom ukoll jiżguraw li l-mekkaniżmi interni ta’ kontroll u l-proċeduri amministrattivi u tal-kontabilità ta’ l-istituzzjonijiet jippermettu l-verifikazzjoni tal-konformita’ tagħhom ma’ dawk ir-regoli f’kwalunkwe ħin.

2.   Il-kumpaniji ta’ l-investiment għandhom jirrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti bil-mod speċifikat minn dawn ta’ l-aħħar mill-anqas darba kull xhar fil-każ ta’ kumpaniji koperti mill-Artikolu 9, mill-anqas darba kull tliet xhur fil-każ ta’ kumpaniji koperti mill-Artikolu 5 (1) u mill-anqas darba kull sitt xhur fil-każ ta’ kumpaniji koperti mill-Artikolu 5 (3).

3.   Minkejja l-paragrafu 2, kumpaniji ta’ l-investiment koperti mill-Artikoli 5 (1) u 9 għandhom ikunu meħtieġa li jipprovdu l-informazzjoni fuq bażi kkonsolidata jew sub-konsolidata darba kull sitt xhur biss.

4.   L-istituzzjonijiet tal-kreditu għandhom ikunu obbligati li jirrappurtaw bil-mod speċifikat mill-awtoritajiet kompetenti bl-istess frekwenza li biha huma obbligati li jirrappurtaw skond id-Direttiva 2006/48/KE.

5.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jobbligaw lill-istituzzjonijiet sabiex jirrappurtawlhom mill-ewwel kull każ fejn il-kontropartijiet tagħhom jonqsu mill-obbligi tagħhom fir-rigward ta’ ftehim ta’ bejgħ b’kundizzjoni ta’ xiri lura u ta’ xiri b’ kundizzjoni ta’ bejgħ lura jew ta’ tranżazzjonijiet fejn huma jagħtu jew jieħdu b’self sigurtajiet u komoditajiet.

KAPITOLU VI

Sezzjoni 1

L-Awtoritajiet kompetenti

Artikolu 36

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet li huma kompetenti li jwettqu d-doveri stipulati f’din id-Direttiva. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan, filwaqt li jindikaw kwalunkwe qsim tad-dmirijiet.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu awtoritajiet jew korpi pubbliċi uffiċjalment rikonoxxuti mil-liġi nazzjonali jew minn awtoritajiet pubbliċi bħala parti mis-sistema ta’ superviżjoni li tkun operattiva fl-Istat Membru kkonċernat.

3.   L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jingħataw is-setgħat kollha meħtieġa għat-twettiq tad-doveri tagħhom, u b’mod partikolari d-dover ta’ superviżjoni tat-tiswir tal-kotba tan-negozju.

Sezzjoni 2

Is-Sorveljanza

Artikolu 37

1.   Il-kapitolu 4 tat-Titolu V tad-Direttiva 2006/48/KE għandu japplika mutatis mutandis għas-sorveljanza tal-kumpaniji ta’ l-investiment f’konformità ma’dan li ġej:

(a)

referenzi għall-Artikolu 6 tad-Direttiva 2006/48/KE għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-Artikolu 5 tad-Direttiva 2004/39/KE;

(b)

referenzi għall-Artikoli 22 u 123 tad-Direttiva 2006/48/KE għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-Artikolu 34 ta’ din id-Direttiva; u

(c)

referenzi għall-Artikoli 44 sa 52 tad-Direttiva 2006/48/KE għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-Artikoli 54 u 58 tad-Direttiva 2004/39/KE.

Fejn kumpanija holding finanzjarja prinċipali ta’ l-UE jkollha bħala sussidjarji tagħha sew istituzzjoni tal-kreditu u sew kumpanija ta’ l-investiment, għandu japplika it-Titolu V, il-Kapitolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE għas-sorveljanza ta’ istituzzjonijiet daqs li kieku r-referenzi għall-istituzzjonijiet tal-kreditu kienu referenzi għall-istituzzjonijiet.

2.   L-Artikolu 129(2) tad-Direttiva 2006/48/KE għandu japplika wkoll għar-rikonoxximent tal-mudelli interni ta’ l-istituzzjonijiet taħt l-Anness V ta’ din id-Direttiva fejn l-applikazzjoni hija mressqa minn istituzzjoni tal-kreditu prinċipali ta’ l-UE u s-sussidjarji tagħha jew minn kumpanija ta’ l-investiment prinċipali ta’ l-UE u s-sussidjarji tagħha, jew b’mod konġunt mis-sussidjarji ta’ kumpanija holding finanzjarja prinċipali ta’ l-UE.

Il-perjodu għar-rikonoxximent imsemmifl-ewwel sub-paragrafu għandu jkun ta’ sitt xhur.

Artikolu 38

1.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jikkooperaw mill-qrib bejniethom fit-twettiq tad-doveri stipulati f’din id-Direttiva, b’mod partikolari fejn servizzi ta’ l-investiment ikunu pprovduti fuq bażi tal-liberta’ li jingħataw servizzi jew permezz tat-twaqqif ta’ fergħat.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom, meta ssirilhom talba, jagħtu lil xulxin l-informazzjoni kollha li tista’ tiffaċilita s-sorveljanza ta’ l-adegwatezza tal-kapital ta’ l-istituzzjonijiet, b’mod partikolari l-verifika ta’ kemm dawn ikunu qed jikkonformaw mar-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva.

2.   Kull skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti li hu stipulat f’din id-Direttiva għandu jkun suġġett għall-obbligi ta’ segretezza professjonali li ġejjin:

(a)

għall-kumpaniji ta’ l-investiment, dawk imposti fl-Artikoli 54 u 58 tad-Direttiva 2004/39/KE; u

(b)

għall-istituzzjonijiet tal-kreditu, dawk imposti fl-Artikoli 44 sa 52 tad-Direttiva 2006/48/KE.

KAPITOLU VII

Żvelar

Artikolu 39

Ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu V, il-Kapitolu 5 tad-Direttiva 2006/48/KE għandhom japplikaw għall-kumpaniji ta’ l-investiment.

KAPITOLU VIII

Sezzjoni 1

Artikolu 40

Għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti tal-kapital minimu għar-riskju tal-kontroparti taħt din id-Direttiva, u għall-kalkolu tar-rekwiżiti tal-kapital minimu għar-riskju tal-kreditu taħt id-Direttiva 2006/48/KE, u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Parti 2, il-punt 6 ta’ l-Anness III ta’ dik id-Direttiva, skoperturi għal kumpaniji ta’ l-investiment rikonoxxuti ta’ pajjiżi terzi u skoperturi għal clearing houses rikonoxxuti u skambji għandhom jiġu trattati bħala skoperturi għal istituzzjonijiet.

Sezzjoni 2

Setgħat ta’ eżekuzzjoni

Artikolu 41

1.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar kwalunkwe adattament tekniku fl-oqsma li ġejjin f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 43(2).

(a)

il-kjarifika tad-definizzjonijiet fl-Artikolu 3 sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva;

(b)

il-kjarifika tad-definizzjonijiet fl-Artikolu 3 biex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji;

(c)

l-aġġustament fl-ammonti ta’ kapital inizjali preskritt fl-Artikoli 5 sa 9 u l-ammont li hemm referenza għalih fl-Artikolu 18(2) sabiex jitqiesu l-iżviluppi fil-qasam ekonomiku u monetarju;

(d)

l-aġġustament tal-kategoriji tal-kumpaniji ta’ l-investiment fl-Artikoli 20(2) u (3) biex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji;

(e)

kjarifika tar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 21 li tkun żgurata applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva;

(f)

l-armonizzazzjoni tat-terminoloġija dwar u l-qafas tad-definizzjonijiet f’konformita’ ma’ atti sussegwenti dwar l-istituzzjonijiet u kwistjonijiet relatati;

(g)

l-aġġustament tad-dispożizzjonijiet tekniċi fl-Annessi I sa VII b’riżultat ta’ l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji, t-tkejjil tar-riskju, l-istandards jew ir-rekwiżiti tal-kontabilità li jqisu leġiżlazzjoni tal-Komunità jew li jikkunsidraw il-konverġenza ta’ prattiki ta’ sorveljanza; jew

(h)

adattamenti tekniċi biex iqisu r-riżultat tar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 65(3) tad-Direttiva 2004/39/KE.

2.   L-ebda waħda mill-miżuri ta’ implimentazzjoni adottati ma tista’ tbiddel id-dispożizzjonijiet essenzjali ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 42

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Bankarju Ewropew imwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/10/KE tal-5 ta’ Novembru 2003 (12) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”).

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandha tapplika, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 7(3) u 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

3.   Mingħajr ħsara għall-miżuri ta’ implimentazzjoni diġà adottati, ma’ l-iskadenza ta’ perjodu ta’ sentejn wara l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u mhux aktar tard mill-1 ta’April 2008, l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jeħtieġu l-adozzjoni ta’ regoli tekniċi, emendi u deċiżjonijiet skond il-paragrafu 2 għandhom ikunu sospiżi. Fuq proposta mill-Kummissjoni u bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat, il-Parlament u l-Kunsill jistgħu jġeddu dawk id-dispożizzjonijiet konċernati u, għal dak il-għan, għandhom jirreveduhom qabel ma jiskadi l-perjodu, jew sad-data msemmija f’dan il-paragrafu, kwalunkwe waħda ninn dawn tkun qabel.

4.   Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu.

Sezzjoni 3

Dispożizzjonijiet ta’ tranżizzjoni

Artikolu 43

L-Artikolu 152(1) sa (7) tad-Direttiva 2006/48/KE għandu japplika, f’konformità ma’ l-Artikolu 2 u l-Kapitolu V, Sezzjonijiet 2 u 3 ta’ din id-Direttiva, għall-kumpaniji ta’ l-investiment li jikkalkulaw ammonti ta’ skopertura kkalkolati skond il-piż tar-riskju, għall-finijiet ta’ l-Anness II ta’ din id-Direttiva, f’konformità ma’ l-Artikoli 84 sa 89 tad-Direttiva 2006/48/KE, jew bl-użu tal-Metodu ta’ Kejl Avvanzat (Advanced Measurement Approach) kif speċifikat fl-Artikolu 105 ta’ dik id-Direttiva għall-ikkalkular tar-rekwiżiti tal-kapital tagħhom għar-riskju operattiv.

Artikolu 44

Sal-31 ta’ Diċembru 2012, għal kumpaniji ta’ l-investiment li l-indikatur relevanti tagħhom għall-parti tan-negozju li tikkonċerna n-negozju u l-bejgħ jirrappreżenta mill-anqas 50 % tat-total ta’ l-indikaturi relevanti għall-partijiet kollha tan-negozju tagħhom ikkalkulati f’konformità ma’ l-Artikolu 20 ta’ din id-Direttiva u l-Anness X, il-Parti 2, il-punti 1 sa 4 tad-Direttiva 2006/48/KE, l-Istati Membri jistgħu japplikaw perċentaġġ ta’ 15 % għall-element tan-negozju “negozju u bejgħ”.

Artikolu 45

1.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-kumpaniji ta’ l-investiment biex jaqbżu l-limiti dwar skoperturi kbar stipulati fl-Artikolu 111 tad-Direttiva 2006/48/KE.Mhux meħtieġ li jkunu inklużi kwalunkwe eċċessi mill-kumpaniji ta’ l-investiment fil-kalkoli tagħhom tar-rekwiżiti tal-kapital li jaqbżu limiti bħal dawn, kif stipulat fl-Artikolu 75(b) ta’ dik id-Direttiva. Din id-diskrezzjoni hija disponibbli sal-31 ta’ Diċembru 2010 jew sad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ kwalunkwe modifiki b’konsegwenza tat-trattament ta’ skoperturi kbar skond l-Artikolu 119 tad-Direttiva 2006/48/KE, kwalunkwe waħda minn dawn tkun qabel. Sabiex din id-diskrezzjoni tkun eżerċitata, iridu jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-kumpanija ta’ l-investiment tipprovdi servizzi ta’ investiment jew attivitajiet ta’ investiment relatati ma’ l-istrumenti finanzjarji elenkati fil-paragrafi 5, 6, 7, 9 u 10 fis-Sezzjoni C ta’ l-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE;

(b)

il-kumpanija ta’ l-investiment ma tipprovdix servizzi ta’ investiment bħal dawn jew ma tiħux ħsieb attivitajiet ta’ investiment bħal dawn għal, jew f’isem, klijenti bl-imnut;

(c)

ksur tal-limiti msemmija fil-parti introduttorja ta’ dan il-paragrafu jinħoloq b’konnessjoni ma’ skoperturi li jirriżultaw minn kuntratti li huma strumenti finanzjarji kif elenkati fil-punt (a) u relatati ma’ komoditajiet jew ma’ prodotti sottostanti skond it-tifsira tal-paragrafu 10 fis-Sezzjoni Ċ ta’ l-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE (MiFID) u huma kkalkulati skond l-Annessi III u IV tad-Direttiva 2006/48/KE, jew b’konnessjoni ma’ skoperturi li jirriżultaw minn kuntratti li jokkonċernaw il-kunsinna ta’ komoditajiet jew konċessjonijiet ta’ emissjoni; u

(d)

il-kumpanija ta’ l-investiment għandha strateġija dokumentata biex tmexxi u, b’mod partikulari biex tikkontrolla u tillimita r-riskji li jirriżultaw mill-konċentrazzjoni ta’ skoperturi. Il-kumpanija ta’ l-investiment għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti b’din l-istrateġija u b’kull tibdil materjali li jsir fiha. Il-kumpanija ta’ l-investiment għandha tagħmel l-arranġamenti xierqa sabiex tiżgura monitoraġġ kontinwu tal-qagħda ta’ kreditu ta’ min jissellef, skond l-impatt tagħhom fuq ir-riskju ta’ konċentrazzjoni. Dawn l-arranġamenti għandhom jippermettu lill-kumpanija ta’ l-investiment biex tirreaġixxi b’mod xieraq u fil-pront biżżejjed għal kwalunkwe deterjorazzjoni f’dik il-qagħda ta’ kreditu.

2.   Meta kumpanija ta’ l-investiment taqbeż il-limiti interni stabbiliti skond l-istrateġija msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1, hija għandha tinnotifika l-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien dwar id-daqs u n-natura ta’ l-eċċess u dwar il-kontroparti.

Artikolu 46

Bħala deroga mill-Artikolu 20(1), sal-31 ta’ Diċembru 2011 l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħżlu, skond il-każ, li ma japplikawx ir-rekwiżiti tal-kapital li jirriżultaw mill-punt (d) ta’ l-Artikolu 75 tad-Direttiva 2006/48/KE fir-rigward ta’ kumpaniji ta’ l-investiment li għalihom ma japplikax l-Artikolu 20(2) u (3), li l-pożizzjonijiet totali fir-reġistru tan-negozju tagħhom qatt ma jaqbżu EUR 50 miljun u li n-numru medju ta’ ħaddiema relevanti tagħhom matul is-sena finanzjarja ma jaqbiżx il-100.

Minflok, ir-rekwiżit tal-kapital fir-rigward ta’ dawk il-kumpaniji ta’ l-investiment għandu jkun ta’ l-anqas l-aktar baxx:

(a)

mir-rekwiżiti tal-kapital li joriġinaw mill-punt (d) ta’ l-Artikolu 75 tad-Direttiva 2006/48/KE; u

(b)

minn 12/88 ta’ l-ogħla minn dawn li ġejjin:

(i)

is-somma tar-rekwiżiti tal-kapital li jinsabu fil-punti (a) sa (c) ta’ l-Artikolu 75 tad-Direttiva 2006/48/KE; u

(ii)

l-ammont stipulat fl-Artikolu 21 ta’ din id-Direttiva, minkejja l-Artikolu 20(5).

Jekk il-punt (b) jkun japplika, għandha tkun applikata żieda gradwali ta’ l-anqas fuq bażi annwali.

L-applikazzjoni ta’ din id-deroga m’għandhiex tirriżulta fi tnaqqis tal-livell ġenerali tar-rekwiżiti tal-kapital għal kumpanija ta’ l-investiment, meta mqabbla mar-rekwiżiti fil-31 ta’ Dicembru 2006, sakemm tnaqqis bħal dan ma jkunx ġustifikat b’mod prudenti permezz ta’ tnaqqis fid-daqs tan-negozju ta’ kumpanija ta’ l-investiment.

Artikolu 47

Sal-31 ta’ Diċembru 2009 jew kwalunkwe data aktar kmieni speċifikata mill-awtoritajiet kompetenti skond il- każ, istituzzjonijiet li rċevew rikonoxximent ta’ mudell ta’ riskju speċifiku qabel l-1 ta’ Jannar 2007, bi qbil mal-punt 1 ta’ l-Anness Vjistgħu, għal dak ir-rikonoxximent eżistenti, jitrattaw il-punti 4 u 8 ta’ l-Anness V tad-Direttiva 93/6/KEE bl-istess mod ta’ kif kienu qabel l-1 ta’ Jannar 2007.

Artikolu 48

1.   Id-dispożizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti tal-kapital kif stipulati f’din id-Direttiva u fid-Direttiva 2006/48/KE m’għandhomx japplikaw għal kumpaniji ta’ l-investiment, li n-negozju prinċipali tagħhom jikkonsisti esklussivament fil-provvista ta’ servizzi ta’ investiment jew f’attivitajiet b’rabta ma’ l-istrumenti finanzjarji stipulati fil-punti 5, 6, 7, 9 u 10 fis-Sezzjoni C ta’ l-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE u li għalihom id-Direttiva 93/22/KEE (13) ma kienetx tapplika fil-31 ta’ Diċembru 2006. Din l-eżenzjoni hija disponibbli sal-31 ta’ Diċembru 2010 jew sad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ kwalunkwe modifiki skond il-paragrafi 2 u 3, kwalunkwe minn dawn tkun qabel.

2.   Bħala parti mir-reviżjoni mitluba mill-Artikolu 65(3) tad-Direttiva 2004/39/KE, il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi u fid-dawl ta’ diskussjonijiet ma’ l-awtoritajiet kompetenti, tirrapporta lill-Parlament u lill-Kunsill dwar:

(a)

sistema xierqa għas-sorveljanza prudenti ta’ kumpaniji ta’ l-investiment, li n-negozju prinċipali tagħhom jikkonsisti esklussivament fil-provvista ta’ servizzi ta’ investiment jew f’attivitajiet b’rabta mad-derivati ta’ komoditajiet jew kuntratti ta’ derivati stipulati fil-punti 5, 6, 7, 9 u 10 fis-Sezzjoni C ta’ l-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE; u

(b)

ix-xewqa li tiġi emendata d-Direttiva 2004/39/KE sabiex tkun maħluqa kategorija oħra ta’ kumpanija ta’ l-investiment li n-negozju prinċipali tagħha jkun jikkonsisti esklussivament fil-provvista ta’ servizzi ta’ investiment jew f’attivitajiet b’rabta ma’ l-istrumenti finanzjarji stipulati fil-punti 5, 6, 7, 9 u 10 fis-Sezzjoni C ta’ l-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE rigward provvisti ta’ l-enerġija (inklużi elettriku, faħam, gass u żejt).

3.   Skond ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista’ tippreżenta proposti għal emendi relatati ma’ din id-Direttiva u mad-Direttiva 2006/48/KE.

Sezzjoni 4

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 49

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2006, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex tintlaħaq konformità ma’ l-Artikoli 2, 3, 11, 13, 17, 18, 19, 20, 22, 23, 24, 25, 29, 30, 33, 34, 35, 37, 39, 40, 41, 43, 44, 50 u l-Annessi I, II, III, V, VII. Għandhom mingħajr dewmien jipprovdu lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrellazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2007.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom referenza bħal din meta jkunu ppubblikati uffiċjalment. Huma għandhom ukoll jinkludu stqarrija li r-referenzi fil-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti dwar dawn id-direttivi mħassra minn din id-Direttiva għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’ din id-Direttiva.

Artikolu 50

1.   L-Artikolu 152(8) sa (14) tad-Direttiva 2006/48/KE għandu japplika mutatis mutandis għall-finijiet ta’ din id-Direttiva suġġett għad-dispożizzjonijiet li ġejjin li għandhom japplikaw fejn id-diskrezzjoni msemmija fl-Artikolu 152(8) tad-Direttiva 2006/48/KE tkun eżerċitata.

(a)

Ir-referenzi fil-punt 7 ta’ l-Anness II ta’ din id-Direttiva għad-Direttiva 2006/48/KE għandhom jinqraw bħala referenzi għad-Direttiva 2000/12/KE kif dik id-Direttiva kienet qabel l-1 ta’ Jannar 2007; u

(b)

Il-paragrafu 4 ta’ l-Anness II ta’ din id-Direttiva għandu japplika kif kien qabel l-1 ta’ Jannar 2007.

2.   L-Artikolu 157 (3) tad-Direttiva 2006/48/KE għandu japplika mutatis mutandis għall-finijiet ta’ l-Artikoli 18 u 20 ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 51

Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni għandha tirrevedi u tirrapporta dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u għandha tippreżenta r-rapport tagħha lill-Parlament u lill-Kunsill flimkien ma’ kwalunkwe proposta xierqa għal emenda.

Artikolu 52

Id-Direttiva 93/6/KEE kif emendata bid-Direttivi elenkati fl-Anness VIII, il-Parti A, hija mħassra bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri dwar il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness VIII, il-Parti B.

Ir-referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrispondenza fl-Anness IX.

Artikolu 53

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 54

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta’ Ġunju 2006.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

H. WINKLER


(1)  ĠU C 234, 22.9.2005, p. 8.

(2)  ĠU C 52, 2.3.2005, p. 37.

(3)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Settembru 2005 (għadha mhux ippublikata fil-Ġ U) u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Ġunju 2006.

(4)  ĠU L 141, 11.6.1993, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9).

(5)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

(6)  Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(7)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(8)  ĠU C 284 E, 21.11.2002, p. 115.

(9)  ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/1/KE.

(10)  ĠU L 9, 15.1.2003, p. 3.

(11)  ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 178, 17.7.2003, p. 16).

(12)  ĠU L 3, 7.1.2004, p. 36.

(13)  Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE ta’ l-10 ta’ Mejju 1993 dwar servizzi ta’ investiment fil-qasam tat-titoli (ĠU L 141, 11.6.1993, p. 27). Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/87/KE.


ANNESS I

L-IKKALKULAR TAR-REKWIŻITITAL-KAPITAL GĦAL RISKJI TAL-POŻIZZJONIJIET

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Kalkolu fuq Bażi Netta (Netting)

1.

L-eċċess tal-pożizzjonijiet twal (qosra) ta’ istituzzjoni fuq il-pożizzjonijiet qosra (twal) fl-istess ekwita’, dejn jew ħarġiet konvertibbli (convertible issues) u futures finanzjarji identiċi, opzjonijiet, warrants, u warrants koperti, għandha tkun il-pożizzjoni netta tagħha f’kull waħda minn dawk l-istrumenti differenti. Fil-kalkolu tal-pożizzjoni netta l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu li pożizzjonijiet fi strumenti derivattivi jkunu ttrattati, kif stabbbilit fil-punti 4 sa 7, bħala pożizzjonijiet fit-titolu jew titoli sottostanti (jew virtwali). Il-holdings ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-istrumenti ta’ dejn tagħhom stess għandhom ikunu imwarrba fil-kalkolu tar-riskju speċifiku skond il-punt 14.

2.

L-ebda kalkolu fuq bażi netta m’għandu jitħalla bejn pożizzjoni konvertibbli u pożizzjoni li tibbilanċjaha fl-istrument li fuqu jkun ibbażat, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jadottawx approċċ li permezz tiegħu tiġi inkluża fil-kalkolu l-probabilità li konvertibbli partikolari tkun konvertita jew ikollha rekwiżit tal-kapital li jkopri kwalunkwe telf li l-konverżjoni tkun tista’ tinvolvi.

3.

Il-pożizzjonijiet kollha kkalkulati fuq bażi netta, irrispettivament mis-sinjali tagħhom, għandhom ikunu kkonvertiti fuq bażi ta’ kuljum fil-valuta li tirraporta biha l-istituzzjoni skond ir-rata tal-kambju prevalenti tal-mument qabel ma jiġu aggregati.

Strumenti partikolari

4.

Futures tar-rati ta’ l-imgħax, ftehim dwar ir-rati bil-quddiem (l-FRAs) u impenji bil-quddiem biex jinxtraw jew jinbiegħu strumenti ta’ dejn għandhom ikunu trattati bħala taħlitiet ta’ pożizzjonijiet twal u qosra. B’hekk pożizzjoni ta’ futures b’rata ta’ l-imgħax twila għandha tkun ittrattata bħala taħlita ta’ self li jimmatura mad-data tal-kunsinna tal-kuntratt tal-futures u holding ta’ assi b’data ta’ maturità ugwali għal dik ta’ l-istrument jew tal-pożizzjoni virtwali li sservi bħala l-bażi tal-kuntratt ta’ futures konċernat. Bl-istess mod, FRA mibjugħ għandu jkun trattat bħala pożizzjoni twila b’data ta’ maturità ugwali għad-data tal-ħlas flimkien mal-perjodu tal-kuntratt, u pożizzjoni qasira b’maturità ugwali għad-data tal-ħlas. Kemm il-holding ta’ self kif ukoll dik ta’ assi għandhom ikunu inklużi fl-ewwel kategorija stabbilita fit-Tabella 1 fil-punt 14 sabiex jiġi kkalkulat il-kapital meħtieġ kontra riskju speċifiku ta’ futures ta’ rati ta’ l-imgħax u l-FRAs. Impenn bil-quddiem biex jinxtara strument ta’ dejn għandu jkun trattat bħala taħlita ta’ self li jimmatura fil-jum tal-kunsinna u pożizzjoni twila (spot) fl-istrument ta’ dejn innifsu. Is-self għandu jkun inkluż fl-ewwel kategorija stabbilita fit-Tabella 1 fil-punt 14 għall-finijiet ta’ riskju speċifiku, u l-istrument ta’ dejn skond kwalunkwe kolonna tkun xierqa għalih fl-istess tabella.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu illi r-rekwiżiti tal-kapital għal future negozjat fil-borża jkun daqs il-marġini meħtieġ mill-borża jekk ikunu sodisfatti għal kollox li dan jipprovdi l-kejl preċiż tar-riskju assoċjat mal-future u li jkun mill-inqas daqs ir-rekwiżit tal-kapital għal future li jirriżulta mill-kalkolu li jsir bl-użu tal-metodu stabbilit f’dan l-Anness jew bl-applikazzjoni tal-metodu tal-mudelli interni deskritt fl-Anness V. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu wkoll illi r-rekwiżiti tal-kapital għal kuntratt ta’ derivattivi OTC tat-tip imsemmi f’dan il-punt, li jkun mgħoddi minn clearing house illi huma jirrikonoxxu, ikun daqs il-marġini meħtieġ mill-clearing house jekk ikunu sodisfatti għal kollox li dan jipprovdi kejl preċiż tar-riskju assoċjat mal-kuntratt tad-derivattivi u li huwa mill-anqas ugwali għar-rekwiżit tal-kapital għal dan il-kuntratt li joħroġ minn kalkolu li jsir bl-użu tal-metodu stabbilit f’dan l-Anness jew mill-applikazzjoni tal-metodu tal-mudelli interni deskritt fl-Anness V.

Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “pożizzjoni twila” tfisser pożizzjoni li fiha istituzzjoni tkun stabbiliet ir-rata ta’ imgħax li hija tkun sa tirċievi f’xi żmien fil-futur, u “pożizzjoni qasira” għandha tfisser pożizzjoni li fiha tkun stabbiliet ta’ imgħax li hija tkun sejra tħallas f’xi żmien fil-futur.

5.

Opzjonijiet fuq ir-rati ta’ l-imgħax, strumenti ta’ dejn, ekwitajiet, indiċi ta’ titoli, futures finanzjarji, swaps u valuti barranin għandhom ikunu trattati bħallikieku kienu pożizzjonijiet ugwali fil-valur għall-ammont ta’ l-istrument sottostanti li għalih l-opzjoni tkun tirreferi, immultiplikat bil-koeffiċjent delta tiegħu għall-finijiet ta’ dan l-Anness. Dawn il-pożizzjonijiet ta’ l-aħħar jistgħu jkunu kkumpensati fuq bażi netta b’pożizzjonijiet li jibbilanċjawhom f’titoli jew f’derivattivi sottostanti identiċi. Il-koeffiċjent delta użat għandu jkun dak tal-borża kkonċernata, dik li tkun ġiet ikkalkolata mill-awtoritajiet kompetenti, jew, meta din ma tkunx disponibbli, jew għal opzjonijiet OTC, dik ikkalkulata mill-istituzzjoni nnifisha, suġġett għall-fatt li l-awtoritajiet kompetenti jkunu sodisfatti li l-mudell użat mill-istituzzjoni jkun raġjonevoli.

Madankollu l-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jippreskrivu illi l-istituzzjonijiet jikkalkolaw il-koeffiċjenti delta tagħhom bl-użu ta’ metodoloġija speċifikata mill-awtoritajiet kompetenti.

Għandu jkun hemm protezzjoni kontra riskji oħra, ħlief ir-riskju delta, assoċjati ma’ l-opzjonijiet. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu illi r-rekwiżit għal opzjoni bil-miktub innegozjata fil-borża tkun daqs il-marġini meħtieġ mill-borża jekk ikunu sodisfatti għal kollox illi dan jipprovdi l-kejl preċiż tar-riskju assoċjat ma’ l-opzjoni u li huwa mill-inqas daqs ir-rekwiżit tal-kapitali kontra opzjoni li toħroġ mill-kalkolu li jsir bl-użu tal-metodu stabbilit fil-bqija ta’ dan l-Anness jew permezz ta’ l-applikazzjoni tal-metodu tal-mudelli interni deskritt fl-Anness V. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jippermettu li r-rekwiżiti tal-kapital għal opzjoni OTC li tgħaddi minn clearing house rikonoxxuta minnhom tkun daqs il-marġini li teħtieġ il-clearing house jekk ikunu kompletament sodisfatti li dan jipprovdi kejl preċiż tar-riskju assoċjat ma’ l-opzjoni u li huwa mill-inqas daqs ir-rekwiżit tal-kapital għall-opzjoni OTC li joħroġ minn kalkolu li jsir bl-użu tal-metodu stabbilit fil-bqija ta’ dan l-Anness jew bl-applikazzjoni tal-metodu tal-mudelli interni deskritt fl-Anness V. Minbarra hekk jistgħu jippermettu illi r-rekwiżit għal opzjoni li tiġi nnegozjata fil-borża jew OTC li jkunu nxtraw ikun l-istess bħal dak ta’ l-istrument li fuqu jkunu bbażati, bla ħsara għall-kundizzjoni illi r-rekwiżit li jirriżulta ma jkunx jaqbeż il-valur tas-suq ta’ l-opzjoni. Ir-rekwiżit għal opzjoni OTC miktuba għandu jkun stabbilit f’relazzjoni ma’ l-istrument li fuqu tkun ibbażata.

6.

Il-warrants li jirrigwardaw l-istrumenti tad-dejn u l-ekwitajiet għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-opzjonijiet taħt il-punt 5.

7.

L-iswaps għandhom ikunu trattati, għall-finijiet tar-riskju tar-rati ta’ l-imgħax, fuq l-istess bażi ta’ strumenti ta’ fuq il-karta tal-bilanċ. B’hekk swap ta’ rati ta’ l-imgħax li permezz tagħha istituzzjoni tirċievi rata ta’ l-imgħax flessibbli u tħallas rata ta’ l-imgħax fissa għandha tkun trattata bħala ekwivalenti għal pożizzjoni twila fi strument ta’ rata flessibbli ta’ maturità ekwivalenti għall-perjodu sa meta jerġa’ jkun stabbilit l-imgħax u għal pożizzjoni qasira ta’ strument ta’ rata fissa bl-istess maturità bħall-iswap innifisha.

A.   TRATTAMENT TAL-BEJJIEGĦ TA’ PROTEZZJONI

8.

Meta jiġi kkalkulat ir-rekwiżit tal-kapital għar-riskju tas-suq tal-parti li tassumi r-riskju tal-kreditu (“il-bejjiegħ tal-protezzjoni”), sakemm ma jkunx speċifikat b’mod differenti, għandu jintuża l-ammont virtwali tal-kuntratt ta’ derivattiv ta’ kreditu. Għall-iskop tal-kalkolu ta’ l-ispiża tar-riskju speċifiku, minbarra għal “total return swaps”, il-maturità tal-kuntratt ta’ derivattiv ta’ kreditu hija applikabbli minflok il-maturità ta’ l-obbligu. Il-pożizzjonijiet huma determinati kif ġej:

(i)

Total return swap toħloq pożizzjoni twila fir-riskju ġenerali tas-suq ta’ l-obbigu ta’ referenza u pożizzjoni qasira fir-riskju ġenerali tas-suq ta’ bond tal-gvern b’maturità ekwivalenti għal perjodu sa l-iffissar ta’ l-imgħax li jmiss u li hu allokat lilha piż differenzjat tar-riskju ta’ 0 % skond l-Anness VI tad-Direttiva 2006/48/KE. Hija toħloq ukoll pożizzjoni twila fir-riskju speċifiku ta’ l-obbligu ta’ referenza.

(ii)

Credit default swap ma toħloqx pożizzjoni għar-riskju ġenerali tas-suq. Għall-finijiet ta’ riskju speċifiku, l-istituzzjoni għandha tirreġistra pożizzjoni twila sintetika f’obbligu ta’ l-entità ta’ referenza sakemm id-derivattiv ma jkunx ikklassifikat minn barra u ma jissodisfax il-kundizzjonijiet għal oġġett ta’ dejn li jkun kwalifikanti, li f’dan il-każ tiġi rreġistrata pożizzjoni twila fid-derivat. Jekk ħlasijiet tal-premium jew ta’ l-imgħax jkunu dovuti taħt il-prodott, dawn il-movimenti ta’ flus għandhom ikunu rrappreżentati bħala pożizzjonijiet virtwali f’bonds tal-gvern.

(iii)

Nota marbuta ma’ kreditu b’isem wieħed toħloq pożizzjoni twila fir-riskju ġenerali tas-suq tan-nota nnifisha, bħala prodott ta’ rata ta’ l-imgħax.Għall-finijiet ta’ riskju speċifiku, tinħoloq pożizzjoni twila sintetika f’obbligu ta’ l-entità ta’ referenza. Pożizzjoni twila addizzjonali tinħoloq f’ min joħroġ in-nota. Meta in-nota marbuta ma’ kreditu jkollha klassifikazzjoni esterna u tissodisfa l-kundizzjonijiet għal oġġett ta’ dejn li jkun kwalifikanti, ikun hemm bżonn biss li tkun irreġistrata pożizzjoni twila waħda bir-riskju speċifiku tan-nota.

(iv)

Minbarra pożizzjoni twila fir-riskju speċifiku ta’ min ħareġ in-nota, nota marbuta ma’ kreditu b’bosta ismijiet li tipprovdi protezzjoni proporzjonali toħloq pożizzjoni f’kull entità ta’ referenza, bl-ammont virtwali totali tal-kuntratt li jkun assenjat lill-pożizzjonijiet skond il-proporzjon ta’ l-ammont virtwali totali li tirrappreżenta kull skopertura għal entità ta’ referenza. Fejn ikun jista’ jingħażel aktar minn obbligu wieħed ta’ entità ta’ referenza, l-obbligu li jġorr l-akbar piż differenzjat tar-riskju jiddetermina r-riskju speċifiku.

Meta nota marbuta ma’ kreditu b’bosta ismijiet ikollha klassifikazzjoni esterna u tissodisfa l-kundizzjonijiet għal oġġett ta’ dejn li jkun kwalifikanti, ikun hemm bżonn biss li tkun irreġistrata pożizzjoni twila waħda bir-riskju speċifiku tan-nota.

(v)

Derivattiv ta’ kreditu tat-tip “first-asset-to-default” joħloq pożizzjoni għal ammont virtwali f’obbligu ta’ kull entità ta’ referenza. Jekk id-daqs tal-pagament massimu ta’ avveniment ta’ kreditu huwa aktar baxx mir-rekwiżit tal-kapital skond il-metodu fl-ewwel sentenza ta’ danil-punt, l-ammont ta’ pagament massimu jista’ jittieħed bħala r-rekwiżit tal-kapital għal riskju speċifiku.

Derivattiv ta’ kreditu tat-tip “second-asset-to-default” joħloq pożizzjoni għal ammont virtwali f’obbligu ta’ kull entità ta’ referenza tħalli barra waħda (dik bl-aktar rekwiżit tal-kapital ta’ riskju speċifiku baxx). Jekk id-daqs tal-pagament massimu ta’ avveniment ta’ kreditu huwa aktar baxx mir-rekwiżit tal-kapital skond il-metodu fl-ewwel sentenza ta’ dan il-punt, dan l-ammont jista’ jittieħed bħala r-rekwiżit tal-kapital għal riskju speċifiku.

Jekk derivattiv ta’ kreditu tat-tip “first” jew “second-asset-to-default” jiġi kklassifikat esternament u jilħaq il-kondizzjonijiet għal oġġett ta’ dejn li jkun kwalifikanti, imbagħad il-bejjiegħ ta’ protezzjoni jkollu bżonn biss li jikkalkula spiża speċifika waħda ta’ riskju li tirrifletti l-klassifikazzjoni tad-derivattiv.

B.   TRATTAMENT TAX-XERREJ TAL- PROTEZZJONI

Għal dik il-parti li tittrasferixxi r-riskji tal-kreditu (ix-“xerrej tal-protezzjoni”), il-pożizzjonijiet huma ddeterminati bħala rifless tal-bejjiegħ tal-protezzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ nota marbuta ma’ kreditu (li ma tinvolvi l-ebda pożizzjoni qasira għal min joħroġha). Jekk, f’mument partikolari, ikun hemm opzjoni ta’ sejħa flimkien ma’ step-up, dan il-mument jitqies bħala l-maturità tal-protezzjoni. Fil-każ ta’ l-n derivattiv tal-kreditu li ma jiġix onorat, ix-xerrejja tal-protezzjoni jitħallew jikkumpensaw ir-riskju speċifiku għal n-1 tas-sottostanti (jiġifieri, l-assi n-1 bl-anqas spiża għar-riskju speċifiku).

9.

Istituzzjonijiet li jimxu mas-suq u jamministraw ir-riskju tar-rata ta’ l-imgħax fuq l-istrumenti derivattivi koperti bil-punti 4 sa 7 fuq bażi ta’ discounted-cash-flow jistgħu jagħmlu użu minn mudelli ta’ sensittività biex jikkalkulaw il-pożizzjonijiet li hemm referenza għalihom f’dawn il-punti u jistgħu jużawhom għal kull bond li jkun amortizzat matul il-ħajja residwa tiegħu pjuttost milli permezz ta’ pagament finali tal-kapital. Kemm il-mudell kif wkoll l-użu tiegħu mill-istituzzjoni għandhom ikunu approvati mill-awtoritajiet kompetenti. Dawn il-mudelli għandhom jiġġeneraw pożizzjonijiet li jkollhom l-istess sensittività għat-tibdil fir-rati ta’ l-imgħax bħall-cash-flows li fuqhom ikunu bbażati. Din is-sensitivita għandha tkun assessjata b’referenza għal ċaqliq independenti f’kampjun ta’ rati matul il-yield curve, b’mill-anqas punt wieħed ta’ sensittività f’kull medda ta’ maturità stabbilita fit-Tabella 2 tal-punt 20. Il-pożizzjonijiet għandhom ikunu inklużi fil-kalkolu tar-rekwiżit tal-kapital skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punti 17 sa 32.

10.

L-istituzzjonijiet li ma jużawx mudelli skond il-punt 9 jistgħu, bl-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, jitrattaw bħala pożizzjonijiet li jibbilanċjawhom għal kollox kwalunkwe pożizzjonijiet fl-istrumenti tad-derivattivi koperti fil-punti 4 sa 7 li jissodisfaw mill-anqas dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-pożizzjonijiet huma ta’ l-istess valur u ddenominati fl-istess valuta;

(b)

ir-rata ta’ referenza (għal pożizzjonijiet ta’ rati flessibbli) jew il-kupun (għal pożizzjonijiet b’rati fissi) huma mqabbla mill-qrib;

(c)

id-data li tkun tmiss biex jiġi stabbilit l-imgħax jew, biex jiġu stabbiliti pożizzjonijiet ta’ kupun, il-maturità residwa jkunu jikkorrispondu ma’ dawn il-limiti li ġejjin:

(i)

anqas minn xahar wieħed: l-istess jum;

(ii)

bejn xahar wieħed u sena waħda: fi żmien sebat ijiem; u

(iii)

aktar minn sena waħda: fi żmien tletin jum.

11.

Dak li jittrasferixxi t-titoli jew id-drittijiet iggarantiti li jirrigwardaw il-pussess ta’ titoli fi ftehim ta’ xiri lura u dak li jsellef it-titoli fl-ambitu ta’ attività ta’ self ta’ titoli għandhom jinkludu dawn it-titoli fil-kalkolu tar-rekwiżit tal-kapital tagħhom taħt dan l-Anness sakemm dawn it-titoli jilħqu l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 11.

Riskji speċifiċi u ġenerali

12.

Ir-riskju tal-pożizzjoni fuq strument jew ekwita’ ta’ dejn innegozjat (jew derivattiv tad-dejn jew ta’ l-ekwita’) għandu jkun maqsum f’żewġ komponenti sabiex ikun ikkalkulat il-kapital meħtieġ kontrih. L-ewwel għandu jkun il-komponent tar-riskju speċifiku - dan huwa r-riskju ta’ tibdil fil-prezz ta’ l-istrument ikkonċernat minħabba fatturi relatati ma’ dak li joħroġha jew, fil-każ ta’ derivattiva, dak li joħroġ l-istrument li fuqha tkun ibbażata. It-tieni komponent għandu jkopri r-riskju ġenerali tagħha - dan huwa r-riskju ta’ tibdil fil-prezz fl-istrument minħabba (fil-każ ta’ strument ta’ dejn innegozjat jew derivattiva ta’ dejn) tibdil fil-livell ta’ rati ta’ l-imgħax jew (fil-każ ta’ ekwita’ jew ta’ derivattiva ta’ ekwita’) għal ċaqliq wiesa’ tas-suq ta’ l-ekwitajiet li ma jkunx relatat ma kwalunkwe attributi speċifiċi ta’ titoli individwali.

STRUMENTI TA’ DEJN INNEGOZJATI

13.

Il-pożizzjonijiet netti għandhom ikunu kklassifikati skond il-valuta li fiha dawn ikunu ddenominati u għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżit tal-kapital għal riskju ġenerali u speċifiku f’kull valuta individwali separatament.

Riskju speċifiku

14.

L-istituzzjoni għandha tassenja l-pożizzjonijiet netti tagħha fir-reġistru tan-negozju, kif ikkalkulati f’konformità mal-punt 1 għall-kategoriji xierqa fit-Tabella 1 fuq il-bażi ta’ min joħroġhom/ ta’ l-obbligatur tagħhom, stima esterna jew interna tal-kreditu, u maturità residwa, u mbagħad timmultiplikahom bil-piżijiet murija f’dik it-tabella. Għandha tgħodd flimkien il-pożizzjonijiet tagħha bil-piż differenzjat (independentement minn jekk dawn ikunux twal jew qosra) sabiex tikkalkula r-rekwiżit tal-kapital tagħha kontra riskju speċifiku.

Tabella 1

Kategoriji

Spiża tal-kapital għal riskju speċifiku

Titoli ta’ dejn maħruġa jew garantiti minn gvernijiet ċentrali, maħruġa minn banek ċentrali, organizzazzjonijiet internazzjonali, banek multilaterali ta’ żvilupp jew gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali ta’ Stati Membri li jikkwalifikaw għall-evalwazzjoni tal-kwalità ta’ kreditu grad 1 jew li jirċievu piż differenzjat tal-valur tar-riskju ta’ 0 % skond ir-regoli għall-ivvalutar tar-riskju ta’ skoperturi stipulati fl-Artikoli 78 sa 83 tad-Direttiva 2006/48/KE.

0  %

Titoli ta’ dejn maħruġa jew garantiti minn gvernijiet ċentrali, maħruġa minn banek ċentrali, organizzazzjonijiet internazzjonali, banek multilaterali ta’ żvilupp jew gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali ta’ Stati Membri li jikkwalifikaw għall-evalwazzjoni tal-kwalità ta’ kreditu grad 2 jew 3 skond ir-regoli għall-ivvalutar tar-riskju ta’ skoperturi stipulati fl-Artikoli 78 sa 83 tad-Direttiva 2006/48/KE, u titoli ta’ dejn maħruġa jew garantiti minn istituzzjonijiet li jikkwalifikaw għall-evalwazzjoni tal-kwalità tal-kreditu grad 1 jew 2 skond ir-regoli għall-ivvalutar tar-riskju ta’ skoperturi stipulati fl-Artikoli 78 sa 83 tad-Direttiva 2006/48/KE, u titoli ta’ dejn maħruġa jew garantiti minn istituzzjonijiet li jikkwalifikaw għall-evalwazzjoni tal-kwalità tal-kreditu grad 3 skond ir-regoli għall-ivvalutar tar-riskju ta’ skoperturi stipulati fl-Anness IV, il-Parti 1, il-punt 28 tad-Direttiva 2006/48/KE, u titoli ta’ dejn maħruġa jew garantiti minn korporazzjonijiet li jikkwalifikaw għall-evalwazzjoni tal-kwalità tal-kreditu grad 1 jew 2 skond ir-regoli għall-ivvalutar tar-riskju ta’ skoperturi stipulati fl-Artikoli 78 sa 83 tad-Direttiva 2006/48/KE.

Elementi oħra li jikkwalifikaw kif definiti fil-punt 15.

0,25 % (li jkun baqgħalhom sitt xhur jew anqas biex jimmaturaw)

1,00 % (li jkun baqgħalhom aktar minn sitt xhur u mhux aktar minn 24 xahar sal-maturità finali tagħhom)

1,60 % (li jkun baqgħalhom aktar minn 24 xhar biex jimmaturaw)

Titoli ta’ dejn maħruġa jew garantiti minn gvernijiet ċentrali, maħruġa minn banek ċentrali, organizzazzjonijiet internazzjonali, banek multilaterali ta’ żvilupp jew gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet jew istituzzjonijiet lokali ta’ Stati Membri li jikkwalifikaw għall-evalwazzjoni tal-kwalità tal-kreditu grad 4 jew 5 skond ir-regoli għall-ivvalutar tar-riskju ta’ skoperturi stipulati fl-Artikoli 78 sa 83 tad-Direttiva 2006/48/KE, u titoli ta dejn maħruġa jew garantiti minn istituzzjonijiet li jikkwalifikaw għall-evalwazzjoni tal-kwalità tal-kreditu grad 3 skond ir-regoli għall-ivvalutar tar-riskju ta’ skoperturi stipulati fil-punt 26 tal-Parti 1 fl-Anness VI tad-Direttiva 2006/48/KE, u titoli ta’ dejn maħruġa jew garantiti minn korporazzjonijiet li jikkwalifikaw għall-evalwazzjoni tal-kwalità tal-kreditu grad 3 jew 4 skond ir-regoli għall-ivvalutar tar-riskju ta’ skoperturi stipulati fl-Artikoli 78 sa 83 tad-Direttiva 2006/48/KE.

Skoperturi li għalihom ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominat.

8,00  %

Titoli ta’ dejn maħruġa jew garantiti minn gvernijiet ċentrali, maħruġa minn banek ċentrali, organizzazzjonijiet internazzjonali, banek multilaterali ta’ żvilupp jew gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet jew istituzzjonijiet lokali ta’ Stati Membri li jikkwalifikaw għall-evalwazzjoni tal-kwalità tal-kreditu grad 6 skond ir-regoli għall-ivvalutar tar-riskju ta’ skoperturi stipulati fl-Artikoli 78 sa 83 tad-Direttiva 2006/48/KE, u titoli ta’ dejn maħruġa jew garantiti minn korporazzjonijiet li jikkwalifikaw għall-evalwazzjoni tal-kwalità tal-kreditu grad 5 jew 6 skond ir-regoli għall-ivvalutar tar-riskju ta’ skoperturi stipulati fl-Artikoli 78 sa 83 tad-Direttiva 2006/48/KE.

12,00  %

Sabiex istituzzjonijiet li japplikaw ir-regoli għall-ivvalutar tar-riskju ta’ skoperturi skond l-Artikoli 84 sa 89 tad-Direttiva 2006/48/KE, jikkwalifikaw għal grad ta’ evalwazzjoni tal-kwalità tal-kreditu, id-debitur ta’ l-iskopertura għandu jkollu valutazzjoni interna b’PD ekwivalenti għal jew anqas minn dik assoċjata ma’ l-istima xierqa ta’ grad tal-kwalità tal-kreditu skond ir-regoli għall-ivvalutar tar-riskju ta’ skoperturi għall-korporazzjonijiet stipulati fl-Artikoli 78 sa 83 ta’ dik id-Direttiva.

Strumenti maħruġa minn dak li jippubblika li mhuwiex kwalifikanti għandhom jirċievu spiża speċifika ta’ riskju tal-kapital ta’ 8 % jew ta’ 12 % skond it-Tabella 1. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jesiġu li l-istituzzjonijiet biex japplikaw spiża speċifika ta’ riskju ogħla għal strumenti bħal dawn u/jew biex ma jippermettux kumpensazzjonijiet bl-iskopijiet li jistabbilixxu l-medda tar-riskju ġenerali tas-suq bejn strumenti bħal dawn u kwalunkwe strument ta’ dejn ieħor.

Titolizzazzjonijiet ta’ skoperturi jkunu suġġett għal trattament ta’ tnaqqis skond l-Artikolu 66(2) tad-Direttiva 2006/48/KE, jew għal piż differenzjat għar-riskju ta’ 1,250 % kif stipulat fil-Parti 4 ta’ l-Anness IX ta’ dik id-Direttiva, għandhom ikunu suġġett għal spiża ta’ kapital li ma tkun xejn inqas minn dik stipulata f’dawn it-trattamenti. Faċilitajiet ta’ likwidità li m’hijiex klassifikata għandha tkun suġġetta għal spiża ta’ kapital li ma tkun xejn inqas minn dik stipulata fil-Parti 4 ta’ l-Anness IX tad-Direttiva 2006/48/KE.

15.

Għall-finijiet tal-punt 14 elementi li jikkwalifikaw għandhom jinkludu:

(a)

pożizzjonijiet twal u qosra f’assi li jikkwalifikaw biex ikun attribwit lilhom grad ta’ l-iskala ta’ valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu li jikkorrispondi għallinqas ma’ grad ta’ investiment fil-proċess ta’ klassifikazzjoni deskritt fit-Titolu V, Kapitolu 2, Sezzjoni 3, Sub-sezzjoni 1 tad-Direttiva 2006/48/KE;

(b)

pożizzjonijiet twal u qosra f’assi li, minħabba l-istat ta’ solvenza ta’ min ikun ħariġhom, ikollhom PD li ma jkunx ogħla minn dak ta’ l-assi li ssir referenza għalihom f’(a) aktar ‘il fuq, skond l-approċċ deskritt fit-Titolu V, Kapitolu 2, Sezzjoni 3, Sub-sezzjoni 2 tad-Direttiva 2006/48/KE;

(c)

pożizzjonijiet twal u qosra f’assi li għalihom ma tkunx disponibbli stima tal-kreditu li tkun saret minn istituzzjoni esterna li tevalwa l-kreditu li tkun ġiet innominata, u li tkun issodisfat il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

huma kkunsidrati likwidi biżżejjed mill-istituzzjonijiet ikkonċernati;

(ii)

il-kwalità ta’ l-investiment tagħhom hija, skond id-diskrezzjoni ta’ l-istituzzjoni stess, għallinqas ekwivalenti għal dik ta’ l-assi msemmija fil-punt a); u

(iii)

huma elenkati f’għallinqas suq wieħed regolat fi Stat Membru jew f’borża f’pajjiż terz sakemm din il-borża tkun rikonoxxuta mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru relevanti;

(d)

pożizzjonijiet twal u qosra f’assi maħruġa minn istituzzjonijiet suġġetti għar-rekwiżiti ta’ adegwatezza tal-kapital stabbiliti fid-Direttiva 2006/48/KE li huma meqjusin mill-istituzzjonijiet ikkonċernati bħala likwidi biżżejjed u li l-kwalità ta’ l-investiment tagħhom tkun, skond id-diskrezzjoni ta’ l-istituzzjoni stess, ta’ l-anqas ekwivalenti għal dik ta’ l-assi msemmija taħt il-punt (a) hawn fuq; u

(e)

sigurtajiet maħruġa mill-istituzzjonijiet meqjusa bħala ta’ kwalità ta’ kreditu ekwivalenti, jew ogħla, minn dawk assoċjati ma’ l-evalwzzjoni tal-kwalità tal-kreditu grad 2 skond ir-regoli għall-ivvalutar ta’ riskju ta’ skoperturi għal istituzzjonijiet stipulati fl-Artikoli 78 sa 83 tad-Direttiva 2006/48/KE u li huma suġġetti għal arranġamenti ta’ sorveljanza u regolatorji simili għal dawk taħt din id-Direttiva.

Il-mod li bih l-istrumenti tad-dejn ikunu evalwati għandu jkun suġġett għal skrutinju mill-awtoritajiet kompetenti, li għandhom ibiddlu l-konklużjoni ta’ l-istituzzjoni jekk jidhrilhom li l-istrumenti kkonċernati huma suġġetti għal grad ta’ riskju speċifiku għoli wisq biex ikunu elementi li jikkwalifikaw;

16.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jobbligaw lill-istituzzjoni li japplikaw il-massimu ta’ piż differenzjat muri fit-Tabella 1 sal-punt 14 għal strumenti li juru riskju partikolari minħabba s-solvenza insuffiċjenti ta’ min ikunu ħareġ il-likwidità.

Riskju ġenerali

(a)   Ibbażati fuq il-maturità

17.

Il-proċedura għall-kalkolu tar-rekwiżit tal-kapital kontra r-riskju ġenerali tinvolvi żewġ passi bażiċi. L-ewwel, il-pożizzjonijiet kollha għandhom jingħataw piż differenzjat skond il-maturità (kif spjegat fil-punt 18), sabiex ikun ikkalkulat l-ammont ta’ kapital meħtieġ minħabba dawn. It-tieni, għandu jkun stipulat li dan ir-rekwiżit jitnaqqas meta pożizzjoni li tkun ingħatat il-piż differenzjat tagħha tinżamm għal kontra pożizzjoni opposta bil-piż differenzjat tagħha fuq l-istess medda ta’ maturità. Tnaqqis f’dan ir-rekwiżit għandu jkun permess ukoll meta l-pożizzjonijiet b’piż differenzjat opposti jaqgħu f’medda differenti ta’ maturità, bid-daqs ta’ dan it-tnaqqis ikunu dipendenti kemm fuq jekk iż-żewġ pożizzjonijiet ikunux jidħlu fl-istess żona jew le, kif ukoll fuq iż-żoni partikolari li jidħlu fihom. Hemm tliet żoni (gruppi ta’ faxex ta’ maturità) b’kollox.

18.

L-istituzzjoni għandha tassenja l-pożizzjonijiet netti tagħha lill-faxex ta’ maturità xierqa fil-kolonna 2 jew 3, kif xieraq, fit-Tabella 2 fil-punt 20. Għandha tagħmel hekk fuq il-bażi ta’ maturità residwa fil-każ ta’ strumenti ta’ rata fissa u fuq il-bażi tal-perjodu sakemm ir-rata ta’ l-imgħax ikun imissha terġa’ tiġi stabbilita fil-każ ta’ strumenti li r-rata ta’ l-imgħax tagħhom tkun varjabbli qabel il-maturità finali. Għandha wkoll tiddistingwi bejn strumenti ta’ dejn b’kupun ta’ 3 % jew aktar u dawk b’kupun ta’ anqas minn 3 % u b’hekk tallokahom għall-kolonna 2 jew għall-kolonna 3 fit-Tabella 2. Għandha mbagħad timmultiplika kull waħda minnhom bil-piż differenzjat tal-faxxa ta’ maturità kkonċernata fil-kolonna 4 fit-Tabella 2.

19.

Għandha mbagħad tikkalkula s-somma tal-pożizzjonijiet twal b’piż differenzjat, u s-somma tal-pożizzjonijiet qosra b’piż differenzjat, għal kull faxxa ta’ maturità. L-ammont ta’ dawk il-pożizzjonijiet twal li jkunu bbilanċjati b’pożizzjonijiet qosra fuq faxxa ta’ maturità partikolari għandu jkun dak tal-pożizzjoni bil-piż differenzjat ibbalanċjata f’dik il-faxxa, filwaqt li l-pożizzjoni twila jew qasira għandha tkun dik il-pożizzjoni b’piż differenzjat mhux bilanċjata għall-istess faxxa. It-total tal-pożizzjonijiet b’piż differenzjat ibbilanċjati fil-faxex kollha għandu mbagħad ikun ikkalkulat.

20.

L-istituzzjoni għandha tikkalkula t-totali tal-pożizzjonijiet twal b’piż differenzjat li ma jkunux ibbilanċjati għall-faxxex f’kull waħda miż-żoni fit-Tabella 2 sabiex tikkalkula l-pożizzjonijiet twal b’piż differenzjat mhux ibbilanċjata għal kull żona. Bl-istess mod, it-total tal-pożizzjonijiet qosra b’piż differenzjat li ma jkunux bilanċjati għal kull faxxa f’żona partikolari għandu jingħadd sabiex tinstab il-pożizzjoni qasira b’piż differenzjat mhux bilanċjata għal dik iż-żona. Dik il-parti tal-pożizzjoni twila b’piż differenzjat mhux bilanċjata għal żona speċifika li tkun ibbilanċjata b’pożizzjoni qasira b’piż differenzjat mhux bilanċjata għall-istess żona għandha tkun il-pożizzjoni b’piż differenzjat bilanċjata għal dik iż-żona. Dik il-parti tal-pożizzjoni twila b’piż differenzjat mhux bilanċjata jew tal-pożizzjoni qasira b’piż differenzjat mhux bilanċjata għal żona li ma tistax tkun ibbilanċjata b’dan il-mod għandha tkun il-pożizzjoni b’piż differenzjat mhux bilanċjata għal dik iż-żona.

Tabella 2

Żona

Faxxa ta’ maturità

Piż differenzjat

(f’%)

Tibdil preżunt fir-rata ta’ l-imgħax

(f’%)

Kupun ta’ 3 % jew aktar

Kupun ta’ anqas minn 3 %

Wieħed

0 ≤ 1 xahar

0 ≤ 1 xahar

0,00

> 1 ≤ 3 xhur

> 1 ≤ 3 xhur

0,20

1,00

> 3 ≤ 6 xhur

> 3 ≤ 6 xhur

0,40

1,00

> 6 ≤ 12-il xahar

> 6 ≤ 12-il xahar

0,70

1,00

Tnejn

> 1 ≤ 2 snin

> 1,0 ≤ 1,9 snin

1,25

0,90

> 2 ≤ 3 snin

> 1,9 ≤ 2,8 snin

1,75

0,80

> 3 ≤ 4 snin

> 2,8 ≤ 3,6 snin

2,25

0,75

Tlieta

> 4 ≤ 5 snin

> 3,6 ≤ 4,3 snin

2,75

0,75

> 5 ≤ 7 snin

> 4,3 ≤ 5,7 snin

3,25

0,70

> 7 ≤ 10 snin

> 5,7 ≤ 7,3 snin

3,75

0,65

> 10 ≤ 15-il sena

> 7,3 ≤ 9,3 snin

4,50

0,60

> 15 ≤ 20 sena

> 9,3 ≤ 10,6 snin

5,25

0,60

> 20 sena

> 10,6 ≤ 12,0-il sena

6,00

0,60

 

> 12,0 ≤ 20,0 sena

8,00

0,60

 

> 20 sena

12,50

0,60

21.

L-ammont tal-pożizzjoni twila (qasira) b’piż differenzjat li ma tkunx bilanċjata fl-ewwel żona li tkun ibbilanċjata minn pożizzjoni qasira (twila) fit-tieni żona għandu mbagħad ikun ikkalkulat. Għandu jsir referenza għaliha fil-punt 25 bħala l-pożizzjoni b’piż differenzjat ibbilanċjata bejn l-ewwel u t-tieni żona. L-istess kalkolu għandu mbagħad isir fir-rigward ta’ dik il-parti tal-pożizzjoni b’piż differenzjat mhux bilanċjata fit-tieni żona li titħalla żejda u l-pożizzjoni b’piż differenzjat mhux bilanċjata fit-tielet żona sabiex tkun ikkalkulata l-pożizzjoni b’piż differenzjat ibbilanċjata bejn it-tieni u t-tielet żona.

22.

L-istituzzjoni tista’, jekk tixtieq, tagħmel inverżjoni ta’ l-ordni fil-punt 21 sabiex tikkalkula l-pożizzjoni b’piż differenzjat bilanċjata bejn it-tieni u t-tielet żona qabel ma tikkalkula dik il-pożizzjoni bejn l-ewwel u t-tieni żona.

23.

Il-kumplament tal-pożizzjoni b’piż differenzjat mhux bilanċjata fl-ewwel żona għandha mbagħad tkun ibbilanċjata ma’ dak li jifdal minn dik tat-tielet żona wara l-bilanċ ta’din iż-żona mat-tieni żona sabiex tkun determinata l-pożizzjoni b’piż differenzjat bilanċjata bejn l-ewwel u t-tielet żona.

24.

Pożizzjonijiet residwi, wara t-tliet kalkoli separati ta’ bbilanċjar fil-punti 21, 22 u 23, għandhom ikunu magħduda flimkien.

25.

Ir-rekwiżit tal-kapital ta’ l-istituzzjoni għandu jkun ikkalkulat bħala s-somma ta’:

(a)

10 % tas-somma tal-pożizzjonijiet b’piż differenzjat fil-faxex kollha tal-maturità;

(b)

40 % tal-pożizzjoni b’piż differenzjat ibbilanċjata fl-ewwel żona;

(c)

30 % tal-pożizzjoni b’piż differenzjat ibbilanċjata fit-tieni żona;

(d)

30 % tal-pożizzjoni b’piż differenzjat ibbilanċjata fit-tielet żona;

(e)

40 % tal-pożizzjoni b’piż differenzjat ibbilanċjata bejn l-ewwel u t-tieni żona u bejn it-tieni u t-tielet żoni (ara l-punt (21);

(f)

150 % tal-pożizzjoni b’piż differenzjat ibbilanċjata bejn l-ewwel u t-tielet zoni; u

(g)

100 % tal-pożizzjonijiet b’piż differenzjat ibbilanċjati residwi.

(b)   Fuq bażi ta’ tul

26.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet in ġenerali jew fuq bażi individwali li jużaw sistema għall-kalkolu tar-rekwiżit tal-kapital għar-riskju ġenerali minn strumenti ta’ dejn innegozjati li jirreflettu t-tul minflok is-sistema stabbilita fil-punti 17 sa 25, sakemm l-istituzzjoni tagħmel dan b’mod konsistenti.

27.

Taħt sistema msemmija fil-punt 26 l-istituzzjoni għandha tieħu l-valur tas-suq ta’ kull strument ta’ dejn b’rata fissa u permezz ta’ dan tikkalkula kemm l-istrument irendi sal-maturità, li hija rata ta’ skont implikata għal dak l-istrument. Fil-każ ta’ strumenti b’rati flessibbli, l-istituzzjoni għandha tieħu l-valur tas-suq għal kull strument u permezz ta’ dan tikkalkula kemm l-istrument irendi billi tassumi li l-kapital ikun dovut meta r-rata ta’ l-imgħax tkun tista’ terġa’ tiġi mibdula.

28.

L-istituzzjoni għandha mbagħad tikkalkula t-tul modifikat ta’ kull strument ta’ dejn fuq il-bażi ta’ din il-formula: tul modifikat = ((tul (D))/(1 + r)), fejn:

Formula

fejn:

R

=

rendita sal-maturità (ara l-punt 25),

Ct

=

pagament fi flus fiż-żmien t,

M

=

maturità totali (ara l-punt 25).

29.

L-istituzzjoni għandha mbagħad talloka kull strument ta’ dejn għaż-żona xierqa fit-Tabella 3. Għandha tagħmel dan fuq il-bażi tat-tul modifikat ta’ kull strument.

Tabella 3

Żona

Tul modifikat

(fi snin)

Imgħax preżunt

(bidla f’ %)

Wieħed

> 0 ≤ 1,0

1,0

Tnejn

> 1,0 ≤ 3,6

0,85

Tlieta

> 3,6

0,7

30.

L-istituzzjoni għandha mbagħad tikkalkula l-pożizzjoni b’piż differenzjat skond it-tul għal kull strument billi timmultiplika l-prezz tagħha tas-suq bit-tul modifikat tagħha u bil-bidla preżunta fir-rata ta’ l-imgħax għal strument ta’ dak it-tul modifikat partikolari (ara l-kolonna 3 fit-Tabella 3).

31.

L-istituzzjoni għandha tikkalkula l-pożizzjonijiet twal tagħha b’piż differenzjat fuq il-bażi tat-tul tagħha u l-pożizzjonijiet qosra tagħha b’piż differenzjat fuq il-bażi tat-tul f’kull żona. L-ammont tal-pożizzjonijiet twal li jkun ibbilanċjat bil-pożizzjonijiet qosra f’kull żona għandu jkun il-pożizzjoni bbilanċjata bil-piż differenzjat fuq il-bażi tat-tul għal dik iż-żona.

L-istituzzjoni għandha mbaghad tikkalkula l-pożizzjonijiet mhux bilanċjati bil-piż differenzjat fuq il-bażi tat-tul għal kull żona. Għandha mbagħad timxi mal-proċeduri stabbiliti għal pożizzjonijiet bil-piż differenzjat mhux bilanċjati fil-punti 21 sa 24.

32.

Ir-rekwiżit tal-kapital ta’ l-istituzzjoni għandu mbagħad ikun ikkalkulat bħala s-somma ta’:

(a)

2 % tal-pożizzjoni bbilanċjata bil-piż differenzjat fuq il-bażi tat-tul għal kull żona;

(b)

40 % tal-pożizzjonijiet ibbilanċjati bil-piż differenzjat fuq il-bażi tat-tul bejn l-ewwel u t-tieni żona u bejn it-tieni u t-tielet żona;

(c)

150 % tal-pożizzjoni bbilanċjata b’piż differenzjat fuq il-bażi tat-tul bejn l-ewwel u t-tielet żona; u

(d)

100 % tal-pożizzjonijiet residwi mhux ibbilanċjati b’piż differenzjat fuq il-bażi tat-tul.

EKWITAJIET

33.

L-istituzzjoni għandha tgħodd il-pożizzjonijiet twal netti kollha tagħha u l-pożizzjonijiet qosra netti kollha tagħha f’konformità mal-punt 1. Is-somma taż-żewġ figuri għandha tkun il-pożizzjoni totali grossa tagħha. Id-differenza bejn dawn għandha tkun il-pożizzjoni netta totali tagħha.

Riskju speċifiku

34.

L-istituzzjoni għandha tgħodd il-pożizzjonijiet twal netti u l-pożizzjonijiet qosra netti kollha tagħha f’konformita’ mal-punt 1. Għandha timmoltiplika l-pożizzjoni totali grossa tagħha b’4 % sabiex tikkalkola r-rekwiżiti tal-kapital tagħha kontra r-riskju speċifiku.

35.

B’deroga mill-punt 34, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li r-rekwiżiti tal-kapital kontra r-riskju speċifiku jkun ta’ 2 % pjuttost milli ta’ 4 % għal dawk il-portfolji ta’ ekwitajiet li istituzzjoni jkollha li jissodisfaw dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-ekwitajiet m’għandhomx ikunu dawk ta’ min ikun ħareġ biss strumenti tas-self innegozjati li bħalissa għandhom rekwiżit ta’ 8 % jew 12 % fit-Tabella 1 sal-punt 14 jew li għandhom rekwiżit aktar baxx biss għax huma garantiti jew assigurati;

(b)

l-ekwitajiet għandhom ikunu meqjusa mill-awtoritajiet kompetenti bħala strumenti ta’ likwidità elevata skond kriterji oġġettivi; u

(c)

l-ebda pożizzjoni individwali m’għandha tikkostitwixxi aktar minn 5 % tal-valur tal-portfoljo totali ta’ l-ekwitajiet li jkollha l-istituzzjoni.

Għall-finijiet tal-punt (c), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw pożizzjonijiet individwali sa 10 % sakemm it-total ta’ dawk il-pożizzjonijiet ma jeċċedix il-50 % tal-portfoljo.

Riskju ġenerali

36.

Ir-rekwiżit tal-kapital għar-riskju ġenerali għandu jkun il-pożizzjoni netta totali immoltiplikata bi 8 %.

Futures ta’ indiċi ta’ l-istocks

37.

Futures ta’ indiċi ta’ l-istocks, li huma l-ekwivalenti mogħtija piż differenzjat skond il-koeffiċjenti delta ta’ opzjonijiet fi futures ta’ indiċi ta’ stocks u ta’ indiċi ta’ stocks li kollettivament minn hawn ‘il quddiem se ssir referenza għalihom bħala “futures ta’ indiċi ta’ l-istocks”, jistgħu jinqasmu f’pożizzjonijiet f’kull wieħed mill-ekwitajiet kostitwenti tagħhom. Dawn il-pożizzjonijiet jistgħu jkunu ttrattati bħala pożizzjonijiet sottostanti fl-ekwitajiet ikkonċernati, u jistgħu, jekk ikun hemm l-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, jkunu bbilanċjati bil-pożizzjonijiet opposti fl-istess ekwitajiet sottostanti.

38.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jassiguraw li kwalunkwe istituzzjoni li tkun ikkalkulat b’mod nett il-pożizzjonijiet tagħha f’ekwita’ waħda jew aktar li jikkostitwixxu future ta’ l-indiċi ta’ l-istocks kontra pożizzjoni waħda jew aktar fil-future ta’ indiċi ta’ l-istocks nnifisha jkollha l-kapital adegwat biex tkopri r-riskju ta’ telf ikkawżat minn sitwazzjoni fejn il-valuri tal-future ma jimxux kompletament bl-istess mod bħal dawk ta’ l-ekwitajiet konstitwenti tagħha; dawn għandhom ukoll jagħmlu dan meta istituzzjoni jkollha pożizzjonijiet opposti fi futures ta’ indiċi ta’ l-istocks li l-maturità u/jew il-kompożizzjoni tagħhom ma jkunux identiċi.

39.

B’deroga mill-punti 37 u 38, futures ta’ l-indiċi ta’ l-istocks li huma nnegozjati fuq borża u - fl-opinjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti - jirrappreżentaw indiċi diversifikati tajjeb, għandu jiġbdu rekwiżiti tal-kapital kontra r-riskju ġenerali ta’ 8 %, imma l-ebda rekwiżit tal-kapital għal riskju speċifiku. Dawn il-futures ta’ l-indiċi ta’ l-istocks għandhom ikunu inklużi fil-kalkolu tal-pożizzjoni globali netta fil-punt 33, imma mwarrba fil-kalkolu tal-pożizzjoni globali grossa fl-istess punt.

40.

Jekk future ta’ indiċi ta’ l-istock ma tkunx maqsuma fil-pożizzjonijiet sottostanti, din għandha tiġi trattata bħallikieku kienet ekwita’ individwali. Madankollu, ir-riskju speċifiku fuq din l-ekwita’ individwali tista’ tkun injorata jekk il-future ta’ l-indiċi ta’ l-istock ikkonċernata tkun innegozjata fuq borża u, fl-opinjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti, tkun tirrappreżenta indiċi diversifikat tajjeb.

SOTTOSKRIZZJONI

41.

Fil-każ tas-sottoskrizzjoni ta’ strumenti ta’ dejn u ekwita’, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lil istituzzjoni li tuża dawn il-proċeduri li ġejjin biex tikkalkula r-rekwiżiti tal-kapital tagħha. L-ewwel, hi għandha tikkalkula l-pożizzjonijiet netti billi tnaqqas il-pożizzjonijiet ta’ sottoskrizzjoni li huma ffirmati jew sottoskritti mill-ġdid minn partijiet terzi fuq il-bażi ta’ ftehim formali. It-tieni, hi għandha tnaqqas il-pożizzjonijiet netti bil-fatturi ta’ tnaqqis li jinsabu fit-Tabella 4

Tabella 4

jum tax-xogħol 0:

100  %

jum tax-xogħol 1:

90  %

jiem tax-xogħol 2 sa 3:

75  %

jum tax-xogħol 4:

50  %

jum tax-xogħol 5:

25  %

wara jum tax-xoghol 5:

0  %.

“Il-jum tax-xogħol żero” għandu jkun il-jum tax-xogħol li fih l-istituzzjoni tkun impenjata mingħajr kondizzjonijiet li taċċetta kwantità magħrufa ta’ titoli bi prezz miftiehem.

It-tielet, hi għandha tikkalkula r-rekwiżiti tal-kapital tagħha billi tuża pożizzjonijiet imnaqqsa ta’ sottoskrizzjoni.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jassiguraw li l-istituzzjoni jkollha kapital suffiċjenti għar-riskju ta’ telf li jeżisti bejn iż-żmien ta’ l-impenn inizjali u l-jum tax-xogħol 1.

ĦLASIJIET TA’ KAPITAL GĦAR-RISKJU SPEĊIFIKU GĦAL POŻIZZJONIJIET TAR-REĠISTRU TAN-NEGOZJU PROTETTI MINN DERIVATTIVI TAL-KREDITU

42.

Għandha tingħata konċessjoni għall-protezzjoni pprovduta mid-derivattivi tal-kreditu, f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-paragrafi 43 sa 46.

43.

Għandha tingħata konċessjoni sħiħa meta l-valuri ta’ żewġ elementi jimxu dejjem fid-direzzjoni opposta u x’aktarx sa l-istess punt. Dan ikun il-każ fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

iż-żewġ elementi jkunu jikkonsistu fi strumenti kompletament identiċi; jew

(b)

pożizzjoni twila fi flus tkun protetta b’skambju tar-rata totali ta’ rendita (jew vice versa) u jkun hemm qbil preċiż bejn l-obbligu ta’ referenza u l-iskopertura sottostanti (jiġjfieri l-pożizzjoni fi flus). Il-maturità tas-skambju nnifsu jista’ jkun differenti minn dik ta’ l-iskoperturasottostanti.

F’dawn il-każi, ħlas ta’ kapital għal riskju speċifiku m’għandux jiġi applikat għall-ebda waħda miż-żewġ naħat tal-pożizzjoni.

44.

Tnaqqis ta’ 80 % japplika meta l-valur taż-żewġ elementi jimxu dejjem f’direzzjoni opposta u meta jkun hemm qbil preċiż f’termini ta’ l-obbligu ta’ referenza, il-maturità sew ta’ l-obbligazzjoni ta’ referenza u tad-derivattiva tal-kreditu, u l-valuta ta’ l-iskopertura sottostanti. Minbarra dan, il-karatteristiċi ewlenin tal-kuntratt tad-derivattivi tal-kreditu m’għandhomx jikkawżaw lill-moviment tal-prezz tad-derivattiva tal-kreditu li jitbiegħed materjalment mill-movimenti tal-prezz tal-pożizzjoni fiflus. Sakemm it-tranżazzjoni tittrasferixxi r-riskju, tnaqqis ta’ 80 % għar-riskju speċifiku għandu jkun applikat għal dik in-naħa tat-tranżazzjoni li jkollha l-ogħla ħlas ta’ kapital, filwaqt li r-rekwiżiti ta’ riskju speċifiku fuq in-naħa l-oħra għandhom ikunu ta’ żero.

45.

Għandha tingħata konċessjoni parzjali meta l-valuri ta’ żewġ elementi normalment jimxu fid-direzzjoni opposta. Dan ikun il-każ fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-pożizzjoni taqa’ taħt il-punt 43(b) iżda m’hemmx qbil fl-assi bejn l-obbligu ta’ referenza u l-iskopertura sottostanti. Madankollu, il-pożizzjonijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

l-obbligu ta’ referenza jkun ta’ l-istess livell ta’ l-obbligu sottostanti jew tkun subordinata għaliha;

(ii)

l-obbligu sottostanti u l-obbligu ta’ referenza jkollhom l-istess debitur u jkollhom klawżoli infurzabbli bil-liġi ta’ cross-default jew cross-acceleration;

(b)

il-pożizzjoni taqa’ taħt il-punt 43(a) jew il-punt 44 imma hemm nuqqas ta’ qbil filvaluti jew maturità bejn il-protezzjoni tal-kreditu u l-assi sottostanti (nuqqasijiet ta’ qbil fil-valuti għandhom ikunu inklużi fir-rappurtar normali tar-riskju tal-kambju ta’ flus barranin taħt l-Anness III; jew

(c)

il-pożizzjoni taqa’ taħt il-punt 44 iżda hemm nuqqas ta’ qbil fl-assi bejn il-pożizzjoni fi flus u d-derivattiva tal-kreditu. Madankollu, l-assi sottostanti huwa inkluż fl-obbligi (konsenjabbli) fid-dokumentazzjoni tad-derivattiva tal-kreditu.

F’kull wieħed minn dawn il-każijiet, minflok ma jiżdid ir-rekwiżit tal-kapital għar-riskju speċifiku għal kull naħa tat-tranżazzjoni, għandha tapplika biss l-ogħla waħda miż-żewġ rekwiżiti tal-kapital.

46.

Fil-każijiet kollha li ma jaqgħux taħt il-punti 43 sa 45, ħlas ta’ kapital għar-riskju speċifiku għandha tkun ivvalutata għaż-żewġ naħat tal-pożizzjonijiet.

Ħlasijiet tal-kapital għal CIU fir-reġistru tan-negozju

47.

Ir-rekwiżiti tal-kapital għal pożizzjonijiet f’CIUs li jissodisfaw il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 11 għal trattament tal-kapital tar-reġistru tan-negozju, għandhom ikunu kkalkulati skond il-metodi stabbiliti fil-punti 48 sa 56.

48.

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra f’din is-sezzjoni, pożizzjonijiet fis-CIUs għandhom ikunu suġġetti għal rekwiżit tal-kapital għar-riskju tal-pożizzjoni (speċifiku u ġenerali) ta’ 32 %. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet fir-raba’ paragrafu tal-punt 2.1 ta’ l-Anness III jew is-sitt paragrafu tal-punt 12 ta’ l-Anness V(riskju ta’ kommoditajiet) flimkien mar-raba’ paragrafu tal-punt 2.1 ta’ l-Anness III, fejn it-trattament modifikat tad-deheb stabbilit f’dawk il-punti jkun użat, pożizzjonijiet fis-CIUs għandhom ikunu suġġetti għal rekwiżit tal-kapital għar-riskju tal-pożizzjoni (speċifiku u ġenerali) u riskju tal-kambju ta’ flus barranin ta’ mhux aktar minn 40 %.

49.

L-istituzzjonijiet jistgħu jiddeterminaw ir-rekwiżit tal-kapital għal pożizzjonijiet fis-CIUs li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-punt 51, bil-metodi stabbiliti fil-punti 53 sa 56.

50.

Ħlief fejn ikun indikat mod ieħor, m’hu permess l-ebda kkalkular fuq bażi netta bejn l-investimenti sottostanti ta’ CIU u pożizzjonijiet oħra miżmuma mill-istituzzjoni.

KRITERJI ĠENERALI

51.

Il-kriterji ġenerali ta’ l-eliġibilità għall-użu tal-metodi fil-punti 53 sa 56 għas-CIUs maħruġa minn kumpaniji sorveljati jew inkorporati fil-Komunità huma li:

(a)

il-prospectus jew dokument ekwivalenti tas-CIU jkun jinkludi:

(i)

il-kategoriji ta’ l-assi li s-CIU hija awtorizzata li tinvesti fihom;

(ii)

jekk japplikaw limiti ta’ l-investiment, il-limiti relattivi u l-metodoloġiji sabiex dawn ikunu kkalkulati;

(iii)

jekk ikun permess l-ingranaġġ finanzjarju, il-livell massimu ta’ dan ta’ l-aħħar; u

(iv)

jekk investiment f’derivattivi finanzjarji negozjati barra l-borża jew tranżazzjonijiet tat-tip mitmuma sa żmien determinat ikunu permessi, politika li tillimita r-riskju tal-kontroparti li jirriżulta minn dawn it-tranżazzjonijiet;

(b)

in-negozju tas-CIU għandu jkun irrapurtat f’rapporti semestrali u annwali sabiex tkun possibbli evalwazzjoni ta’ l-assi u l-obbligi, id-dħul u l-operazzjonijiet matul il-perjodu tar-rappurtar;

(c)

il-units/ishma tas-CIU jinfdew fi flus, mill-assi ta’ l-intrapriża, fuq bażi ta’ kuljum fuq talba tad-detentur ta’ l-unità;

(d)

l-investimenti f’CIU għandhom ikunu ssegregati mill-assi ta’ l-amministratur tas-CIU; u

(e)

għandu jkun hemm evalwazzjoni adegwata tar-riskju tas-CIU.

52.

Is-CIUs ta’ pajjiżi terzi jistgħu jkunu eliġibbli jekk ir-rekwiżiti fil-punti (a) sa (e) tal-punt 51 ikunu ssodisfati, sakemm ikun hemm l-approvazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti ta’ l-istituzzjoni.

METODI SPEĊIFIĊI

53.

Fejn l-istituzzjoni tkun taf liema huma l-investimenti sottostanti tas-CIU fuq bażi ta’ kuljum, l-istituzzjoni tista’ tirreferi direttament għal dawk l-investimenti sottostanti sabiex tikkalkula r-rekwiżiti tal-kapital għal riskju tal-pożizzjoni (ġenerali u speċifiku) għal dawk il-pożizzjonijiet f’konformità mal-metodi stabbiliti f’dan l-Anness jew, jekk jingħata l-permess, f’konformità mal-metodi stabbiliti fl-Anness V. Skond din is-sistema, pożizzjonijiet fis-CIUs għandhom ikunu trattati bħala pożizzjonijiet fl-investimenti sottostanti tas-CIU. L-ikkalkular fuq bażi netta huwa permess bejn pożizzjonijiet fl-investimenti sottostanti tas-CIU u pożizzjonijiet oħra miżmuma mill-istess istituzzjoni, sakemm l-istituzzjoni jkollha kwantità suffiċjenti ta’ unitajiet sabiex ikun possibbli li jinfdew/jinħolqu minn dawn bi skambju ma’ l-investimenti sottostanti.

54.

L-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw ir-rekwiżiti tal-kapital għal riskju tal-pożizzjoni (ġenerali u speċifiku) għal pożizzjonijiet fis-CIUs f’konformità mal-metodi stabbiliti f’dan l-Anness jew, jekk ikun ingħata l-permess, f’konformità mal-metodi stabbiliti fl-Anness V, għal pożizzjonijiet ipotetiċi li jirrappreżentaw dawk neċessarji sabiex tkun replikata l-kompożizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ l-indiċi estern jew tal-basket fiss ta’ ekwitajiet jew titoli ta’ dejn li ssir referenza għalihom f’(a), sakemm ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-iskop tal-mandat tas-CIU huwa li jirreplika l-kompożizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ indiċi estern jew ta’ basket fiss ta’ ekwitajiet jew titoli ta’ dejn; u

(b)

korrelazzjoni minima ta’ 0.9 bejn il-movimenti ta’ kuljum tal-prezzijiet tas-CIU u l-indiċi jew basket ta’ ekwitajiet jew titoli tad-dejn li hija ssegwi tista’ tkun stabbilita b’mod ċar fuq perjodu minimu ta’ sitt xhur. “Korrelazzjoni” f’dan il-kuntest tfisser koeffiċjent ta’ korrelazzjoni bejn ir-renditi ta’ kuljum fuq is-CIU u l-indiċi jew basket ta’ ekwitajiet jew titoli ta’ dejn li hija ssegwi.

55.

Fejn l-istituzzjoni ma tkunx konxja mill-investimenti sottostanti tas-CIU fuq bażi ta’ kuljum, l-istituzzjoni tista’ tikkalkula r-rekwiżiti tal-kapital għar-riskju tal-pożizzjoni (ġenerali u speċifiku) skond il-metodi stabbiliti f’dan l-Anness, suġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

għandu jkun preżunt li s-CIU l-ewwel tinvesti sal-punt massimu permess fil-mandat tagħha fil-klassijiet ta’ assi li għandhom l-ogħla rekwiżit tal-kapital għar-riskju tal-pożizzjoni (ġenerali u speċifiku), u mbagħad tkompli tagħmel investimenti f’ordni li tkompli mill-kbir saż-żgħir sakemm jintlaħaq il-limitu massimu totali ta’ l-investiment. Il-pożizzjoni fis-CIU għandha tkun trattata bħala holding dirett fil-pożizzjoni ipotetika;

(b)

l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-iskopertura massima indiretta li jistgħu jiksbu billi jieħdu pożizzjonijiet ta’ ingranaġġ finanzjarju permezz tas-CIU meta jikkalkulaw ir-rekwiżit tal-kapital tagħhom għar-riskju tal-pożizzjoni, billi jżidu b’mod proporzjonat il-pożizzjoni fis-CIU sa skopertura massima għall-elementi ta’ investiment sottostanti li tirriżulta mill-mandat; u

(c)

jekk ir-rekwiżit tal-kapital għar-riskju tal-pożizzjoni (ġenerali u speċifiku) skond dan il-punt jaqbeż lil dak stabbilit fil-punt 48, ir-rekwiżit ta’ kapital għandu jitwaqqaf f’dak il-livell.

56.

L-istituzzjonijiet jistgħu jiddependu fuq parti terza sabiex tikkalkula u tirrapporta r-rekwiżiti tal-kapital għar-riskju tal-pożizzjoni (ġenerali u speċifiku) għal pożizzjonijiet fis-CIUs li jaqgħu taħt il-punti 53 u 55, skond il-metodi stabbiliti f’dan l-Anness, sakemm il-korrettezza tal-kalkolu u r-rapport tkun aċċertata b’mod adegwat.


ANNESS II

IL-KALKOLU TAR-REKWIŻITI TAL-KAPITAL GĦALL-ĦLAS U GĦAR-RISKJU TA’ KREDITU TAL-KONTROPARTI

RISKJU TAL-ĦLAS JEW TAL-KUNSINNA

1.

Fil-każ ta’ tranżazzjonijiet fejn l-istrumenti tad-dejn, l-ekwitajiet, il-valuti barranin u l-komoditajiet (minbarra ftehim ta’ bejgħ b’ kundizzjoni ta’ xiri lura u ftehim ta’ xiri b’ kundizzjoni ta’ bejgħ lura u għoti b’self ta’ komoditajiet jew titoli u teħid b’self ta’ titoli jew komoditajiet) jkunu għadhom mhux imħallsa wara d-dati ta’ meta kellhom jiġu konsenjati, l-istituzzjoni għandha tikkalkula d-differenza fil-prezz li għaliha tkun esposta. Din hija d-differenza bejn il-prezz miftiehem għall-istrument tad-dejn, ekwita’, il-valuti barranin jew il-komoditajiet ikkonċernati u l-valur kurrenti tagħhom fis-suq, fejn id-differenza tista’ tinvolvi telf għall-istituzzjoni. Hija għandha timmultiplika din id-differenza bil-fattur xieraq fil-kolonna A tat-tabella 1 sabiex tikkalkula r-rekwiżit tal-kapital tagħha.

Tabella 1

Numru ta’ jiem ta’ xogħol wara d-data preskritta għall-ħlas

(%)

5 — 15

8

16 — 30

50

31 — 45

75

46 jew aktar

100

KUNSINNA B’XEJN

2.

Istituzzjoni għandha tkun meħtieġa li jkollha fondi proprji, kif stipulat fit-Tabella 2, jekk:

(a)

tkun ħallset għat-titoli, il-valuti barranin jew il-komoditajiet qabel ma rċiviethom jew jekk tkun waslet titoli, valuti barranin jew komoditajiet qabel ma rċiviet ħlas għalihom; u

(b)

fil-każ ta’ tranżazzjonijiet transkonfinali, tkun għaddiet ġurnata jew aktar minn meta wettqet il-ħlas jew il-kunsinna.

Tabella 2

Trattament tal-kapital għal kunsinni b’xejn

Tipi ta’ Tranżazzjoni

Sa l-ewwel pagament kuntrattwali jew parti tal-kunsinna

Mill-ewwel pagament kuntrattwali jew parti tal-kunsinna sa erbat ijiem wara t-tieni pagament kuntrattwali jew parti tal-kunsinna

Minn ħamest ijiem ta’ xogħol wara t-tieni pagament kuntrattwali jew parti tal-kunsinna sa l-estinzjoni tat-tranżazzjoni

Kunsinna b’xejn

L-ebda spiża ta’ kapital

Ittrattah bħala skopertura

Naqqas il-valur trasferit kif ukoll l-iskopertura pożittiva attwali mill-fondi proprji

3.

Fl-applikazzjoni ta’ valutazzjoni ta’ riskju għal skoperturi ta’ kunsinna b’xejn trattati skond il-kolonna 3 tat-Tabella 2, l-istituzzjonijiet li jutiliżżaw l-approċċ stipulat fl-Artikoli 84 sa 89 tad-Direttiva 2006/48/KE, jistgħu jgħaddu PDs lill-kontropartijiet, li għalihom ma jkollhomx skopertura barra r-reġistru tan-negozju oħra, fuq il-bażi ta’ klassifikazzjoni esterna tal-kontroparti. Istituzzjonijiet li jutiliżżaw stimi proprji ta’ telf f’każ ta’ waqfien tal-ħlas (“LGDs”) jistgħu japplikaw l-LGD stabbilit fil-punt 8 tal-Parti 2 ta’ l-Anness VII tad-Direttiva 2006/48/KE, għal skoperturi ta’ kunsinna b’xejn trattati skond il-kolonna 3 tat-Tabella 2 sakemm japplikawha wkoll għall-iskoperturi kollha ta’ dan it-tip. Inkella, l-istituzzjonijiet li jutiliżżaw l-approċċ stipulat fl-Artikoli 84 sa 89 tad-Direttiva 2006/48/KE jistgħu japplikaw il-valuri tar-riskju kif stipulat fl-Artikoli 78 sa 83 ta’ dik id-Direttiva sakemm japplikawhom ukoll għall-iskoperturi kollha ta’ dan it-tip jew jistgħu japplikaw valur ta’ riskju ta’ 100 % għall-iskoperturi kollha ta’ dan it-tip.

Jekk l-ammont ta’ skopertura pożittiva li jirriżulta minn transazzjonijiet ta’ kunsinna b’xejn m’huwiex materjali, l-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw valur ta’ riskju ta’ 100 % għal dawn l-iskoperturi.

4.

F’każijiet ta’ falliment totali ta’ sistema ta’ ħlas jew ta’ sistema ta’ kklerjar, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jwarrbu r-rekwiżiti tal-kapital ikkalkolati, kif stipulat fil-punti 1 u 2 sakemm is-sitwazzjoni tkun irranġata. F’dan il-każ, il-falliment minn naħa tal-kontroparti biex taġġusta negozju m’għandux jitqies bħala falliment għal skopijiet ta’ riskju ta’ kreditu.

RISKJU TA’ KREDITU TAL-KONTROPARTI (CCR)

5.

Istituzzjoni għandha tkun meħtieġa li żżomm kapital kontra is-CCR li jirriżulta minn skoperturi dovuti għal dan li ġej:

(a)

Strumenti derivattivi OTC u derivattivi tal-kreditu;

(b)

Ftehim ta’ bejgħ b’ kundizzjoni ta’ xiri lura u ftehim ta’ xiri b’kundizzjoni ta’ bejgħ lura, tranżazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew komoditajiet inklużi fir-reġistru tan-negozju;

(c)

tranżazzjonijiet ta’ self marġni bbażati fuq titoli jew komoditajiet;

(d)

tranżazzjonijiet ta’ ħlas fit-tul.

6.

Suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-punt 7 sa 10, valuri ta’ skopertura u ammonti ta’ skopertura b’piż differenzjat għar-riskju għal dawn l-skoperturi għandhom ikunu kkalkulati skond id-dispożizzjonijiet tas-Sezzjoni 3 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tad-Direttiva 2006/48/KE b’referenzi għal “istituzzjonijiet ta’ kreditu” f’dik is-Sezzjoni interpretati bħala referenzi għal “istituzzjonijiet”, referenzi għal “istituzzjonijiet ta' kreditu prinċipali’ interpretati bħala referenza għal “istituzzjonijiet prinċipali”, u b’termini konkomitanti interpretati b’dan il-mod.

7.

Għall-finijiet tal-punt 6:

L-Anness IV għad-Direttiva 2006/48/KE għandu jkun ikkunsidrat bħala emendat biex jinkludi l-punt 8 tas-Sezzjoni C ta’ l-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE;

L-Anness III għad-Direttiva 2006/48/KE għandu jkun ikkunsidrat bħala emendat biex jinkludi, wara r-referenzi fit-Tabella 1 it-test li ġej:

“Sabiex tinkiseb figura ta’ skoperturi ta’ kreditu futur potenzjali fil-każ ta’ skambju tar-rata totali ta’ rendita, derivattivi ta’ kreditu u derivattivi ta’ kreditu ta’ skambju tan-nuqqas ta’ ħlas tal-kreditu, l-ammont nominali ta’ l-istrument huwa mmultiplikat b’dawn il-perċentaġġi li ġejjin:

Fejn l-obbligu ta’referenza huwa tali li, kieku kellu jwassal għal skopertura diretta ta’ l-istituzzjoni, ikun element li jikkwalifika għall-finijiet ta’ l-Anness I: 5 %; u

Fejn l-obbligu ta’referenza huwa tali li, kieku kellu jwassal għal skopertura diretta ta’ l-istituzzjoni, ma jkunx element li jikkwalifika għall-finijiet ta’ l-Anness I: 10 %.

Madankollu, fil-każ ta’ skambju tan-nuqqas ta’ ħlas tal-kreditu, istituzzjoni li l-iskopertura tagħha mis-skambju jirrappreżenta pożizzjoni twila fis-sottostanti għandha titħalla tuża figura ta’ 0 % għal skoperturi ta’ kreditu futur potenzjali, sakemm l-iskambju tan-nuqqas ta’ ħlas tal-kreditu ma tkunx suġġetta għal għeluq fil-każ ta’ insolvenza ta’ l-entità li l-iskopertura tagħha jirriżulta mill-iskambju jirrappreżenta pożizzjoni qasira fis-sottostanti, anki jekk is-sottostanti tkun għadha qed tiġi onorata.”

Jekk id-derivattiva tal-kreditu tipprovdi protezzjoni fir-rigward ta’ “nth to default” bejn numru ta’ sensiela ta’ obbligi sottostanti, jiġi determinat liema mill-figuri ta’ perċentaġġ preskritti aktar ‘il fuq għandha tkun applikata fuq il-bażi ta’ l-obbligu bl-nth l-anqas kwalità ta’ kreditu li jkun ddeterminat skond jekk hijiex waħda li jekk tittieħed mill-istituzzjoni kien ikun element li jikkwalifika għall-finijiet ta’ l-Anness I.

8.

Għall-finijiet tal-punt 6, fil-kalkolu ta’ ammonti ta’ skopertura b’piż differenzjat skond ir-riskju, l-istituzzjonijiet m’għandhomx jitħallew jużaw il-Metodu Sempliċi tal-Garanziji Finanzjarji, stabbilit fl-Anness VIII, il-Parti 3, il-punti 24 sa 29 tad-Direttiva 2006/48/KE, għar-rikonoxximent ta’ l-effetti tal-garanziji finanzjarji.

9.

Għall-finijiet tal-punt 6, fil-każ ta’ tranżazzjonijiet ta’ bejgħ b’kundizzjoni ta’ xiri lura u tranżazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew komoditajiet inklużi fir-reġistru tan-negozju, l-istrumenti finanzjarji u l-komoditajiet kollha li huma eliġibbli sabiex ikunu inklużi fir-reġistru tan-negozju jistgħu jiġu rikonoxxuti bħala garanziji eliġibbli. Għal skoperturi dovuti għal strumenti derivattivi OTC irreġistrati fir-reġistru tan-negozju, komoditajiet li huma eliġibbli biex ikunu inklużi fir-reġistru tan-negozju jistgħu jkunu wkoll rikonoxxuti bħala garanzija eliġibbli Għall-finijiet tal-kalkolu ta’ l-aġġustamenti għall-volatilità fejn dawn l-istrumenti finanzjarji jew komoditajiet li m’humiex eliġibbli skond l-Anness VIII tad-Direttiva 2006/48/KE ikunu mogħtija b’self, mibjugħa jew ipprovduti, jew meħuda b’self, mixtrija jew riċevuti bħala garanziji jew b’xi mod ieħor taħt tranżazzjoni bħal din, u l-istituzzjoni tkun qed tuża l-Approċċ ta’ Sorveljanza għall-Aġġustmaneti tal-Volatilità skond il-Parti 3 ta’ l-Anness VIII ta’ dik id-Direttiva, dawn l-istrumenti u komoditajiet għandhom jiġu trattati bl-istess mod bħal ekwitajiet irreġistrati fuq borża rikonoxxuta li ma jkunux fuq l-indiċi prinċipali.

Fejn l-istituzzjonijiet qed jużaw l-Approċċ ta’ Stimi Proprji ta’ Aġġustamenti tal-Volatilità skond il-Parti 3 ta’ l-Anness VIII għad-Direttiva 2006/48/KE fir-rigward ta’ strumenti finanzjarji jew komoditajiet li m’humiex eliġibbli skond l-Anness VIII ta’ dik id-Direttiva, l-aġġustamenti tal-volatilità jridu jiġu kkalkulati għal kull element individwali. Fejn l-istituzzjonijiet qed jutiliżżaw l-Approċċ tal-Mudelli Interni definiti f’Parti 3 ta’ l-Anness VIII għad-Direttiva 2006/48/KE, jistgħu japplikaw ukoll dan l-approċċ fir-reġistru tan-negozju.

10.

Għall-finijiet tal-punt 7, fir-rigward tar-rikonoxximent tal-master netting agreements li jkopru t-tranżazzjonijiet ta’ bejgħ b’kundizzjoni ta’ xiri lura u/jew għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew komoditajiet u/jew tranżazzjonijiet oħra dovuti għas-suq tal-kapital, l-ikkalkular fuq bażi netta ta’ pożizzjonijiet fir-reġistru tan-negozju u barra milr-reġistru tan-negozju jkunu rikonoxxuti biss meta t-tranżazzjonijiet netti jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

it-tranżazzjonijiet kollha jkunu vvalutati kuljum bil-prezzijiet tas-suq; u

(b)

kull unità imselfa, mibjugħa jew ipprovduta, jew meħuda b’self, mixtrija jew riċevuta bħala parti minn dawn it-tranżazzjonijiet tista’ tkun rikonoxxuta bħala garanzija finanzjarja eliġibbli taħt it-Titolu V, Kapitolu 2, Sezzjoni 3, Sub-sezzjoni 3 tad-Direttiva 2006/48/KE mingħajr l-applikazzjoni tal-punt 9 ta’ dan l-Anness.

11.

Fejn derivattiva tal-kreditu inkluża fir-reġistru tan-negozju tifforma parti minn protezzjoni interna u l-protezzjoni tal-kreditu tkun rikonoxxuta taħt id-Direttiva 2006/48/KE, għandu jitqies li ma jirriżultax riskju għall-kontroparti mill-pożizzjoni fid-derivattiva tal-kreditu.

12.

Ir-rekwiżit tal-kapital għandu jkun ta’ 8 % ta’ l-ammont totali ta’ skopertura b’piż differenzjat skond ir-riskju.


ANNESS III

IL-KALKOLU TAR-REKWIŻIT TAL-KAPITAL GĦAR-RISKJU TAL-KAMBJU TA’ FLUS BARRANIN

1.

Jekk it-total tal-pożizzjoni netta globali ta’ kambju ta’ flus barranin ta’ istituzzjoni u l-pożizzjoni netta tagħha fid-deheb, ikkalkolat skond il-proċedura stabbilita fil-punt 2, jaqbeż it-2 % tal-fondi proprji kollha tagħha, hija għandha timmultiplika s-somma tal-pożizzjoni netta tagħha ta’ kambju ta’ flus barranin u l-pożizzjoni netta tagħha fid-deheb bi 8 % sabiex tikkalkula r-rekwiżit ta’ fondi proprji kontra r-riskju tal-kambju ta’ flus barranin.

2.

Għandu jintuża kalkolu f’żewġ stadji għar-rekwiżiti tal-kapital għar-riskju tal-kambju ta’ flus barranin.

2.1.

L-ewwelnett, l-istituzzjoni għandha tikkalkula l-pożizzjoni miftuħa netta f’kull valuta (inkluża l-valuta li tirraporta biha) u fid-deheb.

Din il-pożizzjoni miftuħa netta għandha tikkonsisti fis-total ta’ l-elementi li ġejjin (pożittivi jew negattivi):

(a)

il-pożizzjoni netta kurrenti (spot position) (jiġifieri l-assi kollha ningħajr l-obbligi, inkluż l-imgħax akkumulat, fil-valuta kkonċernata jew, għad-deheb, il-pożizzjoni netta kurrenti fid-deheb);

(b)

il-pożizzjoni bil-quddiem netta (jiġifieri l-ammonti kollha li għandhom jidħlu mingħajr l-ammonti kollha li għandhom jitħallsu minnhom, fi tranżazzjonijiet ta’ skambju bil-quddiem u deheb, inklużi l-futures fil-valuti u fid-deheb u l-kapital użat fi skambji tal-valuti li mhumiex inklużi fil-pożizzjoni kurrenti);

(c)

garanziji irrevokabbli (u strumenti simili) li żgur jintalbu lura u li x’aktarx jkunu revokabbli;

(d)

dħul/spejjeż netti futuri li għadhom m’akkumulawx iżda li diġà huma protetti kompletament (fid-diskrezzjoni ta’ l-istituzzjoni li tkun qed tirraporta u bil-kunsens minn qabel ta’ l-awtoritajiet kompetenti, id-dħul/spejjeż netti futuri li għadhom ma ddaħħlux fil-kotba tal-kontijiet iżda li huma diġà protetti kompletament bi tranżazzjonijiet bil-quddiem ta’ kambju ta’ flus barranin jistgħu jiddaħħlu hawn). Din id-diskrezzjoni trid tkun eżerċitata fuq bażi konsistenti;

(e)

l-ekwivalenti tan-nett delta (jew ibbażat fuq il-koeffiċjent delta) tal-ktieb kollu ta’ l-opzjonijiet tal-valuti barranin u tad-deheb; u

(f)

il-prezz tas-suq ta’ opzjonijiet oħra (jiġifieri li mhumiex f’valuti barranin jew fid-deheb).

Kull pożizzjoni li istituzzjoni tkun ħadet apposta sabiex tipproteġi mill-effett negattiv tar-rata tal-kambju fuq il-proporzjon tal-kapital (capital ratio) tagħha tista’ titħalla barra mill-kalkolu tal-pożizzjonijiet netti miftuħa fil-valuti. Dawn il-pożizzjonijiet għandhom ikunu ta’ natura strutturali jew li ma jiġux innegozjati u t-tħollija barra tagħhom, u kull tibdil fit-termini ta’ l-esklużjoni tagħhom, ikunu jeħtieġu l-kunsens ta’ l-awtoritajiet kompetenti. L-istess trattament bla ħsara għall-istess kundizzjonijiet ta’ hawn fuq jista’ jkun applikat għall-pożizzjonijiet li jkollha istituzzjoni li jikkonċernaw elementi li diġà ġew imnaqqsa mill-kalkolu tal-fondi proprji.

Għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fl-ewwel paragrafu, fir-rigward tas-CIUs, il-pożizzjonijiet effettivi tal-kambju ta’ flus barranin tas-CIU għandha titqies. L-istituzzjonijiet jistgħu jiddependu fuq rappurtar minn terzi persuni tal-pożizzjonijiet tal-kambju ta’ flus barranin fis-CIU, fejn il-korrettezza ta’ dan ir-rapport tkun assigurata b’mod xieraq. Jekk istituzzjoni ma tkunx taf x’pożizzjonijiet tal-kambju ta’ flus barranin ikollha s-CIU, għandu jkun preżunt li s-CIU jkun investit sal-limitu massimu permess taħt il-mandat tas-CIU u l-istituzzjonijiet għandhom, għal pożizzjonijiet tar-reġistru tan-negozju, jqisu l-iskopertura indiretta massima li jistgħu jiksbu billi jieħdu pożizzjonijiet ta’ ingranagg finanzjarju permezz tas-CIU meta jkunu qed jikkalkulaw ir-rekwiżiti tal-kapital tagħhom għal riskju tal-kambju ta’ flus barranin. Dan għandu jsir billi tiġi miżjuda proporzjonalment il-pożizzjoni fis-CIU sa skopertura massima għall-elementi ta’ investiment sottostanti li tirriżulta mill-mandat ta’ l-investiment. Il-pożizzjoni preżunta tas-CIU fil-valuti barranin għandha tkun trattata bħala valuta separata skond it-trattament ta’ l-investimenti fid-deheb, suġġett għall-modifikazzjoni li, jekk tkun disponibbli d-direzzjoni ta’ l-investiment tas-CIU, il-pożizzjoni twila totali tista’ tiġi miżjuda mal-pożizzjoni twila miftuħa totali tal kambju ta’ flus barranin u l-pożizzjoni qasira totali tista’ tiġi miżjuda mal-pożizzjoni qasira miftuħa totali tal-kambju ta’ flus barranin. Ma jkun permess l-ebda kkalkular fuq bażi netta bejn dawn il-pożizzjonijiet qabel isir dan il-kalkolu.

L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom id-diskrezzjoni li jippermettu lill-istituzzjonijiet li jużaw il-valur nett preżenti meta jikkalkulaw il-pożizzjoni netta miftuħa f’kull valuta u fid-deheb.

2.2.

It-tieni, pożizzjonijiet twal u qosra netti f’kull valuta minbarra l-valuta li jirrapurtaw biha u l-pożizzjoni twila jew qasira netta fid-deheb għandhom jinqalbu bir-rati kurrenti għall-valuta li jirrapurtaw biha. Imbagħad huma għandhom jingħaddu separatament sabiex jiffurmaw it-total tal-pożizzjonijiet qosra netti u t-total tal-pożizzjonijiet twal netti rispettivament. L-ogħla minn dawn iż-żewġ totali għandha tkun il-pożizzjoni netta ġenerali tal-kambju ta’ flus barranin ta’ l-istituzzjoni.

3.

B’deroga mill-paragrafi 1 u 2 u sakemm isseħħ aktar koordinazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippreskrivu jew jippermettu lill-istituzzjonijiet li jużaw il-proċeduri li ġejjin għall-finijiet ta’ dan l-Anness.

3.1.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet li jipprovdu rekwiżiti tal-kapital aktar baxxi għal pożizzjonijiet f’valuti korrelati mill-qrib minbarra dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-punti 1 u 2 . L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jqisu li żewġ valuti jkunu kkorrelati mill-qrib biss jekk il-possibbiltà ta’ telf - ikkalkulata fuq il-bażi tad-data tar-rata tal-kambju ta’ kull jum għat-tliet jew ħames snin preċedenti – fuq pożizzjonijiet ugwali u opposti f’dawk il-valuti matul l-10 ġranet ta’ xogħol ta’ wara, li tkun ta’ 4 % jew anqas tal-valur tal-pożizzjoni mqabbla f’dak il-każ (ivvalutata f’termini tal-valuta li jirrapurtaw biha) ikollha probabbilità ta’ mill-anqas 99 %, f’każ li jintuża perjodu ta’ osservazzjoni ta’ tliet snin, jew ta’ 95 %, f’każ li jintuża perjodu ta’ osservazzjoni ta’ ħames snin. Ir-rekwiżit ta’ fondi proprji għal pożizzjoni bilanċjata f’żewġ valuti kkorrelati mill-qrib għandu jkun 4 % immultiplikati bil-valur tal-pożizzjoni bbilanċjata. Ir-rekwiżit tal-kapital fuq pożizzjonijiet mhux bilanċjati f’valuti kkorrelati mill-qrib, u l-pożizzjonijiet kollha f’valuti oħra, għandu jkun 8 %, immultiplikati bis-somma l-aktar għolja tal-pożizzjonijiet qosra netti jew il-pożizzjonijiet twal netti f’dawk il-valuti wara t-tneħħija tal-pożizzjonijiet ibbilanċjati f’valuti kkorrelati mill-qrib.

3.2.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet li jwarrbu pożizzjonijiet f’kwalunkwe valuta li hija suġġetta għal ftehim bejn il-gvernijiet li jkun jorbot legalment u li jkun jillimita l-varjazzjoni ta’ din il-valuta fir-rigward ta’ valuti oħra koperti bl-istess ftehim minn kwalunkwe metodu, minn fost dawk imsemmija fil-punti 1, 2 u 3.1, li huma jkunu japplikaw. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-pożizzjonijiet bilanċjati tagħhom f’dawk il-valuti u jagħmluhom suġġetti għal rekwiżit tal-kapital li ma jkunx anqas minn nofs il-varjazzjoni massima permessa kif stabbilita bil-ftehim bejn il-gvernijiet ikkonċernat fir-rigward tal-valuti kkonċernati. Pożizzjonijiet mhux bilanċjati f’dawk il-valuti għandhom ikunu trattati bl-istess metodu bħal valuti oħra.

B’deroga mill-ewwel paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li r-rekwiżit tal-kapital fuq il-pożizzjonijiet bilanċjati fil-valuti ta’ l-Istati Membri li jkunu qed jipparteċipaw fit-tieni stadju ta’ l-unjoni ekonomika u monetarja Ewropea jkun ta’ 1.6 %, immultiplikati bil-valur ta’ dawk il-pożizzjonijiet bilanċjati.

4.

Il-pożizzjonijiet netti f’valuti komposti jistgħu jkunu maqsuma fil-valuti komponenti skond il-kwoti fis-seħħ.


ANNESS IV

IL-KALKOLU TAR-REKWIŻITI TAL-KAPITAL GĦAR-RISKJI LI JIKKONĊERNAW IL-KOMODITAJIET

1.

Kull pożizzjoni fil-komoditajiet jew fid-derivattivi tal-komoditajiet għandha tkun espressa f’termini ta’ l-unità standard tal-kejl. Il-prezz kurrenti ta’ kull komodità għandu jkun espress fil-valuta li l-istituzzjoni tirrapporta biha.

2.

Il-pożizzjonijiet fid-deheb jew derivattivi tad-deheb għandhom ikunu kkunsidrati suġġetti għar-riskju tal-kambju ta’ flus barranin u trattati skond l-Anness III jew l-Anness V, kif xieraq, għall-finijiet tal-kalkolu tar-riskju tas-suq.

3.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, il-pożizzjonijiet li huma purament għall-iffinanzjar ta’ l-istock jistgħu jiġu esklużi mill-kalkolu tar-riskju tal-komoditajiet biss.

4.

Ir-riskji tar-rata ta’ l-imgħax u tal-kambju ta’ flus barranin li mhumiex koperti minn dispożizzjonijiet oħra ta’ dan l-Anness għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu tar-riskju ġenerali għall-istrumenti nnegozjati tad-dejn u fil-kalkolu tar-riskju tal-kambju ta’ flus barranin.

5.

Meta l-pożizzjoni qasira tkun tiskadi qabel il-pożizzjoni twila, l-istituzzjonijiet għandhom jgħassu wkoll kontra r-riskju tan-nuqqas ta’ likwidità li jista’ jkun jeżisti f’xi swieq.

6.

Għall-finijiet tal-punt 19, id-differenza bejn il-pożizzjoni twila (qasira) ta’ istituzzjoni u l-pożizzjoni qasira (twila) fl-istess komodità u futures ta’ komoditajiet, opzjonijiet u warrants li jkunu identiċi għandha tkun il-pożizzjoni netta tagħha f’kull komodità.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu li pożizzjonijiet fl-istrumenti tad-derivattivi jiġu trattati, kif stabbilit fil-punti 8, 9 u 10, bħala pożizzjonijiet fil-komoditajiet sottostanti.

7.

L-aworitajiet kompetenti jistgħu jqisu l-pożizzjonijiet li ġejjin bħala pożizzjonijiet fl-istess komodità:

(a)

pożizzjonijiet f’subkategoriji differenti ta’ komoditajiet f’każijiet fejn is-subkategoriji jistgħu jinqatgħu kontra xulxin; u

(b)

pożizzjonijiet fi komoditajiet simili jekk huma sostituti viċini u jekk tista’ tiġi stabbilita b’mod ċar korrelazzjoni minima ta’ 0.9 bejn iċ-ċaqliq fil-prezzijiet tagħhom fuq perjodu minimu ta’ sena.

Strumenti partikolari

8.

Il-futures tal-komoditajiet u r-rabtiet bil-quddiem (forward commitments) għal xiri u bejgħ ta’ komoditajiet individwali għandhom jiddaħħlu fis-sistema tal-kejl bħala ammonti virtwali fit-termini ta’ l-unità standard tal-kejl u jingħataw maturità b’referenza għad-data ta’ meta jiskadu.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li r-rekwiżiti tal-kapital għal future innegozjata fil-borża tkun daqs il-marġini mitlub mill-borża jekk ikunu sodisfatti għal kollox li din tipprovdi l-kejl preċiż tar-riskju assoċjat mal-future u li huwa mill-inqas daqs ir-rekwiżit tal-kapital għal future li jirriżulta mill-kalkolu li jsir bl-użu tal-metodu stabbilit fil-bqija ta’ dan l-Anness jew bl-applikazzjoni tal-metodu tal-mudelli interni deskritt fl-Anness V.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu wkoll illi r-rekwiżiti tal-kapital għal kuntratt ta’ derivattivi ta’ komoditajiet OTC tat-tip imsemmi f’dan il-punt li jgħaddi minn clearing house rikonoxxuta minnhom, tkun daqs il-marġini meħtieġ mill-clearing house jekk ikunu sodisfatti għal kollox li dan jipprovdi kejl preċiż tar-riskju assoċjat mal-kuntratt tad-derivattivi u li huwa mill-inqas daqs ir-rekwiżit tal-kapital għal dan il-kuntratt li joħroġ minn kalkolu li jsir bl-użu tal-metodu stabbilit fil-bqija ta’ dan l-Anness jew mill-applikazzjoni tal-metodu tal-mudelli interni deskritt fl-Anness V.

9.

l-iskambji tal-komoditajiet fejn naħa waħda tat-tranżazzjoni tkun prezz fiss u l-oħra tkun il-prezz kurrenti tas-suq għandhom jiġu inkorporati fil-metodu ta’ l-iskeda tal-maturità kif stabbilit fil-punti 13 sa 18 bħala serje ta’ pożizzjonijiet daqs l-ammont virtwali tal-kuntratt, b’pożizzjoni waħda tikkorrispondi ma’ kull wieħed mill-pagamenti fuq l-iskambju u mdaħħla fl-iskeda tal-maturità ppreżentata f’Tabella 1 tal-punt 13 . Il-pożizzjonijiet ikunu pożizzjonijiet twal jekk l-istituzzjoni tkun qed tħallas prezz fiss u tirċievi prezz li jvarja u pożizzjonijiet qosra jekk l-istituzzjoni tkun qed tirċievi prezz fiss u tħallas prezz li jvarja.

Skambji ta’ komoditajiet fejn in-naħat tat-tranżazzjoni jkunu fi komoditajiet differenti għandhom jiġu rrapurtati fl-iskeda ta’ rappurtar relevanti għall-metodu ta’ l-iskeda tal-maturità.

10.

L-opzjonijiet fuq komoditajiet jew derivattivi tal-komoditajiet għandhom jiġu ttrattati bħallikieku kienu pożizzjonijiet ta’ valur daqs l-ammont tas-sottostanti li għalih tirreferi l-opzjoni, multiplikat bid-delta tiegħu għall-finijiet ta’ dan l-Anness. Dawn il-pożizzjonijiet ta’ l-aħħar jistgħu jiġu kkalkulati b’mod nett kontra kull pożizzjoni li jistgħu jinqatgħu kontriha fil-komodità jew derivattiv ta’ komodità identiku sottostanti. Il-koeffiċjent delta użat għandu jkun dak tal-borża kkonċernata, dak ikkalkulat mill-awtoritajiet kompetenti jew, fejn l-ebda waħhda minn dawn ma tkun disponibbli, jew għall-opzjonijiet OTC, dak ikkalkulat mill-istituzzjoni nnifisha, sakemm l-awtoritjiet kompetenti jkunu sodisfatti li l-mudell użat mill-istituzzjoni jkun raġonevoli.

Madankollu l-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jippreskrivu li l-istituzzjonijiet jikkalkolaw il-koeffiċjenti delta tagħhom bl-użu ta’ metodoloġija speċifikata mill-awtoritajiet kompetenti.

Għandu jkun hemm protezzjoni kontra riskji oħra, minbarra r-riskju tal-koeffiċjent delta, assoċjati ma’ l-opzjonijiet tal-komoditajiet.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li r-rekwiżiti tal-kapital għal opzjoni miktuba fuq komoditajiet innegozjat fil-borża tkun daqs il-marġini mitlub mill-borża jekk ikunu sodisfatti għal kollox li dan jipprovdi kejl preċiż tar-riskju assoċjat ma’ l-opzjoni u li jkun mill-inqas daqs ir-rekwiżit tal-kapital għall-opzjoni li toħroġ minn kalkolu li jsir bl-użu tal-metodu stabbilit fil-bqija ta’ dan l-Anness jew bl-applikazzjoni tal-metodu tal-mudelli interni deskritt fl-Anness V.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jippermettu li r-rekwiżit tal- kapital għal opzjoni ta’ komodità OTC li tgħaddi minn clearing house li tkun rikonoxxuta minnhom tkun daqs il-marġini mitlub mill-clearing house jekk ikunu kompletament sodisfatti li dan jipprovdi kejl preċiż tar-riskju assoċjat ma’ l-opzjoni u li jkun mill-inqas daqs ir-rekwiżit tal-kapital għall-opzjoni OTC li joħroġ minn kalkolu li jsir bl-użu tal-metodu stabbilit fil-bqija ta’ dan l-Anness jew bl-applikazzjoni tal-metodu tal-mudelli interni deskritt fl-Anness V.

Minbarra hekk jistgħu jippermettu illi r-rekwiżit għal opzjoni mixtrija fuq komodità nnegozjat fil-borża jew OTC jkun l-istess bħal dak għall-komodità sottostanti, bla ħsara għall-kundizzjoni li r-rekwiżit li jirriżulta ma jaqbiżx il-valur tas-suq ta’ l-opzjoni. Ir-rekwiżit għal opzjoni OTC miktuba għandu jkun iffissat skond il-komodità sottostanti.

11.

Il-warrants li jirrigwardaw il-komoditajiet għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-opzjonijiet tal-komoditajiet imsemmija fil-punt 10.

12.

Min jittrasferixxi l-komoditajiet jew id-drittijiet garantiti li jirrigwardaw it-titolu għal komoditajiet fi ftehim ta’ bejgħ b’kundizzjoni ta’ xiri lura u min isellef il-komoditajiet fi ftehim ta’ self ta’ komoditajiet għandu jinkludi dawn il-komoditajiet fil-kalkolu tar-rekwiżit tal-kapital tiegħu taħt dan l-Anness.

(a)   Approċċ tal-iskeda tal-maturità

13.

L-istituzzjoni għandha tuża skeda separata tal-maturità skond it-Tabella 1 għal kull komodità. Il-pożizzjonijiet kollha f’dik il-komodità u l-pożizzjonijiet kollha li jitqiesu bħala pożizzjonijiet fl-istess komodità skond il-punt 7 għandhom jiġu assenjati għall-faxxa ta’ maturità xierqa. L-istock materjali għandu jitqiegħed fl-ewwel faxxa ta’ maturità.

Tabella 1

Faxxa ta’ maturità

(1)

Spread rate

(f’ %)

(2)

0 ≤ xahar

1,50

> 1 ≤ 3 xhur

1,50

> 3 ≤ 6 xhur

1,50

> 6 ≤ 12-il xahar

1,50

> 1 ≤ sentejn

1,50

> 2 ≤ 3 snin

1,50

> 3 snin

1,50

14.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu pożizzjonijiet li huma, jew jitqiesu skond il-punt 7 bħala, pożizzjonijiet fl-istess kommodita’ li għandhom jinqatgħu kontra xulxin u jiġu assenjati għall-faxxa ta’ maturita’ xierqa fuq bażi netta għal dawn li ġejjin:

(a)

pożizzjonijiet f’kuntratti li jimmaturaw fl-istess data; u

(b)

pożizzjonijiet f’kuntratti li jimmaturaw fi żmien għaxart ijiem minn xulxin jekk il-kuntratti jkunu nnegozjati fi swieq li għandhom dati ta’ kunsinna li jagħlqu kuljum.

15.

L-istituzzjoni għandha mbagħad tikkalkula is-somma tal-pożizzjonijet twal u l-pożizzjonijiet qosra f’kull faxxa ta’ maturità. L-ammont ta’ l-ewwel (it-tieni) valur li huwa bbilanċjat bit-tieni (l-ewwel) valur f’faxxa partikolari ta’ maturità għandhom ikunu l-pożizzjonijiet bilanċjata f’dik il-faxxa, filwaqt li l-pożizzjonijiet twila jew qasira li tibqa’ tkun il-pożizzjoni mhux bilanċjata għall-istess faxxa.

16.

Dik il-parti tal-pożizzjoni twila (qasira) mhux ibbilanċjata għall-faxxa ta’ maturita’ mogħtija li tiġi bilanċjata mill-pożizzjoni qasira (twila) mhux bilanċjata għal faxxa ta’ maturita’ itwal għandha tkun il-pożizzjoni bilanċjata bejn iż-żewġ faxxex ta’ maturita’. Dik il-parti tal-pożizzjoni qasira jew qasira mhux bilanċjata li ma tistax tiġi bbilanċjata b’dan il-mod għandha tkun il-pożizzjoni mhux ibbilanċjata.

17.

Ir-rekwiżit tal-kapital ta’ l-istituzzjoni għal kull komodità għandu jinħadem fuq il-bażi ta’ l-iskeda rilevanti tal-maturità bħala t-total ta’ dawn li ġejjin:

(a)

it-total tal-pożizzjonijiet twal u qosra bbilanċjati, mmultiplikat bl-ispread rate relevanti kif indikat fit-tieni kolonna tat-Tabella 1 fil-punt 13 għal kull faxxa ta’ maturità u bil-prezz kurrenti tal-komodità;

(b)

il-pożizzjoni bbilanċjata bejn żewġ faxex ta’ maturità għal kull faxxa ta’ maturità li fiha pożizzjoni mhix bilanċjata tiġi trasferita ‘l quddiem, immultiplikata b’0,6 % (il-carry rate) u bil-prezz kurrenti tal-komodità;

(c)

il-pożizzjonijiet mhux bilanċjati li jibqa’, immultiplikati bil-15 % (il-koeffiċjent dirett) u bil-prezz kurrenti tal-komodità.

18.

Ir-rekwiżit totali tal-kapital ta’ l-istituzzjoni għar-riskju tal-komoditajiet għandu jiġi kkalkolat bħala t-total tar-rekwiżiti tal-kapital ikkalkolati għal kull komodità skond il-punt 17.

(b)   Approċċ simplifikat

19.

Ir-rekwiżit tal-kapital ta’ l-istituzzjoni għal kull komodità għandu jiġi kkalkolat bħala t-total ta’:

(a)

15 % tal-pożizzjoni netta, twila jew qasira, immultiplikata bil-prezz kurrenti tal-komodità; u

(b)

3 % tal-pożizzjoni grossa, twila u qasira, immultiplikata bil-prezz kurrenti tal-komodità.

20.

Ir-rekwiżit tal-kapital globali ta’ l-istituzzjoni għar-riskju tal-komodità għandu jiġi kkalkulat bħala t-total tar-rekwiżiti tal-kapital ikkalkulati għal kull komodità skond il-punt 19.

(c)   Approċċ estiż ibbażat fuq l-iskeda ta’ maturità

21.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtoriżżaw lill-istituzzjonijiet jużaw ir-rati minimi spread, carry, u outright imniżżla fit-tabella li ġejja (Tabella 2) minflok dawk indikati fil-punti 13, 14, 17 u 18 sakemm l-istituzzjonijiet, fl-opinjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti tagħhom:

(a)

jagħmlu negozju sinifikanti ta’ komoditajiet,

(b)

għandhom portfoljo ta’ komoditajiet diversifikat,

(c)

għadhom m’humiex f’pożizzjoni illi jużaw mudelli interni sabiex jikkalkolaw ir-rekwiżit tal-kapital għar-riskju tal-komoditajiet skond l-Anness V.

Tabella 2

 

Metalli prezzjużi

(ħlief deheb)

Metalli komuni

Prodotti agrikoli

(softs)

Oħrajn, inklużi prodotti primarji tal-enerġija

Spread rate (%)

1,0

1,2

1,5

1,5

Carry rate (%)

0,3

0,5

0,6

0,6

Outright rate (%)

8

10

12

15


ANNESS V

L-UŻU TAL- MUDELLI INTERNI SABIEX IKUNU KKALKULATI R-REKWIŻITI TAL-KAPITAL

1.

L-awtoritajiet kompeteni jistgħu, bla ħsara għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Anness, jippermettu illi l-istituzzjonijiet jikkalkulaw ir-rekwiżiti tal-kapital tagħhom għar-riskju tal-pożizzjoni, ir-riskju tal-kambju ta’ flus barranin u/jew ir-riskju mill-komoditajiet billi jużaw il-mudelli interni tagħhom tal-ġestjoni tar-riskju minflok jew flimkien mal-metodi deskritti fl-Annessi I, III u IV. Ir-rikonoxximent espliċitu mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-użu tal-mudelli għall-finijiet tas-superviżjoni tal-kapital ikun meħtieġ f’kull każ.

2.

Dan l-għarfien jingħata biss jekk l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta li s-sistema tal-ġestjoni tar-riskju ta’ l-istituzzjoni tkun mibnija fuq kunċetti sodi u implimentata b’integrità u li, b’mod partikolari, tkun tilħaq l-istandards ta’ kwalità li ġejjin:

(a)

il-mudell intern tal-kalkolu tar-riskju jkun integrat mill-qrib fil-proċess ta’ kuljum tal-ġestjoni tar-riskju ta’ l-istituzzjoni u jservi bħala bażi biex tiġi rrappurtata l-iskopertura għar-riskju lill-uffiċjali għolja li jmexxu l-istituzzjoni;

(b)

l-istituzzjoni jkollha unità għall-kontroll tar-riskju li jkun indipendenti mill-unitajiet tan-negozju u li tirraporta b’mod dirett lill-amministrazzjoni għolja. L-unita’ trid ikun responsabbli għat-tfassil u l-implimentazzjoni tas-sistema tal-ġestjoni tar-riskju ta’ l-istituzzjoni. Għandu jagħmel u janalizza rapporti ta’ kuljum dwar ir-riżultati li jagħti l-mudell tal-kalkolu tar-riskju u dwar il-miżuri xierqa li jkun hemm bżonn jittieħdu rigward il-limiti tan-negozju (trading limits). L-unita’ għandha twettaq ukoll il-validazzjoni inizjali u kontinwa tal-mudell intern;

(c)

il-bord tad-diretturi u l-amministrazzjoni għolja ta’ l-istituzzjoni jkunu involuti b’mod attiv fil-proċess tal-kontroll tar-riskju u fir-rapporti ta’ kuljum mill-unita’ tal-kontroll tar-riskju jiġu riveduti minn livell ta’ amministrazzjoni b’awtorità biżżejjed biex ikun jista’ jinforza kemm it-tnaqqis fil-pożizzjonijiet meħuda min-negozjanti individwali kif ukoll fl-iskopertura glabali għar-riskju ta’ l-istituzzjoni;

(d)

l-istituzzjoni jkollha numru kbir biżżejjed ta’ persunal imħarrġa fl-użu tal-mudelli sofistikati fl-oqsma tan-negozju, tal-kontroll tar-riskju, tal-verifika u tal-back office;

(e)

l-istituzzjoni jkollha proċeduri stabbiliti biex timmonitorja u tiżgura l-konformità ma’ sett dokumentat ta’ polika u kontrolli interni li jirrigwardaw l-operazzjoni globali tas-sistema tal-kalkolu tar-riskju;

(f)

il-mudell ta’ l-istituzzjoni jkollu rekord ippruvat ta’ preċiżjoni raġonevoli fil-kejl tar-riskji;

(g)

l-istituzzjoni twettaq ta’ sikwit programm rigoruż ta’ ttestjar ta’ l-istress u r-riżultati ta’ dawn it-testijiet jiġu reveduti mill-amministrazzjoni għolja u riflessi fil-politika u l-limiti li din tistabbilixxi. Dan il-proċess għandu jindirizza b’mod partikulari n-nuqqas ta’ likwidità tas-swieq f’kundizzjonijiet ta’ suq eżawriti, ir-riskju ta’ konċentrazzjoni, is-swieq ta’ direzzjoni waħda, riskji ta’ avveniment u ta’ “jump-to-default”, “non-linearity” ta’ prodotti, pożizzjonijiet ta’ “deep out-of-the-money”, pożizzjonijiet suġġetti għal “gapping” tal-prezzijiet u riskji oħrajn li jistgħu ma jkunux indirizzati b’mod xieraq fil-mudell intern. Ix-xokkijiet applikati għandhom jirriflettu n-natura tal-portfolji u ż-żmien li jista’ jkun neċessarju sabiex tkun koperta’ jew timmaniġġja riskji f’kundizzjonijiet stretti tas-suq; u

(h)

l-istituzzjoni għandha tagħmel, bħala parti mill-proċess regolari tal-verifika interna tagħha, reviżjoni indipendenti tas-sistema tagħha tal-kejl tar-riskju.

Ir-reviżjoni msemmija fil-punt (h) ta’ l-ewwel paragrafu għandha tinkludi kemm l-attivitajiet ta’ l-unitajiet tan-negozju kif ukoll dawk ta’ l-unitajiet indipendenti tal-kontroll tar-riskju. Mill-inqas darba fis-sena, l-istituzzjoni trid twettaq reviżjoni tal-proċess globali tagħha tal-ġestjoni tar-riskju.

Ir-reviżjoni għandha tikkunsidra dan li ġej:

(a)

l-adegwatezza tad-dokumentazzjoni tas-sistema u l-proċess tal-ġestjoni tar-riskju u l-organizzazzjoni ta’ l-unita’ tal-kontroll tar-riskju;

(b)

l-integrazzjoni tal-miżuri kontra r-riskju tas-suq fil-ġestjoni ta’ kuljum tar-riskju u l-integrità tas-sistema ta’ l-informazzjoni ta’ l-amministrazzjoni;

(c)

il-proċess li l-istituzzjoni tuża biex tapprova l-mudelli li jagħtu prezz lir-riskji u s-sistemi ta’ valutazzjoni li jintużaw mill-persunal fil-front office u l-back office;

(d)

il-kamp ta’ applikazzjoni tar-riskji tas-suq li jinqabdu mill-mudell tal-kejl tar-riskju u l-validazzjoni ta’ kull tibdil sinifikanti fil-proċess tal-kejl tar-riskju;

(e)

il-preċiżjoni u s-sħuħija tad-data dwar il-pożizzjonijiet, il-preċiżjoni u l-korrettezza tas-suppożizzjonijiet dwar il-volatilità u l-korrelazzjoni, u l-preċiżjoni tal-kalkoli tal-valutazzjoni u tas-sensittività għar-riskju;

(f)

il-proċess ta’ verifika li l-istituzzjoni tuża biex tivvaluta kemm ikunu konsistenti, aġġornati u ta’ min joqgħod fuqhom is-sorsi ta’ data użati biex jitħaddmu l-mudelli interni, inkluża l-indipendenza ta’ dawn is-sorsi ta’ l-informazzjoni; u

(g)

il-proċess ta’ verifika li tuża l-istituzzjoni biex tivvaluta l-ittestjar b’lura (back-testing) sabiex tiġi stmata l-preċiżjoni tal-mudell.

3.

L-istituzzjonijiet għandu jkollhom proċessi fis-seħħ biex jiżguraw li l-mudelli interni tagħhom ġew validati b’mod xieraq permezz ta’ partijiet kwalifikati b’mod xieraq u indipendenti mill-proċess ta’ żvilupp sabiex jiżguraw li huma sodi bħala prinċipju u li jindirizzaw b’mod xieraq ir-riskji materjali kollha. Din il-validazzjoni għandha titwettaq meta l-mudell intern ikun inizjalment żviluppat u meta jitwettaq kwalunkwe tibdil sinifikattiv fil-mudell intern. Il-validazzjoni għandha titwettaq ukoll fuq bażi perjodika iżda b’mod partikulari fejn ikun twettaq kwalunkwe tibdil strutturali sinifikattiv fis-suq jew tibdil fil-kompożizzjoni tal-portfolju li tista’ twassal biex il-mudell intern ma jibqax adattat. Filwaqt li t-tekniki u l-aqwa prattiċi jiżviluppaw, l-istituzzjonijiet għandhom jutilizzaw dan il-progress. Il-validazzjoni tal-mudell intern m’għandhiex tkun limitata għal “back-testing”, iżda għandha, bħala minimu, tinkludi wkoll dan li ġej:

(a)

testijiet biex juru li kwalunkwe ipoteżi mwettqa fi ħdan il-mudell intern hija xierqa u li ma tissottovalutax jew tistima aktar milli suppost ir-riskju;

(b)

minbarra l-programmi ta’ “back-testing” regolatorju, l-istituzzjonijiet għandhom iwettqu t-testijiet ta’ validazzjoni tal-mudell tagħhom relatati mar-riskji u ma’ l-istrutturi tal-portfolji tagħhom;

(c)

l-użu ta’ portfolji ipotetiċi biex tiżgura li l-mudell intern jaħseb għal karatteristiċi strutturali partikolari li jistgħu jirriżultaw, pereżempju, riskji ta’ bażi materjali u riskju ta’ konċentrazzjoni.

4.

L-istituzzjoni għandha tosserva mill-qrib il-preċiżjoni u l-eżekuzzjoni tal-mudell tagħha billi twettaq programm ta’ back-testing. Dan il-back-testing għandu jipprovdi għal kull ġurnata ta’ kummerċ paragun tal-miżura value at risk ta’ ġurnata waħda ġġenerat mill-mudell ta’ l-istituzzjoni għall-pożizzjonijiet fl-aħħar tal-ġurnata tal-portfoljo mal-bidla ta’ ġurnata waħda fil-valur tal-portfoljo sa l-aħħar tal-ġurnata ta’ kummerċ ta’ wara.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżaminaw il-kapaċità ta’ l-istituzzjoni li tagħmel back-testing kemm fuq it-tibdil effettiv kif ukoll fuq dak ipotetiku fil-valur tal-portfoljo. Il-back-testing tat-tibdil ipotetiku fil-valur tal-portfoljo huwa bbażat fuq paragun bejn il-valur tal-portfoljo fl-aħħar tal-ġurnata u, fuq l-ipoteżi ta’ pożizzjonijiet mhux mibdula, il-valur tiegħu fl-aħħar tal-ġurnata ta’ wara. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jobbligaw lill-istituzzjonijiet li jieħdu l-miżuri xierqa biex itejbu l-programm tagħhom ta’ back-testing jekk dan ikun meqjus mhux tajjeb biżżejjed. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jesiġu li l-istituzzjonijiet jwettqu “back-testing” fuq riżultati ta’ kummerċ ipotetiċi (bl-użu ta’ tibdil fil-valur tal-portfolju li jirriżultaw f’każ li l-pożizzjonijiet tiegħu fl-aħħar tal-ġurnata jibqgħu l-istess), jew effettivi (esklużi miżati, kummissjonijiet, u dħul nett mill-imgħax), jew it-tnejn.

5.

Għall-iskop tal-kalkolu tar-rekwiżiti tal-kapital għar-riskju speċifiku assoċjat ma’ pożizzjonijiet ta’ dejn u ekwita’ nnegozjati, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikonoxxu l-użu ta’ mudell intern ta’ istituzzjoni jekk, minbarra l-konformita’ mal-kundizzjonijiet tal-bqija ta’ dan l-Anness, il-mudell intern jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jispjega l-varjazzjoni storika fil-prezz tal-portfoljo;

(b)

jaqbad il-konċentrazzjoni f’termini ta’ kobor u tibdil fil-kompożizzjoni tal-portfoljo;

(c)

jiflaħ għal ambjent diffiċli;

(d)

ikun ġie vvalidat bi back-testing immirat biex jistma jekk ir-riskju speċifiku huwiex qiegħed jinqabad b’mod preċiż. Jekk l-awtoritajiet kompetenti jippermettu li dan il-back-testing isir fuq il-bażi tas-subportfolji relevanti, dawn iridu jintgħażlu b’mod konsistenti;

(e)

jaqbad riskju ta’ bażi relatat ma’ l-isem, jiġifieri li l-istituzzjonijiet għandhom juru li l-mudell intern huwa sensittiv għad-differenzi idjosinkratiċi materjali bejn pożizzjonijiet simili iżda mhux identiċi; u

(f)

jaqbad riskju ta’ avveniment.

L-istituzzjoni għandha tissodisfa wkoll dawn il-kondizzjonijiet:

meta istituzzjoni tkun suġġetta għal riskju ta’ avveniment li ma jkunx rifless fil-miżura value-at-risk tagħha, peress li hija lil hinn mill-perjodu ta’ holding ta’ għaxart ijiem u mill-intervall ta’ kunfidenza ta’ 99 fil-mija (probabiltà baxxa u avvenimenti serji ħafna), l-istituzzjoni għandha tiżgura li l-impatt ta’ avvenimenti bħal dawn jitqies fl-analiżi interna tal-kapital tagħha; u

il-mudell intern ta’ l-istituzzjoni għandu jevalwa b’mod konservattiv ir-riskju li jirriżulta minn pożizzjonijiet inqas likwidi u minn pożizzjonijiet bi trasparenza fil-prezz limitata f’sitwazzjonijiet realistiċi tas-suq. Minbarra dan, il-mudell għandu jilħaq standards minimi ta’ data. Il-prokuri għandhom ikunu konservattivi b’mod xieraq u jistgħu jintużaw biss fejn id-data disponibbli mhijiex suffiċjenti jew ma tirriflettix il-volatilità reali ta’ pożizzjoni jew ta’ portfolju.

Barra minn hekk, filwaqt li t-tekniki u l-aqwa prattiki jiżviluppaw, l-istituzzjonijiet għandhom jutilizzaw dan il-progress.

Barra minn hekk, l-istituzzjoni għandu jkollha approċċ fis-seħħ sabiex tindirizza, fil-kalkolu tar-rekwiżiti tal-kapital tagħha, ir-riskju ta’ falliment tal-pożizzjonijiet tar-reġistru tan-negozju tagħha li jiżdied mar-riskju ta’ falliment li jindirizza il-kejl ibbażat fuq il-value-at-risk kif speċifikat fir-rekwiżiti ta’ qabel ta’ dan il-punt. Sabiex jiġi evitat għadd doppju, istituzzjoni tista’, meta tkun qed tikkalkula ż-żieda gradwali ta’ l-ispiża tal-falliment tagħha, tqis sa liema punt ir-riskju ta’ falliment diġa kien inkorporat fil-kejl tal-value-at-risk, speċjalment għal pożizzjonijiet ta’ riskju li jistgħu u li se jkunu magħluqin fi żmien għaxart ijiem f’każ ta’ kundizzjonijiet negattivi tas-suq jew indikazzjonijiet oħra ta’ deterjorament fl-ambjent tal-kreditu. Meta istituzzjoni tindirizza ż-żieda gradwali tar-riskju ta’ falliment tagħha permezz ta’ prezz miżjud, hija jrid ikollha metodoloġiji fis-seħħ biex tkun ivvalidata il-miżura.

L-istituzzjoni għandha turi li l-approċċ tagħha jissodifa standards ta’ solidita’ li jista’ jiġi mqabbel ma’ l-approċċ stipulat fl-Artikoli 84 sa 89 tad-Direttiva 2006/48/KE [, taħt il-preżunzjoni ta’ livell kostanti ta’ riskju, u li huwa aġġustat fejn xieraq sabiex jirrifletti l-impatt tal-likwidità, il-konċentrazzjonijiet, il-kopertura u d-dritt ta’ l-għażla.

Istituzzjoni li ma tindirizzax ż-żieda gradwali tar-riskju ta’ falliment permezz ta’ approċċ żviluppat internament għandha tikkalkula l-prezz miżjud permezz ta’ approċċ konsistenti jew ma’ l-approċċ stipulat fl-Artikoli 78 sa 83 tad-Direttiva 2006/48/KE jew ma’ l-approċċ stipulat fl-Artikoli 84 sa 89 ta’ dik id-Direttiva.

Fir-rigward ta’ flus kontanti jew skoperturi ta’ titolizzazzjonijiet sintetiċi li jkunu suġġett għal trattament ta’ tnaqqis skond it-trattament stipulat fl-Artikolu 66(2) tad-Direttiva 2006/48/KE, jew li jkunu suġġett għal valutar ta’ riskju ta’ 1,250 % kif stipulat fil-Parti 4 ta’ l-Anness IX ta’ dik id-Direttiva, dawn il-pożizzjonijiet għandhom ikunu suġġetti għal spiża ta’ kapital li ma tkun xejn anqas minn dik stipulata f’dak it-trattament. Istituzzjonijiet li huma negozjanti f’dawn l-iskoperturi jistgħu japplikaw trattament differenti fejn jistgħu juru lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom, minbarra l-intenzjoni tan-negozju, li jeżisti suq likwidu f’żewġ direzzjonijiet (two-way) għas-skoperturi ta’ titolizzazzjonijiet jew, fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet sintetiċi li jiddipendu biss fuq derivattivi ta’ kreditu, għas-skoperturi ta’ titolizzazzjoni nfushom jew il-komponenti kollha ta’ riskju kostitwenti tagħhom. Għall-finijiet ta’ din is-sezzjoni suq f’żewġ direzzjonijiet jitqies li jeżisti fejn hemm offerti indipendenti u “in bona fede” biex wieħed jixtri u jbiegħ sabiex prezz li jkun marbut b’mod raġonevoli ma’ l-aħħar prezz ta’ bejgħ jew mal-kwotazzjonijiet ta’ l-offerta attwali, kompetittiva u “in bona fede” jistà jkun deċiż fi żmien ġurnata u jitħallas b’dan il-prezz fi żmien relattivament qasir b’konformità mal-prattika tan-negozju. Sabiex istituzzjoni tapplika trattament differenti, hi għandu jkollha biżżejjed data dwar is-suq sabiex tiżgura li qed tindirizza bis-sħiħ ir-riskju ta’ falliment ta’ konċentrazzjoni ta’ dawn l-iskoperturi fl-approċċ intern tagħha biex tkejjel iż-żieda gradwali tar-riskju ta’ falliment skond l-istandards stipulati hawn fuq.

6.

L-istituzzjonijiet li jużaw mudelli interni li m’humiex rikonoxxuti skond il-punt 4 għandhom ikunu suġġetti għal rekwiżit tal-kapital separat għar-riskju speċifiku kif ikkalkulat skond l-Anness I.

7.

Għall-finijiet tal-punt 9(b), ir-riżultati tal-kalkolu ta’ l-istituzzjoni stess għandhom jitkabbru b’fattur tal-multiplikazzjoni ta’ mill-inqas 3.

8.

Il-fattur tal-multiplikazzjoni għandu jitkabbar b’fattur ta’ żieda (plus-factor) ta’ bejn 0 u 1 skond it-Tabella 1, skond kemm-il darba jkun hemm qbiż tal-livell imbassar fil-kalkoli matul il-250 ġurnata ta’ negozju l-aktar reċenti kif jivverifika l-back-testing li tagħmel l-istituzzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jobbligaw lill-istituzzjonijiet li jikkalkulaw b’mod konsistenti il-każijiet ta’ qbiż tal-livell imbassar fuq il-bażi ta’ back-testing fuq it-tibdil effettiv jew ipotetiku fil-valur tal-portfoljo. Qbiż tal-livell imbassar huwa l-bidla ta’ ġurnata fil-valur tal-portfoljo li taqbeż il-livell relatat tal-valur tar-riskju għal ġurnata waħda ġġenerat mill-mudell ta’ l-istituzzjoni. Sabiex jiġi stabbilit il-fattur ta’ żieda, in-numru ta’ drabi li jkun hemm qbiż tal-livell imbassar għandu jiġi stmat mill-inqas kull kwart ta’ sena.

Tabella 1

Numru tad-drabi li jseħħ qbiż tal-livell imbassar

Fattur ta’ żieda

Inqas minn 5

0,00

5

0,40

6

0,50

7

0,65

8

0,75

9

0,85

10 jew aktar

1,00

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, f’każijiet individwali u minħabba xi sitwazzjoni mhux tas-soltu, iwarrbu r-rekwiżit li jiżdied il-fattur tal-multiplikazzjoni bil-fattur ta’ żieda skond it-Tabella 1, jekk l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet kompetenti li din iż-żieda ma tkunx ġustifikata u li l-mudell huwa bażikament tajjeb.

Jekk bosta każijiet ta’ qbiż tal-livell imbassar juru li l-mudell m’hux preċiż biżżejjed, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirtiraw l-għarfien tal-mudell jew jimponu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-mudell jittejjeb minnufih.

Sabiex jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw il-korrettezza tal-fattur ta’ żieda fuq bażi kontinwa, l-istituzzjonijiet għandhom javżaw minnufih, u f’kull każ mhux aktar tard minn ħames ġranet tax-xogħol wara, lill-awtoritajiet kompetenti, b’dawk id-drabi li jkun inqabeż il-livell imbassar li jirriżultaw mill-programm tagħhom ta’ back-testing u li skond it-tabella ta’ hawn fuq ikunu jfissru żieda fil-fattur ta’ żieda.

9.

Kull istituzzjoni trid tissodisfa rekwiżit tal-kapital espress bħala l-ogħla bejn:

(a)

il-kejl tal-value-at-risk tal-jum ta’ qabel skond il-parametri speċifikati f’dan l-Anness flimkien ma’, fejn ikun xieraq, iż-żieda gradwali ta’ l-ispiża tal-falliment meħtieġa taħt il-punt 5;

(b)

il-medja tal-kejl ta’ kuljum tal-value-at-risk ta’ kull waħda mis-60 ġurnata ta’ negozju preċedenti, immultiplikata bil-fattur imsemmi fil-punt, aġġustat bil-fattur imsemmi fil-punt 8 flimkien ma’, fejn ikun xieraq, iż-żieda gradwali ta’ l-ispiża tal-falliment meħtieġa taħt il-punt 5.

10.

Il-kalkolu tal-value-at-risk għandu jkun suġġett għall-istandards minimi li ġejjin:

(a)

mill-inqas kalkolu ta’ kuljum tal-value-at-risk;

(b)

intervall ta’ kunfidenza unilaterali ta’ 99 %;

(c)

perjodu ta’ holding ekwivalenti għal għaxart ijiem;

(d)

perjodu effettiv ta’ osservazzjoni storika ta’ mill-inqas sena ħlief fejn perjodu iqsar ta’ osservazzjoni jkun ġustifikat minn tkabbir sinifikanti fil-volatilità tal-prezzijiet; u

(e)

aġġornament ta’ kull tliet xhur tas-sett tad-data.

11.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistipulaw li l-mudell ikun jaqbad bir-reqqa r-riskji kollha materjali tal-prezz ta’ l-opzjonijiet jew ta’ pożizzjonijiet li huma simili għall-opzjonijiet u li kull riskju ieħor li ma jinqabadx bil-mudell ikun kopert biżżejjed mill-fondi proprji.

12.

Il-mudell tal-kalkolu tar-riskju għandu jkun jaqbad numru suffiċjenti ta’ fatturi tar-riskju, skond il-livell ta’ l-attività ta’ l-istituzzjoni fis-swieq rispettivi u b’mod partikolari dawn li ġejjin.

Riskju tar-rati ta’ l-imgħax

Is-sistema tal-kejl tar-riskju għandha tiġbor fiha sett ta’ fatturi tar-riskju li jikkorrispondu mar-rati ta’ l-imgħax f’kull valuta li fiha l-istituzzjoni jkollha pożizzjonijiet sensittivi għar-rata ta’ l-imgħax kemm fuq il-karta tal-bilanċ kif ukoll barra minnha. L-istituzzjoni għandha timmudella l-yield curves bl-użu ta’ wieħed mill-approċċi aċċettati b’mod ġenerali. Għal skoperturi materjali għar-riskju tar-rati ta’ l-imgħax fil-valuti u s-swieq ewlenin, il-yield curve għandha tinqasam f’minimu ta’ sitt faxex ta’ maturità, biex jinqabdu l-varjazzjonijiet tal-volatilita’ fir-rati matul il-yield curve. Is-sistema tal-kejl tar-riskju trid ukoll taqbad ir-riskju ta’ ċaqliq li ma jkunx perfettament korrelat bejn yield curves differenti.

Riskju ta’ kambju ta’ flus barranin

Is-sistema tal-kejl tar-riskju għandha tiġbor fiha l-fatturi tar-riskju li jikkorrispondu mad-deheb u mal-valuti barranin individwali li fihom ikunu denominati l-pożizzjonijiet ta’ l-istituzzjoni.

Għas-CIUs għandhom jitqiesu l-pożizzjonijiet effettivi fil-kambju ta’ flus barranin tas-CIU. L-istituzzjonijiet jistgħu jiddependu fuq rappurtar minn terzi persuni dwar il-pożizzjonijiet tal-kambju ta’ flus barranin fis-CIU, fejn il-korrettezza ta’ dan ir-rapport tkun assigurata biżżejjed. Jekk istituzzjoni ma tkunx taf x’pożizzjonijiet tal-kambju ta’ flus barranin jkollha CIU, din il-pożizzjoni għandha tinħareġ u għandha tiġi ttrattata skond ir-raba’ paragrafu tal-punt 2.1 ta’ l-Anness III.

Riskju ta’ l-ekwitajiet

Is-sistema tal-kejl tar-riskju għandha tuża fattur separat tar-riskju mill-inqas għal kull wieħed mis-swieq ta’ l-ekwitajiet li fih l-istituzzjoni jkollha pożizzjonijiet sinifikanti.

Riskju tal-komoditajiet

Is-sistema tal-kejl tar-riskju għandha tuża fattur separat tar-riskju għall-inqas għal kull komodità li fih l-istituzzjoni jkollha pożizzjonijiet sinifikanti. Is-sistema tal-kejl tar-riskju trid taqbad ukoll ir-riskju ta’ ċaqliq li ma jkunx perfettament korrelat bejn komoditajiet simili, imma mhux identiċi, u l-iskopertura għal tibdil fil-prezzijiet bil-quddiem (“forward prices”) li jirriżultaw minn diskrepanzi tal-maturitajiet. Iridu jitqiesu wkoll il-karatteristiċi tas-suq, l-aktar id-data tal-kunsinna u l-kamp ta’ applikazzjoni pprovdut lill-negozjanti biex jagħlqu l-pożizzjonijiet.

13.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li l-istituzzjonijiet jużaw korrelazzjonijiet empiriċi fi ħdan il-kategoriji tar-riskju u fuq firxa ta’ kategoriji tar-riskju jekk ikunu konvinti li s-sistema ta’ l-istituzzjoni għall-kejl tal-korrelazzjonijiet tkun tajba u tkun implimentata b’integrità.


ANNESS VI

IL-KALKOLU TAR-REKWIŻITI TAL-KAPITAL GĦALL-ISKOPERTURI KBAR

1.

L-eċċess imsemmi fl-Artikolu 31 (b) għandu jkun ikkalkulat billi jintgħażlu dawk il-komponenti ta’ l-iskopertura totali ta’ negozju għal dak il-klijent jew grupp ta’ klijenti li jattiraw l-ogħla rekwiżiti għal riskju speċifiku fl-Anness I u/jew ir-rekwiżiti fl-Anness II, li t-total tagħhom ikun ekwivalenti għall-eċċess imsemmi fl-Artikolu 31 (a).

2.

Meta l-eċċess ma jkunx ippersista għal aktar minn għaxart ijiem, ir-rekwiżiti addizzjonali tal-kapital għandu jkun ta’ 200 % tar-rekwiżiti msemmija fil-punt 1, dwar dawn il-komponenti.

3.

Sa minn għaxart ijiem wara li jkun seħħ l-eċċess, il-komponenti ta’ l-eċċess, magħżula skond l-ewwel punt, għandhom ikunu allokati għal-linja xierqa fil-kolonna 1 tat-Tabella I f’ordni axxendenti ta’ rekwiżiti għal riskji speċifiċi fl-Anness I u/jew tar-rekwiżiti fl-Anness II. Ir-rekwiżit addizzjonali tal-kapital għandu jkun daqs it-total tar-rekwiżiti għar-riskju speċifiku fl-Anness I u/jew ir-rekwiżiti ta’ l-Anness II fuq dawk il-komponenti mmultiplikat bil-fattur li jikkorrispondi miegħu fil-kolonna 2 tat-Tabella I.

Tabella 1

Eċċess fuq il-limiti

(fuq il-bażi ta’ perċentwal ta’ fondi proprji)

Fatturi

Sa limitu ta’ 40 %

200  %

Minn 40 % sa 60 %

300  %

Minn 60 % sa 80 %

400  %

Minn 80 % sa 100 %

500  %

Minn 100 % sa 250 %

600  %

Aktar minn 250 %

900  %


ANNESS VII

NEGOZJU

PARTI A

Intenzjoni ta’ Negozju

1.

Pożizzjonijiet/portfolji miżmuma b’intenzjoni ta’ negozju għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

għandu jkun hemm strateġija ta’ negozju dokumentata b’mod ċar għall-pożizzjoni/strument jew portfolji, approvata mill-amministrazzjoni għolja, li għandha tinkludi kemm ikun mistenni li dawn jinżammu fit-tul.

(b)

għandu jkun hemm politika u proċeduri definiti b’mod ċar għall-ġestjoni attiva tal-pożizzjoni, li għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

(i)

pożizzjonijiet jittieħdu fuq trading desk;

(ii)

limiti tal-pożizzjoni jkunu stabbiliti u ssorveljati għall-korrettezza;

(iii)

l-aġenti jkollhom l-awtonomija li jieħdu/jamministraw il-pożizzjoni f’limiti li jkun hemm qbil fuqhom u skond strateġija li jkun hemm qbil fuqha;

(iv)

il-pożizzjonijiet ikunu rrapurtati lill-aministrazzjoni għolja bħala parti integrali mill-proċess tal-ġestjoni tar-riskju ta’ l-istituzzjoni; u

(v)

il-pożizzjonijiet ikunu ssorveljati attivament b’referenza għal sorsi ta’ informazzjoni dwar is-suq u ssir stima ta’ kemm il-pożizzjoni tkun tista’ tiġi nnegozjata jew koperta jew ir-riskji komponenti tagħha, inkluża valutazzjoni tal-kwalità u d-disponibilità tal-kontribuzzjonijiet mis-suq għall-proċess tal-valutazzjoni, il-livell tal-fatturat fis-suq, id-daqsijiet tal-pożizzjonijiet innegozjati fis-suq; u

(c)

irid ikun hemm politika u proċeduri ddefiniti b’mod ċar sabiex tkun osservata l-pożizzjoni meta mqabbla ma’ l-istrateġija tan-negozju ta’ l-istituzzjoni inkluż il-monitoraġġ tal-fatturat u l-pożizzjonijiet skaduti fir-reġistru tan-negozju ta’ l-istituzzjoni.

PARTI B

Sistemi u Kontrolli

1.

L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu u jżommu sistemi u kontrolli suffiċjenti sabiex jipprovdu stimi ta’ valutazzjoni prudenti u affidabbli.

2.

Is-sistemi u l-kontrolli għandhom mill-inqas jinkludu l-elementi li ġejjin:

(a)

politika u proċeduri dokumentati għall-proċess ta’ valutazzjoni. Dawn jinkludu responsabbiltajiet definiti b’mod ċar għad-diversi oqsma involuti fid-determinazzjoni tal-valutazzjoni, sorsi ta’ l-informazzjoni tas-suq u reviżjoni ta’ kemm dawn ikunu xierqa, frekwenza ta’ valutazzjonijiet indipendenti, il-ħinijiet tal-prezzijiet ta’ l-għeluq, il-proċeduri biex ikunu aġġustati l-valutazzjonijiet, proċeduri ta’ verifika ta’ l-aħħar tax-xahar u ad hoc; u

(b)

linji ta’ rappurtar għad-dipartiment responsabbli għall-proċess ta’ valutazzjoni li huma ċari u indipendenti fil-front office.

Il-linja ta’ rappurtar għandha tispiċċa għand direttur ewlieni tal-bord eżekuttiv.

Metodi Prudenti ta’ Valutazzjoni

3.

L-immarkar skond is-suq huwa l-valutazzjoni mill-anqas ta’ kuljum tal-pożizzjonijiet skond prezzijiet disponibbli faċilment li jkunu ta’ oriġini indipendenti. L-eżempji jinkludu prezzijiet tal-boroż, screen prices jew kwotazzjonijiet minn diversi brokers indipendenti ta’ reputazzjoni għolja.

4.

Meta jkun hemm immarkar skond is-suq, l-aktar naħa prudenti ta’ talba/offerta għandha tkun użata sakemm l-istituzzjoni ma tkunx market maker sinifikanti fit-tip partikolari ta’ strument finanzjarju jew komodità kkonċernat u tista’ tikkwota prezz medju.

5.

Fejn l-immarkar skond is-suq ma tkunx possibbli, l-istituzzjonijiet għandhom jimmarkaw permezz ta’ mudell il-pożizzjonijiet/portfolji tagħhom qabel japplikaw it-trattament tal-kapital tar-reġistru tan-negozju. Immarkar permezz ta’ mudell hija definita bħala kwalunkwe valutazzjoni li trid tkun ibbażata fuq punt ta’ riferiment, estrapolata jew b’xi mod ieħor ikkalkulata minn input tas-suq.

6.

Ir-rekwiżiti li ġejjin iridu jkunu ssodisfati meta jsir immarkar permezz ta’ mudell:

(a)

l-amministrazzjoni għolja għandha tkun taf bl-elementi tar-reġistru tan-negozju li jkunu suġġetti għall-immarkar permezz ta’ mudell u għandhom jifhmu kemm hi materjali l-inċertezza li din toħloq fir-rappurtar tar-riskju/eżekuzzjoni tan-negozju;

(b)

l-inputs tas-suq għandha tkun miksuba, fejn ikun possibbli, skond il-prezzijiet tas-suq, u l-korrettezza ta’ l-inputs tas-suq tal-pożizzjoni partikolari li tkun qed tiġi vvalutata u l-parametri tal-mudell għandhom ikunu stmati fuq bażi frekwenti;

(c)

fejn ikunu disponibbli, għandhom ikunu użati metodoloġiji ta’ valutazzjoni li jkunu l-prattika aċċettata tas-suq għal strumenti finanzjarji jew komoditajiet partikolari;

(d)

fejn il-mudell ikun żviluppat mill-istituzzjoni nnifisha, huwa għandu jkun ibbażat fuq il-preżunzjonijiet korretti, li jkunu ġew evalwati u vverifikati minn partijiet kwalifikati li jkunu indipendenti mill-proċess ta’ żvilupp;

(e)

għandu jkun hemm proċeduri formali ta’ kontroll tal-bidliet u kopja affidabbli tal-mudell għandha tinżamm u tkun użata perjodikament biex tivverifika l-valutazzjonijiet;

(f)

dawk responsabbli mill-ġestjoni tar-riskju għandhom ikunu jafu bid-dgħjufija tal-mudelli użati u kif ikun l-aħjar li dawn jiġu riflessi fir-riżultat tal-valutazzjoni; u

(g)

il-mudell għandu jkun suġġett għal reviżjoni perjodika sabiex tkun determinata l-preċiżjoni ta’ l-eżekuzzjoni tiegħu (pereżempju billi jkun evalwat kemm il-preżunzjonijiet, l-analiżi tal-qligħ u t-telf kontra l-fatturi tar-riskju u t-tqabbil tal-valuri attwali ta’ l-għeluq mar-riżultati tal-mudell, ikunu għadhom korretti).

Għall-finijiet tal-punt (d), il-mudell għandu jkun żviluppat jew approvat indipendentement mill-front office. Huwa għandu jkun ittestjat indipendentement. Dan jinkludi validazzjoni tal-matematika, il-preżunzjonijiet u l-implimentazzjoni tas-software.

7.

Għandha ssir verifika indipendenti tal-prezzijiet flimkien ma’ mmarkar ta’ kuljum skond is-suq jew permezz ta’ mudell. Dan huwa l-proċess li permezz tiegħu il-prezzijiet tas-suq jew l-inputs tal-mudell ikunu vverifikati regolarment għall-preċiżjoni u l-indipendenza tagħhom. Filwaqt li l-immarkar ta’ kuljum skond is-suq tista’ ssir min-aġenti, il-verifika tal-prezzijiet tas-suq u l-inputs tal-mudelli għandha titwettaq minn unità indipendenti mill-uffiċċju tan-negozju għallinqas darba fix-xahar (jew aktar ta’ spiss, skond in-natura ta’ l-attività fis-suq jew ta’ l-attività tan-negozju). Fejn ma jkunux disponibbli sorsi indipendenti ta’ valutazzjoni tal-prezzijiet jew dawn ikunu aktar suġġettivi, miżuri prudenzjali, bħal aġġustamenti fil-valutazzjoni jistgħu jkunu xierqa.

Aġġustamenti tal-valutazzjoni jew riżervi

8.

L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu u jżommu proċeduri biex jikkunsidraw riżervi jew aġġustamenti tal-valutazzjoni.

Standards ġenerali

9.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżiġu li jkunu kkunsidrati formalment l-aġġustamenti tal-valutazzjoni/riżervi li ġejjin: differenzjali tal-kreditu mhux realizzati, spejjeż ta’ l-għeluq, riskji operattivi, għeluq qabel iż-żmien ta’ l-investimenti, spejjeż ta’ l-investiment u tal-finanzjament, spejjeż amministrattivi futuri u, jekk ikun il-każ, riskji tal-mudell.

Standards għall-elementi anqas likwidi

10.

Pożizzjonijiet anqas likwidi jistgħu jirriżultaw sew minn żvilupp tas-suq kif ukoll minn sitwazzjonijiet relatati ma’ l-istituzzjoni, pereżempju pożizzjonijiet konċentrati u/jew skaduti.

11.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw diversi fatturi meta jkunu qed jiddeterminaw jekk riżerva tal-valutazzjoni hix neċessarja għal pożizzjonijiet anqas likwidi. Dawn il-fatturi jinkludu l-ammont ta’ żmien li jkun meħtieġ sabiex jkunu koperti ir-riskji/pożizzjonijiet fi ħdan il-pożizzjoni, il-volatilità u l-medja bejn id-domanda u l-offerta, id-disponibilità ta’ kwotazzjonijiet tas-suq (in-numru u l-identità tal-market makers) u l-volatilità u l-medja tal-volumi tan-negozju, il-konċentazzjonijiet tas-suq, il-pożizzjonijiet li ilhom hemm għal tul ta’ żmien, il-punt sa fejn evalwazzjoni tiddependi fuq immarkar permezz ta’ mudell, u l-impatt ta’ riskji ta’ mudell oħrajn ikunu koperti.

12.

Meta jkunu użati valutazzjonijiet ta’ terzi persuni jew immarkar permezz ta’ mudell, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw jekk għandhomx japplikaw aġġustament għall-valutazzjoni. Minbarra dan, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw il-bżonn li jitwaqqfu riżervi għal pożizzjonijiet anqas likwidi u reviżjoni fuq bażi kontinwa ta’ kemm dawn ikunu xierqa.

13.

Meta l-aġġustamenti/riżervi tal-valutazzjonijiet jirriżultaw f’telf materjali fis-sena finanzjarja kurrenti, dawn għandhom jitnaqqsu mill-fondi proprji oriġinali ta’ l-istituzzjoni skond il-punt (k) ta’ l-Arikolu 57 tad-Direttiva 2006/48/KE.

14.

Qligħ/telf ieħor li jirriżulta mill-aġġustamenti/riżervi tal-valutazzjoni għandu jkun inkluż fil-kalkolu tal-“profitti netti tar-reġistru tan-negozju” msemmija fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 13(2) u jkun miżjud jew imnaqqas mill-fondi proprji addizzjonali eliġibbli li jkopru r-rekwiżiti tar-riskju tas-suq skond dawn id-dispożizzjonijiet.

15.

Aġġustamenti/ riservi ta’ valutazzjoni li jaqbżu lil dawk li jkunu saru skond il-qafas ta’ kontabilità li l-istituzzjoni hija suġġetta għalih għandhom ikunu trattati skond il-punt 13 jekk iwasslu għal telf materjali, jew inkella skond il-punt 14.

PARTI C

Koperturi Interni

1.

Kopertura interna hija pożizzjoni li materjalment jew kompletament tkopri l-element ta’ riskju komponenti ta’ pożizzjoni jew sett ta’ pożizzjonijiet li ma jkunux fuq ir-reġistru tan-negozju. Pożizzjonijiet li jirriżultaw minn koperturi interni huma eliġibbli għal trattament tal-kapital tar-reġistru tan-negozju, sakemm ikunu miżmuma bl-intenzjoni ta’ negozju u li l-kriterji ġenerali dwar l-intenzjoni ta’ negozju u l-valutazzjoni prudenti speċifikati fil-Partijiet A u B jkunu ssodisfati. B’mod partikolari:

(a)

il-koperturi interni m’għandhomx ikunu primarjament maħsuba biex ikunu evitati jew imnaqqsa r-rekwiżiti tal-kapital;

(b)

il-koperturi interni għandhom ikunu dokumentati kif suppost u suġġetti għal proċeduri interni partikolari ta’ approvazzjoni u verifika;

(c)

it-tranżazzjonijiet interni għandhom ikunu trattati bil-kundizzjonijiet tas-suq;

(d)

il-biċċa l-kbira tar-riskju tas-suq iġġenerat mill-kopertura interna għandu jkun ġestit b’mod dinamiku fir-reġistru tan-negozju fil-limiti awtorizzati; u

(e)

it-tranżazzjonijiet interni għandhom ikunu sorveljati bir-reqqa.

Il-monitoraġġ għandu jkun żgurat permezz ta’ proċeduri adegwati.

2.

It-trattament imsemmi fil-punt 1 japplika bla ħsara għar-rekwiżiti tal-kapital applikabbli għall-“parti ta’ barra r-reġistru tan-negozju” tal-kopertura interna.

3.

Minkejja l-punti 1 u 2, meta istituzzjoni tkopri skopertura barra mir-reġistru tan-negozju permezz ta’ derivattiv ta’ kreditu imdaħħal fir-reġistru tan-negozju (permezz ta’ kopertura interna), l-iskopertura barra mir-reġistru tan-negozju m’hijiex meqjusa bħala koperta għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti tal-kapital sakemm l-istituzzjoni ma tixtriex minn terza persuna eliġibblili li tipprovdu protezzjoni derivattiv ta’ kreditu li tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-punt 19 tal-Parti 2 ta’ l-Anness VIII tad-Direttiva 2006/48/KE fir-rigward ta’ l-iskopertura barra mir-reġistru tan-negozju. Meta tinxtara protezzjoni minn terza persuna u din tkun rikonoxxuta bħala kopertura ta’ skopertura barra mir-reġistru tan-negozju għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti tal-kapital, la l-kopertura ta’ derivattiv ta’ kreditu interna u l-anqas dik esterna ma tkun inkluża fir-reġistru tan-negozju għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti tal-kapital.

PARTI D

Inklużjonijiet fir-Reġistru tan-Negozju

1.

L-istituzzjonijiet għandhu jkollhom politika u proċeduri definiti b’mod ċar sabiex jiġu determinati liema pożizzjonijiet għandhom ikunu inklużi fir-reġistru tan-negozju għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti tal-kapital, konsistenti mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 11 u filwaqt li jiġu kkonsidrati l-prattiki u l-kapaċitajiet ta’ l-immaniġġjar tar-riskju ta’ l-istituzzjoni. Konformità ma’ dawn il-politiki u proċeduri għandha tkun dokumentata bis-sħiħ u għandha tkun suġġetta għal verifika interna perjodika.

2.

L-istituzzjonijiet għandhu jkollhom politiki u proċeduri definiti b’mod ċar għall-immaniġġjar ġenerali tar-reġistru tan-negozju. Ta’ l-anqas dawn il-politiki u proċeduri għandhom jindirizzaw:

(a)

l-attivitajiet li l-ististuzzjoni tqis bħala attivitajiet ta’ negozju u dawk li tqis li jikkostitwixxu parti mir-reġistru tan-negozju għall-finijiet tar-rekwiżiti tal-kapital;

(b)

sa liema punt pożizzjoni tista’ tiġi mmarkata għas-suq ta’ kuljum permezz ta’ referenza għal suq attiv u likwidu f’żewġ direzzjonijiet;

(c)

għal pożizzjonijiet li huma mmarkati permezz ta’ mudell intern, sa liema punt l-istituzzjoni hija kapaċi:

(i)

tidentifika r-riskji materjali kollha tal-pożizzjoni;

(ii)

tkopri r-riskji materjali kollha tal-pożizzjoni bi strumenti li għalihom jeżisti suq attiv u likwidu f’żewġ direzzjonijiet; u

(iii)

tikseb stimi affidabbli għall-preżunzjoni u l-parametri ewlenin utilizzati fil-mudell;

(d)

sa liema punt l-istituzzjoni hija kapaċi, u hija obbligata biex, tiġġenera evalwazzjonijiet għall-pożizzjoni li tistà tkun validata esternament b’mod konsistenti;

(e)

sa liema punt restrizzjonijiet legali jew ħtiġijiet operattivi oħrajn se jxekklu l-kapaċità ta’ l-istituzzjoni biex twettaq likwidazzjoni jew kopertura tal-pożizzjoni fi żmien qasir;

(f)

sa liema punt l-istituzzjoni hija kapaċi, u hija obbligata biex, timmaniġġja riskju b’mod attiv il-pożizzjoni fl-operazzjoni tan-negozju tagħha; u

(g)

sa liema punt l-istituzzjoni tistà titrasferixxi riskju jew pożizzjonijiet bejn ir-reġistri barra min-negozju u dawk tan-negozju u l-kriterja għal trasferimenti bħal dawn.

3.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet biex jittrattaw pożizzjonijiet li huma holdings fil-ktieb tan-negozju kif stipulat fl-Artikolu 57 (l), (m) u (n) tad-Direttiva 2006/48/KE, bħala strumenti ta’ ekwita’ jew ta’ dejn skond kif ikun xieraq meta istituzzjoni turi li hija “market maker” attiva f’dawn il-pożizzjonijiet. F’dan il-każ, l-istituzzjoni għandu jkollha sistemi u kontrolli xierqa madwar in-negozjar ta’ l-istrumenti eliġibbli tal-fondi proprji.

4.

It-tranżazzjonijiet ta’ ċertu żmien tat-tip “repo” relatati man-negozju li istituzzjoni tagħti rendikont tagħhom barra r-reġistru tan-negozju jistgħu jkunu inklużi fir-reġistru tan-negozju għall-finijiet tar-rekwiżiti tal-kapital sakemm kull tranżazzjoni tat-tip “repo” tkun inkluża. Għal dan il-għan, tranżazzjonijiet tat-tip “repo” relatati man-negozju huma definiti bħala dawk li jilħqu r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 11(2) u ta’ l-Anness VII, Parti A, u ż-żewġ partijiet huma fil-forma ta’ flus kontanti jew titoli li jistgħu jiġu inklużi fir-reġistru tan-negozju. Irrispettivament ta’ fejn ikunu rreġistrati, it-tranżazzjonijiet kollha tat-tip “repo” huma suġġett għal spiża ta’ riskju ta’ kreditu ta’ kontroparti barra mir-reġistru tan-negozju.


ANNESS VIII

DIRETTIVI MĦASSRA

PARTI A

Direttivi mħassra flimkien ma’ l-emendi suċċessivi tagħhom

(imsemmija fl-Artikolu 52)

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/6/KEE tal-15 ta’ Marzu 1993 dwar l-adegwatezza ta’ kapital tal-kumpaniji ta’ l-investiment u ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu

Id-Direttiva 98/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/6/KE dwar l-adegwatezza tal-kapital ta’ kumpaniji ta’ l-investiment u istituzzjonijiet tal-kreditu

Id-Direttiva 98/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li temenda l-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 77/780/KEE fuq il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-Artikoli 2, 5, 6, 7, 8 u l-Annessi II and III tad-Direttiva tal-Kunsill 89/647/KEE dwar il-proporzjon ta’ solvenza (solvency ratio) għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-Artikolu 2 u l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 93/6/KEE dwar l-adegwatezza tal-kapital ta’ impriżi ta’ l-investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu

Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar impriżi ta’ assigurazzjoni u ditti ta’ l-investiment f’konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill:

Art. 26 biss

Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq tas-servizzi finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE:

Art. 67 biss

PARTI B

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

(imsemmija fl-Artikolu 52)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

Direttiva tal-Kunsill 93/6/KEE

1.7.1995

Direttiva 98/31/KE

21.7.2000

Direttiva 98/33/KE

21.7.2000

Direttiva 2002/87/KE

11.8.2004

Direttiva 2004/39/KE

Għadha mhix disponibbli

Direttiva 2005/1/KE

13.5.2005


ANNESS IX

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Din id-Direttiva

Direttiva 93/6/KEE

Direttiva 98/31/KE

Direttiva 98/33/KE

Direttiva 2002/87/KE

Direttiva 2004/39/KE

Artikolu 1 (1) l-ewwel sentenza

 

 

 

 

 

Artikolu 1 (1) it-tieni sentenza u (2)

Artikolu 1

 

 

 

 

Artikolu 2(1)

 

 

 

 

 

Artikolu 2(2)

Artikolu 7(3)

 

 

 

 

Artikolu 3(1)(a)

Artikolu 2(1)

 

 

 

 

Artikolu 3(1)(b)

Artikolu 2(2)

 

 

 

Artikolu 67(1)

L-Artikolu 3(1)(c) sa (e):

Artikolu 2(3) sa (5)

 

 

 

 

Artikolu 3 (1)(f) u (g):

 

 

 

 

 

Artikolu 3 (1)(h):

Artikolu 2(10)

 

 

 

 

Artikolu 3 (1)(i)

Artikolu 2(11)

 

Artikolu 3(1)

 

 

Artikolu 3(1)(j)

Artikolu 2(14)

 

 

 

 

Artikolu 3(1)(k) u (l)

Artikolu 2(15) u (16)

Artikolu 1(1)(b)

 

 

 

Artikolu 3(1)(m)

Artikolu 2(17)

Artikolu 1(1)(c)

 

 

 

Artikolu 3 (1)(n)

Artikolu 2(18)

Artikolu 1(1)(d)

 

 

 

Artikolu 3(1)(o) sa (q)

Artikolu 2(19) sa (21)

 

 

 

 

Artikolu 3(1)(r)

Artikolu 2(23)

 

 

 

 

Artikolu 3(1)(s)

Artikolu 2(26)

 

 

 

 

Artikolu 3(2)

Artikolu 2(7) u (8)

 

 

 

 

Artikolu 3(3)(a) u (b)

Artikolu 7(3)

 

 

Artikolu 26

 

Artikolu 3(3)(c)

Artikolu 7(3)

 

 

 

 

Artikolu 4

Artikolu 2(24)

 

 

 

 

Artikolu 5

Artikolu 3(1) u (2)

 

 

 

 

Artikolu 6

Artikolu 3(4)

 

 

 

Artikolu 67(2)

Artikolu 7

Artikolu 3(4a)

 

 

 

Artikolu 67(3)

Artikolu 8

l-Artikolu 3(4b)

 

 

 

Artikolu 67(3)

Artikolu 9

Artikolu 3(3)

 

 

 

 

Artikolu 10

Artikolu 3(5) sa (8)

 

 

 

 

Artikolu 11

Artikolu 2(6)

 

 

 

 

Artikolu 12, l-ewwel sub-paragrafu

Artikolu 2(25)

 

 

 

 

Artikolu 12, it-tieni paragrafu

 

 

 

 

 

Artikolu 13(1), l-ewwel sub-paragrafu

Artikolu V(1), l-ewwel sub-paragrafu

 

 

 

 

Artikolu 13(1) it-tieni sub-paragrafu u (2) sa (5)

Anness V(1) it-tieni sub-paragrafu u (2) sa (5)

Artikolu 1(7) u Anness 4(a)(b)

 

 

 

Artikolu 14

Anness V(6) u (7)

Anness 4(c)

 

 

 

Artikolu 15

Anness V(8)

 

 

 

 

Artikolu 16

Anness V(9)

 

 

 

 

Artikolu 17

 

 

 

 

 

Artikolu 18(1), l-ewwel sub-paragrafu

Artikolu 4(1), l-ewwel sub-paragrafu

 

 

 

 

Artikolu 18(1)(a) u (b)

Artikolu 4(1)(i) u (ii)

Artikolu 1(2)

 

 

 

Artikolu 18(2) sa (4)

Artikolu 4(6) sa (8)

 

 

 

 

Artikolu 19(1)

 

 

 

 

 

Artikolu 19(2)

Artikolu 11(2)

 

 

 

 

Artikolu 19(3)

 

 

 

 

 

Artikolu 20

 

 

 

 

 

Artikolu 21

Anness IV

 

 

 

 

Artikolu 22

 

 

 

 

 

Artikolu 23, l-ewwel u t-tieni paragrafi

Artikolu 7(5) u (6)

 

 

 

 

Artikolu 23, t-tielet paragrafu

 

 

 

 

 

Artikolu 24

 

 

 

 

 

Artikolu 25

 

 

 

 

 

Artikolu 26(1)

Artikolu 7(10)

Artikolu 1(4)

 

 

 

Artikolu 26(2) sa (4)

Artikolu 7(11) sa (13)

 

 

 

 

Artikolu 27

Artikolu 7(14) u (15)

 

 

 

 

Artikolu 28(1)

Artikolu 5(1)

 

 

 

 

Artikolu 28(2)

Artikolu 5(2)

Artikolu 1(3)

 

 

 

Artikolu 28(3)

 

 

 

 

 

Artikolu 29(1)(a) sa (c) u ż-żewġ sub-paragrafi ta’ wara

Anness VI(2)

 

 

 

 

Artikolu 29(1), l-aħħar sub-paragrafu

 

 

 

 

 

Artikolu 29(2)

Anness VI(3)

 

 

 

 

Artikolu 30(1) u (2) l-ewwel sub-paragrafu

Anness VI(4) u (5)

 

 

 

 

Artikolu 30(2), it-tieni sub-paragrafu

 

 

 

 

 

Artikolu 30(3) u (4)

Anness VI(6) u (7)

 

 

 

 

Artikolu 31

Anness VI(8)(1), (2) l-ewwel sentenza, (3) u (5)

 

 

 

 

Artikolu 32

Anness VI(9) u (10)

 

 

 

 

Artikolu 33(1) u (2)

 

 

 

 

 

Artikolu 33(3)

Artikolu 6(2)

 

 

 

 

Artikolu 34

 

 

 

 

 

Artikolu 35(1) sa (4)

Artikolu 8(1) sa (4)

 

 

 

 

Artikolu 35(5)

Artikolu 8(5) l-ewwel sentenza

Artikolu 1(5)

 

 

 

Artikolu 36

Artikolu 9(1) sa (3)

 

 

 

 

Artikolu 37

 

 

 

 

 

Artikolu 38

Artikolu 9(4)

 

 

 

 

Artikolu 39

 

 

 

 

 

Artikolu 40

Artikolu 2(9)

 

 

 

 

L-Artikolu 41(1)(a) sa (c)

Artikolu 10 l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi

 

 

 

 

L-Artikolu 41(1)(d) u (e)

 

 

 

 

 

Artikolu 41(1)(f)

Artikolu 10 r-raba’ inċiż

 

 

 

 

L-Artikolu 41(1)(g)

 

 

 

 

 

Artikolu 42

 

 

 

 

 

Artikolu 43

 

 

 

 

 

Artikolu 44

 

 

 

 

 

Artikolu 45

 

 

 

 

 

Artikolu 46

Artikolu 12

 

 

 

 

Artikolu 47

 

 

 

 

 

Artikolu 48

 

 

 

 

 

Artikolu 49

 

 

 

 

 

Artikolu 50

Artikolu 15

 

 

 

 

L-Anness I(1) sa (4)

L-Anness I(1) sa (4)

 

 

 

 

Artikolu I(4), l-aħħar paragrafu

Artikolu 2(22)

 

 

 

 

Anness I(5) sa (7)

Anness I(5) sa (7)

 

 

 

 

Anness I(8)

 

 

 

 

 

Anness I(9) sa (11)

Anness I(8) sa (10)

 

 

 

 

Anness I(12) sa (14)

Anness I(12) sa (14)

 

 

 

 

Anness I(15) sa (16)

Artikolu 2(12)

 

 

 

 

Anness I(17) sa (41)

Anness I(15) sa (39)

 

 

 

 

Anness I(42) sa (56)

 

 

 

 

 

Anness II(1) u (2)

Anness II(1) u (2)

 

 

 

 

Anness I(3) sa (11)

 

 

 

 

 

Anness III(1)

Artikolu III(1), l-ewwel sub-paragrafu

Artikolu 1(7) u Anness 3(a)

 

 

 

Anness III(2)

Anness III(2)

 

 

 

 

Artikolu III(2.1) l-ewwel sat-tielet paragrafi

Anness III(3.1)

Artikolu 1(7) u Anness 3(b)

 

 

 

Artikolu III(2.1) ir-raba’ paragrafu

 

 

 

 

 

Artikolu III(2.1) il-ħames paragrafu

Anness III(3.2)

Artikolu 1(7) u Anness 3(b)

 

 

 

Anness III(2.2), (3), (3.1)

Anness III(4) sa (6)

Artikolu 1(7) u Anness 3(c)

 

 

 

Anness III(3.2)

Anness III(8)

 

 

 

 

Anness III(4)

Anness III(11)

 

 

 

 

Anness IV(1) sa (20)

Anness VII(1) sa (20)

Artikolu 1(7) u Anness 5

 

 

 

Anness IV(21)

Artikolu 11a

Artikolu 1(6)

 

 

 

Artikolu V(1) sa (12) ir-raba’ paragrafu

Anness VIII(1) sa (13)(ii)

Artikolu 1(7) u Anness 5

 

 

 

Artikolu V(12), il-ħames paragrafu

 

 

 

 

 

Artikolu V(12) is-sitt paragrafu sa (13)

Anness VIII(13)(iii) sa (14)

Artikolu 1(7) u Anness 5

 

 

 

Anness VI

Anness VI(8)(2) wara l-ewwel sentenza

 

 

 

 

Anness VII

 

 

 

 

 

Anness VIII

 

 

 

 

 

Anness IX