|
28.11.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
219 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/27/KE
tat-3 ta' Marzu 2006
li temenda għall-għanijiet ta' l-adattament għall-progress tekniku d-Direttivi tal-Kunsill 93/14/KEE dwar l-ibbrejkjar tal-vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta u 93/34/KEE dwar markar statutorju għal vetturi bil-mutur b’żewġ jew tliet roti, id-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/1/KE dwar il-veloċità massima ddisinjata, it-torque massimu u l-qawwa massima netta tal-magna ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta u 97/24/KE dwar ċerti komponenti u karatteristiċi ta' vetturi bil-mutur b'żewġ jew tliet roti
(Test b'rilevanza għaz-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Marzu 2002 dwar il-veloċità massima ddisinjata, it-torque massimu u l-qawwa netta massima tal-magna ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta u li tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/14/KEE tal-5 ta' April 1993 dwar l-ibbrejkjar tal-vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha.
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/34/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1993 dwar l-immarkar statutorju tal-vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/1/KE dwar il-veloċità massima ddisinjata, it-torque massimu u l-qawwa massima netta tal-magna ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 97/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 1997 dwar ċerti komponenti u karatteristiċi ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttivi 93/14/KEE, 93/34/KEE, 95/1/KE u 97/24/KE huma Direttivi separati għall-għanijiet tal-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip stipulata fid-Direttiva 2002/24/KE. |
|
(2) |
Huwa meħtieġ li tiġi introdotta l-aħħar emenda lir-Regolament tan-Nazzjonijiet Uniti/ECE Nru 78 fir-rekwiżiti Ewropej għall-approvazzjoni tat-tip sabiex tinżamm l-ekwivalenza bejn ir-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 93/14/KEE u dawk stipulati fir-Regolament tan-Nazzjonijiet Uniti/ECE Nru 78. |
|
(3) |
Ir-rekwiżiti dwar markar statutorju u l-veloċità massima għal vetturi bil-magna [mutur] b'żewġ roti jew tlieta, kif stipulati fid-Direttivi 93/34/KEE u 95/1/KE jistgħu jiġu simplifikati għal raġunijiet ta' regolamentazzjoni aħjar. |
|
(4) |
Sabiex jiġi żgurat it-tħaddim tajjeb tas-sistema ta' l-approvazzjoni tat-tip kollha kemm hi, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat liema dispożizzjonijiet dwar il-partijiet li jisporġu 'l barra, dwar l-ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza u dwar iċ-ċinturini tas-sikurezza għandhom japplikaw għal vetturi bil-body u oħrajn mingħajru. |
|
(5) |
Fid-Direttiva 97/24/KE, ir-rekwiżiti għall-immarkar tal-konverters katalitiċi oriġinali u s-sajlensers oriġinali għandhom jiġu ċċarati u kompletati. |
|
(6) |
Id-Direttivi 93/14/KEE, 93/34/KEE, 95/1/KE u 97/24/KE għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Adattament għall-Progress Tekniku, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness tad-Direttiva 93/14/KEE huwa emendat skond it-test fl-Anness I ta' din id-Direttiva.
Artikolu 2
L-Anness tad-Direttiva 93/34/KEE huwa emendat skond it-test fl-Anness II ta' din id-Direttiva.
Artikolu 3
L-Anness I tad-Direttiva 95/1/KE huwa emendat skond it-test fl-Anness III ta' din id-Direttiva.
Artikolu 4
L-Anness III tal-Kapitolu 1, l-Annessi I u II tal-Kapitolu 3, l-Anness I tal-Kapitolu 4, l-Annessi I, II, VI, u VII tal-Kapitolu 5, l-Anness tal-Kapitolu 7, l-Annessi II, III u IV tal-Kapitolu 9, it-titolu u l-Anness I tal-Kapitolu 11 u l-Annessi I u II tal-Kapitolu 12 tad-Direttiva 97/24/KE huma emendati skond it-test ta' l-Anness IV għal din id-Direttiva.
Artikolu 5
1. B'effett mill-1 ta' Jannar 2007, fir-rigward ta' vetturi b'żewġ jew bi tliet roti li huma konformi mad-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttivi 93/14/KEE, 93/34/KEE, 95/1/KE, u 97/24/KE rispettivament, kif emendati b'din id-Direttiva, l-Istati Membri m'għandhomx, għal raġunijiet marbuta mas-suġġett tad-Direttiva kkonċernata, jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE jew jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' vettura bħal din.
2. B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, l-Istati Membri għandhom jirrifjutaw, għal raġunijiet marbuta mas-suġġett tad-Direttiva kkonċernata, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE lil kwalunkwe vettura bil-mutur b'żewġ jew tliet roti li mhix konformi mad-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttivi 93/14/KEE, 93/34/KEE, 95/1/KE, u 97/24/KE rispettivament, kif emendati b'din id-Direttiva.
Artikolu 6
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2006. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u d-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.
Artikolu 7
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 8
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar it-3 ta' Marzu 2006.
Għall-Kummissjoni
Günter VERHEUGEN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 124, 9.5.2002, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/30/KE (ĠU L 106, 27.4.2005, p. 17).
(2) ĠU L 121, 15.5.1993, p. 1.
(3) ĠU L 188, 29.7.1993, p. 38 Id-Direttiva emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/25/KE (ĠU L 104, 21.4.1999, p. 19).
(4) ĠU L 52, 8.3.1995, p. 1. Id-Direttiva emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/41/KE (ĠU L 133, 18.5.2002, p. 17).
(5) ĠU L 226, 18.8.1997, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/30/KE (ĠU L 106, 27.4.2005, p. 17).
ANNESS I
L-Anness tad-Direttiva 93/14/KEE huwa emendat hekk:
|
(1) |
It-taqsima 2.1.1.3 li ġejja tiddaħħal:
|
|
(2) |
L-Appendiċi 1 huwa emendat hekk:
|
ANNESS II
L-Anness tad-Direttiva 93/34/KEE huwa emendat hekk:
It-Taqsima 3.1.1.2 tinbidel b'dan li ġej:
|
“3.1.1.2. |
It-tieni parti tikkonsisti minn sitt karattri (ittri jew numri) biex ikunu deskritti l-karatteristiċi ġenerali tal-vettura (tip, varjant, u fil-każ tal-mopeds, il-verżjoni); kull karatteristika tista' tkun rappreżentata permezz ta' diversi karattri. Jekk il-manifattur tagħha ma jużax waħda jew aktar minn dawk il-karattri, l-ispazji mhux użati jridu jimtlew b'karattri alfabetiċi jew numeriċi, l-għażla titħalla f'idejn il-manifattur;” |
ANNESS III
L-Anness I għad-Direttiva 95/1/KE hu emendat hekk:
It-Taqsima 7 tinbidel b'dan li ġej:
“7. VELOĊITÀ MASSIMA
Il-veloċità massima tal-vettura hija espressa f'kilometri fis-siegħa permezz tan-numru li jikkorrispondi għall-eqreb numru sħiħ għall-medja aritmetika tal-valuri tal-veloċitajiet imkejla matul iż-żewġ testijiet konsekuttivi, li m'għandhomx ikunu differenti aktar minn 3 %. Meta din il-medja aritmetika tinzerta eżattament bejn żewġ numri sħaħ, titqarreb lejn in-numru ogħla li jmiss. Fil-każ ta' vetturi li fihom il-veloċità massima mhix limitata permezz tad-definizzjoni rilevanti mogħtija fl-Artikolu 1, it-taqsimiet 2 u 3 tad-Direttiva 2002/24/KE, l-ebda test għall-approvazzjoni tat-tip ma hu meħtieġ, u l-veloċità massima li tiġi ddikjarata mill-manifattur tal-vettura fid-dokument ta' informazzjoni fl-Anness II tad-Direttiva 2002/24/KE għandha tiġi aċċettata.”
ANNESS IV
Id-Direttiva 97/24/KE hija emendata hekk:
|
(1) |
Fit-taqsima II.1 ta' l-Appendiċi 2 għall-Anness III tal-Kapitolu 1, il-ħames inċiż jitħassar. |
|
(2) |
Il-Kapitolu 3 jiġi emendat kif ġej:
|
|
(3) |
Fl-Anness I tal-Kapitolu 4 jiżdiedu t-taqsimiet 14 u 15 li ġejjin:
|
|
(4) |
Il-Kapitolu 5 jiġi emendat hekk:
|
|
(5) |
Il-Kapitolu 7 jiġi emendat hekk:
|
|
(6) |
Il-Kapitolu 9 jiġi emendat hekk:
|
|
(7) |
Il-Kapitolu 11 jiġi emendat hekk:
|
|
(8) |
Il-Kapitolu 12 huwa emendat hekk:
|