28.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

211


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/26/KE

tat-2 ta’ Marzu 2006

li temenda, għall-għanijiet ta' l-adattament għall-progress tekniku, id-Direttivi tal-Kunsill 74/151/KEE, 77/311/KEE, 78/933/KEE u 89/173/KEE dwar tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju li jinġibed li jista’ jinbidel, flimkien mas-sistemi tagħhom, il-komponenti u l-unitajiet separati teknici u li tħassar id-Direttiva 74/150/KEE (1) u partikolarment l-Artikolu 19(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 74/151/KEE ta' l-4 ta' Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar ċerti partijiet u karatteristiċi ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (2) u partikolarment l-Artikolu 4 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 77/311/KEE tad-29 ta' Marzu 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward il-livell ta' storbju kif jinstema' mis-sewwieq ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 78/933/KEE tas-17 ta' Ottubru 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatati ma' l-installazzjoni ta’ dawl u mezzi ta' sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-forestrija (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/173/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar ċerti partijiet u karatteristiċi ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (5) u partikolarment l-Artikolu 9 tagħha,

Billi:

(1)

Ir-rekwiżiti introdotti mid-Direttiva 74/151/KEE għall-piż mgħobbi u l-piż għall-fus massimu permissibbli jeħtieġu li jiġu adattati għal tratturi moderni, filwaqt li jitqies it-titjib fit-teknoloġija tat-tratturi fir-rigward taż-żieda fil-produttività kif ukoll is-sikurezza fuq il-post tax-xogħol.

(2)

Sabiex jiġi ffaċiltat l-operat globali ta' l-industrija Komunitarja, hu meħtieg li r-regolamenti tekniċi u standards Komunitarji jinġiebu f’konformità mar-regolamenti tekniċi u standards globali korrispondenti. Fir-rigward tal-limiti massimi stipulati fid-Direttiva 77/311/KEE għal-livell ta' storbju kif jinstema' mis-sewwieq ta' tratturi agrikoli jew forestali bir-roti, il-veloċità rikjesta mit-test stabbilità fl-Annessi I u II għal dik id-Direttiva għandha għalhekk tiġi armonizzata mal-veloċità rikjesta mit-test meħtieġa f'regolamenti tekniċi globali jew standards bħalma huma l-Kodiċi 5 ta' l-OECD u l-ISO 5131:1996 (6) Dan għandu jiffaċilita.

(3)

Huwa xieraq li r-rekwiżiti introdotti bid-Direttiva 78/933/KEE dwar l-installazzjoni ta’ dawl u mezzi ta' sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-foresterija jiġu adattati għall-ħtiġiet tal-lum għal disinn aktar sempliċi u illuminazzjoni aħjar.

(4)

Ir-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 89/173/KEE dwar il-glazing u l-igganċjar ta' tratturi agrikoli u forestali bir-roti għandhom jinġiebu f'konformità ma' żviluppi teknoloġiċi ta' dan l-aħħar. Partikolarment, glazing tal-polikarbonat/plastik għandu jitħalla jintuża f'applikazzjonijiet li mhumiex marbuta ma' windskrins sabiex tittejjeb il-protezzjoni ta' l-okkupanti fl-eventwalità li ż-żona tal-kabina tas-sewwieq tiġi ppenetrata minn xi oġġett/i. Ir-rekwiżiti marbuta ma' gganċjar mekkaniku għandhom jinġiebu f'konformità ma' l-istandard ISO 6489 - 1. Barra minhekk, sabiex jitnaqqsu n-numru u s-serjetà ta' l-aċċidenti u tissaħħaħ is-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, huwa xieraq illi mhux biss jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet addizzjonali dwar uċuħ jaħarqu, iżda li jiġu stabbilti wkoll miżuri dwar għotjien għat-terminali tal-batteriji, kif ukoll miżuri maghmula biex jiġi evitat ħall bla ħsieb.

(5)

Id-Direttivi 74/151/KEE, 77/311/KEE, 78/933/KEE u 89/173/KEE għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 2003/37/KE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emenda għad-Direttiva 74/151/KEE

Id-Direttiva 74/151/KEE hija emendata kif indikat fl-Anness I ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

Emenda għad-Direttiva 77/311/KEE

Id-Direttiva 77/311/KEE hija emendata skond l-Anness II ta' din id-Direttiva.

Artikolu 3

Emenda għad-Direttiva 78/933/KEE

Id-Direttiva 78/933/KEE hija emendata skond l-Anness III ta' din id-Direttiva.

Artikolu 4

Emenda għad-Direttiva 89/173/KEE

Id-Direttiva 89/173/KEE hija emendata skond l-Anness IV ta' din id-Direttiva.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   B'effett mill-1 ta' Jannar 2007, fir-rigward ta' vetturi li huma konformi mar-rekwiżiti stipulati rispettivament fid-Direttivi 74/151/KEE, 78/933/KEE, u 77/311/KEE u 89/173/KEE kif emendati b'din id-Direttiva, l-Istati Membri m'għandhomx, għal raġunijiet marbuta mas-suġġett tad-Direttiva kkonċernata:

(a)

jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE jew li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali;

(b)

jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz tat-tali vetturi,

2.   B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, fir-rigward ta' vetturi li m'humiex konformi mar-rekwiżiti stipulati rispettivament fid-Direttivi 74/151/KEE, 78/933/KEE, u 77/311/KEE u 89/173/KEE kif emendati b'din id-Direttiva, u għal raġunijiet marbuta mas-suġġett tad-Direttiva kkonċernata, l-Istati Membri:

(a)

m'għandhomx jibqgħu joħorġu l-approvazzjoni tat-tip KE,

(b)

jistgħu jirrifjutaw li joħorġu approvazzjoni tat-tip nazzjonali.

3.   B'effett mill-1 ta' Lulju 2009, fir-rigward ta' vetturi li m'humiex konformi mar-rekwiżiti stipulati rispettivament fid-Direttivi 74/151/KEE, 78/933/KEE, u 77/311/KEE u 89/173/KEE kif emendati b'din id-Direttiva, u għal raġunijiet marbuta mas-suġġett tad-Direttiva kkonċernata, l-Istati Membri:

(a)

għandhom iqisu ċertifikati ta' konformità li jakkumpanjaw vetturi ġodda skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/37/KE bħala mhux aktar validi għall-iskopijiet ta' l-artikolu 7(1),

(b)

jistgħu jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' dawk il-vetturi ġodda.

Artikolu 6

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2006. Huma għandhom jgħaddu t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih, kif ukoll tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mill-imsemmija referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar it-2 ta’ Marzu 2006.

Għall-Kummissjoni

Gunter VERHEUGEN

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 171, tad-9.7.2003, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/67/KE (ĠU L 273, 19.10.2005, p. 17).

(2)   ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 25. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 1998/38/KE (ĠU L 170, 16.6.1998, p. 13).

(3)   ĠU L 105, tat-28.4.1977, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 277, 10.10.1997, p. 24).

(4)   ĠU L 325, ta' l-20.11.1978, p. 16. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/56/KE (ĠU L 146, tal-11.6.1999, p. 31).

(5)   ĠU L 67, ta' l-10.3.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.

(6)  Dawn id-dokumenti jistgħu jinsabu wkoll fil-paġni web http://www.oecd.org/dataoecd/35/19/34733683.PDF u http://www.iso.org/iso/en/CatalogueDetailPage. CatalogueDetail? CSNUMBER =20842 & ICS1=17 & ICS2=140 & ICS3=20.


ANNESS I

Fl-Anness I għad-Direttiva 74/151/KEE, punt 1.2 jinbidel b'dan li ġej:

“1.2

il-piż mgħobbi massimu permissibbli u l-piż massimu permissibbli għal kull fus i skond il-kategorija tal-vettura ma jeċċedix iċ-ċifri li jinsabu fit-Tabella 1.

Tabella 1

Il-Piż Mgħobbi Massimu Permissibbli u l-Piż Massimu Permissibbli għal kull Fus Skond il-Kategorija tal-Vettura

Kategorija tal-Vettura

Numru ta' Fusien

Piż Massimu Permissibbli

[t]

Piż Massimu Permissibbli għal kull Fus

Fus Attiv (Driven)

[t]

Fus Passiv (non-driven)

[t]

T1, T2, T4.1

2

18 (mgħobbi)

11,5

10

3

24 (mgħobbi)

11,5

10

T3

2, 3

0,6 (mhux mgħobbi)

 (1)

 (1)

T4.3

2, 3, 4

10 (mgħobbi)

 (1)

 (1)


(1)  Mhuwiex meħtieġ li jiġi stabbilit massimu għall-fusien għall-kategoriji ta' vetturi T3 u T4.3, għaliex diġà għandhom limitazzjonijiet inerenti fuq il-piż mgħobbi/mhux mgħobbi massimu permissibbli.”


ANNESS II

Id-Direttiva 77/311/KEE hi emendata kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-punt 3.2.2, “7,25 km/h” jinbidel b' “7,5 km/h”;

(ii)

fil-punt 3.3.1, “7,25 km/h” jinbidel b' “7,5 km/h”;

(2)

Fil-punt 3.2.3 ta' l-Anness II, “7,25 km/h” jinbidel b' “7,5 km/h”;


ANNESS III

Fid-Direttiva 78/933/KEE, l-Anness I huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-punt 4.5.1, il-frażi li ġejja tiżdied:

“Fanali addizzjonali għall-indikazzjoni tad-direzzjoni mhumiex mandatorji.”

(2)

il-punt 4.5.4.2 jinbidel b'dan li ġej:

“4.5.4.2

Tul:

'Il fuq mill-art

Mhux anqas minn 500 mm għal fanali għall-indikazzjoni tad-direzzjoni fil-kategorija 5,

mhux anqas minn 400 mm għal fanali għall-indikazzjoni tad-direzzjoni fil-kategoriji 1 u 2,

mhux aktar minn 1 900 mm għall-kategoriji kollha,

Jekk l-istruttura tat-trattur hija b'tali mod li din iċ-ċifra massima ma tistax tinżamm, l-għola punt fuq il-parti li tixgħel tista' tkun sa 2 300 mm għal fanali li jindikaw id-direzzjoni fil-kategorija 5, għal dawk fil-kategoriji 1 u 2 ta' l-arranġament A, għal dawk fil-kategorija 1 u 2 ta' l-arranġament B u għal dawk fil-kategorija 1 u 2 ta' l-arranġament D; tista' tkun sa 2 100 mm għal dawk fil-kategoriji 1 u 2 ta' arranġamenti oħra.

sa 4 000 mm għal fanali mhux mandatorji għall-indikazzjoni tad-direzzjoni.”

(3)

Fil-punt 4.7.4.2, iċ-ċifra “2 100 mm” tinbidel b' “2 300 mm”.

(4)

Fil-punt 4.10.4.2, iċ-ċifra “2 100 mm” tinbidel biċ-ċifra “2 300 mm”.

(5)

Fil-punt 4.14.5.2.2, iċ-ċifra “2 100 mm” tinbidel biċ-ċifra “2 300 mm”.

(6)

Il-punt 4.15.7, jinbidel b’dan li ġej.

“4.15.7

Jistgħu ‘jinġabru fi grupp’”

ANNESS IV

Id-Direttiva 89/173/KEE hi emendata kif ġej:

(1)

L-Anness II huwa emendat kifġej:

(a)

Fil-punt 2.2, il-punti li ġejjin jiżdiedu:

“2.2.6

‘Operat normali’ jfisser l-użu tat-trattur għall-iskopijiet maħsuba mill-manifattur u minn operatur li u midħla tal-karatteristiċi tat-trattur u li hu konformi ma' l-informazzjoni għall-operat, is-servizz u prassi sikuri, kif speċifikati mill-manifattur fil-manwal ta' l-operat u mis-sinjali fuq it-trakter.

2.2.7

‘Kuntatt bla ħsieb’ ifisser kuntatt mhux ippjanat bejn persuna u post perikoluż li jirriżulta minn azzjoni ta' persuna waqt l-operat u s-servizz normali tat-trattur.”

(b)

Fil-punt 2.3.2, il-punti li ġejjin jiżdiedu:

“2.3.2.16

uċuh jaħarqu

Uċuħ jaħarqu li jistgħu jintlaħqu mill-operatur waqt l-operat normali tat-trattur għandhom jitgħattew jew jiġu insulati. Dan japplika għal uċuħ jaħarqu li huma viċin għal turġien, poġġamani, mqabad u partijiet integrali tat-trattur li jintużaw bħala mezz sabiex l-utent jitla' fuq it-trattur u li jistgħu jintmessu bla ħsieb.

2.3.2.17

Għatu għat-terminali tal-batteriji

terminali mhux ertjati għandhom jiġu protetti minn xorts elettriċi involontarji.”

(2)

Fil-punt 1 ta' l-Anness IIIA, il-punt li ġej huwa miżjud:

“1.1.3

Glazing ta' plastik riġidu huwa permess għal applikazzjonijiet li mhumiex marbuta mal-windskrin kif approvati fid-Direttiva tal-Kunsill 92/22/KEE (*1) jew fir-Regolament NU-ECE nru 43, l-Anness 14.

(*1)   ĠU L 129, ta' l-14.5.1992, p. 11.” "

(3)

L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt 1.1, it-tieni inċiż jinbidel b'dan li ġej:

“—

ganċ għall-irmonk (ara l-Figura 1 – ‘Dimensjonijiet tal-Ganċ ta' rbit’ f'ISO 6489-1:2001),”

(b)

F’taqsima 2il-punt 2.9 li ġej hu miżjud:

“2.9

Sabiex ma jinħallx bla ħsieb mill-anella ta' l-irbit, id-distanza massima bejn il-ponta tal-ganċ ta' l-irmonk u l-irbit (tagħmir ta' rbit) m'għandhiex teċċedi 10 mm fit-tagħbija massima tad-disinn.”

(c)

Fl-Appendiċi 1 “Figura 3” u t-test relatat jitħassru.


(*1)   ĠU L 129, ta' l-14.5.1992, p. 11.” ’