|
28.11.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
158 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/15/KE
tas-7 ta’ Frar 2006
li tistabbilixxi t-tieni lista ta’ valuri ta’ limitu indikattivi ta’ espożizzjoni waqt ix-xogħol fl-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE u li temenda d-Direttivi 91/322/KEE u 2000/39/KE
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE (1) tas-7 ta’ April 1998 dwar il-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji relatati ma’ aġenti kimiċi fuq ix-xogħol, u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tagħha,
Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv għas-Sigurtà, Iġene u l-Ħarsien tas-Saħħa fuq ix-Xogħol,
Billi:
|
(1) |
Skond id-Direttiva 98/24/KE, il-Kummissjoni għandha tipproponi t-twaqqif fil-livell Komunitarju ta’ objettivi Ewropej fil-forma ta’ valuri ta’ limitu indikattivi ta’ espożizzjoni waqt ix-xogħol (IOELVs) għall-ħarsien tal-ħaddiema minn riskji kimiċi. |
|
(2) |
Fit-twettiq ta’ din il-ħidma, il-Kummissjoni hija mgħejjuna mill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Limiti ta’ l-Espożizzjoni għal Aġenti Kimiċi waqt ix-Xogħol (SCOEL) imwaqqfa mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/320/KE (2). |
|
(3) |
Valuri ta’ limitu indikattivi ta’ espożizzjoni waqt ix-xogħol huma valuri bbażati fuq is-saħħa u li ma jorbtux ġejjin mill-iktar data xjentifika reċenti disponibbli u jieħdu f’konsiderazzjoni d-disponibbiltà ta’ tekniki tat-tkejjil. Dawn jistabbilixxu limiti minimi ta’ livelli ta’ espożizzjoni li taħthom l-ebda sustanza ma tkun mistennija li tħalli effetti ta’ detriment. Huma bżonnjużi għad-determinazzjoni u l-evalwazzjoni tar-riskji minn min iħaddem skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/24/KE. |
|
(4) |
Għal kwalunkwe aġent kimiku li valuri ta’ limitu indikattivi ta' espożizzjoni waqt ix-xogħol huma stabbiliti għalih fil-livell Komunitarju, l-Istati Membri huma mitluba jistabbilixxu valur ta’ limitu nazzjonali ta’ espożizzjoni waqt ix-xogħol li jieħdu in konsiderazzjoni l-valur ta’ limitu Komunitarju, iżda jistgħu jiddeterminaw in-natura tiegħu skond il-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali. |
|
(5) |
Valuri ta’ limitu ta' espożizzjoni għandhom ikunu kkunsidrati bħala parti importanti mill-istrateġija ġenerali li tiżgura l-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol, mir-riskji li jiġu minn kimiċi perikolużi. |
|
(6) |
Ir-riżultati ta' l-evalwazzjonijiet tar-riskji u strateġiji żviluppati għat-tnaqqis tar-riskju fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill 793/93 (3) dwar l-evalwazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta’ sustanzi eżistenzi jipprovdu għat-twaqqif jew ir-reviżjoni ta’ OELs għal numru ta' sustanzi |
|
(7) |
L-ewwel u t-tieni lista ta' valuri ta’ limitu indikattivi ta' espożizzjoni waqt ix-xogħol ġew stabbiliti mid-Direttivi tal-Kummissjoni 91/322/KEE (4) u 96/94/KE (5) taħt id-Direttiva tal-Kunsill 80/1107/KEE tas-27 ta' Novembru 1980 dwar il-ħarsien tal-ħaddiema minn riskji relatati ma’ l-espożizzjoni għal sustanzi kimiċi, fiżiċi u bijoloġiċi fuq ix-xogħol (6). |
|
(8) |
Id-Direttiva 80/1107/KEE ġiet revokata b'effett mill-5 ta' Mejju 2001 mid-Direttiva 98/24/KE. |
|
(9) |
Id-Direttiva 98/24/KE stabbiliet li d-Direttivi 91/322/KEE u 96/94/KEE kellhom jibqgħu fis-seħħ. |
|
(10) |
Id-Direttiva 96/94/KE ġiet revokata b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2001 mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/39/KE tat-8 ta’ Ġunju 2000 li stabbiliet l-ewwel lista ta’ valuri ta' limitu indikattivi ta’ espożizzjoni waqt ix-xogħol fl-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE (7). |
|
(11) |
Fid-dawl ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-aħħar data xjentifika disponibbli, huwa xieraq li jiġu riveduti l-valuri ta' limitu indikattivi ta' espożizzjoni waqt ix-xogħol stabbiliti mid-Direttiva 91/322/KEE. |
|
(12) |
Skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 98/24/KE, l-SCOEL evalwat total ta’ 33 sustanza, li huma elenkati fl-Anness tad-Direttiva preżenti. Minn dawn it-33 sustanza, 17 kienu diġà elenkati fl-Anness tad-Direttiva 91/322/KEE. Għal 4 minn dawn is-sustanzi, l-SCOEL jirrakkomanda t-twaqqif ta’ valuri ta' limitu indikattivi ġodda u, għal 13-il sustanza, iż-żamma tal-valuri ta’ limitu ta’ qabel. Għalhekk dawk is-17-il sustanza elenkati issa fl-Anness tad-Direttiva preżenti għandhom jitħassru mill-Anness tad-Direttiva 91/322/KEE, filwaqt li l-10 sustanzi l-oħra jibqgħu fl-Anness tad-Direttiva 91/322/KEE. |
|
(13) |
L-10 sustanzi għandhom jibqgħu fl-Anness tad-Direttiva 91/322/KEE. Għal 9 minn dawn is-sustanzi l-SCOEL għadu ma rrakkomandax valur ta' limitu indikattivi ta' espożizzjoni waqt ix-xogħol, filwaqt li għas-sustanza li jifdal huwa mistenni li data xjentifika addizzjonali se tkun disponibbli fil-ġejjieni qrib u li se tintbagħat lill-SCOEL għal kunsiderazzjoni tiegħu. |
|
(14) |
Il-lista fl-Anness għal din id-Direttiva tinkorpora wkoll 16-il sustanza oħra li għalihom il-valuri ta’ limitu indikattivi ta’ espożizzjoni waqt ix-xogħol kienu rrakkomandati mill-SCOEL, wara evalwazzjoni ta’ l-aħħar data xjentifika disponibbli fuq l-effetti tas-saħħa waqt ix-xogħol u ngħata kont tad-disponibbiltà ta' tekniki tat-tkejjil skond l-Artikolu 3 tad-Direttiva 98/24/KE. |
|
(15) |
Wieħed minn dawk is-16-il sustanza, il-monochlorobenzene kien diġà elenkat fl-Anness tad-Direttiva 2000/39/KEE. L-SCOEL irrevediet l-IOELV fid-dawl tad-data xjentifika reċenti u rrakkomandat it-twaqqif ta’ IOELV ġdid. Għalhekk, din is-sustanza li issa hija elenkata fl-Anness tad-Direttiva preżenti għandha titħassar mill-Anness tad-Direttiva 2000/39/KE. |
|
(16) |
Hemm bżonn ukoll li jiġu stabbiliti valuri ta’ limitu ta' espożizzjoni għal ċerti sustanzi għal żmien qasir li jieħdu f’konsiderazzjoni l-effetti li jiġu minn espożizzjoni għal żmien qasir. |
|
(17) |
Għal ċerti sustanzi, hemm bżonn li tittieħed in konsiderazzjoni l-possibbiltà ta' penetrazzjoni minn ġol-ġilda sabiex jiġi żgurat l-aqwa livell ta' ħarsien possibbli. |
|
(18) |
Din id-Direttiva għandha tkun pass prattiku lejn li tintlaħaq id-dimensjoni soċjali tas-suq intern. |
|
(19) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat istitwit mill-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (8). |
|
(20) |
Id-Direttiva 91/322/KEE għandha tiġi emendata skond dan. |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 98/24/KE, qiegħda tiġi stabbilita minn hawnhekk it-tieni lista ta’ valuri ta' limitu indikattivi Komunitarji ta' espożizzjoni waqt ix-xogħol għall-aġenti kimiċi elenkati fl-Anness.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu indikattivi nazzjonali ta' espożizzjoni waqt ix-xogħol għall-aġenti kimiċi elenkati fl-Anness, b’konsiderazzjoni mogħtija lill-valuri Komunitarji.
Artikolu 3
Id-Direttiva 91/322/KEE hija emendata kif ġej: Fl-Anness, jitħassru r-referenzi għas-sustanzi nikotina, aċtu formiku, metanol, acetonitrile, nitrobenżina, resorċinol, dietilammina, dijossidu karboniku, aċtu oksaliku, ċijanamid, pentossidu tad-difosfru, pentasulphide tad-difosfru, bromin, fosfru pentachloride, pyrethrum, barju (komposti li jdubu bħall-Ba), fidda (komposti li jdubu bħall-Ag) u l-valuri ta’ limitu indikattivi.
Id-Direttiva 2000/39/KE hija emendata kif ġej: Fl-Anness, titħassar ir-referenza għas-sustanza Klorobenżin.
Artikolu 4
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jiġu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn tmintax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ.
Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza meta jkunu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw it-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali ta' liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva lill-Kummissjoni.
Artikolu 5
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 6
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Maghmul fi Brussell, nhar is-7 ta’ Frar 2006.
Ghall-Kummissjoni
Vladimir SPIDLA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L131 tal-5.5.1998, p. 11.
(2) ĠU L188 tad-9.8.1995, p. 14
(3) ĠU L 84, tal-5.4.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p.1).
(4) ĠU L 177, tal-5.7.1991, p. 22.
(5) ĠU L338 tat-28.12.1996, p. 86.
(6) ĠU L327 tat-3.12.1980, p. 8.
(7) ĠU L 142, tas-16.6.2000, p. 47.
(8) ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1.
ANNESS
VALURI TA’ LIMITU INDIKATTIVI TA’ ESPOŻIZZJONI WAQT IX-XOGĦOL
|
EINECS (1) |
CAS (2) |
Isem ta’ l-aġent |
Valuri ta’ limitu |
Notazzjoni (3) |
|||
|
8 siegħat (4) |
Fi żmien qasir (5) |
||||||
|
mg/m3 (6) |
ppm (7) |
mg/m3 (6) |
ppm (7) |
||||
|
200-193-3 |
54-11-5 |
Nikotina |
0,5 |
— |
— |
— |
ġilda |
|
200-579-1 |
64-18-6 |
Aċidu formiku |
9 |
5 |
— |
— |
— |
|
200-659-6 |
67-56-1 |
Metanol |
260 |
200 |
— |
— |
ġilda |
|
200-830-5 |
75-00-3 |
Kloroetanu |
268 |
100 |
— |
— |
— |
|
200-835-2 |
75-05-8 |
Acetonitrile |
70 |
40 |
— |
— |
ġilda |
|
201-142-8 |
78-78-4 |
Isopentane |
3 000 |
1 000 |
— |
— |
— |
|
202-716-0 |
98-95-3 |
Nitrobenżina |
1 |
0,2 |
- |
- |
ġilda |
|
203-585-2 |
108-46-3 |
Resorċinol |
45 |
10 |
— |
— |
ġilda |
|
203-625-9 |
108-88-3 |
Tolwin |
192 |
50 |
384 |
100 |
ġilda |
|
203-628-5 |
108-90-7 |
Monochlorobenzene |
23 |
5 |
70 |
15 |
— |
|
203-692-4 |
109-66-0 |
Pentanu |
3 000 |
1 000 |
— |
— |
— |
|
203-716-3 |
109-89-7 |
Dietilammina |
15 |
5 |
30 |
10 |
— |
|
203-777-6 |
110-54-3 |
n-Hexane |
72 |
20 |
— |
— |
— |
|
203-806-2 |
110-82-7 |
Ċikloeksin |
700 |
200 |
— |
— |
— |
|
203-815-1 |
110-91-8 |
Morpholine |
36 |
10 |
72 |
20 |
— |
|
203-906-6 |
111-77-3 |
2-(2-Methoxyethoxy)ethanol |
50,1 |
10 |
— |
— |
ġilda |
|
203-961-6 |
112-34-5 |
2-(2-Butoxyethoxy)ethanol |
67,5 |
10 |
101,2 |
15 |
— |
|
204-696-9 |
124-38-9 |
Dijossidu karboniku |
9 000 |
5 000 |
— |
— |
— |
|
205-483-3 |
141-43-5 |
2-Aminoethanol |
2,5 |
1 |
7,6 |
3 |
ġilda |
|
205-634-3 |
144-62-7 |
Aċtu oksaliku |
1 |
— |
— |
— |
— |
|
206-992-3 |
420-04-2 |
Ċijanamid |
1 |
0,58 |
— |
— |
ġilda |
|
207-343-7 |
463-82-1 |
Neopentane |
3 000 |
1 000 |
— |
— |
— |
|
215-236-1 |
1314-56-3 |
Pentossidu tad-difosfru |
1 |
— |
— |
— |
— |
|
215-242-4 |
1314-80-3 |
Pentasulphide tad-difosfru |
1 |
— |
— |
— |
— |
|
231-131-3 |
|
Fidda (komposti li jdubu bħal Ag) |
0,01 |
— |
— |
— |
— |
|
Barju (komposti li jdubu bħal Ba) |
0,5 |
— |
— |
— |
— |
||
|
Kromju Metall, Kromju Inorganiku (II) Komposti u Kromju Inorganiku (III) Komposti (ma jdubux) |
2 |
— |
— |
— |
— |
||
|
231-714-2 |
7697-37-2 |
Aċtu nitriku |
— |
— |
2,6 |
1 |
— |
|
231-778-1 |
7726-95-6 |
Bromin |
0,7 |
0,1 |
— |
— |
— |
|
231-959-5 |
7782-50-5 |
Klorin |
— |
— |
1,5 |
0,5 |
— |
|
232-260-8 |
7803-51-2 |
Fosfin |
0,14 |
0,1 |
0,28 |
0,2 |
— |
|
8003-34-7 |
Pyrethrum (ippurifikat minn lattoni li jissensitizzaw) |
1 |
— |
— |
— |
— |
|
|
233-060-3 |
10026-13-8 |
Fosfru pentachloride |
1 |
— |
— |
— |
— |
(1) EINECS: Inventarju Ewropew ta' Sustanzi Kimiċi Eżistenti
(2) CAS: Numru tar-Reġistru tas-Servizz Kimiku Astratt.
(3) Notazzjoni tal-ġilda assenjata lill-valur ta' limitu ta' l-espożizzjoni waqt ix-xogħol tindika l-possibbiltà ta' assorbiment sinifikanti minn ġol-ġilda.
(4) Imkejjel jew ikkalkulat skond perjodu ta’ referenza ta’ tmien sigħat bħala medja maħduma fuq ħin differenzjat.
(5) Valur ta’ limitu li ’l fuq minnu ma għandux ikun hemm espożizzjoni u li huwa relatat għall perjodu ta’ 15-il minuta sakemm mhux speċifikat xorta oħra.
(6) mg/m3: milligrammi għal kull metru kubu ta’ arja f’20 °C u 101.3 KPa.
(7) ppm: parti għal kull miljun għal volum fl-arja (ml/m3).