|
28.11.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
41 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/4/KE
tas-26 ta’ Jannar 2006
li temenda l-Anness tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi tar-residwi tal-carbofuran
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi tal-fdalijiet tal-pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta’ Novembru ta’ l-1990 dwar l-iffissar tal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi ġewwa u fuq ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inklużi l-frott u l-ħxejjex (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fil-każ taċ-ċereali u l-prodotti li joriġinaw mill-pjanti inkluż frott u ħxejjex, il-livelli tar-residwi jirriflettu l-użu ta’ kwantitajiet minimi tal-pestiċidi meħtieġa sabiex tinkiseb il-protezzjoni effettiva tal-pjanti, applikata b’ tali mod li l-ammont tar-residwu huwa baxx kemm jista’ jkun aċċettabbli fil-prattika u tossikoloġikament, bil-konsiderazzjoni, b’ mod partikolari, għall-protezzjoni ta’ l-ambjent u l-istima tal-konsum fid-dieta mill-konsumaturi. Il-livelli massimi ta’ residwi Komunitarji (MRLs) jirrappreżentaw l-ogħla limitu ta’ l-ammont ta’ tali residwi li wieħed jista’ jistenna li jsib fil-kumditajiet prodotti meta jkunu ġew ġiet irrispettati prattiki agrikoli tajbin. |
|
(2) |
L-MRLs għall-pestiċidi jinżammu għar-reviżjoni u jinbidlu sabiex tittieħed in konsiderazzjoni l-informazzjoni u data ġdida. L-MRLs huma stipolati fil-livell l-aktar baxx ta’ l-individwazzjoni analitika fejn l-użu awtorizzat tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ma’ jirriżultawx f’livelli ta’ residwi ta’ pestiċidi li huma rintraċċabbli ġewwa jew fuq il-prodott ta’ l-ikel, jew fejn m’hemm ebda użu awtorizzat, jew fejn l-użu awtorizzat mill-Istati Membri ma’ kellux l-appoġġ tad-data meħtieġa, fejn l-użu f’pajjiżi terzi li jirriżultaw f’residwi ġewwa jew fuq il-prodotti ta’ l-ikel li jistgħu jiċċirkolaw fis-suq tal-Komunità ma ġewx appoġġati minn tali data meħtieġa. |
|
(3) |
Bosta Stati Membri infurmaw lill-Kummissjoni dwar ix-xewqa tagħhom li jirrevedu l-MRLs nazzjonali skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva 90/642/KEE fid-dawl tad-dubji u tħassib dwar il-konsum mill-konsumatur. Proposti għar-reviżjoni ta’ l-MRLs tal-Komunità ġew sottomessi lill-Kummissjoni. |
|
(4) |
L-espożizzjoni tal-konsumaturi għall-pestiċidi matul il-ħajja kollha u għal terminu qasir ta’ espożizzjoni tal-konsumaturi għall-pestiċidi li jissemmew f’ din id-Direttiva permezz tal-prodotti ta’ l-ikel ġew rijassessjati u evalwati skond il-proċeduri u l-prassi tal-Komunità, bil-konsiderazzjoni tal-linji ta’ gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (3). Skond dik il-bażi, huwa xieraq li jiġu ffissati MRLs ġodda, li għandhom jaċċertaw li ma hemm ebda espożizzjoni inaċċettabbli tal-konsumatur. |
|
(5) |
Fejn huwa rilevanti, meta jkun sar assessjar u evalwazzjoni ta’ l-espożizzjoni akuta tal-konsumatur għal dawk il-pestiċidi permezz ta’ kull wieħed mill-prodotti ta’ l-ikel li jistgħu jkun fihom residwi, skond il-proċeduri u l-prattiki tal-Komunità, bil-konsiderazzjoni tal-linji ta’ gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Huwa konkluż li l-preżenza ta’ residwi ta’ pestiċidi fi jew taħt l-MRLs proposti f’din id-Direttiva ma jikkawżawx effetti tossiċi akuti. |
|
(6) |
Permezz ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, il-partenarjati kummerċjali tal-Komunità ġew ikkonsultati dwar l-MRLs ġodda u ttieħdu in konsiderazzjoni l-kummenti tagħhom dwar dawn il-livelli. |
|
(7) |
L-Annessi għad-Direttivi 86/362/KEE u 90/642/KEE għandhom għalhekk jiġu hekk emendati. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Il-Parti A ta’ l-Anness II għad-Direttiva 86/362/KEE hija emendata skond l-Anness I għal din id-Direttiva.
Artikolu 2
Il-Parti A ta’ l-Anness II għad-Direttiva 90/642/KEE hija emendata skond l-Anness II għal din id-Direttiva.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mis-27 ta’ Lulju 2006, il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw mill-ewwel lill-Kummissjoni it-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mis-27 ta’ Lulju 2006.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-riferenza.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’ din id-Direttiva.
Artikolu 4
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-publikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, nhar is-26 ta’ Jannar 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 37. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/76/KE (ĠU L 293. tad-9.11.2005, p. 14).
(2) ĠU L 350, ta’ l-14.12.1990, p. 71. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/76/KE.
(3) Il-linji ta’ gwida li jipprevedu għall-previżjoni ta l-konsum fl-ikel tar-residwi tal-pestiċidi (reveduti), imħejjija mill-GEMS/Programm dwar l-Ikel/GEMS b’kollaborazzjoni mal-Kumitat tal-Codex dwar ir-Residwi tal-Pestiċidi, ippubblikat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fl-1997 (WHO/FSF/FOS/97.7)
ANNESS I
Il-Parti A ta’ l-Anness II għad-Direttiva 86/362/KEE hija emendata kif ġej: il-linja għall-carbofuran tiġi ssostitwita b’dan li ġej:
|
“Residwu tal-pestiċida |
Livell massimu f’mg/kg |
|
Carbofuran (somma tal-carbofuran u 3-hydroxy-carbofuran li huwa espress bħala carbofuran) |
0,02 (*1) ċereali |
(*1) tindika l-limitu ta’ isfel tad-determinazzjoni analitika.”
ANNESS II
Fil-parti A ta’ l-Anness II għad-Direttiva 90/642/KEE, il-linji għall-carbofuran jiġu ssostitwiti b’dan li ġej:
|
Residwu ta’ Pestiċida u livell massimu ta’ residwu (mg/kg) |
|||
|
Gruppi u eżempji ta prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs |
Carbofuran (somma tal-carbofuran u 3-hydroxy-carbofuran li huwa espress bħala carbofuran) |
||
| “1. Frott, frisk, imnixxef jew nej, ippriservat fil-friża, mingħajr zokkor miżjud; ġwież (nuts) |
|||
|
0,3 |
||
|
Grejpfrut |
|
||
|
Lumi |
|
||
|
Lajm |
|
||
|
Mandolin (inkluzi l-klementini u ibridi oħra) |
|
||
|
Larinġ |
|
||
|
Pomelos |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
0,02 (*1) |
||
|
Lewż |
|
||
|
Ġewż tal-Brażil |
|
||
|
Kexjus jew ġwież ta’ l-anakardju |
|
||
|
Qastan |
|
||
|
Ġewż ta’ l-Indi |
|
||
|
Ġellewż |
|
||
|
Makadamja |
|
||
|
Ġwież tal-Pekan |
|
||
|
Ġwież ta’ l-arznu (pine nuts) |
|
||
|
Pistaċċi |
|
||
|
Ġewż |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
0,02 (*1) |
||
|
Tuffieħ |
|
||
|
Lanġas |
|
||
|
Sfarġel |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
0,02 (*1) |
||
|
Berquq |
|
||
|
Ċiras |
|
||
|
Ħawħ (inklużin-nuċiprisk u ibridi simili) |
|
||
|
Għanbaqar |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
0,02 (*1) |
||
|
|
||
|
Għeneb ta’ l-ikel |
|
||
|
Għeneb ta’ l-inbid |
|
||
|
|
||
|
|
||
|
Tut |
|
||
|
Dewberries |
|
||
|
Loganberries |
|
||
|
Tut |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
Bilberries |
|
||
|
Cranberries |
|
||
|
Passolina (aħmar, iswed u abjad) |
|
||
|
Gooseberries |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
0,02 (*1) |
||
|
Avocado |
|
||
|
Banana |
|
||
|
Tamal |
|
||
|
Tin |
|
||
|
Kiwi |
|
||
|
Kumquats |
|
||
|
Litchis |
|
||
|
Mango |
|
||
|
|
||
|
żebbuġ (konsum domestiku) |
|
||
|
żebbuġ (estrazzjoni taż-żejt) |
|
||
|
Passion fruit |
|
||
|
Ananas |
|
||
|
Papaya |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
0,02 (*1) |
||
|
|
||
|
Pitrava zokkrija |
|
||
|
Karrotti |
|
||
|
Krafes |
|
||
|
Mustarda użata għaz-zalza |
|
||
|
Qaqoċċ |
|
||
|
Zunnarija bajda |
|
||
|
Għeruq tat-tursin |
|
||
|
Ravanell |
|
||
|
Sassefrika |
|
||
|
Patata ħelwa |
|
||
|
Swedes |
|
||
|
Pjanta tal-ġenus |
|
||
|
Jam |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
Tewm |
|
||
|
Basal |
|
||
|
Basal li jikber bħala għanqud jissejjaħ shallot |
|
||
|
Basal li jissejjaħ Spring |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
|
||
|
Tadam |
|
||
|
Bżar |
|
||
|
Brunġiel |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
Ħjar |
|
||
|
Pikles |
|
||
|
Zukkini |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
Bettieħ |
|
||
|
Ħxejjex li jissejħu squashes |
|
||
|
Dullieħ |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
Brokkoli |
|
||
|
Pastard |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
Kaboċċi ta’ Brussel |
|
||
|
Kaboċċi tar-ras |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
Kaboċċi taċ-Ċina |
|
||
|
Kale |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
Krexxuni |
|
||
|
Ħass tal-ħaruf |
|
||
|
Ħass |
|
||
|
Scarole |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
Spinaċi |
|
||
|
Weraq tal-pitravi |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
Maxxita |
|
||
|
Kurrat salvaġġ |
|
||
|
Tursin |
|
||
|
Weraq tal-karfus |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
Fażola (bil-minżwed) |
|
||
|
Fażola (mingħajr minżwed) |
|
||
|
Fażola (bil-minżwed) |
|
||
|
Piżelli(mingħajr minżwed) |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
Asparagu |
|
||
|
Kardun |
|
||
|
Karfus |
|
||
|
Bużbież |
|
||
|
Qaqoċċa |
|
||
|
Kurrat |
|
||
|
Rabarbru |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
0,02 (*1) |
||
|
Fażola |
|
||
|
Għads |
|
||
|
Piżelli |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
0,1 |
||
|
Żerriegħa tal-kittien |
|
||
|
Karawett |
|
||
|
Żerriegħa tal-peprin |
|
||
|
Ġulġlien |
|
||
|
Żerriegħa tal-ġirasol |
|
||
|
Żerriegħa tal-lift |
|
||
|
Żerriegħa tas-soya |
|
||
|
Żerriegħa tal-mustarda |
|
||
|
Żerriegħa tal-qoton |
|
||
|
Oħrajn |
|
||
|
0,02 (*1) |
||
|
Patata mhux misjura |
|
||
|
Varjazzjonijiet ta’ patata |
|
||
|
0,05 (*1) |
||
|
0,05 (*1) |
||
(*1) Jindika il-limitu l-iktar baxx għall-iskoperta analitika.”