8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

597


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta' April 2006

dwar il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għas-sustanzi: Dibutylphthalate; 3,4-Dichloroaniline; Di-“isodecyl” phthalate; 1,2–Benzenedicarboxylic acid, di-C9-11-branched alkyl esters, C10-rich; Di-“isodecyl” phthalate; 1,2–Benzenedicarboxylic acid, di-C8-10-branched alkyl esters, C9-rich; Ethylenediaminetetraacetate; Methyl acetate; Monochloroacetic acid; n-Pentane; Tetrasodium ethylenediaminetetraacetate

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/283/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta' Marzu 1993 dwar l-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta' sustanzi eżistenti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 is-sustanzi li jmiss kienu idenfikati bħala sustanzi ta' prijorità li jeħtieġu evalwazzjoni skond ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1179/94 (2), (KE) Nru 2268/95 (3) u (KE) Nru 143/97 (4) li jikkonċernaw rispettivament l-ewwel, it-tieni u t-tielet lista ta' sustanzi ta' prijorità kif previst fir-Regolament (KEE) Nru 793/93:

Dibutylphthalate;

3,4-Dichloroaniline;

Ethylenediaminetetraacetate;

Methyl acetate;

Tetrasodium ethylenediaminetetraacetate

Di-“isodecyl” phthalate;

1,2-Benzenedicarboxylic acid, di-C9-11-branched alkyl esters, C10-rich;

Di-“isodecyl” phthalate;

1,2-Benzenedicarboxylic acid, di-C8-10-branched alkyl esters, C9-rich;

n-Pentane;

Monochloroacetic acid.

(2)

L-Istati rapporteur nominati skond dawk ir-Regolamenti lestew l-attivitajiet ta' l-evalwazzjoni ta' riskju fir-rigward tal-bniedem u l-ambjent għal dawk is-sustanzi skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 tat-28 ta' Ġunju 1994 li jistipula l-prinċipji għall-evalwazzjoni tar-riskji lill-bniedem u l-ambjent ta' sustanzi eżistenti (5) u pproponew strateġija biex ikunu limitati r-riskji skond il-Regolament (KEE) Nru 793/93.

(3)

Il-Kumitat Xjentifiku dwar it-Tossiċità, l-Ekotossiċità u l-Ambjent (SCTEE) kien ikkonsultat u dan ħareġ opinjonijiet dwar l-evalwazzjonijiet ta' riskju li saru mir-rapporteurs. L-opinjonijiet ġew ippubblikati fil-websajt tal-Kumitat Xjentifiku.

(4)

Ir-riżultati ta' l-evalwazzjoni ta' riskju u aktar riżultati ta' l-istrateġiji biex ikunu limitati r-riskji, huma stipulati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (6).

(5)

Skond il-bażi ta' dik l-evalwazzjoni, huwa xieraq li jkunu rakkomandati ċerti miżuri li jnaqqsu r-riskju għal xi sustanzi.

(6)

Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju rakkomandati għall-ħaddiema għandhom ikunu ikkunsidrati fi ħdan il-qafas tal-leġiżlazzjoni għall-protezzjoni tal-ħaddiema, li hu meqjus li jipprovdi qafas xieraq biex ikunu limitati r-riskji tas-sustanzi rilevanti sa l-punt meħtieġ.

(7)

Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju provduti f'din ir-rakkomandazzjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat li twaqqaf skond l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 793/93,

B' DAN TIRRAKKOMANDA:

SEZZJONI 1

DIBUTYLPHTHALATE

(CAS Nru 84-74-2; Einecs Nru 201-557-4)

Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għal-Ambjent (1, 2)

1.

L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri konċernati, fil-permessi maħruġa taħt id-Direttiva 96/61/KE (7), għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet, il-valuri ta' limiti ta' l-emissjonijiet jew parametri ekwivalenti jew il-miżuri tekniċi dwar id-dibutylphthalate, sabiex l-istallazzjonijiet konċernati joperaw skond l-aħjar metodi disponibbli (minn hawn 'il quddiem BAT – Best Available Techniques) sa l-aħħar ta' Ottubru 2007, waqt li jikkonsidraw il-karatteristika teknika ta' l-istallazzjonijiet konċernati, il-lok ġeografiku tagħhom u l-kundizzjonijiet ambjentali lokali.

2.

L-Istati Membri għandhom jeżaminaw bir-reqqa l-implimentazzjoni tal-BAT rigward id-dibutylphthalate u jirrappurtaw kwalunkwe żviluppi importanti lill-Kummissjoni fil-qafas ta' l-iskambju ta' informazzjoni dwar il-BAT.

SEZZJONI 2

3,4-DICHLOROANILINE

(CAS Nru 95-76-1; Einecs Nru 202-448-4)

Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għall-Ħaddiema (3) u għall-Ambjent (4, 5)

3.

Dawk li jħaddmu u jużaw is-sustanza 3,4-dichloroaniline fil-produzzjoni u fl-ipproċessar ulterjuri għat-tipi ta' użu li huma indikati bħala punti ta' tħassib fl-evalwazzjoni tar-riskju għandhom jieħdu nota ta' kwalunkwe gwida speċifika għas-settur għat-tindif u x-xogħol ta' manteniment u ta' tiswija żviluppata fil-livell nazzjonali bbażata fuq il-gwida prattika u ta' natura li ma torbotx, disponibbli mill-Kummissjoni kif provdut fl-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 98/24/KE (8).

Il-leġiżlazzjoni li hija applikabbli bħalissa fil-livell tal-Komunità għall-prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti (Direttiva 91/414/KEE) (9) u għall-bijoċidi (Direttiva 98/8/KE) (10) hija meqjusa li toffri qafas xieraq biex ikunu limitati r-riskji tas-sustanza sal-punt meħtieġ u għandha tapplika.

Fi ħdan dan il-qafas:

4.

Għandha tkun meqjusa l-informazzjoni mill-evalwazzjoni ta' riskju għas-sustanza 3,4-dichloroaniline li toħroġ mid-diuron li jintuża bħala erbiċida fuq uċuħ issiġġillati.

5.

L-użu ħażin tad-diuron f'pakketti żgħar għandu jkun evitat.

SEZZJONI 3

ETHYLENEDIAMINETETRAACETATE

(CAS Nru 60-00-4; Einecs No 200-449-4)

Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għall-Ambjent (6, 7, 8, 9)

6.

Għall-baċini tax-xmajjar fejn l-emissjonijiet ta' l-Ethylenediaminetetraacetate (EDTA) jistgħu jkunu ta' riskju, l-Istat Membru rilevanti għandu jistabilixxi Standards ta' Kwalità Ambjentali (EQS – Environmental Quality Standards) u l-miżuri nazzjonali għat-tnaqqis tat-tniġġis għall-kisba ta' dawk l-EQS sa l-2015 għandhom jiġu inklużi fil-pjani ta' l-immaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/60/KE (11).

7.

Fil-permessi maħruġa taħt id-Direttiva 96/61/KE, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri konċernati għandhom jistabilixxu kundizzjonijiet, valuri ta' limiti għall-emissjonijiet jew parametri ekwivalenti jew miżuri tekniċi dwar l-EDTA sabiex l-istallazzjonijiet konċernati joperaw skond il-BAT sa l-aħħar ta' Ottubru 2007, waqt li jikkonsidraw il-karatteristiċi tekniċi ta' l-istallazzjonijiet konċernati, il-lok ġeografiku u l-kundizzjonijiet ambjentali lokali.

8.

L-Istati Membri għandhom jezaminaw bir-reqqa l-implimentazzjoni tal-BAT rigward l-EDTA u jirrappurtaw kwalunkwe żvilupp importanti lill-Kummissjoni fil-qafas ta' l-iskambju ta' l-informazzjoni dwar il-BAT.

9.

L-emissjonijiet lokali fl-ambjent għandhom, fejn ikun neċessarju, jkunu kontrollati minn regoli nazzjonali biex jassiguraw li ma jkun mistenni l-ebda riskju għall-ambjent.

SEZZJONI 4

METHYL ACETATE

(CAS Nru 79-20-9; Einecs No 201-185-2)

Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għall-Ħaddiema (10)

10.

Min iħaddem u juża prodotti għal xogħolijiet ta' l-art fin-negozju tal-bini li jkun fihom il-methyl acetate għandhom jieħdu nota ta' kwalunkwe gwida speċifika għas-settur żviluppata fil-livell nazzjonali bbażata fuq il-gwida prattika u ta' natura li ma torbotx, disponibbli mill-Kummissjoni kif previst fl-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 98/24/KE.

SEZZJONI 5

MONOCHLOROACETIC ACID

(CAS Nru 79-11-8; Einecs No 201-178-4)

Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għall-Ħaddiema (11) u għall-Ambjent (12, 13, 14)

11.

Min iħaddem u juża l-Monochloroacetic acid għat-tipi ta' użu indikati bħala punti ta' tħassib fl-evalwazzjoni tar-riskju għandhom jieħdu nota ta' kwalunkwe gwida speċifika għas-settur żviluppata fil-livell nazzjonali bbażata fuq il-gwida prattika u ta' natura li ma torbotx, adottata u disponibbli mill-Kummissjoni kif previst fl-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 98/24/KE.

12.

L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri konċernati, fil-permessi maħruġa taħt id-Direttiva 96/61/KE, għandhom jistabilixxu kundizzjonijiet, valuri ta' limiti għall-emissjonijiet jew parametri ekwivalenti jew il-miżuri tekniċi dwar l-MCAA sabiex l-istallazzjonijiet konċernati joperaw skond il-BAT sa l-aħħar ta' Ottubru 2007, waqt li jikkonsidraw il-karatteristiċi tekniċi ta' l-istallazzjonijiet konċernati, il-lok ġeografiku u l-kundizzjonijiet ambjentali lokali.

13.

L-Istati Membri għandhom jezaminaw bir-reqqa l-implimentazzjoni tal-BAT rigward l-MCAA u jirrapurtaw kwalunkwe żviluppi importanti lill-Kummissjoni fil-qafas ta' l-iskambju ta' l-informazzjoni dwar il-BAT.

14.

L-emissjonijiet lokali fl-ambjent għandhom, fejn ikun neċessarju, jkunu kontrollati minn regoli nazzjonali biex jassiguraw li ma jkun mistenni l-ebda riskju għall-ambjent u għall-bniedem li jkunu esposti indirettament permezz ta' l-ambjent.

SEZZJONI 6

TETRASODIUM ETHYLENEDIAMINETETRAACETATE

(CAS Nru 64-02-8; Einecs No 200-573-9)

Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għall-Ambjent (15, 16, 17, 18)

15.

Għall-baċini tax-xmajjar fejn l-emissjonijiet tat-Tetrasodium ethylenediaminetetraacetate (Na4EDTA) jistgħu jkunu ta' riskju, l-Istat Membru rilevanti għandu jistabilixxi Standards ta' Kwalità Ambjentali (EQS) u l-miżuri nazzjonali għat-tnaqqis tat-tniġġis għall-kisba ta' dawk l-EQS sa l-2015 għandhom jiġu inklużi fil-pjani ta' l-immaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/60/KE.

16.

L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri konċernati, fil-permessi maħruġa taħt id-Direttiva 96/61/KE, għandhom jistabilixxu kundizzjonijiet, valuri ta' limiti għall-emissjonijiet jew parametri ekwivalenti jew il-miżuri tekniċi dwar l-Na4EDTA sabiex l-istallazzjonijiet konċernati joperaw skond il-BAT sa l-aħħar ta' Ottubru 2007, waqt li jikkonsidraw il-karatteristiċi tekniċi ta' l-istallazzjonijiet konċernati, il-lok ġeografiku u l-kundizzjonijiet ambjentali lokali.

17.

L-Istati Membri għandhom jezaminaw bir-reqqa l-implimentazzjoni tal-BAT rigward l-Na4EDTA u jirrappurtaw kwalunkwe żviluppi importanti lill-Kummissjoni fil-qafas ta' l-iskambju ta' l-informazzjoni dwar il-BAT.

18.

L-emissjonijiet lokali fl-ambjent għandhom, fejn ikun neċessarju, jkunu kontrollati minn regoli nazzjonali biex jassiguraw li ma jkun mistenni l-ebda riskju għall-ambjent.

SEZZJONI 7

DESTINATARJI

19.

Id-destinatarji ta' din ir-rakkomandazzjoni huma dawk is-setturi kollha li jimpurtaw, jipproduċu, jittrasportaw, jaħżnu, jifformulaw fi preparazzjoni jew xi proċessar ieħor, jużaw, jarmu jew jirkurpraw is-sustanzi u l-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar il-11 ta' April 2006.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 84, tal-5.4.1993, p. 1

(2)  ĠU L 131, tas-26.5.94, p. 3.

(3)  ĠU L 231, tat-28.9.1995, p. 18.

(4)  ĠU L 25, tat-28.1.1997, p. 13.

(5)  ĠU L 161, tad-29.6.1994, p. 3

(6)  ĠU C 90, 13.4.2006, p. 3.

(7)  ĠU L 257, ta' l-10.10.1996, p. 26

(8)  ĠU L 131, tal-05.05.1998, p. 11

(9)  ĠU L 230, tad-19.08.1991, p. 1

(10)  ĠU L 123, ta' l-24.04.1998, p. 1

(11)  ĠU L 327, tat-22.12.2000, p. 1