8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

79


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta' Jannar 2006

dwar programm koordinat ta' sorveljanza mill-Komunità għall-2006 biex tiġi aċċertata l-konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali u ċerti prodotti oħra li joriġinaw mill-pjanti u li tikkonċerna programmi nazzjonali ta' monitoraġġ għall-2007

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 11)

(Test b'rilevanza għaz-ŻEE)

(2006/26/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 211 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta' l-24 ta' Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2)(b) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta' Novembru ta' l-1990 dwar l-iffissar tal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi ġewwa u fuq ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inklużi l-frott u l-ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2)(b) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttivi 86/362/KEE u 90/642/KEE jistipulaw li l-Kummissjoni għandha taħdem b'mod progressiv sabiex tikseb sistema li tkun tista' tippermetti l-istima ta' l-esponiment fid-dieta għall-pestiċidi. Sabiex isiru stimi realistiċi, id-dejta dwar il-monitoraġġ ta' residwi minn pestiċidi trid tkun tidher fuq numru ta' prodotti ta' l-ikel li jikkostitwixxu parti prinċipali mid-dieta Ewropea. Huwa ġeneralment magħruf li partijiet prinċipali tad-dieta Ewropea huma magħmula minn 20-30 prodott ta' l-ikel. Minħabba r-riżorsi disponibbli fuq il-livell nazzjonali għall-monitoraġġ tar-residwi tal-pestiċidi, l-Istati Membri jistgħu janalizzaw biss kampjuni ta' tmien prodotti kull sena fi ħdan il-programm koordinat ta' monitoraġġ. L-użu tal-pestiċidi juri tibdil fiż-żmien ċikliku ta' tliet snin. Għalhekk ġeneralment għal kull pestiċida jrid isir monitoraġġ f'20-30 prodott ta' l-ikel fuq serje ta' ċikli ta' tliet snin.

(2)

Ir-residwi tal-pestiċidi koperti minn din ir-Rakkomandazzjoni għandhom ikunu sorveljati fl-2006, billi dan jippermetti li din l-informazzjoni tkun tista' tintuża sabiex isiru stimi ta' kemm fil-fatt ikun espost għalihom dak li jittiekel.

(3)

Huwa meħtieġ li tittieħed strateġija statistika sistematika għal numru ta' kampjuni li għandhom jittieħdu f'kull eżerċizzju kkoordinat ta' monitoraġġ. Dan il-metodu ġie mfassal mill-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius (3). Fuq bażi ta' distribizzjoni ta' probabbiltà binomjali, jista' jiġi kkalkulat li l-eżaminazzjoni ta' 613-il kampjun twassal b'ċertezza ta' aktar minn 99 %, għall-iskoperta ta' kampjun li jkun fih ammont ta' residwi ta' pestiċidi ogħla minn dak il-limitu ta' determinazzjoni (LOD), bil-kundizzjoni li anqas minn 1 % mill-prodotti li joriġinaw mill-pjanti jkun fihom residwi ta' livell ogħla minn dak il-limitu. Il-ġbir ta' dawn il-kampjuni jrid ikun proporzjonat bejn l-Istati Membri fuq il-bażi tan-numri tal-popolazzjoni u tal-konsumaturi, bil-valur minimu ta' 12-il kampjun għal kull prodott fis-sena.

(4)

Il-linjigwida dwar il-“Kontroll tal-Kwalità għall-Analiżi ta' Residwi ta' Pestiċidi” huma ppubblikati fuq il-websajt tal-Kummissjoni (4). Kulħadd jaqbel li dawn il-linjigwida jridu jiġu applikati kemm jista' jkun mil-laboratorji analitiċi ta' l-Istati Membri u għandhom jiġu riveduti kontinwament fid-dawl ta' l-esperjenza miksuba dwar il-programmi ta' monitoraġġ.

(5)

Id-Direttiva 2002/63/KE tistabbilixxi metodi Komunitarji ta' teħid ta' kampjuni għall-kontroll uffiċjali ta' residwi ta' pestiċidi ġewwa u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew mill-annimali u tirrevoka d-Direttiva 79/700/KEE (5). Il-metodi tat-teħid tal-kampjuni u l-proċeduri stabbiliti f'din id-Direttiva jinkorporaw dawk rakkomandati mill-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius.

(6)

Id-Direttivi 86/362/KEE u 90/642/KEE jobbligaw lill-Istati Membri biex jispeċifikaw il-kriterji applikati fit-tfassil tal-programmi nazzjonali dwar l-ispezzjonijiet. Tali informazzjoni għandha tinkludi l-kriterji applikati fid-determinazzjoni tan-numri ta' kampjuni li għandhom jittieħdu u ta' l-analiżi li għandha issir u l-livelli ta' rapportar applikati, il-kriterji applikati fit-tfassil tal-livelli ta' rapportar u d-dettalji dwar l-akkreditazzjoni skond ir-Regolament (KE) 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kontrolli uffiċjali li jkunu saru biex jassiguraw il-verifika ta' konformità mal-liġi ta' l-għalf u ta' l-ikel (6). Għandhom jiġu indikati wkoll in-numru u t-tip ta' l-infrazzjonijiet kif ukoll l-azzjoni li tkun ittieħdet.

(7)

Il-livelli massimi ta' residwi għall-ikel tat-trabi ġew stabbiliti skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 91/321/KEE ta' l-14 ta' Mejju 1991 dwar il-ħalib tat-trabi u l-ħalib tat-trabi ta' età iktar minn sitt xhur (7) u l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/5/KE, Euratom tas-16 ta' Frar 1996 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq ċereali u ikel tat-trabi u tat-tfal żgħar (8).

(8)

It-tagħrif fuq ir-riżultati tal-programmi ta' monitoraġġ huwa addattat l-aktar għat-trattament, il-ħażna u t-trażmissjoni b'metodi elettroniċi/informatiċi. Ġew żviluppati formati apposta għall-provvista ta' tagħrif bil-posta elettronika mill-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom, għalhekk, ikunu jistgħu jibagħtu r-rapporti tagħhom lill-Kummissjoni fil-format stabbilit. It-tkomplija ta' l-iżvilupp ta' dan il-format standard ikun l-aktar effettiv meta l-Kummissjoni tkompli tiżviluppa l-linjigwida.

(9)

Il-miżuri li hemm f'din ir-rakkomandazzjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

B' DAN TIRRAKKOMANDA:

1.

L-Istati Membri huma mistiedna, biex matul is-sena 2006, jieħdu u janalizzaw kampjuni għall-kombinazzjonijiet ta' prodott/residwu ta' pestiċida stabbiliti fl-Anness I, fuq il-bażi tan-numru ta' kampjuni għal kull prodott allokat lilhom fl-Anness II, li jkunu jirriflettu, skond il-każ, is-sehem nazzjonali, Komunitarju u dak ta' terzi pajjiżi fis-suq ta' l-Istat Membru.

Il-proċedura tat-teħid tal-kampjuni, inkluż in-numru ta' unitajiet, għandha tkun konformi mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE.

2.

Għall-pestiċidi li jippreżentaw riskju akut, jiġifieri fejn jiġi stabilit ArfD (p.eż. l-OP-esters, l-endosulfan u l-N-methylcarbamates) il-kampjuni għandhom jittieħdu b'tali mod li jippermettu li jkun hemm l-għażla ta' żewġ kampjuni tal-laboratorju. Jekk l-ewwel kampjun tal-laboratorju jinstablu xi fdal ta' pestiċida li tkun imfittxija, il-biċċiet tat-tieni kampjun iridu jiġu analizzati individwalment. Dan japplika għal dawn il-prodotti:

Brunġiel

Għeneb (9)

Banana

Bżar

F'każ li tali pestiċidi jinstabu fl-ewwel kampjun u partikolarment jekk hija l-produzzjoni ta' produttur wieħed, numru raġonevoli ta' kampjuni minn dawn il-prodotti għandhom ikunu analizzati wkoll individwalment mill-unitajiet individwali fi ħdan it-tieni kampjun tal-laboratorju.

3.

Mill-ammont totali ta' kampjuni stabbilit fl-Annessi I u II, kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza:

a)

mill-inqas għaxar kampjuni ta' l-ikel tat-trabi li huma bbażati prinċipalment fuq ħxejjex, frott jew ċereali.

b)

numru ta' kampjuni (fejn ikun disponibbli, mill-inqas kampjun wieħed) minn produzzjoni li originat minn biedja organika li tirrifletti s-sehem mis-suq tal- produzzjoni organika fi ħdan kull Stat Membru.

4.

L-Istati Membri huma mistiedna li jirrappurtaw ir-riżultati mill-analiżi tal-kampjuni ttestjati għall-kombinazzjonijiet ta' residwu minn pestiċida/prodott stipulati fl-Anness I sa mhux iktar tard mill-31 ta' Awissu 2007, u jindikaw:

(a)

Il-metodi analitiċi li jkunu ntużaw u l-livelli ta' rrappurtar li jkunu nkisbu, skond il-Proċeduri ta' Kontroll tal-Kwalità għall-Analiżi tar-Residwu ta' Pestiċida;

(b)

In-numru u l-għamla ta' infrazzjoniu l-azzjoni li tkun ittieħdet.

5.

Ir-rapport irid isir skond format — inkluż il-format elettroniku — li huwa konformi mal-linjigwida għall-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar programmi ta' monitoraġġ tal-Komunità pprovduti mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali.

Ir-riżultati miksuba minn kampjuni ta' l-ikel tat-trabi u minn kampjuni meħuda minn prodotti ta' biedja organika għandhom jiġu rrappurtati fuq formoli separati tad-dejta.

6.

L-Istati Membri huma mistiedna biex jibagħtu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Awissu 2006, it-tagħrif kollu meħtieġ skond l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 86/362/KEE u l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 90/642/KEE dwar l-eżerċizzju ta' monitoraġġ ta' l-2005, biex tkun żgurata, mill-inqas b'kampjun ta' verifika, il-konformità ma' l-ogħla livelli ta' residwu ta' pestiċida, li jinkludi:

(a)

Ir-riżultati tal-programmi nazzjonali dwar ir-residwi tal-pestiċida;

(b)

L-informazzjoni dwar il-proċeduri tal-kontroll tal-kwalità fil-laboratorji tagħhom u, partikolarment, l-informazzjoni dwar aspetti tal-linjigwida li jikkonċernaw il-Proċeduri ta' Kontroll ta' Kwalità għall-Analiżi ta' Residwi minn Pestiċidi li ma setgħux japplikaw jew li kellhom xi diffikultà biex japplikawhom;

(ċ)

L-informazzjoni dwar l-akkreditazzjoni skond id-dispożizzjonijijet ta' l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) 882/2004 (inklużi l-għan ta' l-akkreditazzjoni, il-korp ta' l-akkreditazzjoni u kopja taċ-ċertifikat ta' l-akkreditazzjoni) tal-laboratorji li jkunu qed iwettqu l-analiżi;

(d)

L-informazzjoni dwar it-testijiet ta' profiċjenza u dwar testijiet ċirkulari li l-laboratorju jkun ħa sehem fihom.

7.

L-Istati Membri huma mistiedna li jibagħtu lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2006, il-programm nazzjonali tagħhom ippjanat għall-monitoraġġ ta' livelli massimi ta' residwi minn pestiċidi li ġew stipulati mid-Direttivi 90/642/KEE u 86/362/KEE għas-sena 2007, inkluża l-informazzjoni dwar:

(a)

Il-kriterji applikati biex ikun determinat in-numru ta' kampjuni li jridu jinġabru u l-analiżi li jridu jsiru fuqhom,

(b)

Il-livelli ta' rappurtaġġ applikati u l-kriterji li bihom ġew stipulati l-livelli ta' rappurtaġġ, u

(ċ)

Id-dettalji ta' l-akkreditazzjoni, skond ir-Regolament (KE) 882/2004, tal-laboratorji li qed iwettqu l-analiżi.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Jannar 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 221, 7.8.1986, p. 37. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/76/KE (ĠU L 293, 9.11.2005, p. 14).

(2)  ĠU L 350, 14.12.1990, p. 71. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/76/KE.

(3)  Codex Alimentarius, Pesticide Residues in Foodstuffs, Ruma, 1994, ISBN 92-5-203271-1; Vol. 2, paġna 372.

(4)  Dokument Numru SANCO/10476/2003, http://europa.eu.int/comm/food/plant/protection/resources/qualcontrol_en.pdf.

(5)  ĠU L 187, 16.7.2002, p. 30.

(6)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1, korreġuta bil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1.

(7)  ĠU L 175, 4.7.1991, p. 35. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2003/14/KE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 37).

(8)  ĠU L 49, 28.2.1996, p. 17. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2003/13/KE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 33).

(9)  Għall-għeneb, il-unit (jiġifieri l-għanqud standard) huwa kkunsidrat li jiżen madwar 500 gr.


ANNESS I

IL-KOMBINAZZJONIJIET TA' PRODOTT/PESTIĊIDA LI GĦANDHOM IKUNU SORVELJATI

RESIDWU MINN PESTIĊIDA LI TRID ISSIR ANALIŻI GĦALIH

 

2006

2007 (*)

2008 (*)

Aċefatu

(b)

(ċ)

(a)

Acetamiprid

 

(ċ)

(a)

Aldikarb

(b)

(ċ)

(a)

Ażinfos-metill

(b)

(ċ)

(a)

L-azoxystrobin

(b)

(ċ)

(a)

Grupp benomil

(b)

(ċ)

(a)

Il-bifenthrin

(b)

(ċ)

(a)

Bromopropilat

(b)

(ċ)

(a)

Bupirimate

(b)

(ċ)

(a)

Buprofezin

 

(ċ)

(a)

Captan + Folpet

Captan

Folpet

(b)

(ċ)

(a)

Carbaryl

(b)

(ċ)

(a)

Chlormequat (**)

(b)

(ċ)

(a)

Klorotalonil

(b)

(ċ)

(a)

Chlorpropham

(b)

(ċ)

(a)

Klorpirifos

(b)

(ċ)

(a)

Klorpirifos-metill

(b)

(ċ)

(a)

Ċipermetrin

(b)

(ċ)

(a)

Ċiprodinil

(b)

(ċ)

(a)

Deltametrin

(b)

(ċ)

(a)

Diazinon

(b)

(ċ)

(a)

Diklofluwanid

(b)

(ċ)

(a)

Dichlorvos

 

(ċ)

(a)

Dikofol

(b)

(ċ)

(a)

Dimethoate + Omethoate

Dimethoate

Omethoate

(b)

(ċ)

(a)

Difenilammina

(b)

(ċ)

(a)

Endosulfan

(b)

(ċ)

(a)

Fenhexamid

(b)

(ċ)

(a)

Fenitrothion

 

(ċ)

(a)

Fludioxonil

(b)

(ċ)

(a)

Hexythiazox

 

(ċ)

(a)

Imazalil

(b)

(ċ)

(a)

Imidacloprid

(b)

(ċ)

(a)

Indoxacarb

 

(ċ)

(a)

Iprodjon

(b)

(ċ)

(a)

Iprovalicarb

 

(ċ)

(a)

Il-kresoxim-metill

(b)

(ċ)

(a)

Lambda-ċijalotrin

(b)

(ċ)

(a)

Malathion

(b)

(ċ)

(a)

Grupp maneb

(b)

(ċ)

(a)

Mepanipyrim

 

(ċ)

(a)

Metalaksil

(b)

(ċ)

(a)

Metamidofos

(b)

(ċ)

(a)

Methidathion

(b)

(ċ)

(a)

Metjokarb

(b)

(ċ)

(a)

Metomill

(b)

(ċ)

(a)

Miklobutanill

(b)

(ċ)

(a)

Ossidemeton-metill

(b)

(ċ)

(a)

Paratjon

(b)

(ċ)

(a)

Penconazole

 

(ċ)

(a)

Phosalone

(b)

(ċ)

(a)

Pirimicarb

(b)

(ċ)

(a)

Pirimifos-metill

(b)

(ċ)

(a)

Prochloraz

 

(ċ)

(a)

Proċimidon

(b)

(ċ)

(a)

Profenofos

 

(ċ)

(a)

Propargite

(b)

(ċ)

(a)

Pyretrins

(b)

(ċ)

(a)

Pyrimethanil

(b)

(ċ)

(a)

Pyriproxyfen

 

(ċ)

(a)

Quinoxyfen

 

(ċ)

(a)

Spiroksamina

(b)

(ċ)

(a)

Tebuconazole

 

(ċ)

(a)

Tebufenozide

 

(ċ)

(a)

Thiabendazole

(b)

(ċ)

(a)

Tolcloflos-metill

(b)

(ċ)

(a)

Tolilfluwanid

(b)

(ċ)

(a)

Triademefon + Triadimenol

Triademefon

Triadimenol

(b)

(ċ)

(a)

Vinklożolin

(b)

(ċ)

(a)

(a)

Indikattiv għall-2007 u l-2008, jiddependu fuq il-programmi li se jkunu rakkomandati għal dawn is-snin.

(b)

Brunġiel, banana, pastard, għeneb, meraq tal-larinġ (1), piżelli (friski/iffriżati, mingħajr miżwed), bżar (ħelu), qamħ.

(ċ)

Tuffieħ, kaboċċi, kurrat, ħass, tadam, ħawħ inklużi in-nuċiprisk u ibridi simili; segala jew ħafur, frawli.


(*)  Fażola (friska jew iffriżata), zunnarija, ħjar, larinvġ jew mandolin, lanġas, patata, ross, spinaċi (friska jew iffriżata)

(**)  Il-Chlormequat trid issir analiżi għalih fiċ-ċereali, iz-zunnarija, il-ħxejjex tal-frott u l-lanġas.

(1)  Għall-meraq tal-larinġ, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw is-sors (konċentrati jew frott frisk).


ANNESS II

In-numru ta' kampjuni ta' kull prodott li għandhom jittieħdu minn kull Stat Membru.

Kodiċi tal-Pajjiż

Kampjuni

AT

12 (1)

15 (2)

BE

12 (1)

15 (2)

CY

12 (1)

15 (2)

CZ

12 (1)

15 (2)

DE

93

DK

12 (1)

15 (2)

ES

45

EE

12 (1)

15 (2)

EL

12 (1)

15 (2)

FR

66

FI

12 (1)

15 (2)

HU

12 (1)

15 (2)

IT

65

IE

12 (1)

15 (2)

LU

12 (1)

15 (2)

LT

12 (1)

15 (2)

LV

12 (1)

15 (2)

MT

12 (1)

15 (2)

NL

17

PT

12 (1)

15 (2)

PL

45

SE

12 (1)

15 (2)

SI

12 (1)

15 (2)

SK

12 (1)

15 (2)

UK

66

NUMRU TOTALI MINIMU TA' KAMPJUNI: 613


(1)  Numru minimu ta' kampjuni għal kull metodu applikat għal residwu uniku.

(2)  Numru minimu ta' kampjuni għal kull metodu applikat għal residwi multipli.