25.10.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

95


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2006/362/PESK

tat-18 ta' Mejju 2006

li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Belarus

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-10 ta' April 2006 l-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Belarus u li tirrevoka l-Pożizzjoni Komuni 2004/661/PESK (1) li timponi restrizzjonijiet ta' vjaġġar kontra l-President Lukashenko, il-membri tat-tmexxija u ċerti uffiċjali tal-Belarus.

(2)

Wara l-konklużjonijiet tiegħu ta' l-10 ta' April 2006, il-Kunsill iqis li hu xieraq li jiffriża wkoll il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tal-persuni msemmija hawn fuq, li kellhom rwol fil-vjolazzjonijiet ta' l-istandards elettorali internazzjonali u fl-azzjonijiet ripressivi kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-kuntest ta' l-elezzjonijiet Presidenzjali tad-19 ta' Marzu 2006.

(3)

Dawn il-miżuri restrittivi finanzjarji għandhom jiġu riveduti bil-ħsieb tar-rilaxx u r-riabilitazzjoni ta' malajr tad-detenuti politiċi kollha, u fid-dawl tar-riformi magħmulin lill-Kodiċi Elettorali biex jiġi konformi ma' l-impenji ta' l-OSCE u standards internazzjonali oħrajn għal elezzjonijiet demokratiċi kif irrakkomandat mill-OSCE/ODIHR, it-tmexxija ta' elezzjonijiet futuri, u azzjonijiet konkreti mill-awtoritajiet biex jiġu rrispettati l-valuri demokratiċi, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem, u l-libertajiet fundamentali, inklużi l-libertà ta' espressjoni u tal-medja, u l-libertà ta' assemblea u assoċjazzjoni politika.

(4)

Hu għalhekk xieraq li jsir xi tibdil tekniku lill-annessi tal-Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK.

(5)

Hi meħtieġa azzjoni Komunitarja biex jiġu implimentati dawn il-miżuri.

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

L-Artikoli li ġejjin għandhom jiddaħħlu fil-Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK:

“Artikolu 1 a

1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, huma l-proprjetà ta', huma miżmumin jew ikkontrollati minn persuni responsabbli għall-vjolazzjonijiet ta' l-istandards elettorali internazzjonali fl-elezzjonijiet Presidenzjali tal-Belarus fid-19 ta' Marzu 2006 u l-azzjonijiet ripressivi kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, hekk kif elenkat fl-Anness IV għandhom jiġu ffriżati.

2.   L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom isiru aċċessibbli, direttament jew indirettament, lil jew għall-benefiċċju ta' tali persuni elenkati fl-Anness IV.

Artikolu 1 b

1.   L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista’ tawtorizza r-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, taħt tali kondizzjonijiet li hi tikkunsidra xierqa, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi konċernati huma:

(a)

Meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni elenkati fl-Anness IV u l-membri dipendenti tal-familji tagħhom, inklużi pagamenti għal ikel, kera jew garanziji ipotekarji, mediċini u trattament mediku, taxxi, ħlas ta' assigurazzjoni, u ħlasijiet għall-użu ta' servizzi pubbliċi.

(b)

maħsuba esklussivament għall-pagament ta’ onorarji professjonali raġjonevoli u għar-rimborż ta’ spejjeż magħmulin assoċjati mal-forniment ta' servizzi legali,

(ċ)

maħsuba esklussivament għall-pagament ta' miżati jew il-ħlasijiet ta' servizzi għaż-żamma jew il-manutenzjoni ta’ rutina ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati,

(d)

meħtieġa għal spejjeż straordinarji, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti tkun innotifikat ir-raġunijiet li għalihom tikkunsidra li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra u lill-Kummissjoni mill-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni.

L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan l-artikolu.

2.   L-Artikolu 1a(2) m' għandux japplika għaż-żieda fil-kontijiet iffriżati ta':

(a)

imgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b)

pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehim jew obbligi li kienu konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għad-disposizzjonijiet ta’ din il-Pożizzjoni Komuni u

dejjem jekk kwalunkwe tali imgħax, dħul ieħor u pagamenti jibqgħu soġġetti għall-Artikolu 1 a(1).”

Artikolu 2

L-Artikolu 2 tal-Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK għandu jkun kif ġej:

“Artikolu 2

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mill-Kummissjoni, għandu jadotta modifiki għal-listi li jinsabu fl-Annessi I, II, III u IV kif meħtieġ mill-iżviluppi politiċi fil-Belarus.”

Artikolu 3

L-Annessi għall-Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK għandhom jinbidlu bit-test li jidher fl-Anness għal din il-Pożizzjoni Komuni

Artikolu 4

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tidħol b'effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 5

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, nhar it-18 ta' Mejju 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

Franz MORAK


(1)  ĠU L 101, 11.4.2006, p. 5.


ANNESS

ANNESS I

Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 1(1)(a)

1.

SIVAKOV, YURY (YURIJ) Leonidovich, ex-Ministru tat-Turiżmu u ta' l-Isport tal-Belarus, imwieled fil-5 ta' Awissu 1946, fir-Reġjun ta' Sakhalin, dik li qabel kienet ir-Repubblika Sovjetika Federattiva Soċjalista Russa.

2.

SHEYMAN (SHEIMAN), VICTOR Vladimirovich, Segretarju Statali tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Belarus, imwieled fis-26 ta' Mejju 1958, fir-reġjun ta' Grodno.

3.

PAVLICHENKO (PAVLIUCHENKO), DMITRI (Dmitry) Valeriyevich, Kap tal-Grupp Speċjali ta' Reazzjoni fil-Ministeru ta' l-Intern (SOBR) tal-Belarus, imwieled fl-1966 fi Vitebsk.

4.

NAUMOV, VLADIMIR Vladimïrovich, Ministru ta' l-Intern, imwieled fl-1956.

ANNESS II

Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 1(1)(b)

1.

Lydia YERMOSHINA, President tal-Kummissjoni ta' l-Elezzjonijiet Ċentrali tal-Belarus, imwielda fid-29 ta' Jannar 1953 fi Slutsk (Reġjun ta' Minsk).

2.

Yuri Nikolaevich PODOBED, Logutenent-Kurunell tal-Milizzja, Unità għal Skopijiet Speċjali (OMON), Ministeru għall-Affarijiet Interni, imwieled fil-5 ta' Marzu 1962 fi Slutsk (Reġjun ta' Minsk).

ANNESS III

Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 1(1)(ċ)

Ismijiet

(kitba bl-Ingliż)

Ismijiet

(ortografija Bjelorussa)

Ismijiet

(ortografija Russa)

Data tat-twelid

Post tat-twelid

Pożizzjoni

Lukashenko Aleksandr Grigorievich

(Lukashenka Alaksandr Ryhoravich)

Лукашенка Аляксандр Рьıгоравiч

ЛУКАШЕНКО Александр Григорьевич

30.08.1954

Nevinyany, distrett ta' Vitebsk,

President

Nevyglas Gennady Nikolaevich

(Nievyhlas Hienadz Mikalayevich)

Невьıглас Генадзь Мiкалаевiч

НЕВЫГЛАС Геннадий Николаевич

11.02.1954

Parahonsk, distrett ta' Pinsk

Kap ta' l-Amministrazzjoni tal-President

Petkevich Natalya Vladimirovna

(Piatkevich Natallia Uladzimirauna)

Пяткевiч Наталля Уладзiмiраўна

ПЕТКЕВИЧ Наталья Владимировна

24.10.1972

Minsk

Deputat Kap ta' l-amministrazzjoni tal-President

Rubinov Anatoly Nikolaevich

(Rubinau Anatol Mikalaevich)

Рубiнаў Анатоль Мiкалаевiч

РУБИНОВ Анатолий Николаевич

15.04.1939

Mogilev

Deputat Kap inkarigat mill-medja u l-ideoloġija, PA

Proleskovsky Oleg Vitoldovich

Pralaskouski Aleh Vitoldavich

Праляскоўски Алег Вiтольдавiч

ПРОЛЕСКОВСКИЙ Олег Витольдович

01.10.1963

Zagorsk (Russja, issa Sergijev Posad)

Ajjutant u Kap tad-dipartiment Ideoloġiku Prinċipali, PA

Radkov Aleksandr Mikhailovich

(Radzkou Aleksandr Mikhailovich)

Радзькоў Аляксандр Мiхайлавiч

РАДЬКОВ Александр Михайлович

01.07.1951

Votnya

Вотня Бьıховского района Могилевской области

Ministru ta' l-Edukazzjoni

Rusakevič Vladimir Vasilyievič

(Rusakevich Uladzimir Vasiliyevich)

Русакевiч Уладзiмiр Васiльевiч

РУСАКЕВИЧ Владимир Васильевич

13.09.1947

Vigonošči,

Вьıгонощи, Брестская область

minister za informiranje

Golovanov Viktor Grigoryevich

Halavanau Viktar Ryhoravich,

Галаванаў Вiктар Рьıгоравiч

ГОЛОВАНОВ Виктор Григорьевич

1952

Borisov

Ministru tal-Ġustizzja

Zimovsky Alexander Leonidovich

(Zimouski Alaksandr Lieanidavich)

Зiмоўскi Аляксандр Леанiдавiч

ЗИМОВСКИЙ Александр Леонидович

10.01.1961

Ġermanja

Membru tal-Kamra Superjuri tal-Parlament; Kap tal-kumpannija teleradio nazzjonali ta' l-istat

Konoplyev Vladimir Nikolaevich

(Kanapliou Uladzimir Mikalaevich)

Канаплё Уладзiмiр Мiкалаевiч

КОНОПЛЕВ Владимир Николаевич

03.01.1954

Akulintsy

д. Акулинцьı Могилевского района

President tal-Kamra Inferjuri tal-Parlament;

Cherginets Nikolai Ivanovich

(Charhiniets Mikalai Ivanavich)

Чаргiнец Мiкалай Iванавiч

ЧЕРГИНЕЦ Николай Иванович

17.10.1937

Minsk

President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Kamra Superjuri

Kostyan Sergey Ivanovich

(Kastsian Siarhiei Ivanavich),

Касцян Сяргей Iванавич

КОСТЯН Сергей Иванович

15.01.1941

Usokhi, distrett ta' Mogilev,

Усохи Кличевского района Могилевской области

President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Kamra Inferjuri

Orda Mikhail Sergeevich

(Orda Mikhail Siarhieevich)

Орда Мiхаiл Сяргеевiч

ОРДА Михаил Сергеевич

28.09.1966

Nevinyany, distrett ta' Grodno,

Дятлово Гродненской области

Membru tal-Kamra Superjuri, mexxej tal-BRSM

Lozovik Nikolai Ivanovich

(Lazavik Mikalai Ivanavich)

Лазавiк Мiкалай iванавiч

ЛОЗОВИК Николай Иванович

18.01.1951

Nevinyany, distrett ta' Minsk,

Невиняньı Вилейского р-на Минской обл

Deputat tas-CEC

Miklashevich Petr Petrovich

(Miklashevich Piotr Piatrovich)

Мiклашзвiч Пётр Пятровiч

МИКЛАШЕВИЧ Петр Петрович

1954

Kosuta, distrett ta' Minsk,

Косута Минской области

Prosekutur Ġenerali

Slizhevsky Oleg Leonidovich

(Slizheuski Aleh Leanidavich)

Слiжзўскi Алег Леанiдавiч

СЛИЖЕВСКИЙ Олег Леонидович

 

 

Kap tad-Diviżjoni ta' l-organizzazzjonijiet Soċjali, partijiet u NGOs, Ministeru tal-Ġustizzja

Khariton Aleksandr

(Kharyton Alaksandr)

Харьıтон Аляксандр

ХАРИТОН Александр

 

 

Konsulent tad-Diviżjoni ta' l-organizzazzjonijiet Soċjali, partijiet u l-NGOs tal-Ministeru tal-Ġustizzja

Smirnov Evgeny Aleksandrovich

(Smirnou Yauhien Alaksandravich

Смiрноў Яўген Аляксандравiч

CМИРНОВ Евгений Александрович

15.03.1949

distrett ta' Ryazan, Russja

L-Ewwel Deputat tal-President tal-Qorti Ekonomika

Reutskaya Nadezhda Zalonva

(Ravutskaya Nadzieja Zalauna)

Равуцкая Надзея Залаўна

РЕУТСКАЯ Надежда Заловна

 

 

Imħallef tad-distrett ta' Minsk ta' Moska

Trubnikov Nikolai Alekseevich

(Trubnikau Mikalai Alakseevich)

Трубнiкаў Мiкалай Аляксеевiч

ТРУБНИКОВ Николай Алексеевич

 

 

Imħallef tad-distrett ta' Partizanskiy ta' Minsk

Kupriyanov Nikolai Mikhailovich

(Kupryianau Mikalai Mikhailavich)

Купрьıянаў Мiкалай Мiхайлавiч

КУПРИЯНОВ Николай Михайлович

 

 

Deputat Prosekutur Ġenerali

Sukhorenko Stepan Nikolaevich

(Sukharenka Stsiapan Mikalaevich)

Сухарзнка Сцяпан Мiкалаевiч

СУХОРЕНКО Степан Николаевич

27.01.1957

Zdudichi, distrett ta' Mogilev,

Здудичи Светлогорского района Гомельской области

President tal-KGB

Dementei Vasily Ivanovich

(Dzemiantsiei Vasil Ivanavich)

Дземянцей Васiль Iванавiч

ДЕМЕНТЕЙ Василий Иванович

 

 

L-Ewwel Deputat, KGB

Kozik Leonid Petrovich

(Kozik Leanid Piatrovich)

Козiк Леанiд Пятровiч

КОЗИК Леонид Петрович

13.07.1948

Borisov

Kap tal-Federazzjoni tal-Unions tal-Kummerċ

Koleda Alexandr Mikhailovich

(Kalada Alaksandr Mikhailavich)

Каляда Аляксандр Мiхайлавiч

КОЛЕДА Александр Михайлович

 

 

President tal-Kummissjoni ta' l-Elezzjonijiet ta' l-distrett ta' Brest

Mikhasev Vladimir Ilyich

(Mikhasiou Uladzimir Iliich)

Мiхасёў Уладзiмiр Iльiч

МИХАСЕВ Владимир Ильич

 

 

President tas-CEC tad-distrett ta' Gomel

Luchina Leonid Aleksandrovich

Лучьıна Леанiд Аляксандравiч

ЛУЧИНА Леонид Александрович

18.11.1947

distrett ta' Minsk

President tas-CEC tad-distrett ta' Grodno

Karpenko Igor Vasilievich

(Karpenka Ihar Vasilievich)

Карпенка Iгар Васiльевiч

КАРПЕНКО Игорь Васильевич

28.04.1964.

Novokuznetsk, Russja

Новокузнецк Кемеровской области, Россия

President tas-CEC tal-Belt ta' Minsk

Kurlovich Vladimir Anatolievich

(Kurlovich Uladzimir Anatolievich)

Курловiч Уладзiмiр Анатольевiч

КУРЛОВИЧ Владимир Анатольевич

 

 

President tas-CEC tad-distrett ta' Minsk

Metelitsa Nikolai Timofeevich

(Miatsielitsa Mikalai Tsimafeevich)

Мяцелiца Мiкалай Цiмафеевiч

МЕТЕЛИЦА Николай Тимофеевич

 

 

President tas-CEC tad-distrettta' Mogilev

Pishchulenok Mikhail Vasilievich

(Pishchulenak Mikhail Vasilievich)

Пiшчулёнак Мiхаiл Васiльевiч

ПИЩУЛЕНОК Михаил Васильевич

 

 

President tas-CEC tad-distrettta' Vitebsk

ANNESS IV

Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 1a

Names

(English transcription)

Names

(Belarusian spelling)

Names

(Russian spelling)

Date of birth

Place of birth

Position

Lukashenko Aleksandr Grigorievich

(Lukashenka Alaksandr Ryhoravich)

Лукашенка Аляксандр Рьıгоравiч

ЛУКАШЕНКО Александр Григорьевич

30.8.1954

Kopys, Vitebsk district

President

Nevyglas Gennady Nikolaevich

(Nievyhlas Hienadz Mikalaevich)

Невьıглас Генадзь Мiкалаевiч

НЕВЬIГЛАС Геннадий Николаевич

11.2.1954

Parahonsk, Pinsk district

Head of President's Administration

Petkevich Natalya Vladimirovna

(Piatkevich Natallia Uladzimirauna)

Пяткевiч Наталля Уладзiмiраўна

ПЕТКЕВИЧ Наталья Владимировна

24.10.1972

Minsk

Deputy Head of President's administration

Rubinov Anatoly Nikolaevich

(Rubinau Anatol Mikalaevich)

Рубiнаў Анатоль Мiкалаевiч

РУБИНОВ Анатолий Николаевич

15.4.1939

Mogilev

Deputy Head in charge of media and ideology, PA

Proleskovsky Oleg Vitoldovich

(Pralaskouski Aleh Vitoldavich)

Праляскоўскi Алег Вiтольдавiч

ПРОЛЕСКОВСКИЙ Олег Витольдович

1.10.1963

Zagorsk (Russia, now Sergijev Posad)

Aide and Head of the Main Ideological department, PA

Radkov Aleksandr Mikhailovich

(Radzkou Alaksandr Mikhailavich)

Радзькоў Аляксандр Мiхайлавiч

РАДЬКОВ Александр Михайлович

1.7.1951

Votnya, Вотня Бьıховского района Могилевской области

Minister of Education

Rusakevich Vladimir Vasilyevich

(Rusakevich Uladzimir Vasilievich)

Русакевiч Уладзiмiр Васiльевiч

РУСАКЕВИЧ Владимир Васильевич

13.9.1947

Vygonoshchi, Вьıгонощи, Брестская область

Minister of Information

Golovanov Viktor Grigoryevich

(Halavanau Viktar Ryhoravich)

Галаванаў Вiктар Рьıгоравiч

ГОЛОВАНОВ Виктор Григорьевич

1952

Borisov

Minister of Justice

Zimovsky Alexander Leonidovich

(Zimouski Alaksandr Lieanidavich)

Зiмоўскi Аляксандр Леанiдавiч

ЗИМОВСКИЙ Александр Леонидович

10.1.1961

Germany

Member of the Upper House of the Parliament;

Head of the national state teleradio company

Konoplyev Vladimir Nikolaevich

(Kanapliou Uladzimir Mikalaevich)

Канаплё Уладзiмiр Мiкалаевiч

КОНОПЛЕВ Владимир Николаевич

3.1.1954

Akulintsy, д. Акулинцьı Могилевского района

Chairman of the Lower House of the Parliament

Cherginets Nikolai Ivanovich

(Charhiniets Mikalai Ivanavich)

Чаргiнец Мiкалай Iванавiч

ЧЕРГИНЕЦ Николай Иванович

17.10.1937

Minsk

Chairman of the Foreign Affairs Committee of the Upper House

Kostyan Sergei Ivanovich

(Kastsian Siarhiei Ivanavich)

Касцян Сяргей Iванавiч

КОСТЯН Сергей Иванович

15.1.1941

Usokhi, Mogilev district, Усохи Кличевского района Могилевской области

Chairman of the Foreign Affairs Committee of the Lower House

Orda Mikhail Sergeevich

(Orda Mikhail Siarhieevich)

Орда Мiхаiл Сяргеевiч

ОРДА Михаил Сергеевич

28.9.1966

Dyatlovo, Grodno district,

Дятлово Гродненской области

Member of the Upper House, leader of BRSM

Lozovik Nikolai Ivanovich

(Lazavik Mikalai Ivanavich)

Лазавiк Мiкалай Iванавiч

ЛОЗОВИК Николай Иванович

18.1.1951

Nevinyany, Minsk district,

Невиняньı Вилейского р-на Минской обл

Deputy of the CEC

Miklashevich Petr Petrovich

(Miklashevich Piotr Piatrovich)

Мiклашзвiч Пётр Пятровiч

МИКЛАШЕВИЧ Петр Петрович

1954

Kosuta, Minsk district,

Косута Минской области

Prosecutor General

Slizhevsky Oleg Leonidovich

(Slizheuski Aleh Leanidavich)

Слiжзўскi Алег Леанiдавiч

СЛИЖЕВСКИЙ Олег Леонидович

 

 

Head of the Division of Social organisations, parties and NGOs, Ministry of Justice

Khariton Aleksandr

(Kharyton Alaksandr)

Харьıтон Аляксандр

ХАРИТОН Александр

 

 

Consultant of the Division of Social organisations, parties and NGOs of the Ministry of Justice

Smirnov Evgeny Aleksandrovich

(Smirnou Yauhien Alaksandravich)

Смiрноў Яўген Аляксандравiч

CМИРНОВ Евгений Александрович

15.3.1949

Ryazan district, Russia

First Deputy of the Chairman of the Economic Court

Reutskaya Nadezhda Zalovna

(Ravutskaya Nadzieja Zalauna)

Равуцкая Надзея Залаўна

РЕУТСКАЯ Надежда Заловна

 

 

Judge of the Moscow district of Minsk

Trubnikov Nikolai Alekseevich

(Trubnikau Mikalai Alakseevich)

Трубнiкаў Мiкалай Аляксеевiч

ТРУБНИКОВ Николай Алексеевич

 

 

Judge of the Partizanskiy disctrict of Minsk

Kupriyanov Nikolai Mikhailovich

(Kupryianau Mikalai Mikhailavich)

Купрьıянаў Мiкалай Мiхайлавiч

КУПРИЯНОВ Николай Михайлович

 

 

Deputy Prosecutor General

Sukhorenko Stepan Nikolaevich

(Sukharenka Stsiapan Mikalaevich)

Сухарзнка Сцяпан Мiкалаевiч

СУХОРЕНКО Степан Николаевич

27.1.1957

Zdudichi, Gomel district,

Здудичи Светлогорского района Гомельской области

Chairman of KGB

Dementei Vasily Ivanovich

(Dzemiantsiei Vasil Ivanavich)

Дземянцей Васiль Iванавiч

ДЕМЕНТЕЙ Василий Иванович

 

 

First Deputy, KGB

Kozik Leonid Petrovich

(Kozik Leanid Piatrovich)

Козiк Леанiд Пятровiч

КОЗИК Леонид Петрович

13.7.1948

Borisov

Head of the Federation of Trade Unions

Koleda Alexandr Mikhailovich

(Kalada Alaksandr Mikhailavich)

Каляда Аляксандр Мiхайлавiч

КОЛЕДА Александр Михайлович

 

 

Сhairman of the Elections Commission of the Brest district

Mikhasev Vladimir Ilyich

(Mikhasiou Uladzimir Iliich)

Мiхасёў Уладзiмiр Iльiч

МИХАСЕВ Владимир Ильич

 

 

Сhairman of the CEC of the Gomel district

Luchina Leonid Aleksandrovich

Лучьıна Леанiд Аляксандравiч

ЛУЧИНА Леонид Александрович

18.11.1947

Minsk district

Сhairman of the CEC of the Grodno district

Karpenko Igor Vasilievich

(Karpenka Ihar Vasilievich)

Карпенка Iгар Васiльевiч

КАРПЕНКО Игорь Васильевич

28.4.1964

Novokuznetsk, Russia

Новокузнецк Кемеровской области, Россия

Сhairman of the CEC of the Minsk City

Kurlovich Vladimir Anatolievich

(Kurlovich Uladzimir Anatolievich)

Курловiч Уладзiмiр Анатольевiч

КУРЛОВИЧ Владимир Анатольевич

 

 

Сhairman of the CEC of the Minsk district

Metelitsa Nikolai Timofeevich

(Miatsielitsa Mikalai Tsimafeevich)

Мяцелiца Мiкалай Цiмафеевiч

МЕТЕЛИЦА Николай Тимофеевич

 

 

Сhairman of the CEC of the Mogilev district

Pishchulenok Mikhail Vasilievich

(Pishchulenak Mikhail Vasilievich)

Пiшчулёнак Мiхаiл Васiльевiч

ПИЩУЛЕНОК Михаил Васильевич

 

 

Сhairman of the CEC of the Vitebsk district

Sheyman (Sheiman), Victor Vladimirovich

 

 

26.5.1958

Grodno region

State Secretary of the Security Council

Pavlichenko (Pavliuchenko), Dmitri (Dmitry) Valeriyevich

 

 

1966

Vitebsk

Head of the Special Response Group at the Ministry of the Interior (SOBR)

Naumov, Vladimir Vladimïrovich

 

 

1956

 

Minister of the Interior

Yermoshina Lydia Mihajlovna

 

 

29.1.1953

Slutsk (Minsk Region)

Chairwoman of the Central Election Commission

Podobed Yuri Nikolaevich

 

 

5.3.1962

Slutsk (Minsk Region)

Lieutenant-Colonel of Militia, Unit for Special Purposes (OMON), Ministry of Internal Affairs