29.9.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

441


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2006/318/PESK

tas-27 ta' April 2006

li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Burma/il-Mjanmar

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' April 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/423/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Burma/il-Mjanmar (1). Dawn il-miżuri ħadu post il-miżuri imposti mill-Pożizzjoni Komuni 2003/297/PESK (2), li kienu ħadu post il-miżuri restrittivi adottati inizjalment fl-1996 (3).

(2)

Fil-25 ta' April 2005, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2005/340/PESK li testendi l-miżuri restrittivi kontra l-Burma/Mjanmar (4). Dawn il-miżuri skadew fil-25 ta' April 2006.

(3)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni politika attwali f'Burma/il-Mjanmar, kif jixhdu:

in-nuqqas ta' l-awtoritajiet militari li jidħlu f'diskussjonijiet sostantivi mal-moviment demokratiku dwar proċess li jwassal għar-rikonċiljazzjoni nazzjonali, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija;

in-nuqqas li jippermettu Konvenzjoni Nazzjonali ġenwina u miftuħa;

id-detenzjoni li qed tkompli ta' Daw Aung San Suu Kyi, ta' membri oħra tal-Lega Nazzjonali għad-Demokrazija (NLD) u ta' persuni oħra taħt arrest politiku;

il-fastidju li għadu għaddej ta' l-NLD u ta' movimenti politiċi organizzati oħra;

il-vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem li qed ikomplu, inkluż in-nuqqas li tittieħed azzjoni biex jinqered l-użu ta' xogħol furzat skond ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport ta' l-2001 tat-Tim ta' Livell Għoli ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol u tar-rakkomandazzjonijiet u l-proposti ta' Missjonijiet sussegwenti ta' l-ILO;

u

l-iżviluppi reċenti bħaż-żieda fir-restrizzjonijiet fuq l-operat ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u organizzazzjonijiet non-governattivi,

il-Kunsill jikkunsidra li huwa ġustifikat bi sħiħ li jżomm il-miżuri restrittivi kontra r-reġim militari fil-Burma/il-Mjanmar, dawk li jibbenefikaw l-aktar mit-tmexxija ħażina tiegħu, u dawk li b'mod attiv jiffrustraw il-proċess ta' rikonċiljazzjoni nazzjonali, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija.

(4)

Għaldaqstant l-ambitu tal-projbizzjoni tal-viża u l-iffriżar ta' l-assi għandu jinżamm biex jinkludi membri tar-reġim militari, il-forzi tal-militar u tas-sigurtà, l-interessi ekonomiċi tar-reġim militari u individwi, gruppi, impriżi jew entitajiet oħra assoċjati mar-reġim militari li jifformulaw, jimplimentaw jew jibbenefikaw minn linji politiċi li jimpedixxu t-transizzjoni għad-demokrazija tal-Burma/il-Mjanmar, u l-familji u s-soċji tagħhom.

(5)

L-ambitu ta' dawn il-miżuri għandu jkompli jinkludi wkoll projbizzjoni fir-rigward ta' self jew krediti finanzjarji disponibbli għal, u l-akkwist jew l-estensjoni ta' parteċipazzjoni f'intrapriżi li huma l-proprjetà ta’ l-istat tal-Burma.

(6)

Il-Kunsill jikkunsidra li, għalkemm ċerti miżuri imposti minn din il-Pożizzjoni Komuni huma immirati lejn persuni assoċjati mar-reġim ta’ Burma/il-Mjanmar u l-membri tal-familji tagħhom, tfal taħt it-18, fil-prinċipju, m’għandhomx ikunu l-mira.

(7)

L-implimentazzjoni tal-projbizzjoni fuq żjarat ta’ livell għoli fil-livell ta' Direttur Politiku u ogħla għandha tinżamm mingħajr preġudizzju għal każijiet fejn l-Unjoni Ewropea tiddeċiedi li r-raġuni taż-żjara hija direttament għat-twettiq tar-rikonċiljazzjoni nazzjonali, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fil-Burma/il-Mjanmar.

(8)

Fil-każ ta' titjib sostanzjali fis-sitwazzjoni politika ġenerali fil-Burma/il-Mjanmar, is-sospensjoni ta' dawn il-miżuri restrittivi u l-bidu mill-ġdid b'mod gradwali ta' kooperazzjoni ma’ Burma/il-Mjanmar jiġu kkunsidrati, wara li l-Kunsill ikun ivvaluta l-iżviluppi.

(9)

Azzjoni mill-Komunità hi meħtieġa sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

1.   Il-bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta’ armamenti u materjal relatat ta’ kull tip, inklużi armi u munizzjoni, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta’ rikambju għal dawn imsemmija qabel, kif ukoll tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna, lill-Burma/il-Mjanmar minn ċittadini ta’ l-Istati Membri jew mit-territorji ta’ l-Istati Membri jew bl-użu ta' bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru tal-bandiera tagħhom għandhom jiġu pprojbiti kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom u kemm jekk le.

2.   Għandu jiġi pprojbit:

(a)

il-forniment ta' assistenza teknika, servizzi ta' senserija u servizzi oħra relatati ma' attivitajiet militari u mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' armamenti u ta' materjal relatat ta' kull xorta, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari, u partijiet ta' rikambju għal dawn imsemmija qabel, kif ukoll għal tagħmir li jista' jintuża għar-repressjoni interna, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fil-Burma/il-Mjanmar;

(b)

il-forniment ta' finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma' attivitajiet militari, inklużi b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni għal kwalunkwe bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta' armamenti u materjal relatat, kif ukoll tagħmir li jista' jintuża għar-repressjoni interna, jew għall-forniment ta' assistenza teknika relatata, senserija u servizzi oħra direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fi, jew għall-użu fil-Burma/il-Mjanmar.

(ċ)

il-parteċipazzjoni, konxjament u intenzjonalment, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jaħarbu mill-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) jew (b).

Artikolu 2

1.   L-Artikolu 1 m'għandux japplika għal:

(a)

il-bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta' tagħmir militari li ma jikkaġunax il-mewt, jew ta' tagħmir li jista' jintuża għar-repressjoni interna, maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, jew għal programmi tan-NU, l-UE u l-Komunità għall-bini ta’ istituzzjonijiet, jew ta’ materjal maħsub għal operazzjonijiet ta’ l-UE u n-NU għall-ġestjoni ta’ kriżijiet;

(b)

il-bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta' tagħmir għat-tneħħija ta' mini u materjal għall-użu f'operazzonijiet tat-tneħħija ta' mini;

(ċ)

il-forniment ta' finanzjament u assistenza finanzjarja relatata ma’ tali tagħmir jew ma' tali programmi u operazzjonijiet;

(d)

il-forniment ta' assistenza teknika relatata ma’ tali tagħmir jew ma' tali programmi u operazzjonijiet,

bil-kondizzjoni li tali esportazzjonijiet ikunu ġew approvati minn qabel mill-awtorità kompetenti rilevanti.

2.   L-Artikolu 1 m'għandux japplika għal ilbies protettiv, inklużi ġkieket għall-protezzjoni rinfurzati bil-metall (flak jackets) u elmi militari, esportati temporanjament lejn Burma/il-Mjanmar mill-persunal tan-NU, persunal ta' l-UE, il-Komunità jew l-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-medja u ħaddiema umanitarji u dawk għall-iżvilupp u persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.

Artikolu 3

Għajnuna jew programmi ta' żvilupp mhux umanitarji għandhom jiġu sospiżi. Għandhom isiru eċċezzjonijiet għal proġetti u programmi li jappoġġaw:

(a)

id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, il-governanza tajba, il-prevenzjoni ta' konflitt u l-bini tal-kapaċità tas-soċjetà ċivili,

(b)

is-saħħa u l-edukazzjoni, it-taffija tal-faqar u b'mod partikolari l-forniment tal-ħtiġijiet bażiċi u l-għajxien għall-popolazzjonijiet l-aktar foqra u l-aktar vulnerabbli,

(ċ)

il-ħarsien ta' l-ambjent, u b'mod partikolari programmi li jindirizzaw il-problema tal-qtugħ eċċessiv u non-sostenibbli ta' siġar li jirriżulta f'deforestazzjoni.

Il-proġetti u l-programmi għandhom jiġu implimentati permezz ta' aġenziji tan-NU, organizzazzjonijiet non-governattivi, u permezz ta' kooperazzjoni deċentralizzata ma' l-amministrazzjonijiet ċivili lokali. F'dan il-kuntest, l-Unjoni Ewropea ser tkompli tinvolvi ruħha mal-gvern ta' Burma dwar ir-responsabbiltajiet tiegħu biex jagħmel sforzi akbar sabiex jinkisbu l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp tan-NU.

Il-proġetti u l-programmi għandhom, safejn hu possibbli, ikunu definiti, immonitorjati, operati u evalwati f'konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili u mal-gruppi demokratiċi kollha, inkluż il-Lega Nazzjonali għad-Demokrazija.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-prevenzjoni tad-dħul, jew it-transitu, fit-territorji tagħhom ta':

(a)

membri anzjani tal-Kunsill ta' l-Istat għall-Paċi u l-Iżvilupp (SPDC), awtoritajiet Burmin fis-settur tat-turiżmu, membri anzjani tal-militar, il-Gvern jew il-forzi tas-sigurtà li jifformulaw, jimplimentaw jew jibbenefikaw minn linji politiċi li jimpedixxu t-transizzjoni ta’ Burma/il-Mjanmar lejn id-demokrazija, u membri tal-familji tagħhom, li huma l-persuni fiżiċi elenkati fl-Anness I;

(b)

membri tal-militar Burman li jkunu qed iservu fil-grad ta' Brigadier-Ġeneral u ogħla u membri tal-familji tagħhom, li huma l-persuni fiżiċi elenkati fl-Anness I.

2.   Il-Paragrafu 1 ma jobbligax Stat Membru li jirrifjuta d-dħul fit-territorju tiegħu liċ-ċittadini tiegħu stess.

3.   Il-Paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut b'obbligu tal-liġi internazzjonali, jiġifieri:

(a)

bħala pajjiż li jospita organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;

(b)

bħala pajjiż li jospita konferenza internazzjonali msejħa minn, jew taħt il-patroċinju tan-Nazzjonijiet Uniti;

jew

(ċ)

taħt xi ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet,

jew

(d)

taħt it-Trattat ta' Konċiljazzjoni ta' l-1929 (il-Patt tal-Lateran) konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u mill-Italja.

4.   Il-Paragrafu 3 għandu jiġi kkunsidrat li japplika wkoll f'każijiet fejn Stat Membru jkun il-pajjiz li jospita l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).

5.   Il-Kunsill għandu jkun debitament informat fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skond il-paragrafi 3 jew 4.

6.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti fil-paragrafu 1 fejn l-ivvjaġġar huwa ġġustifikat abbażi ta’ ħtieġa urġenti umanitarja, jew abbażi ta’ l-attendenza f'laqgħat intergovernattivi, inklużi dawk promossi mill-Unjoni Ewropea, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza attwali ta' l-OSKE, fejn jitmexxa djalogu politiku li jippromwovi direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat ta' dritt f'Burma/il-Mjanmar.

7.   Stat Membru li jixtieq jagħti l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6 għandu jinnotifika lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni tiġi kkunsidrata bħala mogħtija sakemm wieħed jew aktar mill-Membri tal-Kunsill ma jressaqx oġġezzjoni bil-miktub fi żmien jumejn ta' xogħol minn meta jirċievi notifika ta’ l-eżenzjoni proposta. Fil-każ li wieħed jew aktar mill-membri tal-Kunsill iressaq oġġezzjoni, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista’ jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.

8.   F’każijiet fejn skond il-paragrafi 3, 4, 6 u 7, Stat Membru jawtorizza d-dħul, jew it-transitu, fit-territorju tiegħu ta’ persuni elenkati fl-Anness I, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih tingħata u għall-persuni konċernati biha.

Artikolu 5

1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu għal, huma l-proprjetà ta', jinżammu jew huma kkontrollati mill-membri individwali tal-Gvern tal-Burma/il-Mjanmar u li jappartjenu għal, huma l-proprjetà ta', jinżammu jew huma kkontrollati minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom kif elenkati fl-Anness I għandhom jiġu ffriżati.

2.   L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi m'għandhom isiru disponibbli direttament jew indirettament lil jew għall-benefiċċju tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I.

3.   L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza r-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew li jsiru disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, taħt tali kondizzjonijiet li tikkunsidra xierqa, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi konċernati huma:

(a)

meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni elenkati fl-Anness I u l-membri dipendenti tal-familji tagħhom, inklużi pagamenti għal oġġetti ta' l-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, primjums ta' l-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta' utilitajiet pubbliċi,

(b)

maħsuba esklussivament għall-pagament ta’ onorarji professjonali raġjonevoli u għar-rimborż ta’ spejjeż magħmula assoċjati mal-forniment ta’ servizzi legali,

(ċ)

maħsuba esklussivament għall-pagament ta' miżati jew il-ħlasijiet ta' servizzi għaż-żamma jew il-manutenzjoni ta’ rutina ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati,

(d)

meħtieġa għal spejjeż straordinarji, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti tkun innotifikat ir-raġunijiet li għalihom tikkunsidra li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra u lill-Kummissjoni mill-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni.

L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan l-Artikolu.

4.   Il-Paragrafu 2 m'għandux japplika għaż-żieda ma' kontijiet iffriżati ta':

(a)

imgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet;

jew

(b)

pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehim jew obbligi li ġew konklużi jew seħħew qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għal miżuri restrittivi,

bil-kondizzjoni li kwalunkwe tali imgħax, dħul u pagamenti oħra jkomplu jkunu soġġetti għall-paragrafu 1.

5.   Dan li ġej għandu jiġi pprojbit:

(a)

l-għoti ta' kwalunkwe self jew kreditu finanzjarju lill-intrapriżi li huma l-proprjetà ta' l-istat ta' Burma kif elenkati fl-Anness II, jew l-akkwist ta' bonds, ċertifikati ta' depożitu, ta' warrants jew ta' obbligazzjonijiet mhux garantiti, maħruġa minn dawn l-intrapriżi;

(b)

l-akkwist jew l-estensjoni ta' parteċipazzjoni f'intrapriżi li huma l-proprjetà ta' l-istat ta' Burma kif elenkati fl-Anness II, inkluż l-akkwist b'mod sħiħ ta' tali intrapriżi u l-akkwist ta' ishma u ta' titoli ta' sigurtà ta' natura parteċipanti.

6.   Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 5(a) għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni ta' obbligu li jinħoloq minn kuntratti jew ftehim konklużi qabel il-25 ta' Ottubru 2004.

7.   Il-projbizzjoni fil-paragrafu 5(b) m'għandhiex timpedixxi l-estensjoni ta' parteċipazzjoni f'intrapriżi li huma l-proprjetà ta' l-Istat ta' Burma kif elenkati fl-Anness II, jekk tali estensjoni hija obbligatorja taħt ftehim konkluż ma' l-intrapriża konċernata li hija l-proprjetà ta' l-Istat ta' Burma qabel il-25 ta' Ottubru 2004.

Artikolu 6

Żjarat governattivi bilaterali ta' livell għoli (Ministri u Uffiċjali fil-livell ta' Direttur Politiku u ogħla) f'Burma/il-Mjanmar għandhom jibqgħu sospiżi. Il-Kunsill jista', f'każijiet eċċezzjonali, jiddeċiedi li jagħmel eċċezzjonijiet għal din ir-regola.

Artikolu 7

L-Istati Membri m'għandhomx jippermettu l-assenjazzjoni ta' persunal militari mar-rappreżentazzjonijiet diplomatiċi tal-Burma/il-Mjanmar fl-Istati Membri. Il-persunal militari kollu assenjat mar-rappreżentazzjonijiet diplomatiċi ta' l-Istati Membri fil-Burma/il-Mjanmar għandu jibqa' irtirat.

Artikolu 8

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mill-Kummissjoni, għandu jadotta modifikazzjonijiet għal-lista mniżżla fl-Anness I kif meħtieġ.

Artikolu 9

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Hija għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif xieraq, partikolarment fir-rigward ta' l-intrapriżi li huma l-proprjetà ta' l-Istat ta' Burma elenkati fl-Anness II, jekk il-Kunsill jikkunsidra li l-objettivi tiegħu ma ntlaħqux.

Artikolu 10

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tidħol b'effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika għal perijodu ta' 12-il xahar mit-30 ta' April 2006.

Artikolu 11

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, nhar is-27 ta' April 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

U. PLASSNIK


(1)  ĠU L 125, 28.4.2004, p. 61, Pożizzjoni Komuni kif emendata l-aħħar bil-Pożizzjoni Komuni 2005/340/PESK (ĠU L 108, 29.4.2005, p. 88).

(2)  ĠU L 106, 29.4.2003, p. 36. Pożizzjoni Komuni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/907/PESK (ĠU L 340, 24.12.2003, p. 81).

(3)  Pożizzjoni Komuni 96/635/PESK, (ĠU L 287, 8.11.1996, p. 1). Pożizzjoni Komuni kif emendata l-aħħar bil-Pożizzjoni Komuni 2002/831/PESK (ĠU L 285, 23.10.2002, p. 7).

(4)  ĠU L 108, 29.4.2005, p. 88.


ANNESS I

Lista msemmija fl-Artikoli 4, 5 u 8

Noti għat-Tabelli:

1.

Psewdonimi u varjazzjonijiet fil-kitba huma indikati b“a.k.a.”

A.   KUNSILL TA' L-ISTAT GĦALL-PAĊI U L-IŻVILUPP (SPDC)

 

Isem (isem, kunjom, sess; Psewdonimi possibbli)

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni (funzjoni/titolu, data u post tat-twelid, numru tal-passaport/karta ta’ l-identità, konjuġi jew iben/bint…)

A1a

Ġeneral Anzjan Than Shwe

President, data tat-twelid 02.02.1933

A1b

Kyaing Kyaing

Mart il-Ġeneral Anzjan Than Shwe

A1ċ

Thandar Shwe

bint il-Ġeneral Anzjan Than Shwe

A1d

Khin Pyone Shwe

bint il-Ġeneral Anzjan Than Shwe

A1e

Aye Aye Thit Shwe

bint il-Ġeneral Anzjan Than Shwe

A1f

Tun Naing Shwe a.k.a. Tun Tun Naing

iben il-Ġeneral Anzjan Than Shwe

A1g

Khin Thanda

Mart Tun Naing Shwe

A1h

Kyaing San Shwe

iben il-Ġeneral Anzjan Than Shwe

A1i

Dr Khin Win Sein

mart Kyaing San Shwe

A1j

Thant Zaw Shwe a.k.a. Maung Maung

iben il-Ġeneral Anzjan Than Shwe

A1k

Dewar Shwe

bint il-Ġeneral Anzjan Than Shwe

A1l

Kyi Kyi Shwe

bint il-Ġeneral Anzjan Than Shwe

A2a

Viċi-Ġeneral Anzjan Maung Aye

Viċi-President, data tat-twelid 25.12.1937

A2b

Mya Mya San

Mart il-Viċi Ġeneral Anzjan Maung Aye

A2ċ

Nandar Aye

bint il-Viċi Ġeneral Anzjan Maung Aye, konjuġi tal-Maġġur Pye Aung (D17d)

A3a

Ġeneral Thura Shwe Mann

Kap ta' l-Istat Maġġur, Koordinatur ta’ l-Operazzjonijiet Speċjali (Armata, Forzi Navali u ta’ l-Ajru) data tat-twelid 11.7.1947

A3b

Khin Lay Thet

Mart il-Ġeneral Thura Shwe Mann data tat-twelid 19.6.47

A3ċ

Aung Thet Mann

iben il-Ġeneral Thura Shwe Mann, Kumpannija tal-Gwerra Ayeya Shwe data tat-twelid 19.6.1977 nru tal-passaport - CM102233

A3d

Toe Naing Mann

iben Shwe Mann data tat-twelid 29.06.1978

A3e

Zay Zin Latt

Mart Toe Naing Mann; bint Khin Shwe (J5a) data tat-twelid 24.3.1981

A4a

Ġen Soe Win

Prim Ministru mid-19.10.2004, imwieled 1946

A4b

Than Than Nwe

Mart -Ġen Soe Win

A5a

Tenent-Ġeneral (Ten-Ġen) Thein Sein

Segretarju 1 (mid-19.10.2004) u Ajjutant Ġenerali

A5b

Khin Khin Win

Mart it-Ten-Ġen Thein Sein

A6a

Ten-Ġen (Thiha Thura) Tin Aung Myint Oo

(Thiha Thura huwa titolu) Ġeneral inkarigat mill-proviżjonijiet (Quartermaster-Ġeneral)

A6b

Khin Saw Hnin

Mart it-Ten-Ġen Thiha Thura Tin Aung Myint Oo

A7a

Ten-Ġen Kyaw Win

Kap ta’ l-Uffiċċju ta’ l-Operazzjonijiet Speċjali 2 (Stat ta' Kayah)

A7b

San San Yee a.k.a. San San Yi

mart it-Ten-Ġen Kyaw Win

A7ċ

Nyi Nyi Aung

iben it-Ten-Ġen Kyaw Win

A7d

San Thida Win

Mart Nyi Nyi Aung

A7e

Min Nay Kyaw Win

iben it-Ten-Ġen Kyaw Win

A7f

Dr Phone Myint Htun

iben it-Ten-Ġen Kyaw Win

A7g

San Sabai Win

Mart Dr Phone Myint Htun

A8a

Ten-Ġen Tin Aye

Kap ta’ l-Ordinanza Militari, Kap ta’ l-UMEH

A8b

Kyi Kyi Ohn

Mart it-Ten-Ġen Tin Aye

A8ċ

Zaw Min Aye

Iben it-Ten-Ġen Tin Aye

A9a

Ten-Ġen Ye Myint

Kap ta’ l-Uffiċċju ta’ l-Operazzjonijiet Speċjali 1 (Kachin, Chin, Sagaing, Magwe, Mandalay)

A9b

Tin Lin Myint

Mart it-Ten-Ġen Ye Myint, data tat-twelid 25.01.1947

A9ċ

Theingi Ye Myint

bint it-Ten-Ġen Ye Myint

A9d

Aung Zaw Ye Myint

iben it-Ten-Ġen Ye Myint, Yetagun Construction Co

A9e

Kay Khaing Ye Myint

bint it-Ten-Ġen Ye Myint

A10a

Ten-Ġen Aung Htwe

Kap tat-Taħriġ tal-Forzi Armati

A10b

Khin Hnin Wai

Mart it-Ten-Ġen Aung Htwe

A11a

Ten-Ġen Khin Maung Than

Kap ta’ l-Uffiċċju ta’ l-Operazzjonijiet Speċjali 3 (Pegu, Rangoon, Irrawaddy, Arakan)

A11b

Marlar Tint

Mart it-Ten-Ġen Khin Maung Than

A12a

Ten-Ġen Maung Bo

Kap ta’ l-Uffiċċju ta’ l-Operazzjonijiet Speċjali 4 (Karen, Mon, Tenasserim)

A12b

Khin Lay Myint

Mart it-Ten-Ġen Maung Bo

A12ċ

Kyaw Swa Myint

Iben it-Ten-Ġen Maung Bo. Negozjant

A13a

Ten-Ġen Myint Swe

Kap tas-Sigurtà ta' l-Affarijiet Militari

A13b

Khin Thet Htay

Mart it-Ten-Ġen Myint Swe


B.   KMANDANTI REĠJONALI

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni (inkluż Kmand)

B1a

Brigadier Ġeneral (Brig-Ġen) Hla Htay Win

Rangoon

B1b

Mar Mar Wai

Mart il-Brig-Ġen Hla Htay Win

B2a

Maġġur-Ġeneral (Maġġ-Ġen) Ye Myint

Tal-Lvant (Stat ta' Shan (Nofsinhar))

B2b

Myat Ngwe

Mart il-Maġġ-Ġen Ye Myint

B3a

Maġġ-Ġen Thar Aye a.k.a. Tha Aye

Tal-Majjistral (Diviżjoni ta’ Sagaing)

B3b

Wai Wai Khaing a.k.a. Wei Wei Khaing

mart il-Maġġ-Ġen Thar Aye

B4a

Maġġ-Ġen Maung Maung Swe

Kostali (Diviżjoni ta' Tanintharyi)

B4b

Tin Tin Nwe

Mart il-Maġġ-Ġen Maung Maung Swe

B4ċ

Ei Thet Thet Swe

Bint il-Maġġ-Ġen Maung Maung Swe

B4d

Kaung Kyaw Swe

iben il-Maġġ-Ġen Maung Maung Swe

B5a

Maġġ-Ġen Myint Hlaing

Tal-Grigal (Stat ta’ Shan (Tramuntana))

B5b

Khin Thant Sin

mart il-Maġġ-Ġen Myint Hlaing

B5ċ

Hnin Nandar Hlaing

Bint il-Maġġ-Ġen Myint Hlaing

B5d

Kadett Thant Sin Hlaing

Iben il-Maġġ-Ġen Myint Hlaing

B6a

Maġġ-Ġen Khin Zaw

Ċentrali (Diviżjoni ta' Mandalay)

B6b

Khin Pyone Win

Mart il-Maġġ-Ġen Khin Zaw

B6ċ

Kyi Tha Khin Zaw

iben il-Maġġ-Ġen Khin Zaw

B6d

Su Khin Zaw

Bint il-Maġġ-Ġen Khin Zaw

B7a

Maġġ-Ġen Khin Maung Myint

Tal-Punent (Stat ta’ Rakhine)

B7b

Win Win Nu

Mart il-Maġġ-Ġen Khin Maung Myint

B8a

Maġġ-Ġen Thura Myint Aung

Tal-Lbiċ (Diviżjoni ta’ Irrawaddy)

B8b

Than Than Nwe

Mart il-Maġġ-Ġen Thura Myint Aung

B9a

Maġġ-Ġen Ohn Myint

Tramuntana (Stat ta’ Kachin)

B9b

Nu Nu Swe

Mart il-Maġġ-Ġen Ohn Myint

B10a

Maġġ-Ġen Ko Ko

Nofsinhar (Diviżjoni ta’ Pegu)

B10b

Sao Nwan Khun Sum

Mart il-Maġġ-Ġen Ko Ko

B11a

Maġġ-Ġen Soe Naing

Tax-Xlokk (Stat ta’ Mon)

B11b

Tin Tin Latt

Mart il-Maġġ-Ġen Soe Naing

B11ċ

Wut Yi Oo

Bint il-Maġġ-Ġen Soe Naing

B11d

Kaptan Htun Zaw Win

Ir-raġel ta' Wut Yi Oo (B11ċ)

B11e

Yin Thu Aye

Bint il-Maġġ-Ġen Soe Naing

B11f

Yi Phone Zaw

Iben il-Maġġ-Ġen Soe Naing

B12a

Brig Ġen Min Aung Hlaing

Triangle (Stat ta' Shan (Lvant))


Ċ.   VIĊI KMANDANTI REĠJONALI

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni (inkluż Kmand)

Ċ1a

Brig-Ġen Wai Lwin

Yangon

Ċ1b

Swe Swe Oo

Mart il-Brig-Ġen Wai Lwin

Ċ1ċ

Wai Phyo

iben il-Brig-Ġen Wai Lwin

Ċ1d

Lwin Yamin

bint il-Brig-Ġen Wai Lwin

Ċ2a

Brig-Ġen Nay Win

Ċentrali

Ċ2b

Nan Aye Mya

Mart il-Brig-Ġen Nay Win

Ċ3a

Brig-Ġen Tin Maung Ohn

Tal-Majjistral

Ċ4a

Brig-Ġen San Tun

Tat-Tramuntana

Ċ4b

Tin Sein

Mart il-Brig-Ġen San Tun

Ċ5a

Brig-Ġen Hla Myint

Tal-Grigal

Ċ5b

Su Su Hlaing

Mart il-Brig-Ġen Hla Myint

C6

Brig-Ġen Wai Lwin

Triangle

Ċ7a

Brig-Ġen Win Myint

Tal-Lvant

Ċ8a

Kur Zaw Min

Tax-Xlokk

Ċ9a

Brig-Ġen Hone Ngaing/Hon Ngai

Kostali

Ċ10a

Brig-Ġen Thura Maung Ni

Tan-Nofsinhar

Ċ10b

Nan Myint Sein

Mart il-Brig-Ġen Thura Maung Ni

Ċ11a

Brig-Ġen Tint Swe

Tal-Lbiċ

Ċ11b

Khin Thaung

Mart il-Brig-Ġen Tint Swe

Ċ11ċ

Ye Min a.k.a.: Ye Kyaw Swar Swe

iben il-Brig-Ġen Tint Swe

Ċ11d

Su Mon Swe

Mart Ye Min

Ċ12a

Brig Ġen Tin Hlaing

Tal-Punent


D.   MINISTRI

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni (inkluż Ministeru)

D3a

Maġġ-Ġen Htay Oo

Agrikoltura u Irrigazzjoni mit-18.9.2004 (qabel Kooperattivi mill-25.8.2003)

D3b

Ni Ni Win

Mart il-Maġġ-Ġen Htay Oo

D3ċ

Thein Zaw Nyo

Kadett. Iben il-Maġġ-Ġen Htay Oo

D4a

Brig-Ġen Tin Naing Thein

Kummerċ (mit-18.9.2004), Qabel Deputat Ministru għall-Foresti

D4b

Aye Aye

Mart il-Brig-Ġen Tin Naing Thein

D5a

Maġġ-Ġen Saw Tun

Kostruzzjoni data tat-twelid 8.5.1935

D5b

Myint Myint Ko

Mart il-Maġġ-Ġen Saw Tun data tat-twelid 11.1.1945

D5ċ

Me Me Tun

Bint il-Maġġ-Ġen Saw Tun data tat-twelid 26.10.1967 Passaport nru 415194

D5d

Maung Maung Lwin

Ir-raġel ta' Me Me Tun data tat-twelid 2.1.1969

D6a

Kur Zaw Min

Kooperattivi mit-18.9.2004, qabel President Magwe PDC

D6b

Khin Mi Mi

Mart il-Kur Zaw Min

D7a

Maġġ-Ġen Kyi Aung

Kultura

D7b

Khin Khin Lay

Mart il-Maġġ-Ġen Kyi Aung

D8a

Dr. Chan Nyein

Edukazzjoni. Qabel E29a Deputat Ministru tax-Xjenza u t-Teknoloġija

D8b

Sandar Aung

Mart Dr. Chan Nyein (qabel E29b)

D9a

Maġġ-Ġen Tin Htut

Enerġija Elettrika

D9b

Tin Tin Nyunt

Mart il-Maġġ-Ġen Tin Htut

D10a

Brig-Ġen Lun Thi

Enerġija

D10b

Khin Mar Aye

Mart il-Brig-Ġen Lun Thi

D10ċ

Mya Sein Aye

bint il-Brig-Ġen Lun Thi

D10d

Zin Maung Lun

iben il-Brig-Ġen Lun Thi

D10e

Zar Chi Ko

Mart Zin Maung Lun

D11a

Maġġ-Ġen Hla Tun

Finanzi u Dħul

D11b

Khin Than Win

mart il-Maġġ-Ġen Hla Tun

D12a

Nyan Win

Affarijiet Barranin mit-18.09.2004, qabel Deputat Kap tat-Taħriġ tal-Forzi Armati, data tat-twelid 22.1.1953

D12b

Myint Myint Soe

Mart Nyan Win

D13a

Brig-Ġen Thein Aung

Foresti

D13b

Khin Htay Myint

Mart il-Brig-Ġen Thein Aung

D14a

Prof. Dr. Kyaw Myint

Saħħa

D14b

Nilar Thaw

Mart il-Prof. Dr. Kyaw Myint

D15a

Maġġ-Ġen Maung Oo

Affarjiet Interni

D15b

Nyunt Nyunt Oo

Mart il-Maġġ-Ġen Maung Oo

D16a

Maġġ-Ġen Sein Htwa

Ministeru ta’ l-Immigrazzjoni u l-Popolazzjoni, kif ukoll Ministeru ta’ l-Għajnuna Soċjali, l-Assistenza u l-Kolonizzazzjoni mill-Ġdid

D16b

Khin Aye

Mart il-Maġġ-Ġen Sein Htwa

D17a

Aung Thaung

Industrija 1

D17b

Khin Khin Yi

Mart Aung Thaung

D17ċ

Maġġur Moe Aung

Iben Aung Thaung

D17d

Dr Aye Khaing Nyunt

Mart il-Maġġur Moe Aung

D17e

Nay Aung

Iben Aung Thaung, negozjant, Direttur Eżekuttiv, Aung Yee Phyoe Co. Ltd

D17f

Khin Moe Nyunt

Mart Nay Aung

D17g

Kaptan Pyi Aung a.k.a. Pye Aung

Iben Aung Thaung (miżżewweġ lil A2ċ)

D17h

Khin Ngu Yi Phyo

Bint Aung Thaung

D17i

Dr Thu Nanda Aung

Bint Aung Thaung

D17j

Aye Myat Po Aung

Bint Aung Thaung

D18a

Maġġ-Ġen Saw Lwin

Industrija 2

D18b

Moe Moe Myint

Mart il-Maġġ-Ġen Saw Lwin

D19a

Brig-Ġen Kyaw Hsan

Informazzjoni

D19b

Kyi Kyi Win

Mart il-Brig-Ġen Kyaw Hsan

D20a

Brig-Ġen Maung Maung Thein

Bhejjem u Sajd

D20b

Myint Myint Aye

Mart il-Brig-Ġen Maung Maung Thein

D20ċ

Min Thein

iben il-Brig-Ġen Maung Maung Thein

D21a

Brig-Ġen Ohn Myint

Minjieri

D21b

San San

Mart il-Brig-Ġen Ohn Myint

D21ċ

Thet Naing Oo

iben il-Brig-Ġen Ohn Myint

D21d

Min Thet Oo

iben il-Brig-Ġen Ohn Myint

D22a

Soe Tha

Ippjanar Nazzjonali u Żvilupp Ekonomiku

D22b

Kyu Kyu Win

Mart Soe Tha

D22ċ

Kyaw Myat Soe

iben Soe Tha;

D22d

Wei Wei Lay

Mart Kyaw Myat Soe

D23a

Kur Thein Nyunt

Progress ta’ Żoni fil-Fruntieri u Tiġrijiet Nazzjonali u Affarijiet dwar l-Iżvilupp, possibbilment Sindku ta' Naypyidaw (Pyinmana)

D23b

Kyin Khaing

Mart il-Kur Thein Nyunt

D24a

Maġġ-Ġen Aung Min

Trasport bil-Ferrovija

D24b

Wai Wai Thar a.k.a. Wai Wai Tha

Mart il-Maġġ-Ġen Aung Min

D25a

Brig-Ġen Thura Myint Maung

Affarjiet Reliġjużi

D25b

Aung Kyaw Soe

iben il-Brig-Ġen Thura Myint Maung

D25ċ

Su Su Sandi

Mart Aung Kyaw Soe

D25d

Zin Myint Maung

bint il-Brig-Ġen Thura Myint Maung

D26a

Thaung

Xjenza u Teknoloġija Konkorrentament Xogħol (mill-5.11.2004)

D26b

May Kyi Sein

Mart Thaung

D27a

Brig-Ġen Thura Aye Myint

Sports

D27b

Aye Aye

Mart il-Brig-Ġen Thura Aye Myint

D27ċ

Nay Linn

iben il-Brig-Ġen Thura Aye Myint

D28a

Brig-Ġen Thein Zaw

Ministru tat-Telekomunikazzjoni, Posta u Telegrafu u Ministru tal-Lukandi u t-Turiżmu

D28b

Mu Mu Win

Mart il-Brig-Ġen Thein Zaw

D29a

Maġġ-Ġen Thein Swe

Trasport, mit-18.9.2004 (qabel Uffiċċju tal-Prim Ministru mill-25.8.2003)

D29b

Mya Theingi

Mart il-Maġġ-Ġen Thein Swe


E.   DEPUTAT MINISTRI

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni (ink. Ministeru)

E1a

Ohn Myint

Agrikoltura u Irrigazzjoni

E1b

Thet War

Mart Ohn Myint

E2a

Brig-Ġen Aung Tun

Kummerċ

E3a

Brig-Ġen Myint Thein

Kostruzzjoni

E3b

Mya Than

Mart il-Brig-Ġen Myint Thein

E4a

Brig-Ġen Soe Win Maung

Kultura

E4b

Myint Myint Wai a.k.a. Khin Myint Wai

Mart il-Brig-Ġen Soe Win Maung

E5a

Brig-Ġen Khin Maung Win

Difiża

E7a

Myo Nyunt

Edukazzjoni

E7b

Marlar Thein

Mart Myo Nyunt

E8a

Brig-Ġen Aung Myo Min

Edukazzjoni

E8b

Thazin Nwe

mart il-Brig-Ġen Aung Myo Min

E9a

Myo Myint

Enerġija Elettrika

E9b

Tin Tin Myint

Mart Myo Myint

E10a

Brig-Ġen Than Htay

Enerġija (mill-25.8.2003)

E10b

Soe Wut Yi

mart il-Brig-Ġen Than Htay

E11a

Kur Hla Thein Swe

Finanzi u Dħul

E11b

Thida Win

mart il-Kur Hla Thein Swe

E12a

Kyaw Thu

Affarijiet Barranin, data tat-twelid 15.08.1949

E12b

Lei Lei Kyi

Mart Kyaw Win

E13a

Maung Myint

Affarijiet Barranin mit-18.9.2004

E13b

Dr Khin Mya Win

Mart Maung Myint

E14a

Prof. Dr. Mya Oo

Saħħa, data tat-twelid 25.1.1940

E14b

Tin Tin Mya

Mart il-Prof. Dr. Mya Oo

E14ċ

Dr. Tun Tun Oo

iben il-Prof. Dr. Mya Oo, data tat-twelid 26.7.1965

E14d

Dr. Mya Thuzar

bint il-Prof. Dr. Mya Oo, data tat-twelid 23.9.1971

E14e

Mya Thidar

bint il-Prof. Dr. Mya Oo, data tat-twelid 10.6.1973

E14f

Mya Nandar

bint il-Prof. Dr. Mya Oo, data tat-twelid 29.5.1976

E15a

Brig-Ġen Phone Swe

Affarijiet Interni (mill-25.8.2003)

E15b

San San Wai

mart il-Brig-Ġen Phone Swe

E16a

Brig-Ġen Aye Myint Kyu

Lukandi u Turiżmu

E16b

Khin Swe Myint

Mart il-Brig-Ġen Aye Myint Kyu

E17a

Maung Aung

Immigrazzjoni u Popolazzjoni

E17b

Hmwe Hmwe

mart Maung Aung

E18a

Brig-Ġen Thein Tun

Industrija 1

E19a

Tenent-Kurunell (Ten-Kur) Khin Maung Kyaw

Industrija 2

E19b

Mi Mi Wai

Mart it-Ten-Kur Khin Maung Kyaw

E20a

Brig-Ġen Aung Thein

Informazzjoni

E20b

Tin Tin Nwe

Mart il-Brig-Ġen Aung Thein

E21a

Thein Sein

Informazzjoni, membru tas-CEC ta' l-USDA

E21b

Khin Khin Wai

Mart Thein Sein

E21ċ

Thein Aung Thaw

iben Thein Sein

E21d

Su Su Cho

Mart Thein Aung Thaw

E22a

Brig-Ġen Win Sein

Xogħol

E22b

Wai Wai Linn

Mart il-Brig-Ġen Win Sein

E23a

Myint Thein

Minjieri

E23b

Khin May San

Mart Myint Thein

E24a

Kur Tin Ngwe

Progress ta’ Żoni fil-Fruntieri u Tiġrijiet Nazzjonali u Affarijiet dwar l-Iżvilupp

E24b

Khin Mya Chit

Mart il-Kur Tin Ngwe

E25a

Brig-Ġen Than Tun

Progress ta’ Żoni fil-Fruntieri u Tiġrijiet Nazzjonali u Affarijiet dwar l-Iżvilupp

E25b

May Than Tun

bint il-Brig-Ġen Than Tun data tat-twelid 25.06.1970

E25ċ

Ye Htun Myat

Mart May Than Tun

E26a

Thura Thaung Lwin

(Thura huwa titolu), Trasport bil-Ferrovija

E26b

Dr Yi Yi Htwe

Mart Thura Thaung Lwin

E27a

Brig-Ġen Thura Aung Ko

(Thura huwa titolu), Affarijiet Reliġjużi, membru tas-CEC ta' l-USDA CEC

E27b

Myint Myint Yee a.k.a. Yi Yi Myint

Mart il-Brig-Ġen Thura Aung Ko

E28a

Kyaw Soe

Xjenza u Teknoloġija

E29a

Kur Thurein Zaw

Ippjanar Nazzjonali u Żvilupp Ekonomiku

E30a

Brig-Ġen Kyaw Myint

Għajnuna Soċjali, Assistenza u Kolonizzazzjoni mill-Ġdid

E30b

Khin Nwe Nwe

Mart il-Brig-Ġen Kyaw Myint

E31a

Pe Than

Kemm Ministru tat-Trasport kif ukoll Ministru tat-Trasport bil-Ferrovija

E31b

Cho Cho Tun

Mart Pe Than

E32a

Kur Nyan Tun Aung

Trasport


F.   ĦATRIET OĦRA RELATATI MAT-TURIŻMU

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni (inkluża kariga)

F1a

Kaptan (Irtirat) Htay Aung

Direttur Ġenerali fid-Direttorat tal-Lukandi u t-Turiżmu (Direttur Eżekuttiv, Servizzi tal-Lukandi u t-Turiżmu ta’ Mjanmar sa Awissu 2004)

F2

Tin Maung Shwe

Deputat Direttur Ġenerali, Direttorat tal-Lukandi u t-Turiżmu

F3

Soe Thein

Direttur Eżekuttiv, Servizzi tal-Lukandi u t-Turiżmu ta’ Mjanmar minn Ottubru 2004 (qabel Direttur Ġenerali)

F4

Khin Maung Soe

Direttur Ġenerali

F5

Tint Swe

Direttur Ġenerali

F6

Ten-Kur Yan Naing

Direttur Ġenerali, Ministeru tal-Lukandi u t-Turiżmu

F7

Nyunt Nyunt Than

Direttur għall-Promozzjoni tat-Turiżmu, Ministeru tal-Lukandi u t-Turiżmu


G.   UFFIĊJALI MILITARI ANZJANI (Brigadier-Ġeneral u ogħla)

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni (inkluża funzjoni)

G1a

Maġġ-Ġen Hla Shwe

Deputat Ajjutant Ġenerali

G3a

Maġġ-Ġen Soe Maung

Imħallef Avvukat Ġenerali

G4a

Brig-Ġen Thein Htaik a.k.a. Hteik

Spettur Ġenerali

G5a

Maġġ-Ġen Saw Hla

Kap tal-Pulizija Militari

G6a

Maġġ-Ġen Khin Maung Tun

Viċi Ġeneral inkarigat mill-proviżjonijiet

G7a

Maġġ-Ġen Lun Maung

Awditur Ġenerali

G8a

Maġġ-Ġen Nay Win

Assistent Militari tal-President ta’ l-SPDC

G9a

Maġġ-Ġen Hsan Hsint

Ġeneral responsabbli għall-Ħatriet Militari; data tat-twelid 1951

G9b

Khin Ma Lay

Mart il-Maġġ-Ġen Hsan Hsint

G9ċ

Okkar San Sint

iben il-Maġġ-Ġen Hsan Hsint

G10a

Maġġ-Ġen Hla Aung Thein

Kmandant tal-Kamp, Rangoon

G10b

Amy Khaing

Mart Hla Aung Thein

G11a

Maġġ-Ġen Win Myint

Deputat Kap tat-Taħriġ tal-Forzi Armati

G12a

Maġġ-Ġen Aung Kyi

Deputat Kap tat-Taħriġ tal-Forzi Armati

G12b

Thet Thet Swe

Mart il-Maġġ-Ġen Aung Kyi

G13a

Maġġ-Ġen Moe Hein

Kmandant, Kulleġġ Nazzjonali tad-Difiża

G14a

Maġġ-Ġen Khin Aung Myint

Direttur tar-Relazzjonijiet Pubbliċi u tal-Gwerra Psikoloġika, Membru tal-Bord ta’ l-UMEHL

G15a

Maġġ-Ġen Thein Tun

Direttur tat-Trasmissjoni; membru tal-Kumitat Amministrattiv li Jsejjaħ il-Konvenzjoni Nazzjonali

G16a

Maġġ-Ġen Than Htay

Direttur tal-Forniment u t-Trasport

G17a

Maġġ-Ġen Khin Maung Tint

Direttur tax-Xogħlijiet ta’ Stampar tas-Sigurtà

G18a

Maġġ-Ġen Sein Lin

Direttur, MOD (Mhux magħruf ix-xogħol preċiż tiegħu. Qabel Direttur ta’ l-Ordinanza)

G19a

Maġġ-Ġen Kyi Win

Direttur ta’ l-Artillerija u l-Korazzi, Membru tal-Bord ta’ l-UMEHL

G20a

Maġġ-Ġen Tin Tun

Direttur ta’ l-Inġiniera Militari

G21a

Maġġ-Ġen Aung Thein

Direttur tal-Kolonizzazzjoni mill-Ġdid

G22a

Maġġ-Ġen Aye Myint

MOD

G23a

Brig-Ġen Myo Myint

Kmandant ta' l-Uffiċċju tar-Reġistri tas-Servizzi tad-Difiża

G24a

Brig-Ġen Than Maung

Deputat Kmandant tal-Kulleġġ Nazzjonali tad-Difiża

G25a

Brig-Ġen Win Myint

Rettur tad-DSTA

G26a

Brig-Ġen Than Sein

Kmandant, Sptar tas-Servizzi tad-Difiża, Mingaladon, data tat-twelid 1.02.1946, Bago

G26b

Rosy Mya Than

Mart il-Brig-Ġen Than Sein

G27a

Brig-Ġen Win Than

Direttur ta’ l-Akkwist Pubbliku u Direttur Eżekuttiv ta' l-Union of Myanmar Economic Holdings (qabel Maġġ-Ġen Win Hlaing, K1a)

G28a

Brig-Ġen Than Maung

Direttur tal-Milizzja tal-Poplu u l-Forzi tal-Fruntieri

G29a

Brig-Ġen Khin Naing Win

Direttur ta’ l-Industriji tad-Difiża

G30a

Brig-Ġen Zaw Win

Kmandant ta’ l-Istazzjoni Bahtoo (Stat ta’ Shan) u ta’ l-Iskola ta’ Taħriġ dwar il-Prinċipju tal-Kumbatt tas-Servizzi tad-Difiża (Armata)

Forzi Navali

G31a

Viċi-Ammiral Soe Thein

Kap Kmandant (Forzi Navali)

G31b

Khin Aye Kyin

Mart il-Viċi Ammiral Soe Thein

G31ċ

Yimon Aye

Bint il-Viċi Ammiral Soe Thein, data tat-twelid 12.7.1980

G31d

Aye Chan

iben il-Viċi Ammiral Soe Thein, data tat-twelid 23.9.1973

G31e

Thida Aye

bint il-Viċi Ammiral Soe Thein, data tat-twelid 23.03.1979

G32a

Komodor Nyan Tun

Kap ta' l-Istat Maġġur (Forzi Navali), Membru tal-Bord ta’ l-UMEHL

G32b

Khin Aye Myint

Mart Nyan Tun

Forzi ta’ l-Ajru

G33a

Ten-Ġen Myat Hein

Kap Kmandant (Forzi ta’ l-Ajru)

G33b

Htwe Htwe Nyunt

Mart it-Ten-Ġen Myat Hein

G34a

Brig-Ġen Ye Chit Pe

Persunal tal-Kap Kmandant tal-Forzi ta' l-Ajru, Mingaladon

G35a

Brig-Ġen Khin Maung Tin

Kmandant ta’ l-Iskola tat-Taħriġ Ajrunawtiku Shande, Meiktila

G36a

Brig-Ġen Zin Yaw

Kap ta' l-Istat Maġġur (Forzi ta’ l-Ajru), Membru tal-Bord ta’ l-UMEHL

Diviżjonijiet tal-Fanterija Ħafifa (LID) (dawk tal-grad ta' Brigadier-Ġeneral)

G39a

Brig-Ġen Tin Tun Aung

33 LID, Sagaing

G41a

Brig-Ġen Thet Oo

55 LID, Kalaw/Aungban

G42a

Brig-Ġen Khin Zaw Oo

66 LID, Pyay/Inma

G43a

Brig-Ġen Win Myint

77 LID, Bago

G44a

Brig-Ġen Aung Than Htut

88 LID, Magwe

G45a

Brig-Ġen Tin Oo Lwin

99 LID, Meiktila

Brigadieri-Ġenerali oħra

G47a

Brig-Ġen Htein Win

Stazzjon Taikkyi

G48a

Brig-Ġen Khin Maung Aye

Kmandant ta' l-Istazzjon Meiktila

G49a

Brig-Ġen Khin Maung Aye

Kmand ta' l-Operazzjonijiet Reġjonali-Kale, Diviżjoni ta' Sagaing

G50a

Brig-Ġen Khin Zaw Win

Stazzjon Khamaukgyi

G51a

Brig-Ġen Kyaw Aung,

MR tan-Nofsinhar, Kmandant ta' l-Istazzjon Toungoo

G52a

Brig-Ġen Kyaw Aung

Kmand ta' l-Operazzjonijiet Militari-8, Stazzjon Dawei/Tavoy

G53a

Brig-Ġen Kyaw Oo Lwin

Kmand ta' l-Operazzjonijiet Reġjonali-Tanai

G54a

Mhux magħruf Suċċessur għall-Brig-Ġen Kyaw Thu

Stazzjon Phugyi

G55a

Brig-Ġen Maung Maung Shein

Kawkareik

G56a

Brig-Ġen Myint Thein

Kmand ta' l-Operazzjonijiet Militari -3, Stazzjon Mogaung,

G57a

Brig-Ġen Mya Win

Kmand ta' l-Operazzjonijiet Militari -10, Stazzjon Kyigone

G58a

Brig-Ġen Mya Win

Kalaw

G59a

Brig-Ġen Myo Lwin

Kmand ta' l-Operazzjonijiet Militari -7, Stazzjon Pekon

G60a

Brig-Ġen Myint Soe

Kmand ta' l-Operazzjonijiet Militari -5, Stazzjon Taungup

G61a

Brig-Ġen Myint Aye

Kmand ta' l-Operazzjonijiet Militari -9, Stazzjon Kyauktaw

G62a

Brig-Ġen Nyunt Hlaing

Kmand ta' l-Operazzjonijiet Militari -17, Stazzjon Mong Pan

G63a

Brig-Ġen Ohn Myint

Stat ta' Mon membru tas-CEC ta' l-USDA

G64a

Brig-Ġen Soe Nwe

Kmand ta' l-Operazzjonijiet Militari -21, Stazzjon Bhamo

G65a

Brig-Ġen Soe Oo

Kmand ta' l-Operazzjonijiet Militari -16, Stazzjon Hsenwi

G66a

Brig-Ġen Than Tun

Stazzjon Kyaukpadaung

G67a

Brig-Ġen Than Win

Kmand ta' l-Operazzjonijiet Reġjonali-Laukkai

G68a

Brig-Ġen Than Tun Aung

Kmand ta' l-Operazzjonijiet Reġjonali-Sittwe

G69a

Brig-Ġen Thaung Aye

Stazzjon Mongnaung

G70a

Brig-Ġen Thaung Htaik

Stazzjon Aungban

G71a

Brig-Ġen Thein Hteik

Kmand ta' l-Operazzjonijiet Militari -13, Stazzjon Bokpyin

G72a

Brig-Ġen Thura Myint Thein

Kmand ta' l-Operazzjonijiet Tattiċi Namhsan

G73a

Brig-Ġen Win Aung

Mong Hsat

G74a

Brig-Ġen Myo Tint

Uffiċjal b'Kariga Speċjali Ministeru tat-Trasport

G75a

Brig-Ġen Thura Sein Thaung

Uffiċjal b'Kariga Speċjali Ministeru għall-Għajnuna Soċjali

G76a

Brig-Ġen Phone Zaw Han

Sindku ta' Mandalay minn Frar 2005, qabel kmandant ta' Kyaukme

G77a

Brig Ġen Hla Min

President tal-PDC tad-Diviżjoni ta' Pegu tal-Punent

G78a

Brig-Ġen Win Myint

Stazzjon Pyinmana


H.   UFFIĊJALI MILITARI LI JMEXXU L-ĦABSIJIET U L-PULIZIJA

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni (inkluża funzjoni)

H1a

Maġġ-Ġen Khin Yi

DĠ tal-Forza tal-Pulizija tal-Mjanmar

H1b

Khin May Soe

Mart il-Maġġ-Ġen Khin Yi

H2a

Zaw Win

Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Ħabsijiet (Ministeru ta' l-Intern) minn Awissu 2004, qabel Deputat DĠ mal-Forza tal-Pulizija tal-Mjanmar, u ex-Brig Ġen. Ex-militari.

H3a

Aung Saw Win

Direttur Ġenerali, Uffiċċju ta' Investigazzjoni Speċjali


I.   ASSOĊJAZZJONI TA' SOLIDARJETÀ U ŻVILUPP TA' L-UNJONI (USDA) (nies ta' l-USDA b'kariga għolja li ma ġewx inklużi band'oħra)

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni (inkluża funzjoni)

I1a

Brig-Ġen Aung Thein Lin

Sindku u President tal-Kumitat għall-Iżvilupp tal-Belt ta' Yangon (Segretarju)

I1b

Khin San Nwe

Mart il-Brig-Ġen Aung Thein Lin

I1b

Thidar Myo

bint il-Brig-Ġen Aung Thein Lin

I2a

Kur Maung Par

Viċi Sindku tal-YCDC (Membru tas-CEC)

I2b

Khin Nyunt Myaing

Mart il-Kur Maung Par

I2ċ

Naing Win Par

iben il-Kur Maung Par


J.   PERSUNI LI JIBBENEFIKAW MIL-LINJI POLITIĊI EKONOMIĊI TAL-GVERN

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni (ink. kumpannija)

J1a

Tay Za

Direttur Eżekuttiv, Htoo Trading Co; data tat-twelid 18.07.1964; Passaport nru 306869 Karta ta' l-Identità MYGN 006415. Missier U Myint Swe (data tat-twelid 6.11.1924) Omm Daw Ohn (data tat-twelid 12.8.1934)

J1b

Thidar Zaw

Mart Tay Za; data tat-twelid 24.02.1964, Passaport nru 275107, Karta ta' l-Identità KMYT 006865. Ġenituri Zaw Nyunt (mejjet), Htoo (mejta)

J1ċ

Pye Phyo Tay Za

iben Tay Za (J1a), data tat-twelid 29.01.1987

J2a

Thiha

Ħu Tay Za (J1a). data tat-twelid 24.6.1960 Direttur ta' Htoo Trading. Distributur ta' London cigarettes (Myawadi Trading)

J3a

Aung Ko Win a.k.a. Saya Kyaung

Kanbawza Bank

J3b

Nan Than Htwe

Mart Aung Ko Win

J4a

Tun Myint Naing a.k.a. Steven Law

Asia World Co.

J4b

(Ng) Seng Hong

Mart Tun Myint Naing

J5a

Khin Shwe

Zaykabar Co; data tat-twelid 21.01.1952. Ara wkoll A3e

J5b

San San Kywe

Mart Khin Shwe

J5ċ

Zay Thiha

iben Khin Shwe, data tat-twelid 01.01.1977

J6a

Htay Myint

Yuzana Co., data tat-twelid 06.02.1955

J6b

Aye Aye Maw

Mart Htay Myint, data tat-twelid 17.11.1957

J7a

Kyaw Win

Shwe Thanlwin Trading Co.

J7b

Nan Mauk Loung Sai a.k.a. Nang Mauk Lao Hsai

mart Kyaw Win

J8a

Ko Lay

Ministru fl-Uffiċċju tal-PM sa Frar 2004, Sindku ta' Rangoon sa Awissu 2003

J8b

Khin Khin

Mart Ko Lay

J8ċ

San Min

iben Ko Lay

J8d

Than Han

iben Ko Lay

J8e

Khin Thida

bint Ko Lay

J9a

Aung Phone

Ex-Ministru għall-Foresti; data tat-twelid 20.11.1939 Irtira Lulju 03

J9b

Khin Sitt Aye

Mart Aung Phone, data tat-twelid 14.9.1943

J9ċ

Sitt Thwe Aung a.k.a. Sit Thway Aung

iben Aung Phone, data tat-twelid 10.7.1977

J9d

Thin Zar Tun

Mart Sitt Thwe Aung, data tat-twelid 14.4.1978

J9e

Sitt Thaing Aung a.k.a. Sit Taing Aung

iben Aung Phone, data tat-twelid 13.11.1971

J10a

Maġġ-Ġen (Irtirat) Nyunt Tin

Ex-Ministru ta' l-Agrikoltura u l-Irrigazzjoni Irtira Settembru 2004

J10b

Khin Myo Oo

Mart il-Maġġ-Ġen (Irtirat) Nyunt Tin

J10ċ

Kyaw Myo Nyunt

iben il-Maġġ-Ġen (Irtirat) Nyunt Tin

J10d

Thu Thu Ei Han

bint il-Maġġ-Ġen (Irtirat) Nyunt Tin

J11a

Khin Maung Thein

Ex-Ministru għall-Finanzi u d-Dħul Irtira 01.02.2003

J11b

Su Su Thein

Mart Khin Maung Thein

J11ċ

Daywar Thein

iben Khin Maung Thein, data tat-twelid 25.12.1960

J11d

Thawdar Thein

bint Khin Maung Thein, data tat-twelid 06.03.1958

J11e

Maung Maung Thein

iben Khin Maung Thein, data tat-twelid 23.10.1963

J11f

Khin Yadana Thein

bint Khin Maung Thein, data tat-twelid 06.05.1968

J11g

Marlar Thein

bint Khin Maung Thein, data tat-twelid 25.02.1965

J11h

Hnwe Thida Thein

bint Khin Maung Thein, data tat-twelid 28.07.1966


K.   INTRAPRIŻI LI HUMA L-PROPRJETÀ TAL-MILITAR

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni (ink. kumpannija)

K1a

Maġġ-Ġen (Irtirat) Win Hlaing

Qabel MD, Union of Myanmar Economic Holdings, Myawaddy Bank

K1b

Ma Ngeh

Bint il-Maġġ-Ġen (Irtirat) Win Hlaing

K1ċ

Zaw Win Naing

Direttur Eżekuttiv ta' Kambawza Bank. Ir-raġel ta' Ma Ngeh (K1b), u n-neputi ta' Aung Ko Win (J3a)

K1d

Win Htway Hlaing

iben il-Maġġ-Ġen (Irtirat) Win Hlaing, rappreżentant għall-kumpannija KESCO

K2

Kur Ye Htut

Myanmar Economic Corporation

K3

Kur Myint Aung

MD fi Myawaddy Trading Co.

K4

Kur Myo Myint

MD Bandoola Transportation Co.

K5

Kur (Irtirat) Thant Zin

MD fi Myanmar Land and Development

K6

Ten-Kur (Irtirat) Maung Maung Aye

UMEHL, President ta' Myanmar Breweries

K7

Kur Aung San

MD fi Hsinmin Cement Plant Construction Project


ANNESS II

Lista ta' l-intrapriżi li huma l-proprjetà ta' l-Istat Burman imsemmija fl-Artikoli 5 u 9

Isem

Indirizz

Isem tad-Direttur

I.   

UNION OF MYANMAR ECONOMIC HOLDING LTD

UNION OF MYANMAR ECONOMIC HOLDING LTD

189/191 MAHABANDOOLA ROAD

CORNER OF 50th STREET

YANGON

MAĠĠ-ĠEN WIN HLAING DIRETTUR EŻEKUTTIV

A.   

MANIFATTURA

1.

MYANMAR RUBY ENTERPRISE

24/26, 2nd FL, SULE PAGODA ROAD,

YANGON

(MIDWAY BANK BUILDING)

 

2.

MYANMAR IMPERIAL JADE CO. LTD

24/26, 2nd FL, SULE PAGODA ROAD,

YANGON

(MIDWAY BANK BUILDING)

 

3.

MYANMAR RUBBER WOOD CO. LTD.

 

 

4.

MYANMAR PINEAPPLE JUICE PRODUCTION

 

 

5.

MYAWADDY CLEAN DRINKINGWATER SERVICE

4/A, No. 3 MAIN ROAD,

MINGALARDON TSP

YANGON

 

6.

SIN MIN (KING ELEPHANTS) CEMENT FACTORY (KYAUKSE)

189/191 MAHABANDOOLA ROAD

CORNER OF 50th STREET

YANGON

KUR MAUNG MAUNG AYE, DIRETTUR EŻEKUTTIV

7.

TAILORING SHOP SERVICE

 

 

8.

NGWE PIN LE (SILVER SEA) LIVESTOCK BREEDING AND FISHERY CO.

1093, SHWE TAUNG GYAR ST. INDUSTRIAL ZONE II,

WARD 63,

SOUTH DAGON TSP,

YANGON

 

9.

GRANITE TILE FACTORY (KYAIKTO)

189/191 MAHABANDOOLA ROAD,

CORNER OF 50th STREET

YANGON

 

10.

SOAP FACTORY (PAUNG)

189/191 MAHABANDOOLA ROAD,

CORNER OF 50th STREET

YANGON

 

B.   

KUMMERĊ

1.

MYAWADDY TRADING LTD

189/191 MAHABANDOOLA ROAD,

CORNER OF 50th STREET

YANGON

KUR MYINT AUNG, DIRETTUR EŻEKUTTIV

Ċ.   

SERVIZZI

1.

MYAWADDY BANK LTD

24-26 SULE PAGODA ROAD,

YANGON

BRIG-ĠEN WIN HLAING U U TUN KYI, DIRETTURI EZEKUTTIVI

2.

BANDOOLA TRANSPORTATION CO. LTD.

399, THIRI MINGALAR ROAD,

INSEIN TSP. YANGON U/JEW PARAMI ROAD, SOUTH OKKALAPA,

YANGON

KUR. MYO MYINT, DIRETTUR EZEKUTTIV

3.

MYAWADDY TRAVEL SERVICES

24-26 SULE PAGODA ROAD,

YANGON

 

4.

NAWADAY HOTEL AND TRAVEL SERVICES

335/357, BOGYOKE AUNG SAN

ROAD, PABEDAN TSP.

YANGON

KUR. (IRTIRAT) MAUNG THAUNG, DIRETTUR EŻEKUTTIV

5.

MYAWADDY AGRICULTURE SERVICES

189/191 MAHABANDOOLA ROAD,

CORNER OF 50th STREET,

YANGON

 

6.

MYANMAR AR (POWER) CONSTRUCTION SERVICES

189/191 MAHABANDOOLA ROAD,

CORNER OF 50th STREET,

YANGON

 

INTRAPRIŻI KONĠUNTI

A.   

MANIFATTURA

1.

MYANMAR SEGAL INTERNATIONAL LTD

PYAY ROAD,

PYINMABIN INDUSTRIAL ZONE,

MINGALARDON TSP

YANGON

U BE AUNG, MANIĠER

2.

MYANMAR DAEWOO INTERNATIONAL

PYAY ROAD,

PYINMABIN INDUSTRIAL ZONE,

MINGALARDON TSP

YANGON

 

3.

ROTHMAN OF PALL MALL MYANMAR PRIVATE LTD

NO. 38, VIRGINIA PARK, NO. 3,

TRUNK ROAD,

PYINMABIN INDUSTRIAL ZONE,

YANGON

 

4.

MYANMAR BREWERY LTD

NO 45, NO 3, TRUNK ROAD

PYINMABIN INDUSTRIAL ZONE,

MINGALARDON TSP

YANGON

TEN-KUR (IRTIRAT) MAUNG MAUNG AYE, PRESIDENT

5.

MYANMAR POSCO STEEL CO. LTD.

PLOT 22, NO. 3, TRUNK ROAD,

PYINMABIN INDUSTRIAL ZONE,

MINGALARDON TSP

YANGON

 

6.

MYANMAR NOUVEAU STEEL CO. LTD

NO. 3, TRUNK ROAD,

PYINMABIN INDUSTRIAL ZONE,

MINGALARDON TSP

YANGON

 

7.

BERGER PAINT MANUFACTORING CO. LTD

PLOT NO. 34/A,

PYINMABIN INDUSTRIAL ZONE,

MINGALARDON TSP

YANGON

 

8.

THE FIRST AUTOMOTIVE CO. LTD

PLOT NO. 47,

PYINMABIN INDUSTRIAL ZONE,

MINGALARDON TSP,

YANGON

U AYE CHO U/JEW TEN-KUR TUN MYINT, DIRETTUR EŻEKUTTIV

B.   

SERVIZZI

1.

NATIONAL DEVELOPMENT CORP.

3/A, THAMTHUMAR STREET,

7 MILE,

MAYANGONE TSP,

YANGON

DR. KHIN SHWE, PRESIDENT

2.

HANTHA WADDY GOLF RESORT AND MYODAW (CITY) CLUB LTD

NO 1, KONEMYINTTHA STREET,

7 MILE, MAYANGONE TSP,

YANGON AND THIRI MINGALAR ROAD,

INSEIN TSP,

YANGON

 

II.   

MYANMAR ECONOMIC CORPORATION (MEC)

MYANMA ECONOMIC CORPORATION (MEC)

SHWEDAGON PAGODA ROAD

DAGON TSP,

YANGON

KUR YE HTUT JEW BRIG ĠEN KYAW WIN, DIRETTUR EŻEKUTTIV

1.

INNWA BANK

554-556, MERCHANT STREET,

CORNER OF 35th STREET,

KYAUKTADA TSP,

YANGON

U YIN SEIN, DIRETTUR ĠENERALI

2.

MYAING GALAY (RHINO BRAND) CEMENT FACTORY)

FACTORIES DEPT.

MEC HEAD OFFICE,

SHWEDAGON PAGODA ROAD,

DAGON TSP,

YANGON

KUR KHIN MAUNG SOE

3.

DAGON BREWERY

555/B, NO 4,

HIGHWAY ROAD,

HLAW GAR WARD, SHWE PYI

THAR TSP,

YANGON

 

4.

MEC STEEL MILLS (HMAW BI/PYI/YWAMA

FACTORIES DEPT.

MEC HEAD OFFICE,

SHWEDAGON PAGODA ROAD,

DAGON TSP,

YANGON

KUR KHIN MAUNG SOE

5.

MEC SUGAR MILL

KANT BALU

 

6.

MEC OXYGEN AND GASES FACTORY

MINDAMA ROAD,

MINGALARDON TSP,

YANGON

 

7.

MEC MARBLE MINE

PYINMANAR

 

8.

MEC MARBLE TILES FACTORY

LOIKAW

 

9.

MEC MYANMAR CABLE WIRE FACTORY

NO 48, BAMAW A TWIN WUN

ROAD, ZONE (4),

HLAING THAR YAR INDUSTRIAL ZONE,

YANGON

 

10.

MEC SHIP BREAKING SERVICE

THILAWAR, THAN NYIN TSP

 

11.

MEC DISPOSABLE SYRINGE FACTORY

FACTORIES DEPT,

MEC HEAD OFFICE,

SHWEDAGON PAGODA ROAD,

DAGON TSP,

YANGON

 

12.

GYPSUM MINE

THIBAW’