|
29.9.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
99 |
POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2006/51/PESK
tat-30 ta' Jannar 2006
li ġġedded miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fid-19 ta’ Frar 2004, il-Kunsill adotta l-Posizzjoni Komuni 2004/161/PESK (1) li ġġedded miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe għal perijodu ta’ 12-il xahar mill-21 ta’ Frar 2004. |
|
(2) |
Il-Posizzjoni Komuni tal-Kunsill 2005/146/PESK (2) adottata fil-21 ta' Frar 2005 estendiet il-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK sa l-20 ta' Frar 2006. |
|
(3) |
Minħabba s-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe, il-Posizzjoni Komuni 2004/161/PESK għandha tiġi estiża għal perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar, |
ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:
Artikolu 1
Il-Posizzjoni Komuni 2004/161/PESK għandha tiġi estiża sa l-20 ta’ Frar 2007.
Artikolu 2
Din il-Posizzjoni Komuni għandu jkollha effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din il-Posizzjoni Komuni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, nhar it-30 ta' Jannar 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
U. PLASSNIK