24.11.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
45 |
DEĊIŻJONI Nru 1720/2006/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-15 ta' Novembru 2006
li tistabbilixxi programm ta' azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 149(4) u 150 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/382/KE (4) stabbilixxiet it-tieni fażi tal-programm ta' azzjoni ta' taħriġ vokazzjonali Komunitarju 'Leonardo da Vinci'. |
(2) |
Id-Deċiżjoni Nru 253/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) stabbilixxiet it-tieni fażi tal-programm ta' azzjoni Komunitarju fil-qasam ta' l-edukazzjoni 'Socrates'. |
(3) |
Id-Deċiżjoni Nru 2318/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) stabbilixxiet programm pluriennali għall-integrazzjoni effettiva tat-tekonoloġiji ta' l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (information and communication technologies, ICT) f'sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ fl-Ewropa (il-programm eLearning). |
(4) |
Id-Deċiżjoni Nru 791/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) stabbilixxiet programm ta' azzjoni Komunitarju sabiex jippromwovi korpi attivi fil-livell Ewropew fil-qasam ta' l-edukazzjoni u tat-taħriġ u sabiex jappoġġa attivitajiet speċifiċi f'dan il-qasam. |
(5) |
Id-Deċiżjoni Nru 2241/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) stabbilixxiet qafas waħdieni għat-trasparenza tal-kwalifiki u tal-kompetenzi (Europass). |
(6) |
Id-Deċiżjoni Nru 2317/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) stabbilixxiet programm għat-titjib tal-kwalità ta' l-edukazzjoni superjuri u l-promozzjoni ta' fehim interkulturali permezz ta' koperazzjoni ma' pajjiżi terzi (Erasmus Mundus) (2004 sa 2008). |
(7) |
Id-Dikjarazzjoni ta' Bologna, iffirmata mill-Ministri ta' l-Edukazzjoni ta' 29 pajjiż Ewropew fid-19 ta' Ġunju 1999, stabbilixxiet proċess intergovernattiv bl-għan li sa l-2010 dan joħloq “Żona Ewropea ta' Edukazzjoni superjuri”, li jeħtieġ appoġġ fil-livell Komunitarju. |
(8) |
Il-Kunsill Ewropew ta' Lisbona tat-23 u l-24 ta' Marzu 2000 stabbilixxa għan strateġiku għall-Unjoni Ewropea sabiex din issir ekonomija, ibbażata fuq it-tagħrif, l-aktar kompetittiva u dinamika fid-dinja, b'kapaċità ta' żvilupp ekonomiku sostenibbli b'aktar impjiegi u b'impjiegi aħjar u koeżjoni soċjali akbar, u stieden lill-Kunsill ta' l-Edukazzjoni sabiex jagħmel riflessjoni ġenerali dwar l-għanijiet futuri konkreti tas-sistemi ta' l-edukazzjoni, li jiffoka fuq problemi u prijoritajiet komuni filwaqt li tiġi rispettata d-diversità nazzjonali. |
(9) |
Soċjetà ta' tagħrif avvanzat hija ċentrali għal żvilupp ekonomiku u għal rati ogħla ta' mpjieg. L-edukazzjoni u t-taħriġ huma prijoritajiet essenzjali għall-Unjoni Ewropea sabiex tikseb il-miri ta' Lisbona. |
(10) |
Fit-12 ta' Frar 2001 il-Kunsill adotta rapport dwar l-objettivi futuri konkreti tas-sistemi ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ. Fl-14 ta' Ġunju 2002 huwa sussegwentement adotta programm ta' ħidma dettaljat dwar is-segwitu lejn dawn l-objettivi, li jeħtieġ appoġġ fil-livell Komunitarju. |
(11) |
Il-Kunsill Ewropew ta' Göteborg tal-15 u s-16 ta' Ġunju 2001 qabel dwar strateġija lejn żvilupp sostenibbli u żied dimensjoni ambjentali għall-proċess ta' Lisbona lejn l-impjiegi, ir-riforma ekonomika u l-koeżjoni soċjali. |
(12) |
Il-Kunsill Ewropew ta' Barċellona tal-15 u s-16 ta' Marzu 2002 stabbilixxat l-objettiv li sa l-2010 is-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ ta' l-Unjoni Ewropea jsiru referenza dinjija ta' kwalità, u sejjaħ għal azzjoni sabiex jitjieb il-perfezzjonament fil-ħiliet bażiċi, b'mod partikolari billi jiġu mgħallma mill-inqas żewġ lingwi barranin minn età bikrija. |
(13) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni u r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 (10) dwar it-tagħlim tul il-ħajja jaffermaw li t-tagħlim tul il-ħajja għandu jissaħħaħ b'azzjonijiet u linji politiċi żviluppati fi ħdan il-qafas tal-programmi Komunitarji f'dan il-qasam. |
(14) |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2002 (11) stabbilixxiet proċess ta' koperazzjoni Ewropea msaħħa fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, li jeħtieġ appoġġ fil-livell Komunitarju. Id-Dikjarazzjoni ta' Kopenħagen, miftiehma mill-Ministri ta' l-Edukazzjoni ta' 31 pajjiż Ewropew fit-30 ta' Novembru 2002, assoċjat l-imsieħba soċjali u l-pajjiżi kandidati ma' dan il-proċess. |
(15) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Pjan ta' Azzjoni għall-ħiliet u l-mobbiltà nnutat il-ħtieġa kontinwa għal azzjoni fil-livell Ewropew sabiex jittejjeb ir-rikonoxximent tal-kwalifiki ta' edukazzjoni u ta' taħriġ. |
(16) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Pjan ta' Azzjoni li jippromwovi t-tagħlim tal-lingwi u d-diversità lingwistika stabbilixxiet azzjonijiet li għandhom jittieħdu fil-livell Ewropew matul il-perjodu mill-2004 sa 2006 u teħtieġ azzjoni ta' segwitu. |
(17) |
Il-promozzjoni tat-tagħlim tal-lingwi, kemm għal min jgħallem kif ukoll għal min jitgħallem, u tad-diversita lingwistka għandha tkun prijorità ta' l-azzjoni Komunitarja fil-qasam ta' l-edukazzjoni u tat-taħriġ. It-tagħlim tal-lingwi, kemm mill-aspett ta' min jgħallem kif ukoll mill-aspett ta' min jitgħallem, huma ta' relevanza speċjali fost Stati Membri ġirien. |
(18) |
Ir-rapporti ta' valutazzjoni interim tal-programmi eżistenti, Socrates u Leonardo da Vinci, u l-konsultazzjoni pubblika dwar il-futur ta' l-attività Komunitarja fl-edukazzjoni u fit-taħriġ urew il-ħtieġa qawwija, u li minn ċerti aspetti qiegħda tikber, għal koperazzjoni u mobbiltà kontinwi f'dawn l-oqsma fil-livell Ewropew. Ir-rapporti emfażizzaw l-importanza li jinħolqu rabtiet aktar mill-qrib bejn il-programmi Komunitarji u l-iżvilupp ta' linji politiċi fl-edukazzjoni u fit-taħriġ, urew ix-xewqa li l-azzjoni Komunitarja tkun strutturata sabiex twieġeb aħjar għall-mudell tat-tagħlim tul il-ħajja, u ħeġġu sabiex ikun hemm approċċ iżjed sempliċi, aktar premuruż lejn l-utent u aktar flessibbli fl-implementazzjoni ta' tali azzjoni. |
(19) |
Konformement mal-prinċipju ta' amministrazzjoni finanzjarja tajba, l-implementazzjoni tal-programm tista' tiġi simplifikata permezz ta' finanzjament abbażi ta' somom sħaħ mogħtija darba, fir-rigward ta' l-appoġġ mogħti lill-parteċipanti tal-programmi jew ta' l-appoġġ Komunitarju għall-istrutturi stabbiliti fil-livell nazzjonali għall-amministrazzjoni tal-programm. |
(20) |
Jinkisbu vantaġġi sinifikattivi bl-integrazzjoni fi programm wieħed ta' l-appoġġ Komunitarju għall-koperazzjoni transnazzjonali u għall-mobbiltà fl-oqsma ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ, li jippermettu sinerġiji akbar bejn l-oqsma differenti ta' azzjoni u joffru aktar kapaċità sabiex ikunu appoġġati l-iżviluppi fit-tagħlim tul il-ħajja kif ukoll metodi ta' amministrazzjoni li jkunu aktar koerenti, razzjonalizzati u effiċjenti. Programm uniku jinkoraġġixxi wkoll koperazzjoni aħjar bejn id-diversi livelli ta' edukazzjoni u taħriġ. |
(21) |
Għalhekk, għandu jiġi stabbilit Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja sabiex jikkontribwixxi, permezz tat-tagħlim tul il-ħajja, għall-iżvilupp ta' l-Unjoni Ewropea bħala soċjetà ta' tagħrif avvanzat, bi żvilupp ekonomiku sostenibbli, b'aktar impjiegi u b'impjiegi aħjar u b'koeżjoni soċjali akbar. |
(22) |
Fid-dawl ta' l-ispeċifiċitajiet tas-setturi ta' l-iskejjel, ta' l-edukazzjoni superjuri, tat-taħriġ vokazzjonali u ta' l-edukazzjoni ta' l-adulti, u tal-ħtieġa konsegwenti li l-azzjoni Komunitarja tkun imsejsa fuq objettivi, għamliet ta' azzjoni u strutturi organizzattivi mfassla speċifikament għalihom, ikun xieraq li jinżammu l-programmi individwali fil-qafas tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja mmirati lejn kull wieħed minn dawn l-erba' setturi, filwaqt li jiġu massimizzati l-koerenza u t-terren komuni bejniethom. |
(23) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha “Nibnu l-Futur komuni tagħna: L-Isfidi politiċi u l-mezzi tal-Baġit ta' l-Unjoni Mkabbra 2007-2013”, il-Kummissjoni stabbilixxiet sensiela ta' miri kwantifikati li għandhom jintlaħqu mill-ġenerazzjoni l-ġdida ta' programmi Komunitarji dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ, li jeħtieġu żieda sostanzjali f'azzjonijiet ta' mobbiltà u ta' sħubija. |
(24) |
Fid-dawl ta' l-impatti vantaġġjużi dimostrati tal-mobbiltà transnazzjonali fuq l-individwi u fuq is-sistemi ta' edukazzjoni u ta' taħriġ, tal-volum għoli tad-domanda mhux sodisfatta għall-mobbiltà fis-setturi kollha, u ta' l-importanza tagħha fil-kuntest tal-mira ta' Lisbona, huwa meħtieġ li jiżdied sostanzjalment il-volum ta' appoġġ għall-mobbiltà transnazzjonali fl-erba' sub-programmi settorjali. |
(25) |
Sabiex ikunu koperti aktar adegwatament l-ispejjeż addizzjonali reali sostnuti mill-istudenti li jistudjaw barra, l-għotja standard għall-mobbiltà lill-istudent għandha tinżamm ma' medja ta' EUR 200 kull xahar f'termini reali għat-tul kollu tal-programm. |
(26) |
Għandu jsir aktar provvediment għall-ħtiġijiet ta' mobbiltà ta' tfal individwali ta' l-iskola fil-livell sekondarju u ta' studenti adulti individwali, li s'issa mhumiex koperti mill-programmi Komunitarji, bl-introduzzjoni ta' tip ġdid ta' azzjoni ta' mobbiltà fil-programmi Comenius u Grundtvig. Għandhom jiġu wkoll sfruttati, b'mod aktar sħiħ, l-opportunitajiet offruti mill-mobilità ta' għalliema individwali għall-iżvilupp ta' koperazzjoni għall-perjodu fit-tul bejn skejjel f'reġjuni ġirien. |
(27) |
L-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju għandhom rwol importanti fl-ekonomija Ewropea. S'issa, madankollu, il-parteċipazzjoni ta' tali intrapriżi fil-programm Leonardo da Vinci kienet limitata. Għandhom jittieħdu passi sabiex tittejjeb l-attrazzjoni ta' l-azzjoni Komunitarja għal tali intrapriżi, b'mod partikolari billi jiġi żgurat li jkun hemm aktar opportunitajiet ta' mobbiltà disponibbli għall-apprendisti. Għandhom isiru arranġamenti adegwati, simili għal dawk li jeżistu taħt il-programm Erasmus, għar-rikonoxximent tar-riżultati ta' tali mobbiltà. |
(28) |
Fid-dawl ta' l-isfidi edukattivi partikolari li jiffaċċjaw it-tfal ta' nies li jivvjaġġaw fuq xogħlhom u ta' ħaddiema mobbli fl-Ewropa, għandu jsir użu sħiħ ta' l-opportunitajiet disponibbli taħt il-programm Comenius sabiex jiġu appoġġati attivitajiet transnazzjonali mmirati lejn il-ħtiġijiet tagħhom. |
(29) |
Iż-żieda fil-mobbiltà fl-Ewropa kollha għandha tkun akkumpanjata minn standards li jogħlew kostantament. |
(30) |
Sabiex tiġi indirizzata l-ħtieġa, li kibret, li jiġu appoġġati attivitajiet fil-livell Ewropew imfassla sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi ta' politika, sabiex jiġi provdut mezz ta' appoġġ għall-attività trans-settorjali fl-oqsma tal-lingwi u ta' l-ICT, u sabiex jissaħħu t-tixrid u l-isfruttament tar-riżultati tal-programm, ikun xieraq li l-erba' sub-programmi settorjali jkunu komplementati b'wieħed trasversali. |
(31) |
Sabiex tiġi indirizzata l-ħtieġa, li qed tikber, għal tagħrif u djalogu dwar il-proċess ta' l-integrazzjoni Ewropea u l-iżvilupp tiegħu, huwa importanti li tiġi stimulata l-eċċellenza fit- tagħlim, fir-riċerka u fir-riflessjoni f'dan il-qasam billi jiġu appoġġati l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni superjuri li jispeċjalizzaw fl-istudju tal-proċess ta' l-integrazzjoni Ewropea, l-assoċjazzjonijiet Ewropej fl-oqsma ta' l-edukazzjoni u tat-taħriġ, u l-Azzjoni Jean Monnet. |
(32) |
Huwa meħtieġ li tiġi provduta flessibbiltà suffiċjenti fil-formulazzjoni ta' din id-Deċiżjoni sabiex ikun hemm lok għal aġġustamenti xierqa fl-azzjonijiet tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet, li jkunu qegħdin jinbidlu, matul il-perjodu mill-2007 sa l-2013, u sabiex jiġu evitati d-dispożizzjonijiet inadegwatament dettaljati tal-fażijiet preċedenti tal-programmi Socrates u Leonardo da Vinci. |
(33) |
Fl-attivitajiet kollha tagħha, il-Komunità għandha telimina l-inugwaljanzi kollha, u tippromwovi l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, kif previst fl-Artikolu 3(2) tat-Trattat. |
(34) |
Skond l-Artikolu 151 tat-Trattat, il-Komunità, fl-azzjoni tagħha, għandha tieħu kont ta' l-aspetti kulturali taħt dispożizzjonijiet oħrajn tat-Trattat, b'mod partikolari sabiex tiġi rispettata u promossa d-diversità tal-kulturi tagħha. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għas-sinerġija bejn il-kultura, l-edukazzjoni u t-taħriġ. Għandu jiġi mħeġġeġ ukoll id-djalogu interkulturali. |
(35) |
Hemm ħtieġa li jiġu promossi ċ-ċittadinanza attiva u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, u li tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-esklużjoni fl-għamliet kollha tagħha, inklużi r-razziżmu u l-ksenofobija. |
(36) |
Hemm ħtieġa li jitkabbar l-aċċess għal dawk li ġejjin minn gruppi żvantaġġati u li jiġu indirizzati attivament il-ħtiġijiet speċjali ta' tagħlim ta' dawk b'diżabbiltajiet, fl-implementazzjoni tal-partijiet kollha tal-programm, anke permezz ta' l-użu ta' għotjiet akbar sabiex jirriflettu l-ispejjeż addizzjonali ta' parteċipanti b'diżabbiltajiet, u ta' l-għoti ta' appoġġ għat-tagħlim u għall-użu ta' lingwi tas-sinjali u tal-Braille. |
(37) |
Għandhom jiġu rikonoxxuti l-kisbiet tas-Sena Ewropea ta' l-Edukazzjoni permezz ta' l-Isport (2004) u tal-benefiċċji edukattivi potenzjali tal-koperazzjoni bejn istituzzjonijiet edukattivi u organizzazzjonijiet ta' l-isport li dik is-Sena emfasizzat. |
(38) |
Il-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi ta' l-EFTA li huma membri taż-ŻEE jistgħu jieħdu sehem fi programmi Komunitarji skond ftehim li għandu jiġi ffirmat bejn il-Komunità u dawn il-pajjiżi. |
(39) |
Il-Kunsill Ewropew ta' Tessaloniki tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2003 approva l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003 dwar il-Balkani tal-Punent, inkluż l-Anness magħhom “L-Aġenda ta' Tessaloniki għall-Balkani tal-Punent: lejn integrazzjoni Ewropea”, li jipprevedi li l-programmi Komunitarji għandhom jinfetħu għall-pajjiżi tal-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni abbażi ta' ftehim kwadru li għandu jiġu ffirmati bejn il-Komunità u dawk il-pajjiżi. |
(40) |
Il-Komunità u l-Konfederazzjoni Svizzera ddikjaraw il-ħsieb tagħhom li jidħlu f'negozjati sabiex jikkonkludu ftehim f'oqsma ta' interess komuni bħall-programmi Komunitarji ta' edukazzjoni, ta' taħriġ u taż-żgħażagħ. |
(41) |
Il-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja għandu jiġi sorveljat u valutat regolarment f'koperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex ikunu jistgħu jsiru aġġustamenti ġodda, b'mod partikolari fir-rigward tal-prijoriatjiet għall-implementazzjoni tal-miżuri. Il-valutazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni esterna li trid titmexxa minn korpi indipendenti u imparzjali. |
(42) |
Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Frar 2002 dwar l-implemetazzjoni tal-programm Socrates (12), il-Parlament Ewropew ġibed l-attenzjoni lejn il-proċeduri amministrattivi sproporzjonatament onerużi għall-applikanti għal għotjiet taħt it-tieni fażi tal-programm. |
(43) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (13) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (14), li jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Komunità, għandhom jiġu applikati b'kont meħud tal-prinċipji tas-simpliċità u tal-konsistenza fl-għażla ta' l-istrumenti tal-baġit, bħala limitazzjoni tan-numru ta' każijiet fejn il-Kummissjoni żżomm responsabbiltà diretta għall-implementazzjoni u l-amministrazzjoni tagħhom, kif ukoll tal-proporzjonalità meħtieġa bejn l-ammont ta' riżorsi u l-piż amministrattiv relatat ma' l-użu tagħhom. |
(44) |
Is-simplifikazzjoni amministrattiva radikali tal-proċeduri ta' applikazzjoni hija essenzjali għas-suċċess ta' l-implementazzjoni tal-programm. Il-ħtiġijiet amministrattivi u dawk tal-kontabbiltà għandhom ikunu proporzjonali għad-daqs ta' l-għotja. |
(45) |
Għandhom jittieħdu wkoll miżuri adatti għall-prevenzjoni ta' l-irregolaritajiet u tal-frodi u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiġu rkuprati l-fondi mitlufa, jew imħallsa erronjament jew użati skorrettament. |
(46) |
Huwa xieraq li jiġi żgurat għeluq korrett tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja, partikolarment fir-rigward tal-kontinwazzjoni ta' arranġamenti multi-annwali għall-amministrazzjoni tagħha bħall-finanzjament ta' għajnuna teknika u amministrattiva. Mill-1 ta' Jannar 2014, l-għajnuna teknika u amministrattiva għandha tiżgura, jekk ikun meħtieġ, l-amministrazzjoni ta' l-azzjonijiet mhux finalizzati sa l-aħħar ta' l-2013, inklużi azzjonijiet ta' monitoraġġ u ta' verifika. |
(47) |
Ladarba l-għan ta' din id-Deċiżjoni, jiġifieri li jingħata l-kontribut tal-koperazzjoni Ewropea lill-edukazzjoni u lit-taħriġ ta' kwalità ma jistax jintlaħaq suffiċjentement mill-Istati Membri minħabba l-ħtieġa ta' sħubiji multilaterali, ta' mobbiltà transnazzjonali u ta' skambju ta' informazzjoni fil-Komunità kollha, u jista' għalhekk, minħabba n-natura ta' l-azzjonijiet u l-miżuri meħtieġa, jintlaħaq aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan. |
(48) |
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi, għat-tul kollu tal-programm, pakkett finanzjarju li jikkostitwixxi r-referenza primarja fis-sens tal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba, għall-awtorità tal-baġit matul il-proċedura annwali tal-baġit (15). |
(49) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implementazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (16), |
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
KAPITOLU I
Il-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja
Artikolu 1
Stabbiliment tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja
1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programm għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja”.
2. L-objettiv ġenerali tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja huwa li jikkontribwixxi, permezz tat-tagħlim tul il-ħajja, għall-iżvilupp tal-Komunità bħala soċjetà avvanzata bbażata fuq il-konoxxenza, bi żvilupp ekonomiku sostenibbli, b'aktar impjiegi u b'impjiegi aħjar u b'koeżjoni soċjali akbar, filwaqt li jiġi żgurat il-ħarsien xieraq ta' l-ambjent għall-ġenerazzjonijiet futuri. B'mod partikolari, jimmira lejn l-iskambju, il-koperazzjoni u l-mobbiltà bejn is-sistemi ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ fil-Komunità sabiex dawn isiru referenza dinjija ta' kwalità.
3. Il-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja għandu jkollu l-objettivi speċfiċi li ġejjin:
(a) |
li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' tagħlim tul il-ħajja ta' kwalità, u li jippromwovi prestazzjoni ta' livell għoli, innovazzjoni u dimensjoni Ewropea fis-sistemi u fil-prattika fil-qasam; |
(b) |
li jappoġġa t-twettiq ta' żona Ewropea għat-tagħlim tul il-ħajja; |
(ċ) |
li jgħin itejjeb il-kwalità, l-attrazzjoni u l-aċċessibbiltà ta' l-opportunitajiet għat-tagħlim tul il-ħajja li jkunu disponibbli fl-Istati Membri; |
(d) |
li jsaħħaħ il-kontribut tat-tagħlim tul il-ħajja għal koeżjoni soċjali, għaċ-ċittadinanza attiva, għad-djalogu interkulturali, għall-ugwaljanza bejn is-sessi u għar-realizzazzjoni personali; |
(e) |
li jgħin jippromwovi l-kreattività, il-kompetittività, l-impjegabbiltà u t-tkabbir ta' spirtu intraprenditorjali; |
(f) |
li jikkontribwixxi għal iżjed parteċipazzjoni fit-tagħlim tul il-ħajja minn nies ta' kull età, inklużi dawk bi ħtiġijiet speċjali u gruppi żvantaġġati, irrispettivament mill-ambjent soċjo-ekonomiku tagħhom; |
(ġ) |
li jippromwovi t-tagħlim tal-lingwi u d-diversità lingwistika; |
(h) |
li jappoġġa l-iżvilupp ta' kontenut, servizzi, pedagoġiji u prattika li jkunu bbażati fuq l-ICT u innovattivi, għat-tagħlim tul il-ħajja |
(i) |
li jsaħħaħ ir-rwol tat-tagħlim tul il-ħajja fil-ħolqien ta' sens ta' ċittadinanza Ewropea bbażata fuq l-intendiment u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, u jinkoraġġixxi t-tolleranza u r-rispett għal popli u kulturi oħrajn; |
(j) |
li jippromwovi l-koperazzjoni fl-assigurazzjoni ta' kwalità fis-setturi kollha ta' l-edukazzjoni u tat-taħriġ fl-Ewropa; |
(k) |
li jinkoraġġixxi l-aħjar użu ta' riżultati, ta' prodotti u ta' proċessi innovattivi u l-iskambju ta' l-aħjar prattika fl-oqsma koperti mill-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja, sabiex tiġi mtejba l-kwalità ta' l-edukazzjoni u tat-taħriġ. |
4. Skond id-dispożizzjonijiet amministrattivi stabbiliti fl-Anness, il-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja għandu jappoġġa u jissupplimenta azzjoni meħuda mill-Istati Membri, filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ ir-responsabbiltà tagħhom għall-kontenut tas-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ u d-diversità kulturali u lingwistika tagħhom.
5. Kif stabbilit fl-Artikolu 3, l-objettivi tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja għandhom jitwettqu permezz ta' l-implementazzjoni ta' erba' programmi settorjali, programm wieħed trasversali, u l-programm Jean Monnet, minn hawn 'il quddiem imsejħa kollettivament “is-sub-programmi”.
6. Din id-Deċiżjoni għandha tiġi implementata tul il-perjodu li jibda mill-1 ta' Jannar 2007 u jestendi sal-31 ta' Diċembru 2013. Madankollu, jistgħu jiġu implementati miżuri preparatorji, inklużi deċiżjonijiet mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 9, mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. |
“pre-skola” tfisser attività edukattiva organizzata ta' qabel il-bidu ta' l-iskola primarja obbligatorja; |
2. |
“tifel/tifla ta' l-iskola” tfisser persuna iskritta sabiex tirċievi edukazzjoni fi skola; |
3. |
“skola” tfisser it-tipi kollha ta' istituzzjonijiet li jipprovdu edukazzjoni ġenerali (pre-skolastika, primarja jew sekondarja), vokazzjonali u teknika u, eċċezzjonalment, fil-każ ta' miżuri li jippromwovu t-tagħlim tal-lingwi, istituzzjonijiet mhux skolastiċi li jipprovdu taħriġ ta' apprendistat; |
4. |
“għalliema/persunal edukattiv” tfisser persuni li, permezz ta' dmirijiethom, huma involuti direttament fil-proċess edukattiv fl-Istati Membri; |
5. |
“min jagħti taħriġ” tfisser persuni li, permezz ta' dmirijiethom, ikunu involuti direttament fil-proċess ta' edukazzjoni u ta' taħriġ vokazzjonali fl-Istati Membri; |
6. |
“student” tfisser persuna reġistrata f'istituzzjoni ta' edukazzjoni superjuri, irrispettivament mill-qasam ta' l-istudju tagħha, sabiex issegwi studji ta' edukazzjoni superjuri li jwasslu għal lawrja rikonoxxuta jew għal kwalifika rikonoxxuta oħra ta' livell terzjarju, sa, u li inkluż, il-livell ta' dottorat; |
7. |
''persuna li tieħu taħriġ'' tfisser persuna li tieħu taħriġ vokazzjonali, f'istituzzjoni ta' taħriġ jew f'organizzazzjoni ta' taħriġ jew fuq il-post tax-xogħol; |
8. |
''student adult'' tfisser student li jipparteċipa f'edukazzjoni għall-adulti; |
9. |
''persuni fis-suq tax-xogħol'' tfisser ħaddiema, dawk li huma impjegati għal rashom jew nies disponibbli għall-impjieg; |
10. |
“istituzzjoni ta' edukazzjoni superjuri” tfisser:
|
11. |
“Korsijiet Masters Konġunti” tfisser korsjiet Masters fl-edukazzjoni superjuri li:
|
12. |
''taħriġ vokazzjonali'' tfisser kwalunkwe forma ta' edukazzjoni jew taħriġ vokazzjonali inizjali, inklużi t-tagħlim tekniku u vokazzjonali u l-apprendistati, li tikkontribwixxi għall-kisba ta' kwalifika vokazzjonali rikonoxxuta mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun inkisbet, kif ukoll kwalunkwe edukazzjoni jew taħriġ vokazzjonali kontinwati riċevuti minn persuna matul il-ħajja tax-xogħol tagħha; |
13. |
“edukazzjoni ta' l-adulti” tfisser l-għamliet kollha ta' tagħlim mhux vokazzjonali għall-adulti, kemm jekk ikunu ta' natura formali, non-formali jew informali; |
14. |
“żjara ta' studju” tfisser żjara għal perjodu qasir, li ssir sabiex jiġi studjat aspett partikolari ta' tagħlim tul il-ħajja fi Stat Membru ieħor; |
15. |
“mobbiltà” tfisser li persuna tgħaddi perjodu ta' żmien fi Stat Membru ieħor, għall-finijiet ta' studju, ta' esperjenza ta' xogħol, ta' xi attività oħra bħala student jew għalliem jew ta' xi attività amministrattiva relatata, appoġġati kif xieraq b'korsijiet preparatorji jew ta' tagħlim mill-ġdid fil-lingwa tal-pajjiż ospitanti jew fil-lingwa operattiva; |
16. |
“placement” tfisser li persuna tgħaddi perjodu ta' żmien f'intrapriża jew organizzazzjoni fi Stat Membru ieħor, appoġġat kif meħtieġ b'korsijiet preparatorji jew ta' tagħlim mill-ġdid fil-lingwa tal-pajjiż ospitanti jew fil-lingwa operattiva, bil-għan li l-individwu jiġi assistit sabiex jadatta ruħu għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol tal-Komunità kollha, sabiex jikseb ħila speċifika u sabiex itejjeb il-konoxxenza tal-kultura ekonomika u soċjali tal-pajjiż konċernat fil-kuntest ta' l-iżvilupp ta' l-esperjenza tax-xogħol; |
17. |
“unilaterali” tfisser l-involviment f'istituzzjoni waħda; |
18. |
“bilaterali” tfisser l-involviment ta' msieħba minn żewġ Stati Membri; |
19. |
“multilaterali” tfisser l-involviment ta' msieħba minn tliet Stati Membri mill-inqas. Il-Kummissjoni tista' tqis assoċjazzjonijiet jew korpi oħrajn bi sħubija minn tliet Stati Membri jew aktar bħala multilaterali; |
20. |
“sħubija” tfisser ftehim bilaterali jew multilaterali bejn grupp ta' istituzzjonijiet jew ta' organizzazzjonijiet fi Stati Membri differenti sabiex iwettqu attivitajiet Ewropej konġunti fit-tagħlim tul il-ħajja; |
21. |
“network” tfisser aggruppament, formali jew informali, ta' korpi li jkunu attivi f'qasam, dixxiplina jew settur partikolari tat-tagħlim tul il-ħajja; |
22. |
“proġett” tfisser attività ta' koperazzjoni, b'riżultat definit, żviluppata b'mod konġunt minn aggruppament formali jew informali ta' organizzazzjonijiet jew istituzzjonijiet; |
23. |
“koordinatur tal-proġett” tfisser l-organizzazzjoni jew l-istituzzjoni li tkun responsabbli mill-implementazzjoni tal-proġett mill-aggruppament multilaterali; |
24. |
“imsieħba fi proġett” tfisser l-organizzazzjonijiet jew l-istituzzjonijiet għajr il-koordinatur, li jiffurmaw l-aggruppament multilaterali; |
25. |
“intrapriża” tfisser l-intrapriżi kollha involuti f'attività ekonomika fis-settur pubbliku jew privat irrispettivament mid-daqs, mill-istatus legali tagħhom jew mis-settur ekonomiku li fih jaħdmu, inkluża l-ekonomija soċjali; |
26. |
“imsieħba soċjali” tfisser, fil-livell nazzjonali, l-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u tal-ħaddiema li jkunu konformi mal-liġijiet u/jew prattika nazzjonali u, fil-livell Komunitarju, l-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u tal-ħaddiema li jieħdu sehem fid-djalogu soċjali fil-livell Komunitarju; |
27. |
“gwida u pariri konsultivi” tfisser firxa ta' attivitajiet bħalma huma t-tagħrif, l-assessjar, l-orjentazzjoni u l-pariri sabiex min ikun qed jitgħallem, min jagħti taħriġ jew persunal ieħor ikunu jistgħu jagħmlu għażliet dwar programmi ta' edukazzjoni u taħriġ jew dwar opportunitajiet ta' mpjieg; |
28. |
“it-tixrid u l-isfruttament tar-riżultati” tfisser attivitajiet imfassla sabiex jiżguraw li r-riżultati tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja u dawk ta' qablu jkunu rikonoxxuti, murija u implementati kif xieraq fuq skala wiesgħa; |
29. |
“tagħlim tul il-ħajja” tfisser l-edukazzjoni ġenerali kollha, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, l-edukazzjoni non-formali u t-tagħlim informali li jkun sar tul il-ħajja, li jwassal għal titjib fit-tagħrif, fil-ħiliet u l-kompetenzi f'perspettiva personali, ċivika, soċjali u/jew li tkun relatata ma' l-impjieg. Dan jinkludi wkoll id-dispożizzjoni ta' servizzi ta' għoti ta' parir u gwida. |
Artikolu 3
Sub-Programmi
1. Is-sub-programmi settorjali għandhom ikunu dawn li ġejjin:
(a) |
il-programm Comenius, li għandu jindirizza l-ħtiġijiet ta' dawk kollha li jgħallmu u li jitgħallmu fil-livelli pre-skolastiku u skolastiku sal-livell tat-tmiem ta' l-edukazzjoni sekondarja ogħla, u ta' l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet li jipprovdu tali edukazzjoni; |
(b) |
il-programm Erasmus, li għandu jindirizza l-ħtiġijiet ta' dawk kollha li jgħallmu u li jitgħallmu fil-livelli terzjarji ta' l-edukazzjoni formali superjuri u ta' l-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, irrispettivament mit-tul tal-kors jew mill-kwalifika tagħhom u inklużi studji dottorali, u ta' l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet li jipprovdu jew jiffaċilitaw tali edukazzjoni u taħriġ; |
(ċ) |
il-programm Leonardo da Vinci, li għandu jindirizza l-ħtiġijiet ta' dawk kollha li jgħallmu u li jitgħallmu fil-livelli ta' l-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, għajr dawk fil-livell terzjarju, kif ukoll ta' l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet li jipprovdu jew jiffaċilitaw tali edukazzjoni u taħriġ; |
(d) |
il-programm Grundtvig, li għandu jindirizza l-ħtiġijiet ta' dawk kollha li jgħallmu u li jitgħallmu f'kull għamla ta' edukazzjoni ta' l-adulti, kif ukoll ta' l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet li jipprovdu jew jiffaċilitaw tali edukazzjoni. |
2. Il-programm trasversali għandu jikkonsisti mill-erba' attivitajiet ewlenin li ġejjin:
(a) |
il-koperazzjoni u l-innovazzjoni fit-twettiq tal-politika tat-tagħlim tul il-ħajja; |
(b) |
il-promozzjoni tat-tagħlim tal-lingwi; |
(ċ) |
l-iżvilupp ta' kontenut, servizzi, pedagoġiji u prattika li jkunu bbażati fuq l-ICT u innovattivi għat-tagħlim tul il-ħajja; |
(d) |
it-tixrid u l-isfruttament tar-riżultati ta' azzjonijiet li jkunu appoġġati taħt il-programm u taħt programmi preċedenti relatati, u l-iskambju ta' prattika tajba. |
3. Il-programm Jean Monnet għandu jappoġġa istituzzjonijiet u attivitajiet fil-qasam ta' l-integrazzjoni Ewropea. Dan għandu jinkludi fih it-tlitt attivitajiet ewlenin li ġejjin:
(a) |
l-Azzjoni Jean Monnet; |
(b) |
għotjiet operattivi sabiex jiġu appoġġati istituzzjonijiet speċifikati li jittrattaw kwistjonijiet relatati ma' l-integrazzjoni Ewropea; |
(ċ) |
għotjiet operattivi sabiex jiġu appoġġati istituzzjonijiet u assoċjazzjonijiet Ewropej fl-oqsma ta' l-edukazzjoni u tat-taħriġ. |
Artikolu 4
Aċċess għall-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja
Il-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja għandu jkun immirat lejn:
(a) |
tfal ta' l-iskola, studenti, persuni li jitħarrġu u studenti adulti; |
(b) |
għalliema, min jagħti taħriġ u persunal ieħor involuti f'kull aspett tat-tagħlim tul il-ħajja; |
(ċ) |
persuni li jkunu fis-suq tax-xogħol; |
(d) |
istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet li jipprovdu opportunitajiet ta' tagħlim fil-kuntest tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja, jew fil-limiti tas-sub-programmi tiegħu; |
(e) |
il-persuni u l-korpi responsabbli mis-sistemi u l-linji politiċi li jikkonċernaw kwalunkwe aspett tat-tagħlim tul il-ħajja fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali; |
(f) |
intrapriżi, imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tagħhom fil-livelli kollha, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-kummerċ u l-Kmamar tal-kummerċ u ta' l-industrija |
(g) |
korpi li jipprovdu servizzi ta' gwida, pariri konsultivi u informazzjoni relatati ma' kwalunkwe aspett tat-tagħlim tul il-ħajja; |
(h) |
assoċjazzjonijiet li jaħdmu fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja, inklużi assoċjazzjonijiet ta' l-istudenti, ta' persuni li jitħarrġu, ta' tfal ta' l-iskola, ta' għalliema, ta' ġenituri u ta' studenti adulti; |
(i) |
ċentri ta' riċerka u korpi konċernati bi kwistjonijiet ta' tagħlim tul il-ħajja; |
(j) |
organizzazzjonijiet li joperaw mingħajr l-iskop tal-profitt, korpi volontarji, organizzazzjonijiet mhux governattivi (“NGOs”). |
Artikolu 5
Azzjonijiet Komunitarji
1. Il-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja għandu jinkludi appoġġ għall-azzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-mobbiltà ta' l-individwi fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja; |
(b) |
sħubiji bilaterali u multilaterali; |
(ċ) |
proġetti multilaterali speċjalment dawk imfassla sabiex jippromwovu l-kwalità fis-sistemi ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ permezz ta' trasferimenti transnazzjonali ta' innovazzjoni; |
(d) |
proġetti unilaterali u nazzjonali; |
(e) |
proġetti u networks multilaterali; |
(f) |
l-osservazzjoni u l-analiżi ta' linji politiċi u sistemi fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja, l-istabbiliment u t-titjib regolari ta' materjal ta' referenza, inklużi stħarriġ, statistika, analiżi u indikaturi, azzjoni li tappoġġa t-trasparenza u r-rikonoxximent tal-kwalifiki u tat-tagħlim minn qabel, u azzjoni tappoġġa l-koperazzjoni fl-assigurazzjoni tal-kwalità; |
(g) |
għotjiet operattivi sabiex jiġu appoġġati ċerti spejjeż operattivi u amministrattivi ta' istituzzjonijiet u assoċjazzjonijiet li jkunu attivi fil-qasam kopert mill-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja; |
(h) |
inizjattivi oħrajn immirati lejn il-promozzjoni ta' l-objettivi tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja (“miżuri assoċjati”). |
2. L-appoġġ Komunitarju jista' jingħata għal żjajjar preparatorji fir-rigward ta' kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet esposti f'dan l-Artikolu.
3. Il-Kummissjoni tista' torganizza tali seminars, kollokwji jew laqgħat li x'aktarx jiffaċilitaw l-implementazzjoni tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja, u twettaq azzjonijiet adegwati ta' informazzjoni, pubblikazzjoni u tixrid u azzjonijiet li jkomplu jissensibilizzaw l-opinjoni pubblika dwar il-Programm kif ukoll il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-Programm.
4. L-azzjonijiet imsemmija f'dan l-Artikolu jistgħu jiġu implementati permezz ta' sejħiet għall-proposti, sejħiet għal offerti, jew direttament mill-Kummissjoni.
Artikolu 6
Il-kompiti tal-Kummissjoni u ta' l-Istati Membri
1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-implementazzjoni effikaċi u effiċjenti ta' l-azzjonijiet Komunitarji previsti fil-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja.
2. L-Istati Membri għandhom
(a) |
jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw it-tmexxija effiċjenti tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja fil-livell nazzjonali, bl-involviment tal-partijiet kollha konċernati f'aspetti ta' tagħlim tul il-ħajja skond il-prattika jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali; |
(b) |
jistabbilixxu jew jinnominaw u jissorveljaw struttura adatta għall-amministrazzjoni koordinata ta' l-implemetazzjoni ta' l-azzjonijiet tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja fil-livell nazzjonali (aġenziji nazzjonali), inkluża l-amministrazzjoni tal-baġit, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 54(2)(ċ) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u l-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, konformement mal-kriterji li ġejjin:
|
(ċ) |
jassumu r-responsabbiltà għall-amministrazzjoni korretta mill-aġenziji nazzjonali msemmija fil-punt (b) ta' credits trasferiti lill-aġenziji nazzjonali sabiex ikunu appoġġati l-proġetti, u b'mod partikolari sabiex l-aġenziji nazzjonali jirrispettaw il-prinċipji tat-trasparenza, ta' l-ugwaljanza fit-trattament u tal-preklużjoni tal-finanzjament doppju ma' sorsi oħrajn ta' fondi Komunitarji, kif ukoll l-obbligu li jiġu jissorveljaw il-proġetti u li jirkupraw kwalunkwe fond li r-rimbors tiegħu jkun dovut minn benefiċjarji; |
(d) |
jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiżguraw verifika korretta u s-superviżjoni finanzjarja ta' l-aġenziji nazzjonali msemmija fil-punt (b), u b'mod partikolari:
|
(e) |
fil-każ ta' xi rregolarità, negliġenza jew frodi li jkunu imputabbli għal xi aġenzija nazzjonali stabbilita jew nominata taħt il-punt (b), u fejn dan iwassal għal xi pretensjonijiet mill-Kummissjoni kontra l-aġenzija nazzjonali li ma jiġux irkuprati kompletament, jassumu r-responsabbiltà għall-fondi mhux irkuprati; |
(f) |
jinnominaw fuq talba mill-Kummissjoni l-istituzzjonijiet jew l-organizzazzjonijiet li jipprovdu l-opportunitajiet ta' tagħlim, jew it-tip ta' tali istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet, sabiex jitqiesu bħala eliġibbli sabiex jieħdu sehem fil-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja fit-territorji rispettivi tagħhom; |
(g) |
ifittxu li jadottaw il-miżuri xierqa kollha sabiex ineħħu l-ostakli legali u amministrattivi għall-funzjonament korrett tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja; |
(h) |
jieħdu passi sabiex jiżguraw li jiġu realizzati fil-livell nazzjonali sinerġiji potenzjali ma' programmi u strumenti finanzjarji Komunitarji oħra u ma' programmi relevanti oħra li joperaw fl-Istat Membru in kwistjoni. |
3. Il-Kummissjoni, f'koperazzjoni ma' l-Istati Membri, għandha tiżgura
(a) |
it-transizzjoni bejn l-azzjonijiet imwettqa fil-kuntest tal-programmi preċedenti fl-oqsma ta' l-edukazzjoni, tat-taħriġ u tat-tagħlim tul il-ħajja u dawk li għandhom jiġu implementati taħt il-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja; |
(b) |
il-ħarsien adegwat ta' l-interessi finanzjarji Komunitarji b'mod partikolari bl-introduzzjoni ta' miżuri effettivi, proporzjonati u dissważivi, ta' kontrolli amministrattivi u ta' penali; |
(ċ) |
it-tixrid wiesa' ta' informazzjoni, pubbliċità u segwitu fir-rigward ta' l-azzjonijiet appoġġati taħt il-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja. |
(d) |
il-ġbir, l-analiżi u l-proċessar ta' data disponibbli meħtieġa sabiex jitqiesu r-riżultati u l-effetti tal-programm, u li tissorvelja u tivvaluta l-attivitajiet kif imsemmija fl-Artikolu 15; |
(e) |
it-tixrid tar-riżultati tal-ġenerazzjoni preċedenti tal-programmi ta' edukazzjoni u ta' taħriġ u tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja. |
Artikolu 7
Il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi
1. Il-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta':
(a) |
il-pajjiżi ta' l-EFTA li huma membri taż-ŻEE, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti bil-Ftehim taż-ŻEE; |
(b) |
il-pajjiżi kandidati li jibbenefikaw minn strateġija ta' qabel l-adeżjoni, skond il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali stabbiliti fil-ftehimiet kwadru konklużi ma' dawn il-pajjiżi għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi Komunitarji; |
(ċ) |
il-pajjiżi Balkaniċi tal-Punent, skond id-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu determinati ma' dawn il-pajjiżi wara l-istabbiliment ta' ftehimiet kwadru li jipprovdu għall-parteċipazzjoni tagħhom fi programmi Komunitarji; |
(d) |
il-Konfederazzjoni Svizzera, fuq il-bażi ta' ftehim bilaterali li għandu jiġi konkluż ma' dan il-pajjiż. |
2. L-attività ewlenija 1 tal-programm Jean Monnet imsemmija fl-Artikolu 3(3)(a) għandha tkun miftuħa għal istituzzjonijiet ta' edukazzjoni superjuri fi kwalunkwe pajjiż terz ieħor.
3. Il-pajjiżi terzi li jieħdu sehem fil-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja għandhom ikunu soġġetti għall-obbligi kollha u għandhom iwettqu l-kompiti kollha stabbiliti f'din id-Deċiżjoni fir-rigward ta' l-Istati Membri.
Artikolu 8
Koperazzjoni internazzjonali
Taħt il-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja, u skond l-Artikolu 9, il-Kummissjoni tista' tikkopera ma' pajjiżi terzi u ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, b'mod partikolari l-Kunsill ta' l-Ewropa, l-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u għall-Iżvilupp Ekonomiku (OECD) u l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, Xjenza u Kultura (UNESCO).
KAPITOLU II
L-implementazzjoni tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja
Artikolu 9
Miżuri implementattivi
1. Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja relatati mal-materji li ġejjin għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2):
(a) |
il-pjan ta' ħidma annwali inklużi l-prijoritajiet; |
(b) |
l-allokazzjonijiet annwali u d-distribuzzjoni tal-fondi bejn u fi ħdan is-sub-programmi; |
(ċ) |
il-linji gwida ġenerali għall-implementazzjoni tas-sub-programmi (inklużi deċiżjonijiet li jikkonċernaw in-natura ta' l-azzjonijiet, it-tul taż-żmien tagħhom u l-livell ta' finanzjament), il-kriterji u l-proċeduri ta' għażla; |
(d) |
il-proposti tal-Kummissjoni għall-għażla ta' l-applikazzjonijiet għal proġetti u networks multilaterali kif imsemmi fl-Artikolu 33 (1) (b) u (ċ); |
(e) |
il-proposti tal-Kummissjoni għall-għażla ta' l-applikazzjonijiet għal azzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(e), li mhumiex koperti mill-punt (d) ta' dan il-paragrafu, u fl-Artikolu 5(1)(f), (g) u (h), li għalihom l-appoġġ Komunitarju propost jeċċedi EUR 1 mijun; |
(f) |
id-definizzjoni tar-rwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi tal-Kummissjoni, ta' l-Istati Membri u ta' l-aġenziji nazzjonali rigward il-''proċedura ta' l-aġenziji nazzjonali'' stabbilita fl-Anness 1; |
(g) |
id-distribuzzjoni tal-fondi fost l-Istati Membri għall-azzjonijiet li għandhom ikunu amministrati permezz tal-“proċedura ta' l-aġenzija nazzjonali” stabbilita fl-Anness 1; |
(h) |
l-arranġamenti sabiex tkun żgurata konsistenza interna fil-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja; |
(i) |
l-arranġamenti għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja u s-sub-programmi u għat-tixrid u t-trasferiment tar-riżultati. |
2. Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni tal-materji kollha diversi minn dawk speċifikati fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(3).
Artikolu 10
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahrejn.
3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
4. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.
5. L-Istati Membri ma jistgħux ikunu rappreżentati minn persuni li jkunu jaħdmu fi, jew li jkollhom ir-responsabbiltà operattiva għal, aġenziji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 6(2)(b).
Artikolu 11
Sħab soċjali
1. Kull meta l-Kumitat jiġi kkonsultat dwar kwalunkwe materja li tikkonċerna l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni fir-rigward ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, ir-rappreżentanti ta' l-imsieħba soċjali, maħtura mill-Kummissjoni abbażi ta' proposti mill-imsieħba soċjali Ewropej, jistgħu jieħdu sehem fix-xogħol tal-Kumitat bħala osservaturi.
In-numru ta' tali osservaturi għandu jkun ugwali għan-numru ta' rappreżentanti ta' l-Istati Membri.
2. Tali osservaturi għandhom ikollhom id-dritt li jitolbu li l-pożizzjoni tagħhom tiġi reġistrata fil-minuti tal-laqgħat tal-Kumitat.
Artikolu 12
Linji politiċi orizzontali
Fl-implementazzjoni tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja, għandha tingħata l-attenzjoni meħtieġa sabiex ikun żgurat li dan jikkontribwixxi b'mod sħiħ lejn it-twettiq tal-linji politiċi orizzontali tal-Komunità, b'mod partikolari billi:
(a) |
tiġi promossa kuxjenza dwar l-importanza tad-diversità kulturali u lingwistka fl-Ewropa, kif ukoll dwar il-ħtieġa li jiġu miġġielda r-razziżmu, il-preġudizzju u l-ksenofobija; |
(b) |
isiru provvedimenti għal studenti bi ħtiġijiet speċjali, u b'mod partikolari billi tiġi promossa l-integrazzjoni tagħhom fl-oqsma ewlenija ta' l-edukazzjoni u tat-taħriġ; |
(ċ) |
tiġi promossa l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u jsir kontribut fil-ġlieda kontra l-għamliet kollha ta' diskriminazzjoni bbażata fuq sess, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali. |
Artikolu 13
Konsistenza u komplementarjetà ma' linji politiċi oħrajn
1. Il-Kummissjoni f'koperazzjoni ma' l-Istati Membri, għandha tiżgura l-konsistenza u l-komplementarjetà, mill-aspett globali, mal-Programm ta' Ħidma ''Edukazzjoni u Taħriġ 2010'' u ma' linji politiċi, strumenti u azzjonijiet Komunitarji relevanti oħra, b'mod partikolari dawk fil-qasam tal-kultura, tal-medja, taż-żgħażagħ, tar-riċerka u żvilupp, tar-rikonoxximent ta' kwalifiki, ta' l-intrapriża, ta' l-ambjent, ta' l-ICT u tal-programm statistiku tal-Komunità.
Il-Kummissjoni, f'koperazzjoni ma' l-Istati Membri, għandha tiżgura ingranaġġ effiċjenti bejn il-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja u l-programmi u l-azzjonijiet fil-qasam ta' l-edukazzjoni u tat-taħriġ imwettqa fil-qafas ta' l-istrumenti tal-Komunità għal qabel l-adeżjoni u għamliet oħra ta' koperazzjoni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti.
2. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Kumitat informat regolarment dwar inizjattivi Komunitarji relevanti oħrajn meħuda fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja, inkluża l-koperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali.
3. Fl-implementazzjoni ta' azzjonijiet taħt il-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-prijoritajiet stabbiliti fil-linji gwida integrati għall-impjiegi adottati mill-Kunsill, bħala parti mis-sħubija ta' Lisbona għall-iżvilupp ekonomiku u għall-impjiegi.
4. Fi sħubija mas-sħab soċjali Ewropej, il-Kummissjoni għandha tfittex li tiżviluppa koordinazzjoni adegwata bejn il-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja u d-djalogu soċjali fil-livell Komunitarju, anke fis-setturi differenti ta' l-ekonomija.
5. Fl-implementazzjoni tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-għajnuna, fejn ikun il-każ, taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) fl-oqsma relatati mal-kompetenzi tiegħu u skond l-arranġamenti stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 (17). Fejn ikun il-każ, il-Kummissjoni tista' wkoll tiżgura l-appoġġ tal-Fondazzjoni Ewropea tat-Taħriġ fl-ambitu tal-mandat tagħha u skond l-arranġamenti stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90 (18) .
6. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Kumitat Konsultattiv dwar it-Taħriġ Vokazzjonali informat regolarment dwar il-progress relevanti fil-qasam ta' l-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali.
KAPITOLU III
Dispożizzjonijiet finanzjarji – Valutazzjoni
Artikolu 14
Finanzjament
1. Il-pakkett finanzjarju indikattiv għall-implementazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għall-perjodu ta' seba' snin mill-1 ta' Jannar 2007 huwa b'dan stabbilit għal EUR 6 970 000 000. Fi ħdan dan il-pakkett, l-ammonti li għandhom jiġu allokati lill-programmi Comenius, Erasmus, Leonardo da Vinci u Grundtvig ma għandhomx ikunu anqas minn kif ġie stabbilit fil-punt B.11 ta' l-Anness. Dawk l-allokazzjonijiet jistgħu jiġu emendati mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2).
2. Sa 1 % ta' l-allokazzjonijiet tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja jista' jintuża sabiex jappoġġa l-parteċipazzjoni f'azzjonijiet ta' sħubija, ta' proġetti u ta' networks organizzati taħt il-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja, ta' msieħba minn pajjiżi terzi li ma jieħdux sehem fil-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7.
3. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità tal-baġit fil-limiti tal-qafas finanzjarju.
Artikolu 15
Monitoraġġ u valutazzjoni
1. Il-Kummissjoni, f'koperazzjoni ma' l-Istati Membri, għandha timmonitorja u tivvaluta l-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja fid-dawl ta' l-objettivi tiegħu.
2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel arranġamenti għal valutazzjonijiet esterni indipendenti regolari tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja u għandha regolarment tippubblika statistika għall-monitoraġġ tal-progress.
3. Għandu jittieħed kont tal-konklużjonijiet tal-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja u tal-programmi ta' edukazzjoni u taħriġ tal-ġenerazzjoni preċedenti fl-implementazzjoni tal-Programm.
4. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, sat-30 ta' Ġunju 2010 u sat-30 ta' Ġunju 2015 rispettivament, rapporti dwar l-implementazzjoni u l-impatt tal-Programm ta' Tagħlim Tul Ħajja.
5. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni:
(a) |
rapport interim ta' valutazzjoni dwar l-aspetti kwalitattivi u kwantittativi ta' l-implementazzjoni tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja inkluża analiżi tar-riżultati miksuba sal-31 ta' Marzu 2011, |
(b) |
komunikazzjoni dwar il-kontinwazzjoni tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja sal-31 ta' Diċembru 2011, |
(ċ) |
rapport ta' valutazzjoni ex post sal-31 ta' Marzu 2016. |
TITOLU II
IS-SUB-PROGRAMMI
KAPITOLU I
Il-Programm Comenius
Artikolu 16
L-aċċess għall-programm Comenius
Fil-qafas tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja, il-programm Comenius għandu jkun immirat lejn:
(a) |
tfal ta' l-iskola f'edukazzjoni skolastika sat-tmiem ta' l-edukazzjoni sekondarja ogħla; |
(b) |
skejjel, kif speċifikat mill-Istati Membri; |
(ċ) |
għalliema u persunal ieħor f'dawk l-iskejjel; |
(d) |
assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet li joperaw mingħajr l-iskop tal-profitt, NGOs u rappreżentanti ta' dawk involuti fl-edukazzjoni skolastika; |
(e) |
persuni u korpi responsabbli mill-organizzazzjoni u l-għoti ta' l-edukazzjoni fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali; |
(f) |
ċentri ta' riċerka u korpi konċernati bi kwistjonijiet ta' tagħlim tul il-ħajja; |
(g) |
istituzzjonijiet ta' edukazzjoni superjuri. |
(h) |
korpi li jipprovdu servizzi ta' gwida, konsultivi u ta' informazzjoni relatati ma' kwalunkwe aspett tat-tagħlim tul il-ħajja. |
Artikolu 17
L-objettivi tal-programm Comenius
1. Addizzjonalment għall-objettivi tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja kif stabbiliti fl-Artikolu 1, l-objettivi speċifiċi tal-programm Comenius għandhom ikunu:
(a) |
li jiżviluppa t-tagħrif u l-apprezzament fost iż-żgħażagħ u l-persunal edukattiv dwar id-diversità tal-kulturi u l-lingwi Ewropej u l-valur tagħha; |
(b) |
li jgħin liż-żgħażagħ jiżviluppaw il-ħiliet bażiċi tal-ħajja u l-kompetenzi meħtieġa għall-iżvilupp personali tagħhom, għall-impjieg fil-futur u għal ċittadinanza Ewropea attiva. |
2. L-objettivi operattivi tal-programm Comenius għandhom ikunu:
(a) |
li tittejjeb il-kwalità u li jiżdied il-volum tal-mobbiltà li tinvolvi tfal ta' l-iskola u persunal edukattiv fi Stati Membri differenti; |
(b) |
li tittejjeb il-kwalità u li jiżdied il-volum ta' sħubiji bejn skejjel fi Stati Membri differenti, sabiex jiġu involuti tliet miljun tifel u tifla ta' l-iskola f'attivitajiet edukattivi konġunti matul il-perjodu tal-programm; |
(ċ) |
li jiġi mħeġġeġ it-tagħlim ta' lingwi barranija moderni; |
(d) |
li jiġi appoġġat l-iżvilupp ta' kontenut, servizzi, pedagoġiji u prattika li jkunu bbażati fuq l-ICT u innovattivi, għat-tagħlim tul il-ħajja; |
(e) |
li tittejjeb il-kwalità u tissaħħaħ id-dimensjoni Ewropea tat-taħriġ ta' l-għalliema; |
(f) |
li jiġi appoġġat it-titjib f'approċċi pedagoġiċi u fl-amministrazzjoni ta' l-iskejjel. |
Artikolu 18
L-azzjonijiet tal-programm Comenius
1. L-azzjonijiet li ġejjin jistgħu jkunu appoġġati mill-programm Comenius:
(a) |
il-mobbiltà ta' individwi kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(a). Fl-arranġament jew appoġġ ta' l-organizzazzjoni ta' tali mobbiltà, għandhom jiġu adottati l-miżuri preparatorji meħtieġa u għandha tingħata attenzjoni sabiex jiġi żgurat li jkun hemm disponibbli sorveljanza, pariri konsultivi u appoġġ adegwati għall-individwi li jeżerċitaw il-mobbiltà. Tali mobbiltà tista' tinkludi:
|
(b) |
l-iżvilupp ta' sħubiji kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(b), bejn:
|
(ċ) |
proġetti ta' koperazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(e). Dawn jistgħu jinkludu proġetti mmirati lejn:
|
(d) |
networks multilaterali kif imsemmija fl-Artikolu 5(1)(e). Dawn jistgħu jinkludu networks immirati lejn:
|
(e) |
inizjattivi oħrajn maħsuba għall-promozzjoni ta' l-objettivi tal-programm Comenius kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(h) (“miżuri assoċjati”). |
2. Id-dettalji operattivi ta' l-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu deċiżi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2).
Artikolu 19
Ammonti allokati lill-programm Comenius
Mhux inqas minn 80 % ta' l-ammonti allokati lill-programm Comenius għandhom jiġu dedikati sabiex jappoġġaw il-mobbiltà kif imsemmi fl-Artikolu 18(1)(a) u sabiex jappoġġaw is-sħubiji Comenius kif stabbilit fl-Artikolu 18(1)(b).
KAPITOLU II
Il-Programm Erasmus
Artikolu 20
L-aċċess għall-programm Erasmus
Fil-qafas tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja, il-programm Erasmus għandu jkun immirat lejn:
(a) |
studenti u persuni li jitħarrġu fil-forom kollha ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ ta' livell terzjarju; |
(b) |
istituzzjonijiet ta' edukazzjoni superjuri, kif speċifikat mill-Istati Membri; |
(ċ) |
għalliema, min jagħti taħriġ u persunal ieħor f'dawk l-istituzzjonijiet; |
(d) |
assoċjazzjonijiet u rappreżentanti ta' dawk involuti fl-edukazzjoni superjuri, inklużi l-assoċjazzjonijiet relevanti ta' l-istudenti, ta' l-universitajiet, u ta' l-għalliema/min jagħti t-taħriġ; |
(e) |
intrapriżi, imsieħba soċjali u rappreżentanti oħrajn tal-ħajja tax-xogħol; |
(f) |
korpi pubbliċi u privati, inklużi organizzazzjonijiet li joperaw mingħajr l-iskop tal-profitt u NGOs, responsabbli għall-organizzazzjoni u l-għoti ta' edukazzjoni u taħriġ fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali; |
(g) |
ċentri ta' riċerka u korpi konċernati bi kwistjonijiet ta' tagħlim tul il-ħajja; |
(h) |
korpi li jipprovdu servizzi ta' gwida, konsultivi u ta' informazzjoni relatati ma' kwalunkwe aspett tat-tagħlim tul il-ħajja. |
Artikolu 21
L-objettivi tal-programm Erasmus
1. Addizzjonalment għall-objettivi tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja kif stabbiliti fl-Artikolu 1, l-objettivi speċifiċi tal-programm Erasmus għandhom ikunu:
(a) |
li jappoġġa r-realizzazzjoni ta' Żona Ewropea ta' Edukazzjoni Superjuri; |
(b) |
li jsaħħaħ il-konribut ta' l-edukazzjoni superjuri u ta' l-edukazzjoni vokazzjonali avvanzata għall-proċess ta' innovazzjoni; |
2. L-objettivi operattivi tal-programm Erasmus għandhom ikunu:
(a) |
li tittejjeb il-kwalità u li jiżdied il-volum tal-mobbiltà ta' l-istudenti u tal-persunal pedagoġiku fl-Ewropa, sabiex dan iwassal għal tliet miljun parteċipant individwali fil-mobbiltà studenteska taħt il-programm Erasmus u l-programmi predeċessuri tiegħu sas-sena 2012; |
(b) |
li tittejjeb il-kwalità u li jiżdied il-volum tal-koperazzjoni multilaterali bejn l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni superjuri fl-Ewropa; |
(ċ) |
li jiżdiedu t-trasparenza u l-kompatibbiltà bejn il-kwalifiki ta' edukazzjoni superjuri u dawk ta' edukazzjoni vokazzjonali avvanzata li jkunu nkisbu fl-Ewropa; |
(d) |
li tittejjeb il-kwalità u li jiżdied il-volum tal-koperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni superjuri u l-intrapriżi; |
(e) |
li jiġi faċilitat l-iżvilupp ta' prattika innovattiva fl-edukazzjoni u fit-taħriġ fil-livell terzjarju, u t-trasferiment tagħhom, anke minn pajjiż parteċipant għal oħrajn; |
(f) |
li jiġi appoġġat l-iżvilupp ta' kontenut, servizzi, pedagoġiji u prattika li jkunu bbażati fuq l-ICT u innovattivi, għat-tagħlim tul il-ħajja. |
Artikolu 22
L-azzjonijiet tal-programm Erasmus
1. L-azzjonijiet li ġejjin jistgħu jkunu appoġġati mill-programm Erasmus:
(a) |
il-mobbiltà ta' individwi kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(a). Din il-mobbiltà tista' tinkludi:
Jista' jingħata wkoll appoġġ lil dawk l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni superjuri jew intrapriżi tal-pajjiż jew lil dawk ospitanti għal azzjoni sabiex tiġi żgurata l-kwalità fl-istadji kollha ta' l-arranġamenti tal-mobbiltà, inklużi korsijiet tal-lingwi preparatorji jew ta' tagħlim mill-ġdid. |
(b) |
proġetti multilaterali, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(e), li jiffokaw inter alia fuq l-innovazzjoni, l-esperimentazzjoni u l-iskambju ta' prattika tajba fl-oqsma msemmija fl-objettivi speċifiċi u ta' operattivi; |
(ċ) |
networks multilaterali, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(e), immexxija minn konsorzja ta' istituzzjonijiet ta' edukazzjoni superjuri li jkunu jirrappreżentaw dixxiplina jew qasam trans-dixxiplinarju, (“networks tematiċi ta' l-Erasmus”) li jkollhom l-għan li jiżviluppaw kunċetti u kompetenzi ta' tagħlim ġodda. Tali networks jistgħu jinkludu wkoll rappreżentanti minn korpi pubbliċi oħrajn jew minn intrapriżi jew assoċjazzjonijiet; |
(d) |
inizjattivi oħrajn li jkollhom l-għan li jippromwovu l-objettivi tal-programm Erasmus, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(h) (“miżuri assoċjati”). |
2. Il-persuni li jieħdu sehem fil-mobbiltà taħt il-paragrafu 1(a)(i) (studenti ta' l-Erasmus) għandhom ikunu:“”
(a) |
studenti f'istituzzjonijiet ta' edukazzjoni superjuri li, iskritti għall-inqas fit-tieni sena, jgħaddu perjodu ta' studju fi Stat Membru ieħor fil-qafas ta' l-Azzjoni tal-mobbiltà tal-Programm Erasmus, irrispettivament minn jekk ikunux ingħataw appoġġ finanzjarju taħt dak il-programm jew le. Tali perjodi għandhom ikunu rikonoxxuti bis-sħiħ taħt il-ftehim interistituzzjonali bejn l-istituzzjonijiet li jibagħtu u dawk ospitanti. L-istituzzjonijiet ospitanti m'għandhom jitolbu l-ebda miżata għat-tagħlim li dawn l-istudenti jkunu qed jirċievu; |
(b) |
studenti reġistrati fi programmi Masters Konġunti u involuti fil-mobbiltà; |
(ċ) |
studenti fl-edukazzjoni superjuri li jieħdu sehem fi placements. |
3. Id-dettalji operattivi ta' l-azzjonijiet stabbiliti fil-pargrafu 1 għandhom jiġu deċiżi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2).
Artikolu 23
L-ammonti allokati lill-programm Erasmus
Mhux inqas minn 80 % ta' l-ammonti allokati lill-programm Erasmus għandhom jiġu dedikati sabiex jappoġġaw il-mobbiltà kif imsemmi fl-Artikolu 22(1)(a).
KAPITOLU III
Il-programm Leonardo da Vinci
Artikolu 24
L-aċċess għall-programm Leonardo da Vinci
Fil-qafas tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja, il-programm Leonardo da Vinci għandu jkun immirat lejn:
(a) |
persuni li jirċievu edukazzjoni fil-forom kollha ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali ħlief fil-livell terzjarju; |
(b) |
persuni li jkunu fis-suq tax-xogħol; |
(ċ) |
istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet li jipprovdu opportunitajiet ta' tagħlim fl-oqsma koperti mill-programm Leonardo da Vinci; |
(d) |
għalliema, min jagħti taħriġ u persunal ieħor f'dawk l-istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet; |
(e) |
assoċjazzjonijiet u rappreżentanti ta' dawk involuti fl-edukazzjoni u fit-taħriġ vokazzjonali, inklużi assoċjazzjonijiet ta' min jieħu taħriġ, ta' ġenituri u ta' għalliema; |
(f) |
intrapriżi, imsieħba soċjali u rappreżentanti oħrajn tal-ħajja tax-xogħol, inklużi Kmamar tal-kummerċ u organizzazzjonijiet kummerċjali oħrajn; |
(g) |
korpi li jipprovdu servizzi ta' gwida, pariri konsultivi u informazzjoni li jikkonċernaw kull aspett tat-tagħlim tul il-ħajja; |
(h) |
persuni u korpi responsabbli minn sistemi u linji politiċi li jikkonċernaw kull aspett ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali; |
(i) |
ċentri ta' riċerka u korpi konċernati bi kwistjonijiet ta' tagħlim tul il-ħajja; |
(j) |
istituzzjonijiet ta' edukazzjoni superjuri. |
(k) |
organizzazzjonijiet li joperaw mingħajr l-iskop tal-profitt, korpi volontarji, NGOs. |
Artikolu 25
L-objettivi tal-programm Leonardo da Vinci
1. Addizzjonalment għall-objettivi kif stabbiliti fl-Artikolu 1, l-objettivi speċifiċi tal-programm Leonardo da Vinci għandhom ikunu:
(a) |
li jappoġġa parteċipanti f'attivitajiet ta' taħriġ u ta' taħriġ ulterjuri fil-kisba u l-użu ta' tagħrif, ħiliet u kwalifiki, sabiex jiffaċilita l-iżvilupp personali, l-impjegabbiltà u l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol Ewropew; |
(b) |
li jappoġġa t-titjib fil-kwalità u l-innovazzjoni fis-sistemi, fl-istituzzjonijiet u fil-prattika ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. |
(ċ) |
li jsaħħaħ l-attrazzjoni ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u tal-mobbiltà għal min iħaddem u għall-individwi u li jiffaċilita l-mobbiltà ta' dawk li jitħarrġu fuq ix-xogħol. |
2. L-objettivi operattivi tal-programm Leonardo da Vinci għandhom ikunu:
(a) |
li tittejjeb il-kwalità u li jiżdied il-volum tal-mobbiltà fl-Ewropa tal-persuni li jkunu involuti fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali inizjali u f'taħriġ kontinwat, sabiex jiżdiedu l-placements f'intrapriżi għal mill-inqas tmenin elf kull sena sat-tmiem tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja; |
(b) |
li tittejjeb il-kwalità u li jiżdied il-volum tal-koperazzjoni bejn istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet li jipprovdu opportunitajiet ta' tagħlim, intrapriżi, imsieħba soċjali u korpi relevanti oħra fl-Ewropa; |
(ċ) |
li jiġi faċilitat l-iżvilupp ta' prattika innovattiva fil-qasam ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għajr dak ta' livell terzjarju, u t-trasferiment tagħhom, anke minn pajjiż parteċipant għal oħrajn; |
(d) |
li jittejbu t-trasparenza u r-rikonoxximent tal-kwalifiki u l-kompetenzi, inklużi dawk li jkunu nkisbu permezz ta' tagħlim non-formali jew informali. |
(e) |
li jiġi mħeġġeġ it-tagħlim ta' lingwi barranija moderni; |
(f) |
li jkun appoġġat l-iżvilupp ta' kontenut, servizzi, pedagoġiji u prattika li jkunu bbażati fuq l-ICT u innovattivi, għat-tagħlim tul il-ħajja. |
Artikolu 26
L-azzjonijiet tal-programm Leonardo da Vinci
1. L-azzjonijiet li ġejjin jistgħu jkunu appoġġati mill-programm Leonardo da Vinci:
(a) |
il-mobbiltà ta' individwi, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(a). Fl-aġevolazzjoni jew fl-appoġġ ta' l-organizzazzjoni ta' tali mobbiltà, għandhom jiġu adottati l-miżuri preparatorji meħtieġa, inkluża l-preparazzjoni lingwistika, u għandha tingħata attenzjoni sabiex tkun żgurata d-disponibbiltà ta' sorveljanza u appoġġ adegwati għall-individwi li jeżerċitaw il-mobbiltà. Tali mobbiltà tista' tinkludi:
|
(b) |
sħubiji, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(b), li jiffokaw fuq temi ta' interess reċiproku għall-organizzazzjonijiet parteċipanti; |
(ċ) |
proġetti multilaterali, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(ċ), b'mod partikolari dawk maħsuba sabiex itejbu sistemi ta' taħriġ billi jiffokaw fuq it-trasferiment ta' l-innovazzjoni li jinvolvi l-adattament lingwistiku, kulturali u legali għall-ħtiġijiet nazzjonali ta' prodotti u proċessi innovattivi żviluppati f'kuntesti differenti; |
(d) |
proġetti multilaterali, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(e), maħsuba sabiex itejbu sistemi ta' taħriġ billi jiffokaw fuq l-iżvilupp ta' l-innovazzjoni u tal-prattika tajba; |
(e) |
networks tematiċi ta' esperti u organizzazzjonijiet, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(e), li jaħdmu fuq kwistjonijiet speċifiċi relatati ma' l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali; |
(f) |
inizjattivi oħrajn maħsuba sabiex jippromwovu l-objettivi tal-programm Leonardo da Vinci, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(h) (“miżuri assoċjati”). |
2. Id-dettalji operattivi ta' dawn l-azzjonijiet għandhom jiġu deċiżi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2).
Artikolu 27
L-ammonti allokati lill-programm Leonardo da Vinci
Mhux inqas minn 60 % ta' l-ammonti allokati lill-Programm Leonardo da Vinci għandhom jiġu dedikati sabiex jappoġġaw il-mobbiltà u s-sħubiji kif msemmija fl-Artikolu 26(1)(a) u (b).
KAPITOLU IV
Il-Programm Grundtvig
Artikolu 28
Aċċess għall-programm Grundtvig
Fil-qafas tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja, il-programm Grundtvig għandu jkun immirat lejn:
(a) |
studenti fl-edukazzjoni ta' l-adulti; |
(b) |
istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet li jipprovdu opportunitajiet ta' tagħlim fl-edukazzjoni ta' l-adulti; |
(ċ) |
għalliema, u persunal ieħor f'dawk l-istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet; |
(d) |
stabbilimenti involuti fit-taħriġ inizjali jew f'taħriġ ulterjuri ta' persunal li jaħdem fl-edukazzjoni ta' l-adulti; |
(e) |
assoċjazzjonijiet u rappreżentanti ta' dawk involuti fl-edukazzjoni ta' l-adulti, inklużi assoċjazzjonijiet ta' għalliema u ta' min iħarreġ; |
(f) |
korpi li jipprovdu servizzi ta' gwida, pariri konsultivi u informazzjoni relatati ma' kwalunkwe aspett tat-tagħlim tul il-ħajja; |
(g) |
persuni u korpi responsabbli minn sistemi u linji politiċi relatati ma' kwalunkwe aspett ta' l-edukazzjoni ta' l-adulti fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali; |
(h) |
ċentri ta' riċerka u korpi konċernati bi kwistjonijiet tat-tagħlim tul il-ħajja; |
(i) |
intrapriżi; |
(j) |
organizzazzjonijiet li joperaw mingħajr l-iskop tal-profitt, korpi volontarji, NGOs. |
(k) |
istituzzjonijiet ta' edukazzjoni superjuri. |
Artikolu 29
L-objettivi tal-programm Grundtvig
1. Addizzjonalment għall-objettivi tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja kif stabbiliti fl-Artikolu 1, l-objettivi speċifiċi tal-programm Grundtvig għandhom ikunu:
(a) |
li jwieġeb għall-isfida edukattiva ta' popolazzjoni li qiegħda tixjieħ fl-Ewropa; |
(b) |
li jgħin sabiex l-adulti jkollhom toroq alternattivi sabiex itejbu t-tagħrif u l-kompetenzi tagħhom; |
2. L-objettivi operattivi tal-programm Grundtvig għandhom ikunu:
(a) |
li tittejjeb il-kwalità u l-aċċessibbiltà tal-mobbiltà fl-Ewropea kollha ta' individwi involuti fl-edukazzjoni ta' l-adulti u li jiżdied il-volum tagħhasabiex tkun appoġġata l-mobbiltà ta' mill-inqas 7000 tali individwu kull sena sas-sena 2013; |
(b) |
li tittejjeb il-kwalità u li jiżdied il-volum tal-koperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet involuti fl-edukazzjoni ta' l-adulti fl-Ewropa kollha; |
(ċ) |
li jgħin persuni minn gruppi soċjali vulnerabbli u li jgħixu f'kuntesti soċjali marġinali, b'mod partikolari persuni anzjani u dawk li jkunu ħallew l-edukazzjoni mingħajr ma jkunu kisbu kwalifiki bażiċi, sabiex jingħataw opportunitajiet alternattivi ta' aċċess għall-edukazzjoni ta' l-adulti; |
(d) |
li jiġi faċilitat l-iżvilupp ta' prattika innovattiva fl-edukazzjoni ta' l-adulti u t-trasferiment tagħhom, anke minn pajjiż parteċipant għal oħrajn; |
(e) |
li jkun appoġġat l-iżvilupp ta' kontenut, servizzi, pedagoġiji u prattika li jkunu bbażati fuq l-ICT u innovattivi, għat-tagħlim tul il-ħajja; |
(f) |
li jittejbu l-approċċi pedagoġiċi u l-amministrazzjoni ta' l-organizzazzjonijiet ta' l-edukazzjoni ta' l-adulti. |
Artikolu 30
L-azzjonijiet tal-programm Grundtvig
1. L-azzjonijiet li ġejjin jistgħu jkunu appoġġati mill-Programm Grundtvig:
(a) |
il-mobbiltà ta' individwi, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(a). Fl-aġevolazzjoni jew fl-appoġġ ta' l-organizzazzjoni ta' tali mobbiltà, għandhom jiġu adottati l-miżuri preparatorji meħtieġa u għandha tingħata attenzjoni sabiex ikunu żgurati s-sorveljanza u l-appoġġ adegwati għall-individwi li jeżerċitaw il-mobbiltà. Tali mobbiltà tista' tinkludi żjajjar, assistantships u skambji għal parteċipanti fl-edukazzjoni informali u non-formali ta' l-adulti, inklużi t-taħriġ u l-iżvilupp professjonali tal-persunal edukattiv involut fl-edukazzjoni ta' l-adulti speċjalment f'sinerġija mas-sħubija u l-proġetti; |
(b) |
sħubiji, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(b), magħrufa bħala “sħubiji ta' tagħlim Grundtvig”, li jiffokaw fuq temi ta' interess reċiproku għall-organizzazzjonijiet li jieħdu sehem; |
(ċ) |
proġetti multilaterali, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(e), maħsuba sabiex itejbu s-sistemi ta' edukazzjoni ta' l-adulti permezz ta' l-iżvilupp u t-trasferiment ta' l-innovazzjoni u l-prattika tajba; |
(d) |
networks tematiċi ta' esperti u organizzazzjonijiet, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(e), magħrufa bħala “networks Grundtvig”, li jaħdmu b'mod partikolari:
|
(e) |
inizjattivi oħrajn maħsuba sabiex jippromwovu l-objettivi tal-programm Grundtvig, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(h) (“miżuri assoċjati”). |
2. Id-dettalji operattivi ta' tali azzjonijiet għandhom jiġu deċiżi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2).
Artikolu 31
L-ammonti allokati lill-programm Grundtvig
Mhux anqas minn 55 % ta' l-ammonti allokati lill-programm Grundtvig għandhom ikunu dedikatigħall-appoġġ lill-mobbiltà u lis-sħubiji kif msemmija fl-Artikolu 30(1)(a) u (b).
KAPITOLU V
Il-Programm Trasversali
Artikolu 32
L-objettivi tal-programm trasversali
1. Addizzjonalment għall-objettivi tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja kif stabbiliti fl-Artikolu 1, l-objettivi speċifiċi tal-programm trasversali għandhom ikunu:
(a) |
li jippromwovi l-koperazzjoni Ewropea fl-oqsma li jkopru żewġ sub-programmi settorjali jew aktar; |
(b) |
li jippromwovi l-kwalità u t-trasparenza tas-sistemi edukattivi u ta' taħriġ ta' l-Istati Membri; |
2. L-objettivi operattivi tal-programm trasversali għandhom ikunu:
(a) |
li jappoġġa l-iżvilupp ta' politika u tal-koperazzjoni f'livell Ewropew fit-tagħlim tul il-ħajja, partikolarment fil-kuntest tal-proċess ta' Lisbona u tal-Programm ta' Ħidma “Edukazzjoni u Taħriġ 2010”, kif ukoll fil-proċessi ta' Bolonja u ta' Kopenħagen u s-suċċessuri tagħhom. |
(b) |
li jiżguraw provvista adegwata ta' data, statistika u analiżi, li jkunu komparabbli sabiex isejsu l-iżvilupp ta' politika ta' tagħlim tul il-ħajja, kif ukoll il-monitoraġġ tal-progress lejn objettivi u miri fit-tagħlim tul il-ħajja, u l-identifikazjoni ta' oqsma għal attenzjoni partikolari. |
(ċ) |
li jippromwovi t-tagħlim tal-lingwi u jappoġġa d-diversità lingwistika fl-Istati Membri; |
(d) |
li jappoġġa l-iżvilupp ta' kontenut, servizzi, pedagoġiji u prattika innovattiva bbażati fuq l-ICT, għat-tagħlim tul il-ħajja; |
(e) |
li jiżgura li r-riżultati tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja jkunu rikonoxxuti, dimostrati u implementati adegwatament fuq skala wiesgħa. |
Artikolu 33
L-azzjonijiet tal-programm trasversali
1. L-azzjonijiet li ġejjin jistgħu jkunu appoġġati bħala parti mill-attività ewlenija ta' koperazzjoni ta' politika u innovazzjoni fit-tagħlim tul il-ħajja, kif imsemmi fl-Artikolu 3(2)(a):
(a) |
il-mobbiltà individwali, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(a), inklużi żjajjar ta' studju għall-esperti u l-uffiċjali maħtura minn awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, għad-diretturi ta' stabbilimenti ta' l-edukazzjoni u ta' taħriġ u ta' servizzi ta' gwida u ta' l-akkreditament ta' esperjenza, u għall-imsieħba soċjali; |
(b) |
proġetti multilaterali, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(e), maħsuba sabiex iħejju u jittestjaw proposti ta' politika żviluppati fil-livell Komunitarju u mmirati lejn l-innovazzjoni fit-tagħlim tul il-ħajja, |
(ċ) |
networks multilaterali, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(e), ta' esperti u/jew istituzzjonijiet li jkunu jaħdmu flimkien fuq kwistjonijiet ta' politika. Tali-networks jistgħu jinkludu:
|
(d) |
l-osservazzjoni u analiżi tal-linji politiċi u s-sistemi fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(f), li jistgħu jinkludu:
|
(e) |
azzjoni li tappoġġa t-trasparenza u r-rikonoxximent tal-kwalifiki u l-kompetenzi inklużi dawk miksuba permezz ta' tagħlim non-formali u informali, informazzjoni u gwida dwar il-mobbiltà għal skopijiet ta' tagħlim, u koperazzjoni fl-assigurazzjonui tal-kwalità, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(f), li jistgħu jinkludu:
|
(f) |
inizjattivi oħrajn kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(h) (“miżuri assoċjati”) inklużi l-attivitajiet ta' tagħlim bejn simili (peer learning) maħsuba sabiex jippromwovu l-objettivi ta' l-attività ewlenija msemmija fl-Artikolu 3(2)(a). |
2. L-azzjonijiet li ġejjin, imfassla sabiex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' min jgħallem u ta' min jitgħallem fir-rigward ta' aktar minn qasam ta' sub-programm wieħed, jistgħu jkunu appoġġati bħala parti mill-attività ewlenija tat-tagħlim tal-lingwi msemmija fl-Artikolu 3(2)(b):
(a) |
proġetti multilaterali, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(e), maħsuba, inter alia, sabiex:
|
(b) |
networks multilaterali kif imsemmija fl-Artikolu 5(1)(e), fil-qasam tat-tagħlim tal-lingwi u tad-diversità lingwistika; |
(ċ) |
inizjattivi oħrajn skond l-objettivi tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(h), inklużi attivitajiet sabiex it-tagħlim tal-lingwijsir aktar attraenti għal min jirċievi edukazzjoni permezz tal-mass media u/jew ta' kampanji ta' marketing, ta' pubbliċità u ta' informazzjoni, kif ukoll konferenzi, studji u żvilupp ta' indikaturi statistiċi fil-qasam tat-tagħlim tal-lingwi u tad-diversità lingwistika. |
3. L-azzjonijiet li ġejjin, maħsuba sabiex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' min jgħallem u ta' min jitgħallem fir-rigward ta' aktar minn qasam ta' sub-programm wieħed, jistgħu jkunu appoġġati bħala parti mill-attività ewlenija ta' l-ICT, kif imsemmija fl-Artikolu 3(2)(ċ):
(a) |
proġetti multilaterali, kif imsemmija fl-Artikolu 5(1)(e), maħsuba għall-iżvilupp u d-distribuzzjoni, skond il-każ, ta' metodi, kontenuti, servizzi u ambjenti innovattivi; |
(b) |
networks multilaterali kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(e), maħsuba għall-kondiviżjoni u l-iskambju ta' tagħrif, ta' esperjenza u ta' prattika tajba; |
(ċ) |
azzjonijiet oħra maħsuba għat-titjib fil-politika u l-prattika tat-tagħlim tul il-ħajja, kif deskritt fl-Artikolu 5(1)(f), li jistgħu jinkludu mekkaniżmi għall-valutazzjoni, osservazzjoni,benchmarking, titjib fil-kwalità u analiżi ta' xejriet fir-rigward tat-teknoloġija u tal-pedagoġija. |
4. L-azzjonijiet li ġejjin jistgħu jkunu appoġġati bħala parti mill-attività ewlenija ta' tixrid, kif imsemmija fl-Artikolu 3(2)(d):
(a) |
proġetti unilaterali u nazzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(d); |
(b) |
proġetti multilaterali, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(e), maħsuba inter alia sabiex:
|
(ċ) |
l-istabbiliment ta' materjal ta' referenza kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(f), li jista' jinkludi l-ġbir ta' data statistika u studji relevanti fil-qasam tat-tixrid, l-isfruttament ta' riżultati u ta' l-iskambju ta' prattika tajba. |
KAPITOLU VI
Il-Programm Jean Monnet
Artikolu 34
L-aċċess għall-programm Jean Monnet
Fi ħdan il-qafas tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja, il-programm Jean Monnet għandu jkun immirat lejn:
(a) |
studenti u riċerkaturi fil-qasam ta' l-integrazzjoni Ewropea fl-għamliet kollha ta' l-edukazzjoni superjuri kemm ġewwa l-Komunità kif ukoll barra mill-Komunità; |
(b) |
istituzzjonijiet ta' l-edukazzjoni superjuri kemm ġewwa l-Komunità kif ukoll barra mill-Komunità kif rikonoxxuti fil-pajjiżi tagħhom stess; |
(ċ) |
għalliema u persunal ieħor f'dawk l-istituzzjonijiet; |
(d) |
assoċjazzjonijiet u rappreżentanti ta' dawk involuti fl-edukazzjoni u fit-taħriġ kemm ġewwa l-Komunità kif ukoll barra mill-Komunità; |
(e) |
korpi pubbliċi u privati responsabbli għall-organizzazzjoni u għall-għoti ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali; |
(f) |
ċentri ta' riċerka u korpi konċernati bi kwistjonijiet relatati ma' l-integrazzjoni Ewropea kemm ġewwa l-Komunità kif ukoll barra mill-Komunità. |
Artikolu 35
L-objettivi tal-programm Jean Monnet
1. Addizzjonalment għall-objettivi tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja kif stabbiliti fl-Artikolu 1, l-objettivi speċifiċi tal-programm Jean Monnet għandhom ikunu:
(a) |
li jistimola t-tagħlim, ir-riċerka u l-attivitajiet ta' riflessjoni fil-qasam ta' l-istudji dwar l-integrazzjoni Ewropea; |
(b) |
li jappoġġa l-eżistenza ta' firxa adegwata ta' istituzzjonijiet u assoċjazzjonijiet li jiffokaw fuq kwistjonijiet relatati ma' l-integrazzjoni Ewropea u fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ f'perspettiva Ewropea. |
2. L-objettivi operattivi tal-programm Jean Monnet għandhom ikunu:
(a) |
li jistimola l-eċċellenza fit-tagħlim, fir-riċerka u fir-riflessjoni fi studji dwar l-integrazzjoni Ewropea f'istituzzjonijiet ta' edukazzjoni superjuri kemm ġewwa l-Komunità kif ukoll barra mill-Komunità; |
(b) |
li jsaħħaħ it-tagħrif u l-kuxjenza fost akkademiċi speċjalizzati u ġeneralment fost iċ-ċittadini Ewropej, dwar kwistjonijiet relatati ma' l-integrazzjoni Ewropea; |
(ċ) |
li jappoġġa istituzzjonijiet Ewropej ewlenin konċernati bi kwistjonijiet relatati ma' l-integrazzjoni Ewropea; |
(d) |
li jappoġġa l-eżistenza ta' istituzzjonijiet u assoċjazzjonijiet Ewropej ta' kwalità għolja li jkunu attivi fl-oqsma ta' l-edukazzjoni u tat-taħriġ. |
Artikolu 36
L-azzjonijiet tal-programm Jean Monnet
1. L-azzjonijiet li ġejjin jistgħu jkunu appoġġati bħala parti mill-attività ewlenija msemmija fl-Artikolu 3(3)(a):
(a) |
proġetti unilaterali u nazzjonali, kif imsemmija fl-Artikolu 5(1)(d), li jistgħu jinkludu:
|
(b) |
proġetti u networks multilaterali, kif imsemmija fl-Artikolu 5(1)(e), li jistgħu jinkludu appoġġ għall-istabbiliment ta' gruppi multilaterali ta' riċerka fil-qasam ta' l-integrazzjoni Ewropea. |
2. Jistgħu jingħataw, bħala parti mill-attività ewlenija msemmija fl-Artikolu 3(3)(b), għajnuniet operattivi kif imsemmija fl-Artikolu 5(1)(g) bħala appoġġ fir-rigward ta' ċerti spejjeż operattivi u amministrattivi ta' l-istituzzjonijiet li ġejjin, li jsegwu għan ta' interess Ewropew:
(a) |
il-Kulleġġ ta' l-Ewropa (il-kampus ta' Bruges u dak ta' Natolin) |
(b) |
l-Istitut Universitarju Ewropew ta' Firenze; |
(ċ) |
l-Istitut Ewropew ta' l-Amministrazzjoni Pubblika, Maastricht; |
(d) |
l-Akkademja tal-Liġi Ewropea, Trier; |
(e) |
l-Aġenzija Ewropea għall-Iżvilupp fl-Edukazzjoni relatata ma' Bżonnijiet Speċjali, Middelfart; |
(f) |
iċ-Ċentru Internazzjonali għal Taħriġ Ewropew (CIFE), Nice. |
3. Jistgħu jingħataw, bħala parti mill-attività ewlenija msemmija fl-Artikolu 3(3)(ċ), l-għajnuniet operattivi kif imsemmija fl-Artikolu 5(1)(g) bħala appoġġ fir-rigward ta' ċerti spejjeż operattivi u amministrattivi ta' l-istituzzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet Ewropej attivi fil-qasam ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ.
4. L-għajnuniet jistgħu jingħataw fuq bażi annwali jew fuq bażi li tiġġedded fi ħdan ftehim kwadru ta' sħubija mal-Kummissjoni.
Artikolu 37
L-ammonti allokati lill-programm Jean Monnet
Mhux inqas minn 16 % ta' l-ammonti allokati lill-programm Jean Monnet għandhom jiġu dedikati sabiex jappoġġaw l-attività ewlenija msemmija fl-Artikolu 3(3)(a), mhux inqas minn 65 % għall-attività ewlenija msemmija fl-Artikolu 3(3)(b), u mhux inqas minn 19 % għall-attività ewlenija msemmija fl-Artikolu 3(3)(ċ).
TITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET TRANSIZZJONALI U FINALI
Artikolu 38
Dispożizzjoni transizzjonali
1. L-azzjonijiet li jinbdew fil-31 ta' Diċembru 2006 jew qabel, abbażi tad-Deċiżjoni 1999/382/KE, tad-Deċiżjoni Nru 253/2000/KE, tad-Deċiżjoni Nru 2318/2003/KE, tad-Deċiżjoni Nru 791/2004/KE jew tad-Deċiżjoni Nru 2241/2004/KE, għandhom jiġu amministrati konformement mad-dispożizzjonijiet ta' dawk id-Deċiżjonijiet, bl-eċċezzjoni tal-kumitati stabbiliti b'dawk id-Deċiżjonijiet għandhom jiġu sostitwiti mill-kumitat stabbilit bl-Artikolu 10 ta' din id-Deċiżjoni.
2. Kif previst mill-Artikolu 18 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, l-approprjazzjonijiet korrispondenti għad-dħul assenjat li jirriżulta mill-ħlas mill-ġdid ta' ammonti mħallsa ħażin skond id-Deċiżjoni 1999/382/KE, id-Deċiżjoni Nru 253/2000/KE, id-Deċiżjoni Nru 2318/2003/KE, id-Deċiżjoni Nru 791/2004/KE jew id-Deċiżjoni Nru 2241/2004/KE, jistgħu jsiru disponibbli għall-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja.
Artikolu 39
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Strasburgu, nhar il-15 ta' Novembru 2006.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
P. LEHTOMÄKI
(1) ĠU C 221, 8.9.2005, p. 134.
(2) ĠU C 164, 5.7.2005, p. 59.
(3) Opinjoni tal-Parlament Ewropew mogħtija fil-25 ta' Ottubru 2005 (għadha mhix ippubblikata fil-ĠU), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill mogħtija fl-24 ta' Lulju 2006 (ĠU C 251 E, 17.10.2006, p. 37), Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew mogħtija fil-25 ta' Ottubru 2006 (għadha mhix ippubblikata fil-ĠU).
(4) ĠU L 146, 11.6.1999, p. 33. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 885/2004 (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 1).
(5) ĠU L 28, 3.2.2000, p. 1. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 885/2004.
(7) ĠU L 138, 30.4.2004, p. 31
(8) ĠU L 390, 31.12.2004, p. 6.
(9) ĠU L 345, 31.12.2003, p. 1.
(10) ĠU C 163, 9.7.2002, p. 1.
(11) ĠU C 13, 18.1.2003, p. 2.
(12) ĠU C 293 E, 28.11.2002, p. 103.
(13) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(14) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1248/2006 (ĠU L 227, 19.8.2006, p. 3).
(15) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(16) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
(18) ĠU L 131, 23.5.1990, p. 1.
ANNESS
DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI U FINANZJARJI
A. Dispożizzjonijiet Amministrattivi
Il-proċeduri għall-proposta u l-għażla ta' l-azzjonijiet li jinsabu fil-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja huma kif ġej:
1. Il-proċedura ta' l-aġenzija nazzjonali
1.1 |
Proċedura 1 L-azzjonijiet li ġejjin, li taħthom id-deċiżjonijiet ta' għażla jittieħdu mill-aġenziji nazzjonali xierqa, għandhom jiġu amministrati bil-“Proċedura 1 ta' l-aġenzija nazzjonali”:
It-talbiet għall-għajnuna finanzjarja preżentati taħt dawn l-azzjonijiet għandhom ikunu indirizzati direttament lill-aġenziji nazzjonali kompetenti nominati mill-Istati Membri skond l-Artikolu 6(2)(b). L-aġenziji nazzjonali għandhom jagħmlu l-għażla u jallokaw l-għajnuna finanzjarja lill-applikanti magħżula skond il-linji gwidi ġenerali li għandhom jiġu stabbiliti taħt l-Artikoli 9(1)(ċ). L-aġenziji nazzjonali għandhom iqassmu għotjiet lill-benefiċjarji li jkunu jinsabu fl-Istati Membri rispettivi tagħhom. Kull imsieħeb fi sħubija bilaterali jew multilaterali għandu jirċievi finanzjament dirett mill-aġenzija nazzjonali rispettiva tiegħu. |
1.2 |
Proċedura 2 L-azzjoni li ġejja, li taħtha jittieħdu d-deċiżjonijiet ta' għażla mill-Kummissjoni, iżda bil-valutazzjoni u l-proċeduri tal-kuntratt imwettqa mill-aġenziji nazzjonali kompetenti, għandha titmexxa permezz tal-“Proċedura 2 ta' l-aġenzija Nazzjonali”:
It-talbiet għall-għajnuna finanzjarja preżentati taħt din l-azzjoni għandhom ikunu indirizzati direttament lill-aġenzija nazzjonali nominata mill-Istat Membru tal-koordinatur tal-proġett skond l-Artikolu 6(2)(b). L-aġenzija nazzjonali ta' l-Istat Membru tal-koordinatur tal-proġett għandha tagħmel il-valutazzjoni ta' l-applikazzjonijiet u tippreżenta lill-Kummissjoni lista mqassra ta' l-applikazzjonijiet li din tipproponi li taċċetta. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-lista mqassra proposta, u wara dan, l-aġenzija nazzjonali għandha talloka l-għajnuna finanzjarja adegwata lill-applikanti magħżula skond il-linji gwida ġenerali li għandhom jiġu stabbiliti taħt l-Artikolu 9(1)(ċ). Qabel tippreżenta l-lista mqassra lill-Kummissjoni, l-aġenzija nazzjonali tal-pajjiż fejn jiġi koordinat il-proġett għandha żżomm kuntatt u tikkomunika ma' dawk fil-pajjiżi ta' l-imsieħba l-oħra kollha fil-proġett. L-aġenziji nazzjonali għandhom iqassmu l-għajnuniet lill-koordinaturi magħżula tal-proġett u li jinsabu fl-Istati Membri rispettivi tagħhom, li għandhom ikunu responsabbli sabiex iqassmu l-fondi lill-imsieħba involuti fil-proġetti. |
2. Il-proċedura tal-Kummissjoni
(a) |
proġetti unilaterali u nazzjonali, kif hemm imsemmi fl-Artikolu 5(1)(d), ħlief dawk li jkunu finanzjati taħt l-Artikolu 33(4)(a); |
(b) |
proġetti u networks multilaterali, kif hemm imsemmi fl-Artikolu 5(1)(e); |
(ċ) |
osservazzjoni u analiżi ta' linji politiċi u ta' sistemi fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja, l-istabbiliment ta' materjal ta' referenza, inklużi stħarriġ, statistika, analiżi u indikaturi, u azzjoni li tappoġġa t-trasparenza u r-rikonoxximent tal-kwalifiki u tat-tagħlim preċedenti, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(f); |
(d) |
għotjiet operattivi, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(g); |
(e) |
inizjattivi oħrajn immirati sabiex jippromwovu l-objettivi tal-Programm ta' Tagħlim il-Ħajja, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(h) (“miżuri assoċjati”). |
It-talbiet għall-għajnuna finanzjarja preżentati taħt dawn l-azzjonijiet għandhom ikunu indirizzati direttament lill-Kummissjoni, li għandha tagħmel l-għażla u talloka l-għajnuna finanzjarja lill-applikanti magħżula skond il-linji gwida ġenerali li għandhom jiġu stabbiliti taħt l-Artikoli 9(1)(ċ).
B. Dispożizzjonijiet Finanzjarji
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li r-rekwiżiti finanzjarji u amministrattivi imposti fuq il-benefiċjarji ta' l-għajnuniet mogħtija taħt il-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja jkunu proporzjonati għal-livell ta' l-għajnuna. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tiżgura li r-regoli finanzjarji u r-rekwiżiti ta' l-applikazzjoni u tar-rappurtar għall-mobbiltà individwali u għas-sħubiji jibqgħu faċilment aċċessibbli għall-pubbliku u suffiċjentement sempliċi sabiex ma jirrestrinġux l-aċċess għal individwi anqas vantaġġati u għall-istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet li jkunu jaħdmu magħhom.
— |
il-partijiet kontraenti |
— |
it-tul ta' żmien tal-kuntratt, li għandu jkun il-perjodu ta' l-eliġibbiltà ta' l-ispiża |
— |
l-ammont massimu ta' fondi mogħtija |
— |
deskrizzjoni sommarja ta' l-azzjoni involuta |
— |
rekwiżiti ta' rappurtaġġ u ta' aċċess għall-finijiet ta' verifika. |
Barra minn hekk dawn il-kriterji għandhom jassistu li l-aġenziji nazzjonali jipprovdu li l-ko-finanzjament mogħti mill-benefiċjarji jkun jista' jingħata f'forma ta' kontributi in natura. Dawn għandhom ikunu verifikabbli fil-fatt, iżda mhux neċessarjament suġgetti għall-valutazzjoni finanzjarja.
1. Azzjonijiet immexxija permezz tal-proċedura ta' l-aġenzija nazzjonali
1.1 |
Il-fondi Komunitarji maħsuba sabiex jipprovdu appoġġ finanzjarju taħt l-azzjonijiet li għandhom jitmexxew permezz tal-proċedura ta' l-aġenzija nazzjonali skond it-Taqsima A, Punt 1.1 ta' dan l-Anness, għandhom ikunu allokati fost l-Istati Membri skond il-formuli stabbiliti mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 10(2), li jistgħu jinkludu l-elementi li ġejjin:
|
1.2 |
Dawn il-formuli, sa fejn ikun possibbli, għandhom ikunu newtrali fir-rigward tas-sistemi differenti ta' edukazzjoni u taħriġ ta' l-Istati Membri. |
1.3 |
Il-fondi Komunitarji li jitqassmu hekk għandhom ikunu amministrati mill-aġenziji nazzjonali previsti fl-Artikolu 6(2)(b). |
1.4 |
Il-Kummissjoni, li taġixxi f'koperazzjoni ma' l-Istati Membri, għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni bilanċjata fuq il-livelli Komunitarju, nazzjonali u, fejn ikun il-każ, reġjonali u, fejn ikun il-każ, bejn l-oqsma diversi ta' studju. Il-proporzjon allokat lil dawn il-miżuri m'għandux ikun aktar minn 5 % ta' l-allokazzjonijiet annwali sabiex tiġi finanzjata kull waħda mill-azzjonijiet in kwistjoni. |
2. In-nomina tal-benefiċjarji
L-istituzzjonijiet elenkati fl-Artikolu 36(2) ta' din id-Deċiżjoni huma b'dan nominati bħala benefiċjarji ta' l-għotjiet taħt il-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja, skond l-Artikolu 168 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002.
It-taqsimiet nazzjonali kostitwenti tan-network NARIC, in-network Eurydice, in-network ta' Gwida Ewropea, is-Servizzi Nazzjonali ta' Appoġġ għall-Azzjoni eTwinning u ċ-Ċentri Nazzjonali ta' l-Europass jaġixxu bħala strumenti sabiex ikun implementat il-programm fil-livell nazzjonali, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 54(2)(ċ) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u ta' l-Artikolu 38 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002.
3. Tipi ta' benefiċjarji
Skond l-Artikolu 114(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, jistgħu jingħataw għotjiet lil persuni ġuridiċi jew lil persuni fiżiċi. Fil-każ ta' persuni fiżiċi, dawn jistgħu jkunu f'għamla ta' boroż ta' studju.
4. Għotjiet ta' darba, l-iskali ta' spejjeż unitarji u premji
Jistgħu jintużaw għotjiet ta' darba u/jew skali ta' spejjeż unitarji, kif previst fl-Artikolu 181(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, fil-każ ta' l-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5.
Jistgħu jiġu użati għotjiet ta' darba sa massimu ta' EUR 25 000 għal kull għotja. Huma jistgħu jiġu kombinati sa massimu ta' EUR 100 000 u/jew jiġu użati konġuntament ma' l-iskali ta' spejjeż unitarji.
Il-Kummissjoni tista' tipprovdi għall-għoti ta' premji relattivament għal attivitajiet imwettqa fil-qafas tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja.
5. Appalti
Fejn l-implementazzjoni ta' azzjonijiet appoġġati taħt il-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja tkun teħtieġ li l-benefiċjarju jirrikorri għall-proċeduri ta' appalt, għandhom japplikaw il-proċeduri għall-appalti ta' valur baxx previsti fl-Artikolu 129 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002.
6. Ftehim ta' sħubija
Fejn l-azzjonijiet taħt il-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja jkunu appoġġati permezz ta' għotjiet taħt xi ftehim strutturali ta' sħubija, skond l-Artikolu 163 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, tali sħubiji jistgħu jiġu magħżula u finanzjati għal perjodu ta' erba' snin, suġġett għal proċedura ħafifa ta' tiġdid.
7. L-istituzzjonijet pubbliċi jew l-organizzazzjonijiet li jipprovdu opportunitajiet ta' tagħlim
L-iskejjel u l-istituzzjonijiet ta' l-edukazzjoni superjuri kollha speċifikati mill-Istati Membri, u l-istituzzjonijiet jew l-organizzazzjonijijet kollha li jipprovdu opportunitajiet ta' tagħlim li rċevew aktar minn 50 % tad-dħul annwali tagħhom minn fonti pubbliċi tul l-aħħar sentejn, jew li jkunu kontrollati minn korpi pubbliċi jew mir-rappreżentanti tagħhom, għandhom jiġu trattati mill-Kummissjoni bħala li għandhom l-kapaċità finanzjarja, professjonali u amministrattiva meħtieġa, flimkien ma' l-istabbiltà finanzjarja meħtieġa, sabiex jitwettqu l-proġetti taħt il-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja; m'għandhomx ikunu meħtieġa jippreżentaw dokumentazzjoni ulterjuri bħala prova ta' dan. Tali istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet jistgħu jiġu eżentati mir-rekwiżiti ta' verifika skond l-Artikolu 173(4) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002.
8. Korpi li jsegwu objettiv ta' interess Ewropew ġenerali
Fejn jingħataw għotjiet operattivi taħt il-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja lil korpi li jsegwu objettiv ta' interess ġenerali Ewropew kif definit fl-Artikolu 162 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, dawn, skond l-Artikolu 113(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, m'għandhomx ikunu suġġetti, meta jiġġeddu, għall-prinċipju ta' tnaqqis gradwali.
9. Il-kompetenzi professjonali u l-kwalifiki ta' l-applikanti
Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi skond l-Artikolu 176(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 li kategoriji speċifikati ta' benefiċjarji jkollhom il-kompetenzi professjonali u l-kwalifiki meħtieġa sabiex iwettqu l-azzjoni proposta jew il-programm ta' ħidma.
10. Il-parteċipazzjoni ta' msieħba minn pajjiżi terzi
L-imsieħba minn pajjiżi terzi jistgħu jieħdu sehem fi proġetti, networks jew sħubiji multilaterali taħt it-termini ta' l-Artikolu 14(2) skond id-diskrezzjoni tal-Kummissjoni jew ta' l-aġenzija nazzjonali konċernata. Id-deċiżjoni jekk ikunux appoġġati dawn l-imsieħba jew le għandha tkun ibbażata fuq il-grad tal-valur miżjud fil-livell Ewropew li x'aktarx jirriżulta mill-parteċipazzjoni tagħhom fil-proġett, network jew sħubija in kwistjoni.
11. Allokazzjonijiet minimi
|
Comenius 13 % |
|
Erasmus 40 % |
|
Leonardo da Vinci 25 % |
|
Grundtvig 4 % |
12. Aġenziji nazzjonali
L-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha tingħata sabiex tappoġġa l-attivitajiet ta' l-aġenziji nazzjonali stabbiliti jew nominati mill-Istati Membri skond l-Artikolu 6(2)(b).
Skond l-Artikolu 38(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, il-funzjoni ta' l-aġenzija nazzjonali tista', f'pajjiżi terzi li jieħdu sehem fil-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja taħt l-Artikolu 7(1) ta' din id-Deċiżjoni, titwettaq minn korpi tas-settur pubbliku jew minn korpi mis-settur privat li jkollhom obbligi ta' servizz pubbliku regolati mil-liġi tal-pajjiż konċernat.
Konformement mal-prinċipju tal-proporzjonalità, il-livell meħtieġ tar-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni u ta' rappurtar jinżamm għall-minimu adegwat.
13. Assistenza teknika
Il-pakkett finanzjarju tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja jista' jkopri wkoll in-nefqa relatata ma' azzjonijiet preparatorji, monitoraġġ, kontroll, verifika u valutazzjoni li jkunu meħtieġa direttament għall-implementazzjoni tal-Programm u sabiex jinkisbu l-objettivi tiegħu. Dawn jistgħu jinkludu b'mod partikolari studji, laqgħat, attivitajiet ta' informazzjoni, pubblikazzjonijiet, infiq fuq networks informatiċi għall-iskambju ta' informazzjoni u kull nefqa oħra fuq għajnuna teknika u amminsitrattiva li għalihom il-Kummissjoni tista' teħtieġ tirrikorri għall-implementazzjoni tal-Programm.
14. Dispożizzjonijiet kontra l-frodi
Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni meħuda taħt l-Artikoli 9, il-kuntratti u l-ftehim li jirriżultaw minnhom, kif ukoll il-ftehim ma' pajjiżi terzi parteċipanti, għandhom jipprovdu b'mod partikolari għas-superviżjoni u l-kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni (jew kwalunkwe rappreżentant awtorizzat minnha), anke mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), u għall-verifika mill-Qorti ta' l-Awdituri, jekk ikun meħtieġ anke fuq il-post. Tali kontrolli jistgħu jsiru flimkien ma' l-aġenziji nazzjonali kif ukoll, fejn meħtieġ, ma' dawk li jirċievu l-għotjiet.
Il-benefiċjarju ta' għotja operattiva għandu jkollu disponibbli għall-Kummissjoni d-dokumenti kollha ta' appoġġ, inkluż il-prospett finanzjarju verifikat, dwar in-nefqa li tkun saret matul is-sena ta' l-għotja, għal perjodu ta' ħames snin wara l-aħħar ħlas. Il-benefiċjarju ta' għotja għandu jiżgura li, fejn applikabbli, id-dokumenti ta' appoġġ fil-pussess ta' msieħba jew ta' membri jkunu disponibbli għall-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni tista' tipprovdi sabiex issir verifika, ta' l-użu magħmul mill-għotja, mill-persunal tagħha, direttament, jew minn kwalunkwe korp estern ieħor, kwalifikat għal dan il-għan, magħżul minnha. Tali verifika tista' ssir matul il-perjodu kollu tal-ftehim u għal perjodu ta' ħames snin mid-data tal-pagament tal-bilanċ. Fejn ikun il-każ, il-konklużjonijiet tal-verifika jistgħu jwasslu għal deċiżjonijiet ta' rkupru mill-Kummissjoni.
Il-persunal tal-Kummissjoni u l-persunal estern awtorizzat mill-Kummissjoni għandhom ikollhom dritt adegwat ta' aċċess, b'mod partikolari għall-uffiċċji tal-benefiċjarju u għall-informazzjoni kollha, inkluża informazzjoni f'format elettroniku, li tkun meħtieġa sabiex titwettaq tali verifika.
Il-Qorti ta' l-Awdituri u l-OLAF għandhom ikollhom l-istess drittijiet, speċjalment dak ta' aċċess, tal-Kummissjoni.
Barra minn dan, il-Kummissjoni tista' twettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post taħt il-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja skond ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar kontrolli fuq il-post u ispezzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (1).
Għall-azzjonijiet Komunitarji finanzjati taħt din id-Deċiżjoni, il-kunċett ta' irregolarità msemmi fl-Artikolu 1, paragrafu 2, tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Novembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (2) għandu jfisser kull ksur ta' dispożizzjoni tal-liġi Komunitarja jew kull ksur ta' obbligu kuntrattwali li jirriżulta minn xi att jew ommissjoni minn xi entità ġuridika, li jkollu, jew jista' jkollu, l-effett li jippreġudika l-baġit ġenerali tal-Komunitajiet jew l-allokazzjonijiet amministrati minnhom, permezz ta' nefqa mhux ġustifikata.