24.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

12


DEĊIŻJONI Nru 1718/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-15 ta' Novembru 2006

dwar l-implimentazzjoni ta' programm ta' appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 150(4) u 157(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Is-settur awdjoviżiv Ewropew għandu rwol fundamentali x'jilgħab fir-realizzar taċ-ċittadinanza Ewropea għax jikkostitwixxi wieħed mill-mezzi prinċipali li jwasslu l-valuri komuni u kondiviżi fundamentali, soċjali u kulturali ta' l-Unjoni lill-Ewropej, u b'mod speċjali liż-żgħażagħ. L-appoġġ Komunitarju huwa maħsub biex jippermetti lis-settur awdjoviżiv Ewropew biex jippromwovi djalogu interkulturali, iżid l-għarfien reċiproku fost il-kulturi Ewropej u jiżviluppa l-politika, il-kultura, il-potenzjal soċjali u ekonomiku tagħha, li jikkostitwixxi valur addizzjonali ġenwin fil-kompitu li ċ-ċittadinanza Ewropea ssir realtà. Tali appoġġ għandu l-għan li jsaħħaħ il-kompetittività u, b'mod partikolari, li jżid is-sehem fis-suq fl-Ewropa ta' xogħoljiet Ewropej mhux nazzjonali.

(2)

Hu wkoll meħtieġ li tiġi promossa ċittadinanza attiva u li jsir iżjed ħidma sabiex jiġi żgurat ir-rispett għall-prinċipju tad-dinjità umana, tiġi promossa l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u tiġi miġġielda kull forma ta' diskriminazzjoni u esklużjoni, inklużi r-razziżmu u l-ksenofobija.

(3)

L-azzjonijiet kollha adottati taħt dan il-programm għandhom ikunu kompatibbli mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu 11 tagħha dwar il-libertà ta' l-espressjoni u l-pluraliżmu fil-medja.

(4)

L-Artikolu 22 tal-Karta msemmija tgħid li l-Unjoni għandha tirrispetta d-diversità kulturali u lingwistika. Għaldaqstant jeħtieġ li tingħata attenzjoni għall-bżonnijiet speċifiċi ta' l-Istati Membri ż-żgħar ta' l-Unjoni u dawk b'aktar minn żona lingwistika waħda.

(5)

L-appoġġ Komunitarju lis-settur awdjoviżiv jieħu kont ta' l-Artikolu 151 tat-Trattat.

(6)

L-appoġġ Komunitarju lis-settur awdjoviżiv huwa wkoll konformi ma' l-għan strateġiku l-ġdid definit għall-Unjoni mill-Kunsill Ewropew ta' Liżbona tat-23 u 24 ta' Marzu 2000, jiġifieri li tingħata spinta lit-taħriġ, l-impjieg, ir-riforma ekonomika u l-koeżjoni soċjali fil-qafas ta' ekonomija bbażata fuq l-għarfien. Fil-konklużjonijiet tiegħu, il-Kunsill Ewropew iddikjara li “l-industriji tal-kontenut joħolqu l-valur miżjud meta jisfruttaw u joħolqu networks għad-diversità kulturali Ewropea”. Dan l-approċċ ġie kkonfermat fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Brussel ta' l-20 u l-21 ta' Marzu.

(7)

L-appoġġ Komunitarju lis-settur awdjoviżiv huwa bbażat fuq l-esperjenza konsiderevoli miksuba fil-programmi MEDIA I, MEDIA II, MEDIA Plus u MEDIA – Programmi ta' taħriġ (4), li għenu lill-industrija awdjoviżiva Ewropea tiżviluppa sa mill-1991, hekk kif joħroġ ċar mill-evalwazzjoni tal-programmi msemmija hawn fuq.

(8)

Ir-riżultati miksuba wrew li l-azzjoni Komunitarja għandha tikkonċentra l-aktar fuq:

il-fażi ta' qabel il-produzzjoni awdjoviżiva, fuq l-iżvilupp tax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej u fuq il-kisba u t-titjib tal-kompetenzi fil-qasam awdjoviżiv, b'dan ta' l-aħħar jkollu jitqies bħala parti integrali mill-proċess tal-pre-produzzjoni tax-xogħlijiet awdjoviżivi;

il-fażi ta' wara l-produzzjoni awdjoviżiva, id-distribuzzjoni, il-wiri fiċ-ċinema u l-promozzjoni tax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej;

id-diġitalizzazzjoni li tagħti kontribut deċiżiv sabiex issaħħaħ is-settur awdjoviżivu li għandha tkun fattur ċentrali tal-MEDIA 2007. L-appoġġ għas-servizzi diġitali u l-katalogi Ewropej għandu jkunu wieħed mill-prijoritajiet tal-programm sabiex tingħeleb il-frammentazzjoni tas-suq awdjoviżiv Ewropew.

(9)

Il-programm MEDIA għandu jħeġġeġ lill-awturi (kittieba ta' l-iskripts u diretturi) fil-proċess kreattiv u jħeġġiġhom sabiex jiżviluppaw u jadottaw tekniki ġodda u kreattivi li jsaħħu l-kapaċità innovattiva tas-settur awdjoviżiv Ewropew.

(10)

Hemm iżjed minn pjattaforma waħda ta' diġitalizzazzjoni fil-projezzjoni tal-films, skond l-użu, l-utenti u l-bżonnijiet differenti. Proġetti pilota tal-programm MEDIA għandhom iservu ta' prova għal żviluppi futuri fis-settur awdjoviżiv.

(11)

L-azzjoni preparatorja “Tkabbir u Awdjoviżiv: i2i Awdjoviżiv”, li jissuplimenta l-programmi MEDIA Plus u MEDIA Taħriġ, immarka stadju ulterjuri fl-implimentazzjoni tal-politika ta' l-appoġġ Komunitarju lis-settur awdjoviżiv. Kienet speċifikament intenzjonata biex tipprovdi rimedju għall-problemi ta' l-aċċess għall-finanzjament ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) f'dan is-settur. L-evalwazzjoni ta' “Tkabbir u Awdjoviżiv: i2i Awdjoviżiv” ikkonfermat li din tissodisfa l-bżonnijiet tas-settur u kkonfermat il-bżonn li tkun segwita azzjoni Kominitarja f'dan is-sens iżda li għandha tkun aktar abbinata mill-qrib mal-bżonnijiet speċifiċi tas-settur.

(12)

Is-settur awdjoviżiv Ewropew hu karatterizzat bil-potenzjal konsiderevoli għall-iżvilupp, innovazzjoni u dinaminżmu, bil-frammentazzjoni tas-suq minħabba d-diversità kulturali u lingwistika u, konsegwentament, b'numru kbir ta'SMEs, żgħir jew żgħir ħafna b'sotto kapitalizzazzjoni kronika. Għall-finijiet ta' l-implimentazzjoni ta' l-appoġġ Komunitarju, għandu jittieħed kont tan-natura speċifika tas-settur awdjoviżiv u għandu jiġi żgurat li l-proċeduri amministrattivi u finanzjarji rigward l-ammont ta' appoġġ ikunu strettament simplifikati kemm jista' jkun u addattati għall-għanijiet mixtieqa u għall-prattiċi u l-ħtiġijiet tas-settur.

(13)

Madwar l-UE ostakolu maġġuri wieħed għall-kompetizzjoni huwa nuqqas kważi komplet ta' kumpaniji li jispeċjalizzaw f'li jipprovdu self finanzjarju lis-settur awdjoviżiv.

(14)

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jirrevedu l-appoġġ tagħhom lis-settur awdjoviżiv, b'mod partikolari r-riżultati ta' l-azzjoni preparatorja “Tkabbir u Awdjoviżiv: i2i Awdjoviżiv”, biex jistabbilixxu sa fejn appoġġ futur jista' jissimplifika l-iżvilupp ta' offerti speċjalizzati għall-SMEs f'termini ta' self finanzjarju.

(15)

Is-sistemi ta' finanzjament ta' self ġew żviluppati fl-Istati Membri sabiex jippromwovu proġetti nazzjonali awdjoviżivi u sabiex jimmobilizzaw kapital privat għandhom jiġu eżaminati biex jiġi determinat kif tali kapital jista' jintgħamel disponibbli għal proġetti Ewropej mhux nazzjonali

(16)

Żieda fit-trasparenza u fid-disseminazzjoni ta' l-informazzjoni dwar is-suq awdjoviżiv Ewropew jista' jagħmel lill-operaturi fis-settur, u b'mod speċjali lill-SMEs, aktar kompetittivi. Din tista' tħeġġeġ il-kunfidenza ta' l-investituri privati billi ttejjeb il-konoxxenza tal-potenzjal ta' l-industrija. Din tagħmilha aktar faċli li l-azzjoni Komunitarja tiġi evalwata u segwita. Il-parteċipazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea fl-Osservatorju Ewropew tal-Mezzi Awdjoviżivi għandha tgħin biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

(17)

F'Komunita' ta' 25 Stat Membru l-koperazzjoni qiegħda iżjed issir risposta strateġika biex issaħħaħ il-kompettittività ta' l-industrija tal-films Ewropea. Għaldaqstant hemm il-bżonn ta' appoġġ ikbar għall-proġetti għan-networks mifruxin madwar l-UE f'kull livell tal-programm MEDIA – taħriġ, żvilupp, distribuzzjoni u promozzjoni. Dan japplika b'mod partikolari għall-koperazzjoni ma' atturi mill-Istati Membri li ngħaqqdu ma' l-Unjoni Ewropea wara t-30 t' April 2004. Irid jiġi enfasizzat li kull strateġija għall-koperazzjoni bejn l-atturi fis-settur awdjoviżiv għandha tikkonforma mad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Komunità.

(18)

Appoġġ pubbliku għaċ-ċinema fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali Ewropew huwa essenzjali sabiex jintegħlbu d-diffikultajiet strutturali tas-settur u sabiex l-industrija awdjoviżiva Ewropea tkun tista' tilqa' l-isfida tal-globalizzazzjoni.

(19)

Il-pajjiżi kandidati fl-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi ta' l-EFTA li huma parti għall-Ftehim ŻEE huma rikonoxxuti bħala parteċipanti potenzjali fil-programmi Komunitarji skond il-ftehim konklużi ma' dawn il-pajjiżi.

(20)

Il-koperazzjoni bejn il-MEDIA u l-Eurimages trid tissaħħaħ, iżda mingħajr ma dan iwassal għal integrazzjoni fi kwistjonijiet finanzjarji u amministrattivi.

(21)

Il-Kunsill Ewropew ta' Salonka tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2003 adotta “L-aġenda għall-Balkani tal-Punent: Mixjin lejn l-integrazzjoni Ewropea”, li tipprevedi li l-programmi Komunitarji għandhom ikunu miftuħa għall-pajjiżi fil-proċess ta' stabbilizzazzjoni u ta' assoċjazzjoni abbażi ta' ftehmiet kwadri li għandhom ikunu ffirmati bejn il-Komunità u dawn il-pajjiżi.

(22)

Il-pajjiżi l-oħra Ewropej li huma parti għall-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar it-Televiżjoni Transkonfini jagħmlu parti integrali mill-ispazju awdjoviżiv Ewropew u għandhom għaldaqtant ikunu jistgħu, jekk jixtiequ u b'kont meħud tal-konsiderazzjonijiet jew prijoritajiet tal-baġit ta' l-industriji awdjoviżivi tagħhom, jieħdu sehem fil-programm jew jibbenefikaw minn forma ta' koperazzjoni iktar limitata abbażi ta' l-approprjazzjonijiet supplimentari jew ta' arranġamenti speċifiċi skond kondizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim bejn il-partijiet konċernati.

(23)

Il-koperazzjoni ma' pajjiżi terzi mhux Ewropej żviluppata abbażi ta' interessi reċiproċi u ekwilibrati tista' toħloq żieda fil-valur għall-industrija awdjoviżiva Ewropea f'termini tal-promozzjoni, l-aċċess għas-suq, id-distribuzzjoni, id-disseminazzjoni u l-wiri tax-xogħlijiet Ewropej f'dawk il-pajjiżi. Koperazzjoni bħal din għandha tkun żviluppata abbażi ta' approprjazzjonijiet supplimentari u ta' modalitajiet speċifiċi li għandhom jiġu miftiehma mal-partijiet konċernati.

(24)

Għandhom jiġu Implimentati miżuri xierqa sabiex jiġu evitati l-irregolaritajiet u l-frodi u jiġu rkuprati l-fondi mitlufa jew trasferiti jew użati mhux kif xieraq.

(25)

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi pakkett finanzjarju għat-tul kollu tal-programm li huwa ta' referenza prinċipali fit-tifsira ta' punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u t-tmexxija finanzjarja tajba (5), għall-awtorita baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali.

(26)

Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KEE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta' l-implimentazzjoni tal-poteri mogħtija lill-Kummissjoni (6).

(27)

L-arranġamenti għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta' l-azzjonijiet għandhom jinkludu rapporti annwali dettaljati kif ukoll, objettivi u indikaturi speċifiċi, miżurabbli, li jistgħu jintlaħqu, rilevanti u marbuta bi żmien.

(28)

Hemm bżonn li jkunu previsti miżuri li jirregolaw it-transizzjoni mill-programmi ta' taħriġ MEDIA Plus u MEDIA u l-programm stabbilit b'din id-Deċiżjoni.

(29)

Peress li l-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni ma jistgħux jintlaħqu b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri u jistgħu, għalhekk, minħabba l-iskala jew l-effetti ta' l-azzjoni jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

KAPITOLU 1

OBJETTIVI GLOBALI U TAL-BAĠIT

Artikolu 1

Objettivi globali u prijoritajiet tal-programm

1.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programm ta' appoġġ għas-settur awdjoviżiv Ewropew, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“programm”, għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013.

2.   Is-settur awdjoviżiv hu mezz essenzjali biex jitwasslu u jkunu żviluppati l-valuri kulturali Ewropej u għall-kreazzjoni ta' impjiegi li huma ta' sengħa kbira orjentati lejn il-futur. Il-kreattività tiegħu hu fattur pożittiv għall-kompettittività u l-appell kulturali mal-pubbliku. Il-programm għandu l-għan li jsaħħaħ ekonomikament is-settur awdjoviżiv sabiex jippermettilu jwettaq ir-rwoli kulturali tiegħu aktar b'mod effiċjenti billi jiżviluppa industrija b'kontenut qawwi u diversifikat u wirt għani u aċċessibbli u biex iżid valur għall-appoġġ nazzjonali.

L-objettivi globali tal-programm huma:

(a)

li jippreservaw u isaħħu d-diversità kulturali u lingwistika Ewropea u l-patrimonju ċinematografiku u awdjoviżiv tagħha, li jiggarantixxu l-aċċess tal-pubbliku għalih u li jippromwovu d-djalogu bejn il-kulturi;

(b)

iżidu ċ-ċirkulazzjoni u kemm jarawhom ta' xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej ġewwa u barra l-Unjoni Ewropea, inkluż permezz ta' kooperazzjoni akbar bejn il-partijiet;

(ċ)

li jsaħħu l-kompetittività tal-mezzi awdjoviżivi Ewropej fil-qafas ta' suq Ewropew miftuħ u kompetittiv li jiffavorixxi l-impieg, inkluż billi jippromwovu l-konnessjonijiet bejn il-professjonisti awdjoviżivi.

3.   Sabiex iwettaq dawn l-objettivi, il-programm għandu jappoġġja:

(a)

il-fażi ta' qabel il-produzzjoni awdjoviżiva: il-kisba u l-perfezzjonament tal-kompetenzi fil-qasam awdjoviżiv u l-iżvilupp tax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej;

(b)

il-fażi ta' wara l-produzzjoni awdjoviżiva: id-distribuzzjoni u l-promozzjoni tax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej;

(ċ)

proġetti pilota li jassiguraw l-addattament tal-programm għall-iżviluppi tas-suq.

4.   Il-prijoritajiet fl-oqsma għall-intervent imniżżla f'paragrafu 3 għandhom ikunu kif ġej:

(a)

it-trawwim tal-kreattività fis-settur awdjoviżiv u għall-għarfien u għad-disseminazzjoni tal-patrimonju ċinematografiku u awdjoviżiv Ewropew;

(b)

it-tisħiħ ta' l-istruttura u l-finanzjament tas-settur Ewropew awdjoviżiv, b'mod partikolari ta' l-SMEs;

(ċ)

it-tnaqqis ta' l-iżbilanċi fis-suq awdjoviżiv Ewropew bejn il-pajjiżi li għandhom kapaċità ta' produzzjoni awdjoviżiva għolja u l-pajjiżi jew reġjuni li għandhom kapaċità ta' produzzjoni awdjoviżiva baxxa u/jew li għandhom żona ġeografika jew lingwistika ristretta;

(d)

isegwu u jappoġġaw l-iżvilupp fis-suq fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni, inkluż il-promozzjoni ta' katalogi diġitali attraenti ta' films Ewropej fuq pjattaformi diġitali.

Artikolu 2

Il-pakkett finanzjarju

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-eżekuzzjoni ta' dan il-programm għall-perijodu mniżżel fl-Artikolu 1(1) għandu jkun stabbilit għal EUR 754 950 000. It-tqassim indikatorju ta' dan l-ammont skond l-oqsma huwa rifless fil-punt 1.4 tal-Kapitolu 2 ta' l-Anness.

2.   L-approprjazzjonijiet annwali għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità tal-baġit fil-limiti tal-qafas finanzjarju.

KAPITOLU 2

OBJETTIVI SPEĊIFIĊI TA' QABEL IL-PRODUZZJONI AWDJOVIŻIVA

Artikolu 3

Kisba u titjib tal-kompetenzi fil-qasam awdjoviżiv

Għal dak li għandu x'jaqsam mal-kisba u t-titjib tal-kompetenzi fil-qasam awdjoviżiv, l-objettivi tal-programm għandhom ikunu :

1.

it-tisħiħ tal-kompetenzi tal-professjonisti Ewropej tal-mezzi awdjoviżivi fl-oqsma ta' l-iżvilupp, tal-produzzjoni, tad-distribuzzjoni/disseminazzjoni u tal-promozzjoni, sabiex itejbu l-kwalità u l-potenzjal tax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej. Il-programm għandu jappoġġja b'mod speċjali azzjonijiet f'dawn l-oqsma li ġejjin:

(a)

it-teknika tal-kitba ta' l-iskripts bl-iskop li tittejjeb il-kwalità tax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej u l-potenzjal taċ-ċirkolazzjoni tagħhom;

(b)

l-amministrazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-produzzjoni, tad-distribuzzjoni u tal-promozzjoni tax-xogħlijiet awdjoviżivi sabiex jiġu elaborati strateġiji Ewropej sa mill-fażi ta' l-iżvilupp;

(ċ)

l-inklużjoni minn qabel tat-teknoloġiji diġitali għall-produzzjoni, il-post-produzzjoni, id-distribuzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-arkivjar tal-programmi awdjoviżivi Ewropej.

Għandhom jittieħdu passi wkoll sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ta' professjonisti u ta' trejners minn pajjiżi oħra barra dawk li fihom isiru l-attivitajiet ta' taħriġ taħt punt 2 (a), (b) u (ċ).

2.

itejbu d-dimensjoni Ewropea ta' l-attivitajiet ta' taħriġ awdjoviżiva permezz ta':

(a)

appoġġ għall-ħolqien ta' network u għall-mobilità ta' professjonisti Ewropej li qed jitħarrġu, b'mod speċjali:

l-iskejjel taċ-ċinema Ewropej;

l-istituti ta' taħriġ;

l-imsieħba tas-settur professjonali;

(b)

it-taħriġ ta' trejners;

(ċ)

sostenn għall-iskejjel tal-films;

(d)

l-addozzjoni ta' azzjonijiet ta' koordinament u ta' promozzjoni tal-korpi appoġġjati f'relazzjoni ma' l-azzjonijiet imniżżla fil-punt 1 ta' dan l-Artikolu.

3.

isir possibbli, permezz ta' boroż ta' studji speċjali, għall-professjonisti mill-Istati Membri li saru membri ta' l-Unjoni Ewropea wara t-30 ta' April 2004 li jieħdu sehem fl-attivitajiet ta' taħriġ imniżżla fil-punt 1 ta' dan l-Artikolu.

Il-miżuri mniżżla fil-punti 1, 2 u 3 għandhom jiġu mplimentati skond id-dispożizzjonijiet fl-Anness.

Artikolu 4

Żvilupp

1.   Fis-settur ta' l-iżvilupp, l-objettivi tal-programm għandhom ikunu:

(a)

l-appoġġ għall-iżvilupp ta' proġetti ta' produzzjoni destinati għas-suq Ewropew u internazzjonali, preżentati minn kumpaniji ta' produzzjoni indipendenti;

(b)

l-appoġġ għall-elaborazzjoni ta' pjani finanzjarji għall-kumpaniji u l-proġetti ta' produzzjoni Ewropej, b'mod partikolari l-finanzjament tal-koproduzzjonijiet.

2.   Il-Kummissjoni għandha tieħu passi sabiex tiżgura li l-azzjonijiet appoġġjati fil-qasam tat-titjib tal-kompetenzi tal-professjonisti u dawk imniżżla fil-paragrafu 1 jikkomplementaw lil xulxin.

3.   Il-miżuri mniżżla fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu implimentati skond id-dispożizzjonijiet fl-Anness.

KAPITOLU 3

OBJETTIVI SPEĊIFIĊI TA' WARA L-PRODUZZJONI AWDJOVIŻIVA

Artikolu 5

Distribuzzjoni u disseminazzjoni

Fis-settur tad-distribuzzjoni u d-disseminazzjoni, l-objettivi tal-programm għandhom ikunu:

(a)

it-tisħiħ tad-distribuzzjoni Ewropea billi jħeġġu lid-distributuri jinvestu fil-koproduzzjoni, l-akkwist u l-promozzjoni tal-films Ewropej mhux nazzjonali u li jistabbilixxu strateġiji koordinati ta' kummerċjalizzazzjoni;

(b)

it-titjib fiċ-ċirkolazzjoni tal-films Ewropej mhux nazzjonali fis-suq Ewropew u dak internazzjonali permezz ta' inċentivi favur l-esportazzjoni, id-distribuzzjoni fuq kull mezz u l-esibizzjoni fiċ-ċinema;

(ċ)

il-promozzjoni għad-disseminazzjoni transnazzjonali tax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej magħmula minn kumpaniji ta' produzzjoni indipendenti billi jħeġġu l-koperazzjoni bejn ix-xandara minn naħa u l-produtturi u d-distributuri indipendenti min-naħa l-oħra;

(d)

li jħeġġu d-diġitalizzazzjoni ta' xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej u l-iżvilupp ta' suq diġitali kompetittiv;

(e)

li jħeġġu liċ-ċinemas biex jużaw il-possibiltajiet offruti mid-distribuzzjoni diġitali.

Il-miżuri mniżżla fil-punti (a) sa (e) għandhom jiġu mplimentati skond id-dispożizzjonijiet fl-Anness.

Artikolu 6

Promozzjoni

Fil-qasam tal-promozzjoni, l-objettivi tal-programm għandhom ikunu:

(a)

it-titjib taċ-ċirkolazzjoni tax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej billi jiġi assigurat aċċess għas-swieq professjonali Ewropej u internazzjonali għas-settur awdjoviżiv Ewropew;

(b)

it-titjib ta' l-aċċess tal-pubbliku Ewropew u internazzjonali għax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej;

(ċ)

it-tħeġġiġ ta' azzjonijiet komuni bejn il-organizzazzjonijiet nazzjonali għall-promozzjoni tal-films u l-programmi awdjoviżivi;

(d)

it-tħeġġiġ tal-promozzjoni tal-wirt ċinematografiku u awdjoviżiv Ewropew u t-titjib ta' l-aċċess tal-pubbliku għalih kemm fuq livell Ewropew u dak internazzjonali.

Il-miżuri mniżżla fil-punti (a) sa (d) għandhom jiġu implimentati skond id-dispożizzjonijiet fl-Anness.

KAPITOLU 4

PROĠETTI PILOTA

Artikolu 7

Proġetti pilota

1.   Il-programm jista' jappoġġja proġetti pilota sabiex jassigura li dan jadatta għall-iżviluppi tas-suq b'emfasi partikolari ma' l-introduzzjoni u l-użu tat-teknoloġiji ta' l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni.

2.   Sabiex jiġi implimentat il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tingħata pariri minn gruppi ta' konsultenza tekniċi magħmula minn esperti maħtura mill-Istati Membri bħala risposta għall-proposta tal-Kummissjoni.

KAPITOLU 5

ARRANĠAMENTI BIEX JIĠI IMPLIMENTAT IL-PROGRAMM U D-DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 8

Dispożizzjonijiet dwar pajjiżi terzi

1.   Il-programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi li ġejjin basta li jkunu sodisfatti li l-kondizzjonijiet meħtieġa u l-approprjazzjonijiet supplementari jkunu rċevuti.

(a)

l-Istati ta' l-EFTA li huma membri taż-ŻEE, skond id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ŻEE;

(b)

il-pajjiżi kandidati li qed jibbenefikaw minn strateġija ta' qabel is-sħubija fl-Unjoni Ewropea skond il-prinċipji ġenerali u mal-kondizzjonijiet u l-arranġamenti ġenerali għal dawn il-pajjiżi li qed jipparteċipaw fil-programmi Komunitarji stabbiliti rispettivament fil-ftehim kwadru u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsilli ta' Assoċjazzjoni;

(ċ)

il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent skond l-arranġamenti magħmula ma' dawn il-pajjiżi b'segwitu ta' l-arranġamenti kwadru li għandhom jiġu stabbiliti biex jirregolaw il-parteċipazzjoni tagħhom fi programmi Komunitarji.

2.   Il-programm għandu jkun miftuħ ukoll għall-parteċipazzjoni ta' l-Istati li huma parti għall-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar it-Televiżjoni Transkonfini barra dawk imniżżla fil-paragrafu 1, dejjem jekk l-approprjazzjonijiet supplementari jiġu mħallsa skond il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu miftiehma bejn il-partijiet konċernati.

3.   Il-ftuħ tal-programm għall-pajjiżi terzi Ewropej imsemmija mill-paragrafi 1 u 2 jkun jista' jkun suġġett għal eżami minn qabel tal-kompatibilità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom mal-leġiżlazzjoni Komunitarja, inkluż ma' l-Artikolu 6 (5) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE tat-3 ta' Ottubru 1989 dwar il-kordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti b'liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri dwar it-twettiq ta' attivitajiet ta' xandir (7). Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għall-azzjonijiet taħt l-Artikolu 3.

4.   Il-programm għandu jkun miftuħ ukoll għall-koperazzjoni ma' pajjiżi terzi oħra li kkonkludew ftehim ta' assoċjazzjoni u koperazzjoni ma' l-Unjoni Ewropea li jinkludu klawsoli dwar il-qasam awdjoviżiv u abbażi ta' approprjazzjonijiet supplementari u ta' arranġamenti speċifiċi li għandhom jiġu miftiehma. Il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent imsemmija fil-paragrafu 1 li ma jixtiequx jipparteċipaw b'mod sħiħ fil-programm jistgħu jibbenefikaw minn koperazzjoni mal-programm skond il-kondizzjonijiet previsti f'dan il-paragrafu.

Artikolu 9

Dispożizzjonijiet finanzjarji

1.   Persuni ġuridiċi u fiżiċi jistgħu jkunu l-benefiċjarji tal-programm.

Mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti u għall-konvenzjonijiet li tagħhom il-Komunità hi parti kontraenti, l-intrapriżi li jibbenefikaw mill-programm għandhom ikunu ta' propjetà u jibqgħu jkunu ta' propjetà, direttament jew permezz ta' parteċipazzjoni maġġoritarja, ta' Stati Membri u/jew ta' ċittadini ta' l-Istati Membri.

2.   Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, skond il-benefiċjarji u t-tip ta' azzjoni, jekk jistgħux jiġu eżenti mill-verifiki tal-kapaċitajiet professjonali u l-kwalifiki meħtieġa biex itemmu b'suċċess azzjoni jew programm ta' ħidma. Il-Kummissjoni tista' wkoll tieħu in konsiderazzjoni t-tip ta' attività appoġġjata, il-profil speċifiku tal-pubbliku mmirat mis-settur awdjoviżiv u l-objettivi tal-programm.

3.   Skond it-tip ta' l-azzjoni, l-għajnuna finanzjarja tista' tieħu l-forma ta' għotjiet jew ta' boroż ta' studju jew kwalunkwe strument ieħor awtorizzat mir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (8). Il-Kummissjoni tista' wkoll tagħti premijiet għal attivitajiet jew proġetti tal-programm. Skond in-natura ta' l-attività, jista' jiġi awtorizzat finanzjament bl-użu ta' skali ta' nefqa/unità jew rata unika għall-kontribuzzjonijiet ta' ammont ta' mhux aktar minn dak imsemmi fl-Artikolu 181 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (9).

4.   Il-Kummissjoni għandha żżomm mal-prinċipju tal-proporzjonalità rigward il-ħtiġiet amministrattivi u finanzjarji, bħall-kriterja ta' l-eliġibilità u l-kapaċità finanzjarja, fir-rigward tad-daqs ta' l-għotja.

5.   L-għajnuna finanzjarja mogħtija skond it-termini tal-programm ma tistax taqbeż il-50 % ta' l-ispejjeż finali ta' l-operazzjonijiet appoġġjati. Madankollu, fil-każijiet espressament previsti fl-Anness, l-għajnuna finanzjarja tista' tkun għolja sa 75 %. Aktar minn hekk, tali għajnuna għandha tingħata waqt li jiġi żgurat li l-proċeduri tal-għotja huma trasparenti u objettivi.

6.   Konformi man-natura speċifika ta' l-attivitajiet kofinanzjati u skond l-Artikolu 112(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, il-Kummissjoni tista' tqis eliġibbli l-ispejjeż direttament marbuta ma' l-implimentazzjoni ta' l-attività appoġġjata, anki jekk kienu parzjalment maħruġa mill-benefiċjarju qabel il-proċedura ta' l-għażla.

7.   Konformi ma' l-Artikolu 113(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u konġuntament ma' l-Artikolu 172 tar-Regolament (KE Euratom) Nru 2342/2002, il-kofinanzjament jista' jingħata kompletament jew parzjalment in natura basta jekk il-valur tal-kontribuzzjoni ma jaqbiżx l-ispiża attwali litkun saret u li hu ġustifikat permezz ta' dokumenti tal-kontijiet, jew l-ispiża hi ġeneralment aċċettata fis-suq ikkunsidrat. Postijiet magħmula għad-dispożizzjoni għal skop ta' taħriġ jew dak promozzjonali jistgħu jiġu inklużi ma' dawn il-kontribuzzjonijiet.

8.   Kull somma rimborsata taħt il-programm, dawk li ġejjin mill-programmi MEDIA (1991-2006) u s-somom li ma ntużawx mill-proġetti magħżula għandhom jingħataw għall-ħtiġijiet tal-programm MEDIA 2007.

Artikolu 10

Implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun inkarigata mill-implimentazzjoni tal-programm skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.

2.   Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni dwar il-kwistjonijiet msemmija hawn isfel għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2):

(a)

il-linji gwida ġenerali għall-miżuri kollha deskritti fl-Anness;

(b)

il-kontenut tas-sejħiet għall-proposti, id-definizzjoni tal-kriterji u l-proċeduri għall-għażla tal-proġetti;

(ċ)

il-kwistjonijiet dwar it-tqassim intern annwali tar-riżorsi tal-programm, inkluż it-tqassim bejn il-miżuri fl-oqsma tat-titjib tal-kompetenzi professjonali, ta' l-iżvilupp, tad-distribuzzjoni/disseminazzjoni u tal-promozzjoni;

(d)

l-arranġamenti għal azzjonijiet ta' monitoraġġ u l-evalwazzjoni;

(e)

kull proposta għall-allokazzjoni ta' fondi Komunitarji li taqbeż EUR 200 000 għal kull benefiċjarju u sena fil-każ ta' taħriġ u promozzjoni, EUR 200 000 fil-każ ta' żvilupp u EUR 300 000 fil-każ ta' distribuzzjoni;

(f)

l-għażla ta' proġetti pilota skond Artikolu 7.

3.   Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni dwar il-kwistjonijiet l-oħra kollha għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(3).

Artikolu 11

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

3.   Il-perijodu msemmi fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahrejn.

4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

5.   Il-kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 12

MEDIA Desks

1.   In-network Ewropew tal-MEDIA Desks għandu jaġixxi bħala korp għall-implimentazzjoni għad-disseminazzjoni ta' l-informazzjoni dwar il-programm fuq livell nazzjonali, b'mod partikolari għall-proġetti trans-konfini, itejjeb il-visibilità u jistimula l-użu tiegħu, filwaqt li jikkonforma ma' l-Artikolu 54 (2)(c) u (3) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 kif definit fil-punt 2.2 f'Kapitolu II ta' l-Anness.

2.   Koperazzjoni bejn MEDIA desks permezz tan-networks, speċjalment networks viċini, għandha tiġi mħeġġa biex jiffaċilita l-iskambji u l-kuntatti bejn il-professjonisti, għarfien pubbliku ta' avvenimenti prinċipali appoġġjati mill-programm, kif ukoll premijiet u għotjiet.

3.   Il-MEDIA Desks għandhom jirrispettaw il-kriterji li ġejjin

(a)

ikollhom numru adegwat ta' persunal, b'kapaċitajiet professjonali u lingwistiċi adatt għal xogħol f'ambjent ta' koperazzjoni internazzjonali;

(b)

li jkollhom infrastrutturi xierqa, b'mod partikolari għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-informatika u l-komunikazzjoni;

(ċ)

jaħdmu f'kuntest amministrattiv li jippermettilhom iwettqu l-kompiti tagħhom b'mod sodisfaċenti u jevitaw kull kunflitt ta' interess.

Artikolu 13

Konsistenza u komplimentarjetà

1.   Fl-implimentazzjoni tal-programm, il-Kummissjoni għandha, f'koperazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri, tiżgura konsistenza ġenerali u komplimentarjetà ma' politiki, programmi u azzjonijiet Komunitarji oħra rilevanti li għandhom effett fuq l-oqsma tat-taħriġ u dawk awdjoviżivi.

2.   Il-Kummissjoni għandha tassigura wkoll koordinazzjoni bejn il-programm u programmi Komunitarji oħra fl-oqsma ta' l-edukazzjoni, taħriġ, riċerka u s-soċjetà ta' l-informazzjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li hemm konnessjoni effettiva bejn dan il-programm u programmi u azzjonijiet fl-oqsma ta' taħriġ u dawk awdjoviżivi li jkunu qegħdin isiru fil-qafas tal-koperazzjoni Komunitarja ma' pajjiżi mhux membri u l-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, b'mod partikolari l-Kunsill ta' l-Ewropa (Eurimages u l-Osservatorju Ewropew tal-Mezzi Awdjoviżivi, hawn aktar 'il quddiem imsejjaħ ''l-Osservatorju'').

Artikolu 14

Monitoraġġ u evalwazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tassigura li l-azzjonijiet koperti f'din id-Direttiva jkunu soġġetti għal evalwazzjoni minn qabel, monitoraġġ u evalwazzjoni ex-post. Ir-riżultati tal-proċess ta' monitoraġġ u l-evalwazzjoni għandhom jiġu kunsidrati waqt l-implimentazzjoni tal-programm.

Il-Kummissjoni għandha tassigura li l-programm jiġi evalwat b'mod regolari, b'mod estern u b'mod indipendenti. Sabiex tevalwa effettivament il-programm il-Kummissjoni tista' tiġbor data sabiex tistħarreġ l-attivitajiet kollha appoġġati mill-programm. Din l-evalwazzjoni għandha tieħu in konsiderazzjoni l-arranġamenti tal-Kumitat għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 10 (2) (d).

Dan il-proċess ta' monitoraġġ għandu jinkludi t-tfassil tar-rapporti msemmija fil-paragrafi 2 (a) u (c) u attivitajiet speċifiċi.

2.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni:

(a)

rapport interim ta' evalwazzjoni dwar ir-riżultati u l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi ta' l-implimentazzjoni tal-programm sa mhux iżjed tard minn tliet snin wara l-bidu tal-programm;

(b)

komunikazzjoni dwar it-tkomplija tal-programm mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-programm;

(ċ)

rapport ta' evalwazzjoni ex-post dettaljat sal-31 ta' Diċembru 2015 li jkopri l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-programm, mat-tlestija ta' l-implimentazzjoni tiegħu.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika u tqassam permezz tal-Media Desks kull statistika u analiżi rilevanti.

3.   Rapporti prodotti skond paragrafu 2 (a) u (c) għandhom jidentifikaw l-valur addizzjonali tal-programm.

Artikolu 15

Dispożizzjonijiet Transitorji

Azzjonijiet mibdija qabel il-31 ta' Diċembru 2006 abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/821/KE (10) u tad-Deċiżjoni Nru 163/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) għandhom jiġu amministrati sa tmiemhom skond id-dispożizzjonijiet ta' dawk id-Deċiżjonijiet.

Il-Kumitat previst fl-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2000/821/KE u fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 163/2001/KE għandu jiġi sostitwit mill-Kumitat previst fl-Artikolu 11 ta' din id-Deċiżjoni.

KAPITOLU 6

INFORMAZZJONI DWAR IS-SETTUR AWDJOVIŻIV EWROPEW U L-PARTEĊIPAZZJONI FL-OSSERVATORJU EWROPEW TAL-MEZZI AWDJOVIŻIVI

Artikolu 16

Informazzjoni dwar is-settur awdjoviżiv Ewropew

L-Unjoni Ewropea għandha tikkontribwixxi għal żjieda fit-trasparenza u d-disseminazzjoni ta' l-informazzjoni dwar is-settur awdjoviżiv Ewropew.

Artikolu 17

Parteċipazzjoni fl-Osservatorju Ewropew tal-Mezzi Awdjoviżivi

Għall-fini ta' l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 16, l-Unjoni Ewropea għandha tkun membru ta' l-Osservatorju matul il-programm kollu.

Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta l-Unjoni Ewropea fir-relazzjonijiet tagħha ma' l-Osservatorju.

Artikolu 18

Kontribuzzjoni biex jintlaħqu l-objettivi tal-programm

Il-parteċipazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea fl-Osservatorju għandha tagħmel parti integrali minn dan il-programm u għandha tikkontribwixxi għat-twettiq ta' l-objettivi tiegħu:

(a)

billi tħeġġeġ it-trasparenza fis-suq permezz ta' komparabilità imtejba tad-data miġbura fil-pajjiżi differenti u tiżgura li l-operaturi għandhom aċċess għal statistika u informazzjoni finanzjarja u legali, speċjalment dwar l-Istati Membri li ngħaqdu ma' l-Unjoni Ewropea wara it-30 ta' April 2004, sabiex issaħħaħ l-abilità tas-settur awdjoviżiw Ewropew li jikkompeti u jiżviluppa;

(b)

billi tippermetti li l-programm jiġi immonitorjat b'mod aktar effettiv u tiffaċilita l-evalwazzjoni tiegħu.

Artikolu 19

Monitoraġġ u valutazzjoni

Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-parteċipazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea fl-Osservatorju għandhom jitwettqu fil-qafas tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm skond l-Artikolu 14.

KAPITOLU 7

DĦUL FIS-SEĦĦ

Artikolu 20

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2007.

Magħmul fi Stasburgu, nhar il-15 ta' Novembru 2006.

Ewropew Għall-Kunsill

Il-President

J. BORREL FONTELLES

Għall-Parlament

Il-President

P. LEHTOMÄKI


(1)  ĠU C 255, 14.10.2005, p. 39.

(2)  ĠU C 164, 5.7.2005, p. 76.

(3)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2005 (għada mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), u Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-24 ta' Lulju 2006 (ĠU C 251 E, 17.10.2006, p. 1) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2006 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Programmi li ġew stabbiliti bid-:

Deċiżjoni tal-Kunsill 90/685/KEE tal-21 ta' Diċembru 1990 dwar l-implimentazzjoni ta' programm ta' azzjoni għall-promozzjoni ta' l-iżvilupp ta' l-industrija awdjoviżiva Ewropea (MEDIA) (1991 sa 1995) (ĠU L 380, 31.12.1990, p. 37) (MEDIA I),

Deċiżjoni tal-Kunsill 95/563/KE ta' l-10 ta' Lulju 1995 dwar l-implimentazzjoni ta' programm li jinkoraġġixxi l-iżvilupp u d-distribuzzjoni ta' xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej (MEDIA II – Żvilupp u distribuzzjoni) (1996 sa 2000) (ĠU L 321, 30.12.1995, p. 25) u Deċiżjoni tal-Kunsill 95/564/KE tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar l-implimentazzjoni ta' programm ta' taħriġ għal professjonisti fl-industrija awdjoviżiva Ewropea (MEDIA II – taħriġ) (ĠU L 321, 30.12.1995, p. 33) (MEDIA II),

Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/821/KE ta' l-20 ta' Diċembru 2000 dwar l-implimentazzjoni ta' programm li jinkoraġġixxi l-iżvilupp, id-distribuzzjoni u l-promozzjoni ta' xogħlijiet awdjoviżwalii Ewropej (MEDIA Plus – Żvilupp, Distribuzzjoni u Promozzjoni) (2001-2005) (ĠU L 336, 30.12.2000, p. 82). Deċiżjoni kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 885/2004 (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 1) (MEDIA PLUS) u

Deċiżjoni Nru 163/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Jannar 2001 dwar l-implimentazzjoni ta' programm ta' taħriġ għall-professjonisti fl-industrija tal-programmi awdjoviżwali Ewropea (MEDIA-Taħriġ) (2001-2005) (ĠU L 26, 27.1.2001, p. 1.) Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 885/2004 (MEDIA-Taħriġ) rispettivament.

(5)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(6)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006).

(7)  ĠU L 298, 17.10.1989, p. 23.

(8)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(9)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

(10)  ĠU L 13, 17.1.2001, p. 82.

(11)  ĠU L 26, 27.1.2001, p. 1.


ANNESS

KAPITOLU 1

OBJETTIVI OPERATTIVI U AZZJONIJIET LI GĦANDHOM JIĠU IMPLIMENTATI

1.   Kisba u titjib ta' kompetenzi fil-qasam awdjoviżiv

1.1.   It-tisħiħ tal-kompetenzi tal-professjonisti awdjoviżivi Ewropej fl-oqsma ta' l-iżvilupp, il-produzzjoni, id-distribuzzjoni/id-disseminazzjoni u l-promozzjoni sabiex tittejjeb il-kwalità u l-potenzjal tax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej

1.1.1.   Teknika tal-kitba ta' l-iskripts

Objettiv operattiv

Li kittieba ta' skripts bl-esperjenza jkunu jistgħu jtejbu l-kapaċitajiet tagħhom sabiex jiżviluppaw teknika bbażata fuq metodi tradizzjonali u interattivi tal-kitba.

Azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati

L-appoġġ ta' l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-aġġornar ta' moduli ta' taħriġ li jidentifikaw l-udjenza taħt mira, l-editjar u l-iżvilupp ta' skripts għal udjenza internazzjonali, u r-relazzjoni bejn il-kittieb ta' l-iskript, l-editur ta' l-iskript, id-direttur, il-produttur u d-distributur, inter alia.

L-appoġġ tat-tagħlim b'distanza u t-tħeġġiġ ta' skambji u sħubiji li jassoċjaw lill-pajjiżi u r-reġjuni b'kapaċità ta' produzzjoni awdjoviżiva baxxa u/jew b'żona lingwistika jew ġeografika ristretta.

1.1.2.   Amministrazzjoni ekonomika, finanzjarja u kummerċjali tal-produzzjoni, tad-distribuzzjoni u tal-promozzjoni ta' xogħlijiet awdjoviżivi

Objettiv operattiv

L-iżvilupp ta' l-abbiltà tal-professjonisti li jifhmu u jintegraw id-dimensjoni Ewropea fl-oqsma ta' l-iżvilupp, tal-produzzjoni, tal-kummerċjalizzazzjoni, tad-distribuzzjoni/tad-disseminazzjoni u tal-promozzjoni ta' programmi awdjoviżivi.

Azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati

L-appoġġ ta' l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-aġġornar ta' moduli ta' taħriġ fl-amministrazzjoni, b'kont meħud tad-dimensjoni Ewropea.

L-appoġġ tat-tagħlim b'distanza u t-tħeġġiġ ta' skambji u sħubiji li jassoċjaw lill-pajjiżi u r-reġjuni b'kapaċità ta' produzzjoni awdjoviżiva baxxa u/jew b'żona lingwistika jew ġeografika ristretta.

1.1.3.   Inklużjoni minn qabel ta' teknoloġiji diġitali għall-produzzjoni, il-post-produzzjoni, id-distribuzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-arkivjar ta' programmi awdjoviżivi Ewropej

Objettiv operattiv

L-iżvilupp tal-kapaċità tal-professjonisti li jużaw it-teknoloġiji diġitali, b'mod partikolari fl-oqsma tal-produzzjoni, tal-post-produzzjoni, tad-distribuzzjoni, tal-kummerċjalizzazzjoni, ta' l-arkivjar u tal-multimedja.

Azzjoni li għandha tiġi implimentata

L-appoġġ ta' l-implimentazzjoni ta' l-iżvilupp u l-aġġornar ta' moduli ta' taħriġ fit-teknoloġiji awdjoviżivi diġitali.

L-appoġġ tat-tagħlim b'distanza u t-tħeġġiġ ta' skambji u sħubiji li jassoċjaw lill-pajjiżi u r-reġjuni b'kapaċità ta' produzzjoni awdjoviżiva baxxa u/jew b'żona lingwistika jew ġeografika ristretta.

1.2.   It-titjib tad-dimensjoni Ewropea ta' attivitajiet ta' taħriġ awdjoviżivi

1.2.1   L-appoġġ tan-networking u l-mobbiltà ta' professjonisti tat-taħriġ Ewropej, b'mod partikolari: Skejjel Ewropej tal-films, istituti tat-taħriġ, imsieħba tas-settur professjonali

Objettiv operattiv

It-tħeġġiġ ta' skambji u koperazzjoni regolari bejn istituzzjonijiet u/jew attivitajiet tat-taħriġ eżistenti.

Azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati

It-tħeġġiġ tal-benefiċjarji tal-programm sabiex jintensifikaw il-koordinazzjoni ta' l-attivitajiet ta' taħriġ tagħhom, b'mod partikolari dawk li jinvolvu taħriġ ulterjuri, sabiex jiġi żviluppat network Ewropew li jista' jirċievi appoġġ Komunitarju, b'mod partikolari għal kooperazzjoni li tinvolvi l-atturi, inkluż xandara televiżivi.

1.2.2.   Taħriġ għal trejners

Objettiv operattiv

Li jkun żgurat li t-trejners ikunu kompetenti.

Azzjoni li għandha tiġi implimentata

Kontribut għat-taħriġ ta' trejners, b'mod partikolari permezz tat-tagħlim b'distanza.

1.2.3.   L-appoġġ ta' l-iskejjel tal-films

Objettiv operattiv

It-tħeġġiġ tal-mobbiltà ta' studenti taċ-ċinema fl-Ewropa.

Azzjoni li għandha tiġi implimentata

It-tħeġġiġ tal-boroż ta' studju ta' mobbiltà marbuta ma' proġett ta' taħriġ.

it-tħeġġiġ ta' l-iżvilupp ta' talenti ġodda u ta' professjonisti permezz ta' l-istabbiliment ta' Premju Pier Paolo Pasolini għal Talent Ġdid.

1.2.4   Introduzzjoni ta' miżuri ta' koordinazzjoni u ta' promozzjoni mill-korpi appoġġjati taħt 1.2.1

Objettiv operattiv

Il-promozzjoni tal-koordinazzjoni u l-promozzjoni tal-proġetti sostnuti mill-programm.

Azzjoni li għandha tiġi implimentata

Kontribut għall-adozzjoni ta' azzjonijiet immirati ta' koordinazzjoni u ta' promozzjoni ta' l-attivitajiet ta' taħriġ appoġġati mill-programm.

1.2.5.   Permezz ta' boroż ta' studji speċjali, issir possibbli għall-professjonisti mill-Istati Membri li ngħaqdu ma' l-Unjoni Ewropea wara t-30 ta' April 2004 li jieħdu sehem fl-attivitajiet ta' taħriġ imniżżla fil-1.1 ta' dan l-Anness

Objettiv operattiv

Il-faċilitazzjoni tal-parteċipazzjoni minn professjonisti mill-Istati Membri li ngħaqdu ma' l-Unjoni Ewroepa wara t-30 ta' April 2004 fil-proġetti sostnuti mill-programm.

Azzjoni li għandha tiġi implimentata

Kontribut għall-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' għotjiet.

2.   Żvilupp

2.1   Appoġġ ta' l-iżvilupp ta' proġetti ta' produzzjoni maħsuba għas-suq Ewropew u Internazzjonali sottomessi minn kumpanniji tal-produzzjoni indipendenti, b'mod partikolari l-SMEs

Objettivi operattivi

L-appoġġ ta' l-iżvilupp ta' xogħlijiet Ewropej tat-tipi li ġejjin: drama, animazzjoni, dokumentarju u multimedja;

It-tħeġġiġ tal-kumpanniji biex jipproduċu xogħlijiet ta' kwalità b'potenzjal internazzjonali;

It-tħeġġiġ tal-kumpanniji biex jużaw teknoloġiji diġitali fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni sa mill-fażi ta' l-iżvilupp;

It-tħeġġiġ tal-kumpanniji biex joħolqu strateġiji għal wiri, kummerċjalizzazzjoni u dritt ta' distribuzzjoni internazzjonali sa mill-fażi ta' l-iżvilupp;

Ikun possibbli għal kumpanniji żgħar u ta' daqs medju li jkollhom aċċess għal appoġġ għall-iżvilupp u li jfasslu l-azzjonijiet biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom;

It-tisħiħ tal-kumplimentarità ma' l-azzjonijiet sostnuti minn MEDIA għat-titjib tal-kompetenzi tal-professjonijisti awdjoviżivi.

Azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati

L-appoġġ ta' l-iżvilupp ta' proġetti awdjoviżivi jew ta' katalgi ta' proġetti;

L-appoġġ tad-diġitazzjoni ta' xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej sa mill-fażi ta' l-iżvilupp.

2.2.   Appoġġ ta' l-elaborazzjoni ta' pjanijiet ta' finanzjament għal kumpanniji tal-produzzjoni u proġetti Ewropej, inkluż proġetti ta' koperazzjoni

Objettivi operattivi:

It-tħeġġiġ ta' l-elaborazzjoni ta' pjanijiet ta' finanzjament minn kumpanniji tal-produzzjoni għal xogħlijiet tat-tipi li ġejjin: drama, animazzjoni, dokumentarju u multimedja.

Bħala segwitu għall-azzjoni ta' tħejjija “Tkabbir u Awdjoviżiv: i2i Awdjoviżiv”, it-tħeġġiġ tar-riċerka għal imsieħba finanzjarji fil-livell Ewropew sabiex tinkiseb sinerġija bejn l-investituri pubbliċi u privati u l-ħolqien ta' strateġiji ta' distribuzzjoni sa mill-fażi tal-produzzjoni.

Azzjoni li għandha tiġi implimentata

L-appoġġ ta' l-ispejjeż indiretti ta' finanzjament privat ta' proġetti ta' produzzjoni u ta' ko-produzzoni ppreżentati minn SMEs (bħal per eżempju spejjeż finanzjarji, spejjeż ta' assigurazzjoni u tal-garanzija ta' tlestija).

L-appoġġ ta' l-aċċess mill-SMEs, b'mod speċjali kumpanniji tal-produzzjoni indipendenti, għal kumpanniji li jipprovdu servizzi finanzjarji attivi fit-tfassil ta' pjanijiet ta' investiment għall-iżvilupp u l-ko-produzzjoni ta' xogħlijiet awdjoviżivi b'potenzjal għal distribuzzjoni internazzjonali.

it-tħeġġiġ ta' intermedjarji finanzjarji biex jappoġġaw l-iżvilupp u l-ko-produzzjoni ta' xogħlijiet awdjoviżivi b'potenzjal għal distribuzzjoni internazzjonali.

L-appoġġ tal-koperazzjoni bejn l-aġenziji nazzjonali fis-settur awdjoviżiv.

3.   Distribuzzjoni u Disseminazzjoni

Objettiv operattiv orizzontali

It-tisħiħ tad-diversità lingwistika u kulturali ta' xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej distribwiti.

Azzjoni li għandha tiġi implimentata

L-appoġġ tad-doppjaġġ u ta' l-użu ta' sotto-titoli għad-distribuzzjoni u d-disseminazzjoni, permezz tal-mezzi disponibbli kollha, b'mod partikolari mezzi diġitali, ta' xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej għall-benefiċċju ta' produtturi, distributuri u xandara.

3.1.   Tisħiħ tad-distribuzzjoni Ewropea billi d-distributuri jiġu mħeġġa jinvestu fil-ko-produzzjoni, l-akkwist u l-promozzjoni ta' films Ewropej mhux nazzjonali u jistabbilixxu strateġiji koordinati ta' kummerċjalizzazzjoni

Objettiv operattiv Nru 1

It-tħeġġiġ tad-distributuri ċinematografiċi biex jinvestu fil-ko-produzzjoni, l-akkwist ta' drittijiet ta' sfruttament u l-promozzjoni ta' films Ewropej mhux nazzjonali.

Azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati

L-istabbiliment ta' sistema ta' appoġġ awtomatiku tad-distributuri Ewropej, b'mod proporzjonali mad-dħul fiċ-ċinemas għal films Ewropej mhux nazzjonali fl-Istati Membri li jkunu qed jieħdu sehem fil-programm, soġġetti għal limitu għal kull film u aġġustat għal kull pajjiż.

L-appoġġ iġġenerat b'dan il-mod jista' jintuża mid-distributuri għal investiment biss fi:

il-ko-produzzjoni ta' films Ewropej mhux nazzjonali;

l-akkwist tad-drittijiet ta' sfruttament ta' films Ewropej mhux nazzjonali;

l-editjar (l-ikkupjar, id-doppjaġġ u l-użu ta' sotto-titoli), il-promozzjoni u r-riklamar ta' films Ewropej mhux nazzjonali.

Objettiv operattiv Nru 2

It-tħeġġiġ tad-distributuri Ewropej sabiex jikooperaw bil-ħsieb li jadottaw strateġiji konġunti fis-suq Ewropew.

Azzjoni li għandha tiġi implimentata

L-istabbiliment ta' sistema ta' għajnuna selettiva għad-distribuzzjoni ta' films Ewropej mhux nazzjonali maħsuba għall-gruppi ta' distributuri Ewropej u li jiġu mogħtija għajnuna diretta fejn jeżistu fuq bażi permanenti.

Objettiv operattiv Nru 3

It-tħeġġiġ tal-kooperazzjoni bejn distributuri, produtturi u aġenti tal-bejgħ sabiex jiġu stabbiliti strateġiji ta' kummerċjalizzazzjoni internazzjonali għal films Ewropej sa mill-fażi tal-produzzjoni.

Azzjoni li għandha tiġi implimentata

L-istabbiliment ta' sistema ta' appoġġ għall-ħolqien ta' kitt promozzjonali għal xogħlijiet ċinematografiċi Ewropej (inkluż kopja bis-sotto-titoli, kolonna sonora internazzjonali – mużika u effetti – u materjal ta' promozzjoni).

Objettiv operattiv Nru 4

It-tħeġġiġ ta' l-aċċess għal finanzjament għal SMEs għad-distribuzzjoni u l-bejgħ internazzjonali ta' xogħlijiet Ewropej mhux nazzjonali.

Azzjoni li għandha tiġi implimentata

L-appoġġ ta' l-ispejjeż indiretti (bħal per eżempju spejjeż finanzjarji u ta' assigurazzjoni) marbuta mad-distribuzzjoni u/jew attivitajiet ta' bejgħ internazzjonali bħal: l-akkwist ta' katalgi ta' films Ewropej mhux nazzjonali, ir-riċerka għal swieq ġodda għal dawn il-films, u l-istabbiliment ta' gruppi permanenti ta' distributuri Ewropej.

3.2.   Titjib taċ-ċirkolazzjoni ta' films Ewropej mhux nazzjonali fuq is-suq Ewropew u dak internazzjonali permezz ta' miżuri ta' inċentivi għall-esportazzjoni, id-distribuzzjoni fuq kwalunkwe mezz u wiri fiċ-ċinemas

Objettiv operattiv Nru 1

It-tħeġġiġ tad-distributuri ċinematografiċi sabiex jinvestu fil-pubblikazzjoni u l-promozzjoni adatti ta' films Ewropej mhux nazzjonali.

Azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati

L-istabbiliment ta' sistema ta' appoġġ selettiv għal distributuri ċinematografiċi għall-promozzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' films Ewropej mhux nazzjonali. Il-kriterji ta' selezzjoni għall-films jistgħu jinkludu disposizzjonijiet bil-għan li jiddeferenzjaw bejn il-proġetti skond l-oriġini tagħhom u d-daqs tal-baġit tagħhom.

L-għoti ta' appoġġ speċjali ta' interess għall-iżvilupp ta' diversità kulturali u lingwistika Ewropea.

L-għoti ta' għajnuna għar-rilaxx ta' katalgu ta' xogħlijiet Ewropej mhux nazzjonali matul perijodu partikolari.

Objettiv operattiv Nru 2

It-tħeġġiġ tal-wiri ta' films Ewropej mhux nazzjonali fuq is-suq Ewropew, b'mod partikolari permezz ta' l-appoġġ tal-koordinazzjoni ta' network taċ-ċinemas.

Azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati

It-tħeġġiġ ta' sidien u operaturi taċ-ċinemas sabiex juru proporzjoni sinifikattiv ta' films Ewropej mhux nazzjonali fiċ-ċinemas għall-ewwel wiri għal perijodu definit minimu. L-appoġġ mogħti lil kull ċinema jiġi determinat skond l-ipprogrammar u b'kont meħud tan-numru ta' biljetti mibjugħa għal films Ewropej mhux nazzjonali matul perijodu ta' referenza.

Il-kontribut għall-iżvilupp ta' attivitajiet edukattivi u ta' tqajjim ta' kuxjenza għal persuni li jħobbu jmorru ċinema u li huma żgħar fl-età.

L-appoġġ tal-ħolqien u l-konsolidazzjoni ta' networks ta' sidien ta' ċinemas Ewropej li jkunu qed jiżviluppaw azzjonijiet komuni ta' dan it-tip.

Objettiv operattiv Nru 3

It-tħeġġiġ ta' bejgħ internazzjonali u esportazzjoni ta' films Ewropej, b'mod partikolari films Ewropej mhux nazzjonali fl-Ewropa.

Azzjoni li għandha tiġi implimentata

L-istabbiliment ta' sistema ta' appoġġ għal kumpanniji Ewropej li jkunu qed iqassmu films taċ-ċinema internazzjonalment (aġenti tal-bejgħ) skond il-prestazzjoni tagħhom fis-suq f'perijodu speċifiku. Dan l-appoġġ ser ikun irid jiġi investit fl-akkwist ta' films Ewropej mhux nazzjonali u l-promozzjoni tagħhom fuq is-suq Ewropew u dawk internazzjonali.

3.3.   Promozzjoni tax-xandir transnazzjonali ta' xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej prodotti minn kumpanniji tal-produzzjoni indipendenti permezz tat-tħeġġiġ ta' kooperazzjoni bejn ix-xandara min-naħa waħda, u produtturi u distributuri indipendenti min-naħa l-oħra.

Objettiv operattiv Nru 1

It-tħeġġiġ tax-xandir ta' xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej mhux nazzjonali minn kumpanniji tal-produzzjoni indipendenti.

Azzjoni li għandha tiġi implimentata

It-tħeġġiġ tal-produtturi indipendenti sabiex jipproduċu xogħlijiet (drama, dokumentarji u animazzjoni) li jkunu jinvolvu l-parteċipazzjoni ta' mill-inqas tliet xandara minn diversi Stati Membri. Il-kriterji ta' selezzjoni għall-benefiċjarji ser ikunu jinkludu disposizzjonijiet maħsuba biex jiddifferenzjaw bejn il-proġetti skond id-daqs tal-baġit tagħhom. L-għoti ta' appoġġ speċjali għal films ta' interess għat-titjib tad-diversità kulturali u lingwistika Ewropea u l-wirt awdjoviżiv ta' l-Ewropa.

Objettiv operattiv Nru 2

Il-faċilitazzjoni ta' l-aċċess għal finanzjament għal kumpanniji tal-produzzjoni indipendenti Ewropej.

Azzjoni li għandha tiġi implimentata

L-appoġġ ta' l-ispejjeż indiretti (bħal per eżempju spejjeż finanzjarji, spejjeż ta' l-assigurazzjoni u tal-garanzija ta' tlestija) marbuta mal-produzzjoni ta' xogħlijiet (drama, dokumentarji u animazzjoni) li jkunu jinvolvu l-parteċipazzjoni ta' mill-inqas tliet xandara minn diversi Stati Membri li jkunu jagħmlu parti minn żoni lingwistiċi differenti.

Objettiv operattiv Nru 3

It-tħeġġiġ tad-distribuzzjoni internazzjonali ta' programmi televiżivi Ewropej magħmula minn produtturi indipendenti. Id-distribuzzjoni ta' tali programmi ser tkun teħtieġ il-qbil tal-produttur indipendenti, li jeħtieġ jirċievi parti adegwata mill-qligħ mill-bejgħ.

Azzjoni li għandha tiġi implimentata

L-istabbiliment ta' sistema ta' appoġġ għal kumpanniji tad-distribuzzjoni internazzjonali Ewropej ta' xogħlijiet awdjoviżivi (distributuri internazzjonali) skond il-prestazzjoni tagħhom fuq is-suq matul perijodu partikolari. L-appoġġ iġġenerat b'dan il-mod irid jiġi investit mid-distributuri internazzjonali fl-akkwist u l-promozzjoni ta' xogħlijiet Ewropej ġodda fis-suq Ewropew u dawk internazzjonali.

3.4.   Tħeġġiġ tad-diġitazzjoni ta' xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej

Objettiv operattiv Nru 1

It-titjib tad-distribuzzjoni ta' xogħlijiet Ewropej mhux nazzjonali fuq mezz diġitali għal użu privat (DVD), b'mod partikolari permezz tat-tħeġġiġ tal-pubblikaturi biex jikooperaw fuq il-ħolqien ta' verżjonijiet oriġinali f'diversi lingwi fuq skala Ewropea.

It-tħeġġiġ ta' l-użu ta' teknoloġiji diġitali f'xogħlijiet Ewropej (il-ħolqien ta' verżjonijiet oriġinali diġitali li jistgħu jintużaw mid-distributuri Ewropej kollha).

It-tħeġġiġ tal-pubblikaturi b'mod partikolari sabiex jinvestu f'promozzjoni u distribuzzjoni adatti ta' xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej mhux nazzjonali.

L-appoġġ ta' l-aspett ta' l-użu ta' diversi lingwi f'xogħlijiet Ewropej (dopjaġġ, l-użu ta' sotto-titoli u produzzjoni f'lingwi differenti).

Azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati

L-istabbiliment ta' sistema ta' appoġġ awtomatiku għal pubblikaturi ta' xogħlijiet ċinematografiċi u ċinematografiċi Ewropej fuq mezzi maħsuba għall-użu privat (bħal DVD, DVD-Rom) skond il-prestazzjoni tagħhom fis-suq matul perijodu partikolari. L-appoġġ iġġenerat b'dan il-mod jiġi investit mill-edituri fil-pubblikazzjoni u d-distribuzzjoni ta' xogħlijiet Ewropej mhux nazzjonali f'mezzi diġitali.

L-appoġġ tad-diġitazzjoni tal-kontenut għal distribuzzjoni.

Objettiv operattiv Nru 2

It-tħeġġiġ tal-provvista ta' xogħlijiet Ewropej mhux nazzjonali għad-distribuzzjoni on-line permezz ta' servizzi avvanzati tad-distribuzzjoni u mezzi ġodda (Internet, video-on-demand, pay-per-view), filwaqt li tiġi żviluppata teknika sabiex jiġu protetti xogħlijiet online fil-ġlieda kontra l-piraterija.

It-tħeġġiġ ta' l-industrija tal-programmi awdjoviżivi Ewropea sabiex tadatta għall-iżviluppi fit-teknoloġija diġitali, b'mod partikolari fir-rigward tas-servizzi avvanzati ta' distribuzzjoni on-line.

Azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati

It-tħeġġiġ tal-kumpanniji Ewropej (fornituri ta' aċċess on-line, stazzjonijiet ta' interess speċjali, eċċ.) – permezz ta' miżuri għad-diġitazzjoni ta' xogħlijiet u l-ħolqien ta' materjal ta' promozzjoni u ta' pubbliċità fuq mezz diġitali – biex joħolqu katalgi ta' xogħlijiet Ewropej f'format diġitali maħsub għall-użu fuq il-mezzi l-ġodda.

Il-promozzjoni ta' servizzi diġitali emerġenti li jġorru katalgi Ewropej.

3.5.   Tħeġġiġ taċ-ċinemas li juru persentaġġ sinifikattiv ta' xogħlijiet Ewropej mhux nazzjonali sabiex jisfruttaw il-possibbiltajiet offruti minn distribuzzjoni diġitali

Objettiv operattiv

It-tħeġġiġ taċ-ċinemas sabiex jinvestu f'tagħmir diġitali, billi jiġi faċilitat l-aċċess għal kreditu mis-sidien taċ-ċinemas.

Azzjoni li għandha tiġi implimentata

L-appoġġ ta' l-ispejjeż indiretti (bħal per eżempju spejjeż finanzjarji u assigurazzjoni) magħmula mis-sidien u l-operaturi taċ-ċinemas għal investiment f'tagħmir diġitali.

4.   Promozzjoni

4.1.   Titjib taċ-ċirkolazzjoni ta' xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej billi jiġi żgurat li s-settur awdjoviżiv Ewropew ikollu aċċess għas-swieq awdjoviżivi professjonali Ewropej u dawk internazzjonali

Objettiv operattiv Nru 1

It-titjib tal-kondizzjonijiet ta' aċċess għall-professjonisti għal avvenimenti kummerċjali u għas-swieq awdjoviżivi professjonali fl-Ewropa u barra l-Ewropa.

Azzjoni li għandha tiġi implimentata

Il-proviżjoni ta' assistenza teknika u finanzjarja b'konnessjoni ma' avvenimenti bħal:

is-swieq taċ-ċinema Ewropej u internazzjonali prinċipali;

is-swieq tat-televiżjoni Ewropej u internazzjonali prinċipali;

swieq tematiċi, b'mod partikolari għal cartoons, dokumentarji, multimedja u teknoloġiji ġodda.

Objettiv operattiv Nru 2 u Azzjoni li għandha tiġi implimentata

It-tħeġġiġ u l-appoġġ tal-kostituzzjoni ta' katalgi Ewropej u l-istabbiliment ta' databases ta' katalogi ta' programmi Ewropej maħsuba għall-professjonisti.

Objettiv operattiv Nru 3

It-tħeġġiġ ta' l-appoġġ għall-promozzjoni mill-fażi ta' pre-produzzjoni jew il-fażi tal-produzzjoni.

Azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati

L-appoġġ ta' l-organizzazzjoni ta' forums għall-iżvilupp, il-finanzjament, il-ko-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' xogħlijiet u programmi Ewropej (jew prinċipalment Ewropej).

L-istabbiliment u t-tnedija ta' kampanji ta' kummerċjalizzazzjoni u ta' promozzjoni tal-bejgħ għal programmi ċinematografiċi u awdjoviżivi Ewropej matul il-fażi tal-produzzjoni

4.2.   Titjib ta' l-aċċess għal xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej għall-pubbliku Ewropew u dak internazzjonali

Objettivi operattivi u azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati

It-tħeġġiġ u l-appoġġ ta' festivals awdjoviżivi biex tintwera maġġoranza ta' xogħlijiet Ewropej jew proporzjoni sinifikattiv minnhom.

L-għoti ta' prijorità u l-appoġġ ta' festivals li jikkontribwixxu għall-promozzjoni ta' xogħlijiet mill-Istati Membri jew ta' reġjuni b'kapaċità ta' produzzjoni awdjoviżiva baxxa u ta' xogħlijiet prodotti minn Ewropej żgħażagħ, u t-tisħiħ tad-diversità kulturali u lingwistika kif ukoll id-djalogu interkulturali;

It-tħeġġiġ u l-appoġġ ta' inizjattivi għal edukazzjoni dwar l-immaġni organizzati permezz ta' festival għaż-żgħażagħ, b'mod partikolari f'koperazzjoni mill-qrib ma' l-iskejjel u istituzzjonijiet oħra.

It-tħeġġiġ u l-appoġġ ta' inizjattivi minn professjonisti, b'mod partikolari minn sidien taċ-ċinemas, stazzjonijiet tat-televiżjoni pubbliċi jew kummerċjali, festivals u istituzzjonijiet kulturali li għandhom il-għan li, f'koperazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea, jorganizzaw attivitajiet promozzjonali għall-pubbliku ġenerali għall-kreazzjoni ċinematografika u awdjoviżiva Ewropea.

It-tħeġġiġ u l-appoġġ ta' l-organizzazzjoni ta' avvenimenti koperti b'mod wisa' mill-mezzi ta' komunikazzjoni bħall-għoti ta' premjijiet u Jiem taċ-Ċinema Ewropej.

4.3.   Tħeġġiġ ta' azzjonijiet komuni bejn organizzazzjonijiet nazzjonali ta' promozzjoni tal-films u ta' programmi awdjoviżivi

Objettiv operattiv:

It-tħeġġiġ ta' networking u koordinazzjoni ta' azzjonijiet komuni u proġetti Ewropej.

Azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati

L-appoġġ tal-ħolqien ta' pjattaformi Ewropej ta' promozzjoni.

L-appoġġ ta' gruppi u organizzazzjonijiet umbrella Ewropej għal promozzjoni nazzjonali u/jew reġjonali fuq is-swieq Ewropej u dawk dinjin.

L-appoġġ tan-networking ta' festivals, b'mod partikolari l-iskambju ta' programmar u ta' ħila.

L-appoġġ ta' gruppi ta' proġetti li jkollhom skopijiet identiċi, simili u/jew komplementari.

L-appoġġ ta' l-istabbiliment ta' networks ta' databases u katalgi.

4.4.   Tħeġġiġ tal-promozzjoni ta u aċċess għall-wirt ċinematografiku u awdjoviżiv ta'l-Ewropa

Objettiv operattiv u Azzjoni li għandha tiġi implimentata

It-tħeġġiġ u l-appoġġ ta' l-organizzazzjoni ta' avvenimenti, b'mod partikolari dawk li jimmiraw lejn iż-żgħażagħ, biex jiġi promoss il-wirt ċinematografiku u awdjoviżiv ta' l-Ewropa.

5.   Proġetti pilota

Objettiv operattiv

L-iżgurar tal-fatt li l-programm jadatta għal żviluppi tas-suq, prinċiplament b'konnessjoni ma' l-introduzzjoni u l-użu tat-teknoloġiji ta' l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni.

Azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati

L-appoġġ ta' proġetti pilota f'oqsma kkunsidrati bħala li hemm ċans sew li jiġu influwenzati mill-introduzzjoni u l-użu ta' teknoloġiji ġodda ta' l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni.

Id-disseminazzjoni fuq firxa wiesgħa tar-riżultati ta' proġetti pilota permezz ta' l-organizzazzjoni ta' konferenzi jew ta' avvenimenti on-lineoff-line sabiex tiġi mħeġġa d-disseminazzjoni ta' prattika tajba.

KAPITOLU 2

ARRANĠAMENTI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI

1.   Appoġġ Komunitarju

1.1   Il-sehem tal-kontribuzzjoni Komunitarja fl-ispejjeż tal-ħidmiet appoġġjati

Il-kontribuzzjoni finanzjarja minn MEDIA ma tistax taqbeż il-50 % ta' l-ispejjeż tal-ħidmiet appoġġjati, ħlief fil-każijiet li ġejjin.

(a)

għal attivitajiet ta' taħriġ f'pajjiżi jew f'reġjuni b'kapaċità ta' produzzjoni awdjoviżiva baxxa u/jew b'żona ġeografika jew lingwistika ristretta;

(b)

għal proġetti sottomessi taħt il-linji ta' żvilupp, distribuzzjoni/disseminazzjoni u promozzjoni li għandhom il-mertu li jenfasizzaw il-valur tad-diversità lingwistika u kulturali Ewropea;

(ċ)

għal azzjonijiet, fost dawk deskritti fil-punt 3 tal-Kapitolu I ta' dan l-Anness (distribuzzjoni u disseminazzjoni), identifikati bħala li huma konformi mal-proċedura mniżżla fl-Artikolu 11(2).

Il-kontribuzzjoni finanzjarja minn MEDIA tista' tkun sa 75 % ta' l-ispejjeż ta' ħidmiet appoġġati għal attivitajiet ta' taħriġ fl-Istati Membri li ngħaqdu ma' l-Unjoni Ewropea wara t-30 ta' April 2004. L-attenzjoni ser titqiegħed fuq din id-dispożizzjoni matul il-valutazzjoni ta' nofs it-term tal-programm.

1.2.   Arranġamenti għal appoġġ Komunitarju

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-programm ikun aċċessibbli u huwa implimentat b'mod trasparenti.

L-appoġġ Komunitarju huwa fil-forma ta' għotjiet jew ta' boroż ta' studju.

Fis-settur tat-taħriġ, kull sena ammont xieraq mill-fondi disponibbli għandu kemm jista' jkun jiġu allokat għal attivitajiet ġodda.

1.3.   Għażla tal-proġetti

id-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni u l-Anness tagħha;

id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u r-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002.

1.4.   Lista tar-riżorsi

Il-fondi disponibbli ser jitqassmu skond il-linji gwida li ġejjin:

Akkwist u titjib ta' kompetenzi

madwar 7 %

Żvilupp

mill-inqas 20 %

Distribuzzjoni

mill-inqas 55 %

Promozzjoni

madwar 9 %

Proġetti pilota

madwar 4 %

Kwistjonijiet orizzontali

mill-inqas 5 %.

Dawn il-persentaġġi huma indikattivi u soġġetti għal bidla skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11 (2).

Sabiex tkun assikurata l-effiċjenza globali u l-implimentazzjoni adegwata ta' l-objettivi tal-programm, kif imniżżel fl-Artikolu 1, l-azzjonijiet Komunitarji għandhom jikkonċentraw fuq l-iżvilupp ta' l-azzjonijiet imwettqa taħt il-programmi preċedenti ċitati fil-Premessa (7).

L-azzjonijiet kollha għandhom jiġu riveduti fuq bażi annwali skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 10 (2), sabiex il-Komunità tkun tista' tirreaġixxi għall-ħtiġijiet u l-iżvilupp tas-settur.

Sabiex ikunu assikurati l-objettivi kulturali u industrijali globali tal-programm id-deċiżjoni dwar it-tqassim annwali tal-pakkett finanzjarju għandha tkun ibbażata fuq monitoraġġ kontinwu ta' l-effettività tal-linji ta' azzjoni fil-programm.

2.   Komunikazzjoni

2.1.   Il-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tista' torganizza seminars, simposja jew laqgħat sabiex tgħin l-implimentazzjoni tal-programm u tista' tistitwixxi kwalunkwe miżura ta' informazzjoni, pubblikazzjoni u disseminazzjoni adatta, b'mod partikolari b'konnessjoni mal-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-programm. Attivitajiet bħal dawn jistgħu jkunu ffinanzjati permezz ta' għotjiet jew sejħiet għal offerti jew jistgħu jiġu organizzati u ffinanzjati direttament mill-Kummissjoni.

2.2.   MEDIA desks u antenni ta' MEDIA

network

(a)

l-informazzjoni tal-professjonisti fis-settur awdjoviżiv dwar id-diversi tipi ta' għajnuna disponibbli taħt il-politika ta' l-Unjoni Ewropea;

(b)

il-pubbliċità u l-promozzjoni tal-programm;

(ċ)

it-tħeġġiġ ta' l-akbar parteċipazzjoni possibbli minn professjonisti fl-attivitajiet tal-programm;

(d)

l-għajnuna lill-professjonisti sabiex jippreżentaw il-proġetti tagħhom bi tweġieba għal sejħiet għal proposti;

(e)

it-tħeġġiġ ta' kooperazzjonijiet trans-konfini bejn professjonisti, istituzzjonijiet u networks;

(f)

l-appoġġ lill-Kummissjoni fil-ħidma flimkien mad-diversi korpi ta' appoġġ fl-Istati Membri sabiex ikun żgurat li l-attivitajiet tal-programm jikkumplimentaw miżuri ta' appoġġ nazzjonali;

(g)

it-tqegħid tad-data fuq is-swieq awdjoviżivi nazzjonali għad-dispożizzjoni ta' partijiet interessati.

3.   Informazzjoni dwar is-suq awdjoviżiv Ewropew u l-parteċipazzjoni fl-Osservatorju u l-kooperazzjoni possibli mal-fond ta' appoġġ ta' l-Eurimages tal-Kunsill ta' l-Ewropa.

Il-programm jipprovdi l-bażi legali għan-nefqa meħtieġa għall-monitoraġġ ta' miżuri Komunitarji ta' politika awdjoviżiva.

Hu jipprevedi li l-Unjoni Ewropea tkompli tieħu sehem fl-Osservatorju. Dan jiffaċilita l-aċċess għal informazzjoni għall-operaturi u d-disseminazzjoni fis-settur. Dan jikkontribwixxi wkoll għal trasparenza akbar fil-proċess ta' produzzjoni. Bl-istess mod il-programm jista' jagħmilha possibbli għall-Unjoni Ewropea sabiex tesplora possibbiltajiet għal koperazzjoni mhux finanzjarja mal-Fond ta' Appoġġ ta' l-Eurimages, bil-ħsieb tal-promozzjoni tal-kompetittività tas-settur awdjoviżiv Ewropew fis-suq internazzjonali.

4.   Kompiti ta' amministrazzjoni

L-allokazzjoni finanzjarja tal-programm tista' tkopri wkoll l-ispejjeż li għandhom x'jaqsmu ma' attivitajiet ta' tħejjija, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' verifika u ta' valutazzjoni, meħtieġa direttament għall-amministrazzjoni u t-twettiq ta' l-objettivi tal-programm, b'mod partikolari, studji, laqgħat, azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' pubblikazzjoni, spejjeż marbuta ma' networks informatiċi li jiffukaw fuq l-iskambju ta' informazzjoni, flimkien man-nefqa l-oħra kollha ta' assistenza amministrattiva u teknika li l-Kummissjoni tista' tagħmel użu minnha għall-amministrazzjoni tal-programm. Esperti mill-grupp konsultattivi tekniċi, jew proċeduri oħra ta' għażla u valutazzjoni, jistgħu jkunu remunerati debitament.

Fl-implimentazzjoni tal-Programm, il-Kummissjoni għandha tiżgura konformità ma' l-objettivi u l-prijoritajiet imniżżla fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni u tiżgura li l-parteċipazzjoni ta' professjonisti fil-programm tirrifletti d-diversità kulturali Ewropea b'mod bilanċjat.

5.   Kontrolli u verifiki

Għall-proġetti magħżula skond il-proċedura deskritta fl-Artikolu 9, għandha tiġi stabbilita sistema ta' verifika b'mod saltwarju.

Kwalunkwe benefiċjarju ta' għotja għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, għal perijodu ta' ħames snin wara l-ħlas finali, id-dokumenti ta' appoġġ kollha ta' l-ispejjeż magħmula. Il-benefiċjarji għandhom jiżguraw li, jekk ikun il-każ, kwalunkwe dokumenti ta' appoġġ fil-pussess ta' imsieħba jew ta' membri jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni, direttament permezz tal-persunal tagħha jew permezz ta' kwalunkwe aġenzija oħra esterna u kwalifikata ta' l-għażla tagħha, għandha d-dritt li twettaq verifika fuq l-użu ta' l-għotja. Dawn il-verifiki jistgħu jitwettqu matul il-perijodu kollu tal-kuntratt u għal perjodu ta' ħames snin mid-data tal-ħlas tal-bilanċ ta' l-għotja. Ir-riżultat ta' dawn il-verifiki jista' jwassal għal deċiżjoni mill-Kummissjoni li tirkupra l-fondi.

Il-persunal tal-Kummissjoni u persuni esterni awtorizzati mill-Kummissjoni għandu jkollhom aċċess adegwat, b'mod partikolari għall-uffiċċji tal-benefiċjarju u għall-informazzjoni kollha meħtieġa, inkluż dik f'forma elettronika, sabiex twettaq il-verifiki sew.

Il-Qorti ta' l-Awdituri u l-Uffiċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) għandu jkollhom l-istess drittijiet, b'mod speċjali ta' aċċess, bħall-Kummissjoni.

Barra minn hekk, sabiex tħares l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra frodi u irregolaritajiet oħra, il-Kummissjoni hija awtorizzata twettaq kontrolli u verifiki in situ taħt il-programm attwali, b'mod konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (1) Jekk ikun meħtieġ, għandhom jitwettqu investigazzjonijiet mill-Uffiċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) u għandhom ikunu regolati mir-Regolament (KE) 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) (2).


(1)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(2)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.