1.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

496


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUPT/2/2006

tat-12 ta’ Diċembru 2006

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Grupp ta' Ppjanar ta' l-UE (EUPT Kosovo) fir-rigward ta' operazzjoni eventwalment possibbli ta' l-UE għall-immaniġġar ta' kriżi fil-qasam ta' l-istat tad-dritt u f'oqsma f'oħra possibbli fil-Kosovo

(2006/980/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 25 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2006/304/PESK ta' l-10 ta' April 2006 dwar l-istabbiliment ta' Grupp ta' Ppjanar ta' l-UE (EUPT Kosovo) fir-rigward ta' operazzjoni eventwalment possibbli ta' l-UE għall-immaniġġar ta' kriżi fil-qasam ta' l-istat tad-dritt u f'oqsma f'oħra possibbli fil-Kosovo (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 6 ta' l-Azzjoni Konġunta 2006/304/PESK jipprovdi sabiex il-Kunsill ikun jista' jawtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà jieħu d-deċiżjonijiet relevanti skond l-Artikolu 25 tat-Trattat, inkluża d-deċiżjoni, fuq proposta mis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli, li jaħtar Kap tal-Grupp ta' Ppjanar ta' l-UE (EUPT Kosovo).

(2)

Fit-2 ta' Mejju 2006, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà adotta d-Deċiżjoni EUPT/Kosovo/1/2006 li taħtar lis-Sur Casper Klynge bħala Kap tal-Grupp ta' Ppjanar ta' l-UE (EUPT Kosovo) (2).

(3)

Dik id-Deċiżjoni tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2006.

(4)

Fil-11 ta' Diċembru 2006, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2006/918/PESK li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2006/304/PESK sal-31 ta' Mejju 2007.

(5)

Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli ppropona l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Casper Klynge bħala Kap tal-Grupp ta' Ppjanar ta' l-UE (EUPT Kosovo) sal-31 ta' Mejju 2007.

(6)

Għaldaqstant, il-mandat tal-Kap tal-Grupp ta' Ppjanar ta' l-UE (EUPT Kosovo) għandu jiġi estiż sal-31 ta' Mejju 2007,

IDDECIEDA KIF GEJ:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Casper Klynge bħala Kap tal-Grupp ta' Ppjanar ta' l-UE (EUPT Kosovo) fir-rigward ta' operazzjoni eventwalment possibbli ta' l-UE għall-immaniġġar ta' kriżi fil-qasam ta' l-istat tad-dritt u f'oqsma oħra possibbli fil-Kosovo huwa b'dan estiż sal-31 ta' Mejju 2007.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tibda jkollha effett fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika sal-31 ta’ Mejju 2007.

Magħmul fi Brussel, 12 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

T. TANNER


(1)  ĠU L 112, 26.4.2006, p. 19. Azzjoni Konġunta kif emendata mill-Azzjoni Konġunta 2006/918/PESK (ĠU L 349, 12.12.2006, p. 57).

(2)  ĠU L 130, 18.5.2006, p. 42.