29.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
46 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-18 ta' Diċembru 2006
dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, ta' emenda tal-Konvenżjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali
(2006/957/KE)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2), u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Il-Konvenzjoni NU/KEE dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (il-Konvenzjoni ta' Aarhus) timmira li tagħti d-drittijiet pubbliċi u timponi fuq il-Partijiet u l-awtoritajiet pubbliċi obbligi dwar l-aċċess għall-informazzjoni u l-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali. |
(2) |
Il-Komunità Ewropea, skond it-Trattat, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu, għandha kompetenza, flimkien ma' l-Istati Membri tagħha, sabiex tidħol fi ftehim internazzjonali li jikkontribwixxu għat-twettiq ta' l-objettivi elenkati fl-Artikolu 174(1) tat-Trattat u li timplementa l-obbligi li jirriżultaw. |
(3) |
Il-Komunità ffirmat il-Konvenzjoni ta' Aarhus fil-25 ta' Ġunju 1998. Il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ fit-30 ta' Ottubru 2001. Il-Komunità approvat il-Konvenzjoni fis-17 ta' Frar 2005, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE (1). |
(4) |
It-tieni laqgħa tal-Partijiet, imlaqqa' f'27 ta' Mejju 2005, adottat emenda għall-Konvenzjoni ta' Aarhus sabiex l-obbligi imposti fuq il-Partijiet isiru iktar speċifiċi fir-rigward tal-parteċipazzjoni pubblika fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-organiżmi modifikati ġenetikament (OMĠ). Il-liġi relevanti tal-Komunità li tirregola l-OMĠ, u b'mod partikolari d-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament (2) u r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikati ġenetikament (3), tinkorpora dispożizzjonijiet għall-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-OMĠ, f'konsistenza ma' l-emenda tal-Konvenzjoni ta' Aarhus. |
(5) |
L-emenda għall-Konvenzjoni ta' Aarhus infetħet għar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni mill-Partijiet mis-27 ta' Settembru 2005. Il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jippermettu d-depożitar, kemm jista' jkun simultanjament, ta' l-istrumenti tagħhom ta' ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni. |
(6) |
L-emenda għall-Konvenzjoni ta' Aarhus għandha tiġi approvata, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-emenda għall-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-organiżmi modifikati ġenetikament hija b'dan approvata f'isem il-Komunità.
It-test ta' l-emenda għall-Konvenzjoni ta' Aarhus huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
1. B'dan, il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiddepożitaw l-istrument ta' approvazzjoni ta' l-emenda mas-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, skond l-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni ta' Aarhus.
2. Il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri li huma Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Aarhus għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jiddepożitaw malajr kemm jista' jkun, u mhux aktar tard mill-1 ta' Frar 2008, l-istrumenti tagħhom ta' ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni ta' l-emenda.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussel, 18 ta' Diċembru 2006
Għall-Kunsill
Il-President
J.-E. ENESTAM
(1) ĠU L 124, 17.5.2005, p. 1.
(2) ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24).
ANNESS
Emenda lill-konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali
Artikolu 6, paragrafu 11
Għat-test eżistenti, ibdel:
“11. Mingħajr preġudizzju għall-artikolu 3, paragrafu 5, id-dispożizzjonijiet ta' dan l-artikolu m'għandhomx japplikaw għad-deċiżjonijiet rigward jekk ikunx permess ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent u t-tqegħid fis-suq ta' organiżmi modifikati ġenetikament.”.
Artikolu 6 bis
Wara l-artikolu 6, daħħal artikolu ġdid li jaqra:
“Artikolu 6 bis
Il-parteċipazzjoni pubblika fid-deċiżjonijiet dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent u t-tqegħid fis-suq ta' organiżmi modifikati ġenetikament
1. Skond il-modalitajiet stabbiliti fl-anness I bis, kull Parti għandha tipprovdi għall-informazzjoni effikaċi u minn kmieni u l-parteċipazzjoni pubblika qabel tieħu deċiżjonijiet rigward jekk ikunx permess ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent u t-tqegħid fis-suq ta' organiżmi modifikati ġenetikament.
2. Ir-rekwiżiti magħmula mill-Partijiet skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-artikolu għandhom ikunu komplementari u ta' appoġġ reċiproku għad-dispożizzjonijiet tal-qafas nazzjonali tagħhom dwar il-bijosikurezza, b'mod konsistenti ma' l-objettivi tal-Protokoll ta' Kartaġena dwar il-Bijosikurezza.”.
Anness I bis
Wara l-anness I, daħħal anness ġdid li jaqra:
“Anness I bis
Modalitajiet imsemmija fl-artikolu 6 bis
1. |
Kull Parti għandha tistipola, fil-qafas regolatorju tagħha, arranġamenti għal informazzjoni effikaċi u l-parteċipazzjoni pubblika għad-deċiżjonijiet suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' l-artikolu 6 bis, li għandhom jinkludu perijodu ta' żmien raġonevoli, sabiex il-pubbliku jingħata opportunità xierqa sabiex jesprimi opinjoni dwar tali deċiżjonijiet proposti. |
2. |
Jekk ikun xieraq, Parti tista' tipprovdi, fil-qafas regolatorju tagħha, għal eċċezzjonijiet fil-proċedura tal-parteċipazzjoni pubblika stabbilita f'dan l-anness:
|
3. |
Mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni applikabbli dwar il-kunfidenzjalità skond id-dispożizzjonijiet ta' l-artikolu 4, kull Parti għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku, b'mod adegwat, fil-ħin u effikaċi, sommarju tan-notifiki introdotti sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni għar-rilaxx intenzjonat fl-ambjent jew għat-tqegħid fis-suq ta' OĠM fit-territorju tagħha, kif ukoll ir-rapport ta' valutazzjoni, fejn disponibbli, u skond il-qafas nazzjonali tagħha dwar il-bijosikurezza. |
4. |
Fl-ebda każ il-Partijiet m'għandhom jikkunsidraw l-informazzjoni li ġejja bħala kunfidenzjali:
|
5. |
Kull Parti għandha tiżgura trasparenza fil-proċeduri tat-teħid ta' deċiżjonijiet u tipprovdi aċċess għall-informazzjoni proċedurali relevanti lill-pubbliku. Din l-informazzjoni għandha tinkludi, per eżempju:
|
6. |
Id-dispożizzjonijiet magħmula skond il-paragrafu 1 għandhom jippermettu lill-pubbliku jressaq kwalunkwe kumment, analiżi jew opinjoni li jikkunsidra relevanti għar-rilaxx intenzjonat propost, inkluż it-tqegħid fis-suq, bi kwalunkwe mod xieraq. |
7. |
Kull Parti għandha tagħmel ħilitha sabiex tiżgura li, meta jittieħdu deċiżjonijiet dwar jekk għandux ikun permess ir-rilaxx intenzjonat ta' OĠM fl-ambjent, inkluż it-tqegħid fis-suq, ir-riżultati tal-proċedura tal-parteċipazzjoni pubblika organizzata skond il-paragrafu 1 ikunu kkunsidrati kif dovut. |
8. |
Il-Partijiet għandhom jipprovdu li meta tittieħed deċiżjoni suġġetta għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-anness minn awtorità pubblika, it-test tad-deċiżjoni għandu jsir disponibbli għall-pubbliku flimkien mar-raġunijiet u l-kunsiderazzjonijiet li fuqhom kienet ibbażata.”. |