5.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

821


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Diċembru 2006

li temenda d-Deċiżjoni 2001/881/KE dwar il-lista ta' stazzjonijiet ta' l-ispezzjoni fil-fruntiera fid-dawl ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 6454)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/926/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 56 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/881/KE tas-7 ta’ Diċembru 2001 li tfassal lista ta’ stazzjonijiet ta’ l-ispezzjoni fil-fruntiera miftehma għal kontrolli veterinarji fuq annimali u prodotti ta' l-annimali minn pajjiżi terzi u li taġġorna r-regoli dettaljati dwar il-kontrolli li għandhom iseħħu minn esperti tal-Kummissjoni (1) tistipula lista ta’ stazzjonijiet ta' l-ispezzjoni fil-fruntiera għal kontrolli veterinarji fuq annimali ħajjin u prodotti ta’ l-annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni (“lista ta’ stazzjonijiet ta’ l-ispezzjoni fil-fruntiera”).

(2)

L-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-1 ta' Jannar 2007 se twassal għal ċaqliq u tibdil sinifikanti fil-fruntieri tal-Kommunità ma' pajjiżi terzi ġirien.

(3)

Wara l-adeżjoni ta’ dawn iż-żewġ pajjiżi, l-Ungerija mhux se tibqa’ l-art fil-fruntiera fix-xlokk tal-Komunità u l-istazzjon eżistenti ta' l-ispezzjoni fil-fruntiera ta’ l-art u l-punt f'Nagylak fil-fruntiera ta' l-Ungerija u r-Rumanija fejn jiddaħlu annimali ħajjin se jitlef il-funzjoni tiegħu. Għaldaqstant, il-post għandu jitneħħa mil-lista ta' stazzjonijiet ta' l-ispezzjoni fil-fruntiera. Din it-tneħħija kienet attwata fil-pakkett ta’ adattamenti tekniċi legali neċessarju b’riżultat tat-tkabbir.

(4)

B’żieda ma' dan, il-fruntiera Griega mal-Bulgarija mhux se tibqa’ titqies bħala fruntiera ma’ pajjiż terz, u l-istazzjon eżistenti ta’ l-ispezzjoni fil-fruntiera ta’ l-art fuq din il-fruntiera f'Ormenion u fi Promochonas se jitilfu l-funzjoni tagħhom. Għaldaqstant, dawn għandhom jitneħħew mil-lista ta' stazzjonijiet ta' l-ispezzjoni fil-fruntiera. Din it-tneħħija kienet ukoll attwata fil-pakkett ta’ adattamenti tekniċi legali neċessarju b’riżultat tat-tkabbir.

(5)

Il-lokalitajiet kollha ġodda proposti fil-Bulgarija u r-Rumanija, imressqa bħala stazzjonijiet ta' l-ispezzjoni fil-fruntiera ma' pajjiżi terzi, ġew ispezzjonati mill-Uffiċju Alimentari u Veterinarju tal-Kummissjoni li rrakkomanda li dawk li tlestew b'mod sodisfaċenti għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni. Għaldaqstant, dawn il-lokalitajiet għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ stazzjonijiet ta’ l-ispezzjoni fil-fruntiera.

(6)

Id-Deċiżjoni 2001/881/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(7)

Il-miżuri preveduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2001/881/KE huwa emendat skond l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika suġġetta għal u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, 13 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 326, 11.12.2001, p. 44. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/414/KE (ĠU L 164, 16.6.2006, p. 27).


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni 2001/881/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjoni li ġejja tidħol għall-Bulgarija, bejn l-annotazzjoni għall-Belġju u r-Repubblika Ċeka:

“Pajjiż: Il-Bulgarija

1

2

3

4

5

6

Bregovo

BG 00199

R

 

HC (2), NHC

 

Burgas

BG 00299

P

 

HC, NHC

 

Gjushevo

BG 00399

R

 

HC (2), NHC

 

Kalotina

BG 00499

R

 

HC (2), NHC

U, E, O

Kapitan Andreevo

BG 00599

R

 

HC, NHC

U, E, O

Sofja

BG 00699

A

 

HC (2), NHC (2)

E, O

Varna

BG 00799

P

 

HC, NHC

 

Zlatarevo

BG 00899

R

 

HC (2), NHC”

 

(2)

L-annotazzjoni li ġejja tidħol għar-Rumanija, bejn l-annotazzjoni għall-Portugal u l-Islovenja:

“Pajjiż: Ir-Rumanija

1

2

3

4

5

6

Albita

RO 40199

R

IC 1

HC (2)

 

 

 

 

IC 2

NHC-T(CH), NHC-NT

 

 

 

 

IC 3

 

U, E,O

Bukarest Otopeni

RO 10199

A

IC 1

HC-NT(2), HC-T(CH)(2), NHC-NT(2)

 

 

 

 

IC 2

 

E, O

Constanta North

RO 15199

P

 

HC(2), NHC-NT(2), NHC-T(CH)(2)

 

Constanta South – Agigea

RO 15299

P

 

HC(2), NHC-T(CH)(2) NHC-NT(2)

 

Halmeu

RO 33199

R

IC 1

HC (2), NHC (2)

 

 

 

 

IC 2

 

U, E,O

Sculeni Lasi

RO 25199

R

 

HC (2), NHC (2)

 

Siret

RO 36199

R

 

HC (2), NHC (2)

 

Stamora Moravita

RO 38199

R

IC 1

HC (2), NHC (2)

 

 

 

 

IC 2

 

U, E, O”