5.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

819


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta' Diċembru 2006

li temenda d-Deċiżjoni 92/452/KEE dwar ċerti gruppi ta' ġbir u produzzjoni ta' embrijuni fil-Kanada, fi New Zealand u fl-Istati Uniti ta' l-Amerika

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 6441)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/925/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta' Settembru 1989 dwar il-kondizzjonijiet ta' saħħet l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta' embrijuni ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi ta' l-ifrat (1) u l-importazzjoni tagħhom minn pajjiżi terzi, b'mod partikolari l-Artikolu 8 (1)tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/452/KEE tat-30 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi listi ta' gruppi ta' ġbir u produzzjoni ta' embrijuni approvati f'pajjiżi terzi għall-esportazzjoni ta' embrijuni ta' l-ifrat lejn il-Komunità (2) tistipula li l-Istati Membri għandhom jimpurtaw embrijuni minn pajjiżi terzi biss jekk dawn ikunu nġabru, ġew ipproċessati u nħażnu mill-gruppi ta' ġbir ta' embrijuni elenkati f'din id-Deċiżjoni.

(2)

Il-Kanada talbet biex iżżid grupp ta' produzzjoni ta' embrijuni ġdid mal-lista fir-rigward ta' l-annotazzjonijiet għal dan il-pajjiż.

(3)

In-New Zealand talbet li jinbidel l-isem ta' ċentru fir-rigward ta' l-annotazzjonijiet għal dan il-pajjiż.

(4)

L-Istati Uniti ta' l-Amerika talbu biex jirranġaw xi dettalji dwar ċerti gruppi ta' ġbir u produzzjoni ta' embrijuni fir-rigward ta' l-annotazzjonijiet għal dan il-pajjiż.

(5)

Il-Kanada, in-New Zealand u l-Istati Uniti ta' l-Amerika pprovdew garanziji dwar il-konformità mar-regoli xierqa stipulati fid-Direttiva 89/556/KEE u l-gruppi ta' ġbir ta' embrijuni kkonċernati ġew uffiċjalment approvati għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mis-servizzi veterinarji ta' dawn il-pajjiżi.

(6)

Id-Deċiżjoni 92/452/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 92/452/KEE huwa emendat skond l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, 13 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/60/KE (ĠU L 31, 3.2.2006, p. 24).

(2)  ĠU L 250, 29.8.1992, p. 40. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/706/KE (ĠU L 291, 21.10.2006, p. 40).


ANNESS

L-Anness għad-Deċiżjoni 92/452/KEE huwa emendat kif ġej:

(a)

ir-ringiela li ġejja tiddaħħal għall-Kanada:

“CA

 

E1567 (IVF)

 

IND Lifetech Inc

1629 Fosters Way

Delta, British Columbia V3M 6S7

Dr Richard Rémillard”

(b)

ir-ringiela għall-grupp ta' ġbir ta' embrijuni Nru NZEB11 fi New Zealand tinbidel b'dan li ġej:

“NZ

 

NZEB11

 

IVP International (NZ) Ltd

PO Box 23026

Hamilton

Dr Rob Courtney

Dr William Hancock”

(ċ)

ir-ringiela li ġejja għall-grupp ta' ġbir ta' embrijuni Nru 02TX107 E1428 fl-Istati Uniti ta' l-Amerika tinbidel b'dan li ġej:

“US

 

02TX107 E1428

 

OvaGenix

4700 Elmo Weedon RD #103

College Station, TX 77845

Dr Stacy Smitherman”

(d)

ir-ringiela li ġejja għall-grupp ta' ġbir ta' embrijuni Nru 99TX104 E874 fl-Istati Uniti ta' l-Amerika tinbidel b'dan li ġej:

“US

 

99TX104 E874

 

Ultimate Genetics/Camp Cooley,

Rt 3, Box 745

Franklin, TX 77856

Dr Joe Oden

Dr Dan Miller”

(e)

ir-ringiela li ġejja għall-grupp ta' ġbir ta' embrijuni Nru 96TX088 E928 fl-Istati Uniti ta' l-Amerika tinbidel b'dan li ġej:

“US

 

96TX088 E928

 

Ultimate Genetics/Normangee,

41402 OSR

Normangee, TX 77871

Dr Joe Oden

Dr Dan Miller”

(f)

ir-ringiela li ġejja għall-grupp ta' ġbir ta' embrijuni Nru 91TX012 E948 fl-Istati Uniti ta' l-Amerika tinbidel b'dan li ġej:

“US

 

91TX012 E948

 

Veterinary Reproductive Services

8225 FM 471 South

Castroville, TX 78009

Dr Sam Castleberry”