|
23.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
1 |
DEĊIŻJONI Nru 895/2006/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
ta' l-14 ta' Ġunju 2006
li tintroduċi reġim simplifikat għall-kontroll ta' persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mir-Repubblika Ċeka, mill-Estonja, minn Ċipru, mil-Latvja, mil-Litwanja, mill-Ungerija, minn Malta, mill-Polonja, mis-Slovenja u mis-Slovakkja ta' ċerti dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għall-finijiet ta' tranżitu mit-territorji tagħhom
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 62(2) tiegħu,
wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (1),
billi:
|
(1) |
Skond l-Artikolu 3(1) ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003, l-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni fl-1 ta' Mejju 2004 huma meħtieġa minn dik id-data li jimponu l-obbligu ta' viża fuq iċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (2). |
|
(2) |
Skond l-Artikolu 3(2) ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003, id-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen dwar il-kondizzjonijiet u l-kriterji għall-ħruġ ta' viżi uniformi fuq perjodu qasir, kif ukoll id-dispożizzjonijiet dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' viżi u dwar l-ekwivalenza bejn il-permessi ta' residenza u l-viżi jibdew japplikaw biss fl-Istati Membri l-ġodda wara l-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill f'dak is-sens. Madankollu, huma jorbtu lil dawk l-Istati Membri mid-data ta' l-adeżjoni tagħhom. |
|
(3) |
L-Istati Membri l-ġodda huma, għalhekk, meħtieġa li joħorġu viżi nazzjonali, għad-dħul fit-territorju tagħhom jew għat-tranżitu mit-territorju tagħhom, lil dawk iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkollhom viża uniformi jew viża għal perjodu twil jew inkella permess ta' residenza maħruġ minn Stat Membru li jimplementa b'mod sħiħ l-acquis ta' Schengen, jew dokument simili maħruġ minn Stati Membri ġodda oħra. |
|
(4) |
Id-detenturi ta' dokumenti maħruġa mill-Istati Membri li jimplementaw b'mod sħiħ l-acquis ta' Schengen u mill-Istati Membri l-ġodda ma jirrappreżentaw l-ebda riskju għall-Istati Membri l-ġodda, minħabba li dawn ikunu ġew suġġetti għall-kontrolli kollha meħtieġa minn Stati Membri oħra. Sabiex ikun evitat li jiġu imposti piżijiet amministrattivi żejda li ma jkunux ġustifikati fuq l-Istati Membri l-ġodda, għandhom jiġu adottati regoli komuni li jawtorizzaw lill-Istati Membri l-ġodda unilateralment jirrikonoxxu dawk id-dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom, u sabiex jistabbilixxu reġim simplifikat għall-kontroll ta' persuni fuq il-fruntieri esterni fuq il-bażi ta' dik l-ekwivalenza unilaterali. |
|
(5) |
Ir-regoli komuni għandhom japplikaw għal perjodu transizzjonali, sad-data li għandha tkun stabbilita f'Deċiżjoni tal-Kunsill, kif imsemmi fl-ewwel sub-paragrafu ta' l-Artikolu 3(2) ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003. |
|
(6) |
Ir-rikonoxximent ta' dokument għandu jkun limitat għall-għan ta' tranżitu mit-territorju ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri l-ġodda, u m'għandux jolqot il-possibbiltà li l-Istati Membri l-ġodda joħorġu viżi nazzjonali għal żjarat qosra. Il-parteċipazzjoni fis-sistema komuni m'għandhiex tkun obbligatorja u m'għandhiex twassal għall-impożizzjoni ta' obbligi addizzjonali fuq l-Istati Membri l-ġodda kif definit bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003. |
|
(7) |
Ir-regoli komuni għandhom japplikaw għall-viżi uniformi għal perjodu qasir, viżi uniformi għal perjodu twil u għall-permessi ta' residenza li jinħarġu mill-Istati Membri li jimplementaw b'mod sħiħ l-acquis ta' Schengen, kif ukoll għal viżi għal perjodu qasir, viżi għal perjodu twil u permessi ta' residenza maħruġa minn Stati Membri ġodda oħra. |
|
(8) |
Il-kondizzjonijiet tad-dħul stabbiliti fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (3) għandhom jiġu sodisfatti, ħlief għall-kondizzjoni taħt l-Artikolu 5(1)(b) tiegħu, sa fejn din id-Deċiżjoni tistabbilixxi reġim ta' rikonoxximent unilaterali min-naħa ta' Stati Membri ġodda ta' ċerti dokumenti maħruġa minn Stati Membri li jimplementaw b'mod sħiħ l-acquis ta' Schengen kif ukoll ta' dokumenti simili maħruġa minn Stati Membri ġodda oħra għall-finijiet ta' tranżitu. |
|
(9) |
Ladarba l-għan ta' din id-Deċiżjoni, jiġifieri l-introduzzjoni ta' reġim ta' rikonoxximent unilaterali mill-Istati Membri l-ġodda ta' ċerti dokumenti maħruġa minn Stati Membri oħra għall-finijiet ta' transitu, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri u għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta' din id-Deċiżjoni, jista' jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dan l-għan. |
|
(10) |
Din id-Deċiżjoni ma tikkostitwixxix żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż bejn il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati ma' l-implementazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis ta' Schengen, billi hija indirizzata biss lil Stati Membri li għadhom ma jimplementawx għal kollox l-acquis ta' Schengen. Madankollu, għall-finijiet tal-koerenza u tal-funzjonament korrett tas-sistema ta' Schengen, din id-Deċiżjoni tkopri wkoll viżi u permessi ta' residenza maħruġa minn pajjiżi terzi assoċjati ma' l-implementazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis ta' Schengen, bħall-Iżlanda u n-Norveġja. |
|
(11) |
Konformement ma' l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-Pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, dawk l-Istati Membri m'humiex jieħdu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni. |
|
(12) |
Konformement ma' l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka m'hijiex tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Din id-Deċiżjoni tintroduċi reġim simplifikat għall-kontroll ta' persuni fuq il-fruntieri esterni, li permezz tiegħu r-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-Istati Membri l-ġodda) jistgħu jirrikonoxxu unilateralment bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom, għall-iskop ta' tranżitu, id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 2(1) kif ukoll dawk imsemmija fl-Artikolu 3 maħruġa minn Stati membri oħra lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu suġġetti għall-obbligu ta' viża skond ir-Regolament (KE) Nru 539/2001.
L-implementazzjoni ta' din id-Deċiżjoni m'għandhiex tolqot il-kontrolli fuq il-persuni fuq il-fruntieri esterni skond l-Artikoli 5 sa 13 u 18 sa 19 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006.
Artikolu 2
1. Stat Membru ġdid jista' jqis bħala ekwivalenti għall-viża nazzjonali tiegħu għall-iskop ta' tranżitu d-dokumenti li ġejjin, irrispettivament min-nazzjonalità tad-detenturi:
|
i) |
“viża uniformi” kif imsemmi fl-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni li timplementa t-Trattat ta' Schengen; |
|
ii) |
“viża għal perjodu twil” kif imsemmi fl-Artikolu 18 tal-Konvenzjoni li timplementa t-Trattat ta' Schengen; |
|
iii) |
“permess ta' residenza” kif inkluż fl-Anness IV ma' l-Istruzzjonijiet Konsolari Komuni. |
2. Jekk Stat Membru ġdid jiddeċiedi li japplika din id-Deċiżjoni, dan għandu jirrikonoxxi d-dokumenti kollha msemmija fil-paragrafu 1, irrispettivament mill-Istat li ħareġ id-dokument.
Artikolu 3
Addizzjonalment, kull Stat Membru ġdid li japplika l-Artikolu 2 jista' jirrikonoxxi viżi nazzjonali għal perjodu qasir, viżi għal perjodu twil u permessi ta' residenza maħruġa minn xi Stat Membru ġdid ieħor jew aktar bħala ekwivalenti għall-viża nazzjonali tiegħu għall-finijiet ta' tranżitu.
Id-dokumenti maħruġa mill-Istati Membri l-ġodda, li jistgħu jkunu rikonoxxuti skond din id-Deċiżjoni, huma elenkati fl-Anness.
Artikolu 4
L-Istati Membri l-ġodda jistgħu jirrikonoxxu dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għall-skop ta' tranżitu biss jekk it-tul ta' żmien tat-tranżitu taċ-ċittadin ta' pajjiż terz mit-territorju ta' l-Istat jew Stati Membri ġodda ma jkunx ta' aktar minn ħamest ijiem.
Il-perjodu tal-validità tad-dokumenti msemmija fl-Artikoli 2 u 3 għandu jkopri t-tul ta' żmien tat-tranżitu.
Artikolu 5
Kull Stat Membru ġdid li jiddeċiedi li japplika din id-Deċiżjoni għandu javża b'dan lill-Kummissjoni sa l-1 ta’ Awissu 2006.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni komunikata mill-Istati Membri l-ġodda fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika sad-data li għandha tkun stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kunsill adottata skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 3(2) ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lejn ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka.
Magħmula fi Strasburgu, 14 ta’ Ġunju 2006.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
H. WINKLER
(1) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-1 ta' Ġunju 2006.
(2) ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 851/2005 (ĠU L 141, 4.6.2005, p. 3).
ANNESS
Lista ta' dokumenti maħruġa mill-Istati Membri l-ġodda
IR-REPUBBLIKA ĊEKA
Viżi
|
— |
Vízum k pobytu do 90 dnů – (viża għal perjodu qasir) |
|
— |
Vízum k pobytu nad 90 dnů – (viża għal perjodu twil) |
|
— |
Diplomatické vízum – (viża diplomatika) |
|
— |
Zvláštní vízum – (viża speċjali) |
Permessi ta' residenza
|
— |
Průkaz o povolení k přechodnému pobytu (permess ta' residenza temporanja) (1) |
|
— |
Průkaz o povolení k trvalému pobytu (permess ta' residenza permanenti) |
ĊIPRU
Θεωρήσεις (Viżi)
|
— |
Θεώρηση διέλευσης — Κατηγορία Β (Viża ta' tranżitu – Tip B) |
|
— |
Θεώρηση για παραμονή βραχείας διάρκειας — Κατηγορία Γ (viża għal perjodu qasir – Tip C) |
|
— |
Ομαδική θεώρηση — Κατηγορίες Β και Γ (viża ta' grupp – Tip, B u C) |
Άδειες παραμονής (Permessi ta' Residenza)
|
— |
Προσωρινή άδεια παραμονής (απασχόληση, επισκέπτης, φοιτητής) Permess ta' residenza temporanja (xogħol, viżitatur, student) |
|
— |
Άδεια εισόδου (απασχόληση, φοιτητής) Permess ta' dħul (xogħol, student) |
|
— |
Άδεια μετανάστευσης (μόνιμη άδεια) Permess ta' immigrazzjoni (permess permanenti) |
ESTONJA
Viżi
|
— |
Transiitviisa, liik B (Viża ta' tranżitu, tip B) |
|
— |
Lühiajaline viisa, liik C (viża għal perjodu qasir, tip C) |
|
— |
Pikaajaline viisa, liik D (viża għal perjodu twil, tip D) |
Permessi ta' residenza
|
— |
Tähtajaline elamisluba (permess ta' residenza temporanja – sa 5 snin) |
|
— |
Alaline elamisluba (permess ta' residenza permanenti) |
LATVJA
Viżi
|
— |
Latvijas vīza – Kategorija B (viża ta' tranżitu) |
|
— |
Latvijas vīza – Kategorija C (viża għal perjodu qasir) |
|
— |
Latvijas vīza – Kategorija D (viża għal perjodu twil) |
Permessi ta' residenza
|
— |
Pastāvīgās uzturēšanās atļauja (maħruġ qabel l-1 ta' Mejju 2004) (permess ta' residenza permanenti) |
|
— |
Uzturēšanās atļauja (maħruġ wara l-1 ta' Mejju 2004) (permess ta' residenza; għal residenza temporanja jew permanenti) |
|
— |
Nepilsoņa pase (passaport ta' barrani) |
LITWANJA
Viżi
|
— |
Tranzitinė viza (B) (Viża ta' Tranżitu (B)) |
|
— |
Trumpalaikė viza (viża għal perjodu qasir) |
|
— |
Ilgalaikė viza (viża għal perjodu twil) |
Permessi ta' residenza
|
— |
Europos Bendrijų valstybės narės piliečio leidimas gyventi – (permess ta' residenza għal ċittadin ta' Stat Membru tal-KE) |
|
— |
Leidimas nuolat gyventi Lietuvos Respublikoje (permess ta' residenza permanenti fir-Repubblika tal-Litwanja) |
|
— |
Leidimas laikinai gyventi Lietuvos Respublikoje (permess ta' residenza temporanja fir-Repubblika tal-Litwanja; il-validità tvarja minn sena sa ħames snin) |
UNGERIJA
Viżi
|
— |
Rövid időtartamú beutazóvízum (viża għal perjodu qasir) |
|
— |
Tartózkodási vízum (viża għal perjodu twil) |
Permessi ta' residenza
|
— |
Humanitárius tartózkodási engedély (permess umanitarju ta' residenza (fil-forma ta' karta) – akkumpanjat minn passaport nazzjonali) |
|
— |
Tartózkodási engedély (permess ta' residenza (fil-forma ta' karta) – akkumpanjat minn passaport nazzjonali li jkun fih annotazzjoni mill-awtorità kompetenti li tippermetti lid-detentur jidħol u joqgħod għal diversi drabi, validu għal perjodu massimu ta' erba' snin) |
|
— |
Tartózkodási engedély (Permess ta' residenza (fil-forma ta' sticker) – imwaħħal ma' passaport nazzjonali, validu għal perjodu massimu ta' erba' snin) |
|
— |
Bevándoroltak részére kiadott személyazonosító igazolvány (karta ta' l-identità maħruġa lill-immigranti – akkumpanjata minn passaport nazzjonali li jindika l-ħruġ tal-karta ta' l-identità) |
|
— |
Letelepedési engedély (permess ta' residenza permanenti (fil-forma ta' karta) – akkumpanjat minn passaport nazzjonali li jindika d-dritt ta' residenza permanenti, maħruġ għal perjodu indefinit ta' żmien, il-validità tad-dokument hija ta' 5 snin) |
|
— |
Letelepedettek részére kiadott tartózkodási engedély (permess ta' residenza maħruġ lil residenti permanenti (f'forma ta' sticker) – imwaħħal ma' passaport nazzjonali, validu għal perjodu massimu ta' ħames snin) |
Dokumenti maħruġa lil membri ta' rappreżentanza diplomatika u konsolari, ekwivalenti għal permessi ta' residenza
|
— |
Igazolvány diplomáciai képviselők és családtagjaik részére (ċertifikat speċjali għad-diplomatiċi u għall-membri tal-familji tagħhom (karta ta' l-identità diplomatika)) |
|
— |
Igazolvány konzuli képviselet tagjai és családtagjaik részére (ċertifikat speċjali għall-membri ta' postijiet konsolari u għall-membri tal-familji tagħhom (karta ta' l-identità konsolari)) |
|
— |
Igazolvány diplomáciai képviselet igazgatási és műszaki személyzete és családtagjaik részére (ċertifikat speċjali għall-membri ta' l-istaff amministrattiv u tekniku ta' rappreżentanza diplomatika u għall-membri tal-familji tagħhom) |
|
— |
Igazolvány diplomáciai képviselet kisegítő személyzete, háztartási alkalmazottak és családtagjaik részére (ċertifikat speċjali għall-persunal tas-servizz tar-rappreżentanza diplomatika, għall-impjegati privati u għall-membri tal-familji tagħhom) |
MALTA
Viżi
|
— |
Viżi ta' tranżitu (ta' mhux aktar minn 5 ijiem) |
|
— |
Viżi għal perjodu qasir jew viżi ta' l-ivvjaġġar (viżi għal dħul wieħed jew iktar) |
|
— |
Viżi għal perjodu twil (din tintitola liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jfittxu jidħlu fit-territorju nazzjonali ta' Malta, għal raġunijiet diversi minn dik ta' immigrazzjoni, li jagħmlu żjara ta' aktar minn 90 ġurnata) |
|
— |
Viżi ta' Grupp (residenza sa 30 ġurnata) |
POLONJA
Viżi
|
— |
Wiza wjazdowa W (Viża tad-dħul, valida sa sena) |
|
— |
Wiza pobytowa krótkoterminowa C (Viża għal perjodu qasir, residenza sa tliet xhur, valida sa ħames snin, iżda ġeneralment għal sena) |
|
— |
Wiza pobytowa długoterminowa D (Viża għal perjodu twil, residenza sa sena, valida sa ħames snin, iżda ġeneralment għal sena) |
|
— |
Wiza dyplomatyczna D/8 (Viża diplomatika, residenza sa tliet xhur f'perjodu ta' sitt xhur, valida sa ħames snin, iżda ġeneralment sa sitt xhur) |
|
— |
Wiza służbowa D/9 (Viża ta' servizz, residenza sa tliet xhur f'perjodu ta' sitt xhur, valida sa ħames snin, iżda ġeneralment sa sitt xhur) |
|
— |
Wiza kurierska D/10 (Viża għal couriers diplomatiċi, residenza sa għaxart ijiem sakemm ma tkunx regolata b'mod ieħor minn xi ftehim internazzjonali; valida sa sitt xhur) |
Permessi ta' residenza
|
— |
Karta pobytu (karta ta' residenza, serje “KP”, maħruġa mill-1 ta' Lulju 2001 sat-30 ta' April 2004 u serje “PL” maħruġa mill-1 ta' Mejju 2004; valida sa għaxar snin, maħruġa lil barranin li jkunu ngħataw permess ta' residenza għal perjodu fiss, permess sabiex jistabbilixxu rwieħhom permanentement, stat ta' refuġjat, permess għal żjara tollerata; is-serje “PL” tinħareġ ukoll lil barranin li jkunu ngħataw permess ta' residenza għal perjodu twil) |
|
— |
Karta stałego pobytu (permess sabiex persuna tistabbilixxi ruħha permanentement, serje “XS”, maħruġ qabel it-30 ta' Ġunju 2001; validu sa għaxar snin, maħruġ lil barranin li jkunu ngħataw permess sabiex jistabbilixxu rwieħhom permanentement; l-aħħar karta ta' din l-edizzjoni tiskadi fid-29 ta' Ġunju 2011) |
SLOVENJA
Viżi
|
— |
Vizum za vstop (viża tad-dħul)
|
Permessi ta' residenza
|
— |
Dovoljenje za stalno prebivanje (Permessi ta' residenza permanenti) |
|
— |
Dovoljenje za začasno prebivanje (Permess ta' residenza temporanja; il-validità tkun ta' massimu ta' sena, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fl-Att Sloven dwar il-Barranin) |
|
— |
Diplomatska izkaznica (Karta ta' l-Identità Diplomatika) |
|
— |
Konzularna izkaznica (Karta ta' l-Identità Konsolari) |
|
— |
Konzularna izkaznica za častne konzularne funkcionarje (Karta ta' l-Identità Konsolari għal Konsli Onorarji) |
|
— |
Službena izkaznica (Karta ta' l-Identità Uffiċjali) |
SLOVAKKJA
Viżi
|
— |
Krátkodobé vízum (viża għal perjodu qasir) |
|
— |
Dlhodobé vízum (viża għal perjodu twil) |
|
— |
Diplomatické vízum – (viża diplomatika) |
|
— |
Osobitné vízum (viża speċjali) |
Permessi ta' residenza
|
— |
Povolenie na prechodný pobyt (permess ta' residenza temporanja) |
|
— |
Povolenie na trvalý pobyt (permess ta' residenza permanenti) |
Cestovné doklady – Dokumenti ta' l-Ivvjaġġar
|
— |
Cudzinecký pas (Passaport ta' barrani) |
|
— |
Cestovný doklad podľa Dohovoru z 28. júla 1951 (Dokument ta' l-ivvjaġġar – Konvenzjoni tat-28 ta' Lulju 1951) |
|
— |
Cestovný doklad podľa Dohovoru z 28. septembra 1954 (Dokument ta' l-ivvjaġġar – Konvenzjoni tat-28 ta' Settembru 1954) |
(1) L-istess tip ta'dokument għall-varjanti kollha, bil-validità murija fuq it-tikketta.