|
5.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
747 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-6 ta' Diċembru 2006
dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-2006 li tkopri n-nefqa mġarrba mill-Belġju u l-Ġermanja għall-iskop li jiġu miġġielda organiżmi ta' ħsara lill-pjanti u lill-prodotti tal-pjanti
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5894)
(It-testijiet Franċiżi, Olandiżi u Ġermaniżi biss huma awtentiċi)
(2006/885/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti u l-prodotti tal-pjanti, u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skond id-Direttiva 2000/29/KE, kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunita' tista' tingħata lill-Istati Membri biex ikopru n-nefqa relatata direttament mal-miżuri meħtieġa li jkunu ttieħdu jew huma ppjanati li jittieħdu bl-iskop li jiġġieldu kontra organiżmi ta' ħsara introdotti minn pajjiżi terzi jew minn żoni oħra fil-Komunità, biex jinqerdu jew, jekk dan ma jkunx possibbli, biex jiġu ristretti. |
|
(2) |
Il-Belġju u l-Ġermanja t-tnejn stabbilixxew programm ta' azzjonijiet biex jeqirdu organiżmi ta' ħsara lill-pjanti li jkunu ġew introdotti fit-territorji tagħhom. Dawn il-programmi jispeċifikaw l-għanijiet li għandhom jintlaħqu, il-miżuri mwettqa, it-tul tagħhom u kemm jiswew. Il-Belġju u l-Ġermanja applikaw għall-allokazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal dawn il-programmi fil-limitu taż-żmien stabbilit fid-Direttiva 2000/29/KE u skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1040/2002 tal-14 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati ma' l-allokazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-kontroll fuq is-saħħa tal-pjanti u jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2051/97 (2). |
|
(3) |
It-tagħrif tekniku pprovdut mill-Belġju u l-Ġermanja ppermetta lill-Kummissjoni biex tanalizza s-sitwazzjoni b'mod akkurat u komprensiv u biex tikkonkludi li l-kundizzjonijiet għall-għoti ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità, kif stabbilit b'mod partikolari fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 2000/29/KE, intlaħqu. |
|
(4) |
Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità tista' tkopri sa 50 % tan-nefqa eleġibbli. Madankollu, skond l-Artikolu 23(5) tielet paragrafu tad-Direttiva, ir-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-programm imressaq mill-Belġju għandha titnaqqas ladarba l-programm innotifikat minn dan l-Istat Membru diġà kien suġġett għal fondi mill-Komunità taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/772/KE (3) u 2005/789/KE (4). |
|
(5) |
Skond l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2000/29/KE, il-Kummissjoni għandha taċċerta ruħha jekk l-introduzzjoni ta' l-organiżmu ta' ħsara rilevanti ġiex kkawżat minn eżaminazzjonijiet jew spezzjonijiet inadegwati u tadotta l-miżuri meħtieġa mis-sejba tal-verifika tagħha. |
|
(6) |
Skond l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 (5) dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni, il-miżuri tas-saħħa tal-pjanti għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Garanzija u l-Gwida Agrikola. Għall-fini tal-kontroll finanzjarju ta' dawn il-miżuri l-Artikoli 9, 36 u 37 tar-Regolament hawn fuq imsemmi għandhom japplikaw. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-allokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarji mill-Komunità għall-2006 biex tkopri n-nefqa magħmula mill-Belġju u l-Ġermanja relatata mal-miżuri meħtieġa kif speċifikat fl-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2000/29/KE u li ttieħdet għall-fini li jiġu miġġielda l-organiżmi kkonċernati bil-programmi ta' eradikazzjoni elenkat fl-Anness hija hawnhekk approvata.
Artikolu 2
1. Is-somma totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 1 hija ta' EUR 101 423.
2. Is-somma massima tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal kull programm se tkun indikata fl-Anness.
Artikolu 3
Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità kif stabbilit fl-Anness għandha titħallas skond il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
evidenza tal-miżuri meħuda tkun ingħatat skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) 1040/2002. |
|
(b) |
talba għall-ħlas tkun tressqet mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) 1040/2002. |
Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja hija mingħajr preġudizzju għall-verifiki mill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2000/29/KE.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzati lir-Renju tal-Belġju u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Magħmul fi Brussel, 6 ta' Diċembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1, kif emendat l-aħħar bid-Direttiva 2006/35/KE (ĠU L 88, 25.3.2006, p. 9).
(2) ĠU L 157, 15.6.2002, p. 38, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) 738/2005 (ĠU L 122, 14.5.2005, p. 17).
(3) ĠU L 341, 17.11.2004, p. 27.
ANNESS
PROGRAMMI TA' ERADIKAZZJONI
Tifsir:
|
a |
= |
Is-sena ta' l-implimentazzjoni tal-programm ta' eradikazzjoni. |
TAQSIMA I:
Programmi li għalihom il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità hija ta' 50 % tan-nefqa eleġibbli.
|
L-Istat Membru |
L-organiżmi ta' ħsara |
Il-pjanti milquta |
Is-sena |
In-nefqa eliġibbli (€) |
Il-massimu tal-kontribuzzjoni mill-Komunità (€) Għal kull programm |
|
Il-Ġermanja |
Anoplophora glabripennis |
Siġar varji |
l-2004 u l-2005 |
64 554 |
32 277 |
TAQSIMA II:
Programmi li għalihom ir-rati tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill- Komunità jvarjaw, bl-applikazzjoni tad-digressivita'.
|
L-Istat Membru |
L-organiżmi ta' ħsara |
Il-pjanti milquta |
Is-sena |
a |
In-nefqa eliġibbli (€) |
Ir-rata ( %) |
Il-massimu tal-kontribuzzjoni mill-Komunità (€) |
|
Il-Belġju |
Diabrotica virgifera |
Qamħirrum |
2006 |
4 |
172 865 |
40 |
69 146 |
|
Il-massimu tal-kontribuzzjoni mill-Komunità (€) |
101 423 |