1.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

242


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Mejju 2006

dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Malasja skond l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea

(2006/862/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 133 flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Marzu 2004 l-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma’ ċerti Membri oħra tad-WTO taħt l-Artikolu XXIV.6 tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994, matul l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka.

(2)

In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tat-Trattat u fi ħdan il-qafas ta’ direttivi ta’ negozjar maħruġa mill-Kunsill.

(3)

Il-Kummissjoni ffinalizzat in-negozjati dwar Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Malasja skond l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994. Il-Ftehim imsemmi għandu għalhekk jiġi approvat.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Malasja skond l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea, rigward it-tneħħija ta’ konċessjonijiet speċifiċi relatati mat-tneħħija ta’ l-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea huwa b' dan approvat f’isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri huwa mehmuz ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b' dan awtorizzat jaħtar il-persuna(i) bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim sabiex tkun tintrabat il-Komunità (1).

Magħmul fi Brussel, 22 ta’ Mejju 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

J. PRÖLL


(1)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tkun pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.


FTEHIM

fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Malasja skond l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relatat ma’ l-emenda tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea

A.   Ittra mill-Komunitajiet Ewropej

Sinjur,

Wara l-bidu ta’ negozjati bejn il-Komunitajiet Ewropej (KE) u l-Malasja bis-saħħa ta’ l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 dwar il-modifikazzjoni tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom fl-KE, dan li ġej kien miftiehem bejn il-KE u l-Malasja bl-iskop li jkunu magħluqa n-negozjati miftuħa wara n-notifika tal-KE tad-19 ta’ Jannar 2004 skond l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994:

1511 90 19 (Frazzjonijiet solidi ta’ żejt tal-palm, kemm jekk raffinat jew le, iżda li mhux kimikament modifikat, f’pakketti ta’ >1 kg.): Rata applikata aktar baxxa ta’ 10,0 %.

8525 40 99 (Vidjokameras bi stampa fissa): Rata applikata aktar baxxa ta’ 12,5 %.

Ir-rati applikati aktar baxxi indikati hawn fuq għandhom ikunu applikati għal tliet snin.

Id-deskrizzjonijiet tat-tariffi eżatti tal-KE-15 għandhom japplikaw għal-linji ta’ tariffi kollha hawn fuq.

Il-KE għandha tinkorpora fl-iskeda CLX tagħha, għat-territorju doganali tal-KE 25, il-konċessjonijiet li kienu inklużi fl-iskeda preċedenti tagħha.

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data meta jkun iffirmat, wara li tingħata l-approvazzjoni mill-partijiet b’konformità mal-proċeduri tagħhom.

Għoddni tiegħek,

F’isem il-Komunità Ewropea

Image 1

B.   Ittra mill-Malasja

Sinjur,

B’referenza għall-ittra tiegħek li tiddikjara:

“Wara l-bidu ta’ negozjati bejn il-Komunitajiet Ewropej (KE) u l-Malasja bis-saħħa ta’ l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 dwar il-modifikazzjoni tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom fl-KE, dan li ġej kien miftiehem bejn il-KE u l-Malasja bl-iskop li jkunu magħluqa n-negozjati miftuħa wara n-notifika tal-KE tad-19 ta’ Jannar 2004 skond l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994:

1511 90 19 (Frazzjonijiet solidi ta’ żejt tal-palm, kemm jekk raffinat jew le, iżda li mhux kimikament immodifikat >1 kg.): Rata applikata aktar baxxa ta’ 10,0 %.

8525 40 99 (Vidjokameras bi stampa fissa): Rata applikata aktar baxxa ta’ 12,5 %.

Ir-rati applikati aktar baxxi indikati hawn fuq għandhom ikunu applikati għal tliet snin.

Id-deskrizzjonijiet tat-tariffi eżatti tal-KE-15 għandhom japplikaw għal-linji ta’ tariffi kollha hawn fuq.

Il-KE għandha tinkorpora fl-iskeda CLX tagħha, għat-territorju doganali tal-KE 25, il-konċessjonijiet li kienu inklużi fl-iskeda preċedenti tagħha.

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data meta jkun iffirmat, wara li tingħata l-approvazzjoni mill-partijiet b’konformità mal-proċeduri tagħhom.”.

Għandi hawnekk l-unur nesprimi l-qbil tal-Gvern tiegħi.

Għoddni tiegħek,

F’isem il-Malasja

Image 2