|
5.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
640 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta' Novembru 2006
li temenda d-Deċiżjoni 2005/393/KE dwar żoni ristretti fir-rigward tal-bluetongue
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5607)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2006/858/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE ta' l-20 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-qerda tal-bluetongue (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3)d tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2000/75/KE tistabbilixxi regoli u miżuri ta' kontroll kontra l-bluetongue fil-Komunità, inkluż it-twaqqif ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza u projbizzjoni li ma jippermettux li annimali jħallu dawn iż-żoni. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/393/KE tat-23 ta' Mejju 2005 dwar żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fir-rigward tal-bluetongue u kundizzjonijiet li japplikaw għall-movimenti minn jew f'dawn iż-żoni (2), tipprovdi għad-demarkazzjoni ta' żoni ġeografiċi globali fejn iż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza (“iż-żoni ristretti”) għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri fir-rigward tal-bluetongue. |
|
(3) |
Fit-3 ta' Novembru 2006, il-Portugall għarraf lill-Kummissjoni li l-vajrus tas-serotip 4 instab li kien qed jiċċirkola f'għadd ta' żoni periferali taż-żona ristretta E. Għalhekk, din iż-żona għandha tiġi estiża waqt li tqis id-data disponibbli dwar l-ekoloġija tal-mezz ta' trażmissjoni u l-qagħda meteoroloġika attwali. |
|
(4) |
Wara n-notifika tat-tifqigħat tal-bluetongue f'nofs Awissu u fil-bidu ta' Settembru 2006 mill-Belġju, il-Ġermanja, Franza u l-Olanda, il-Kummissjoni emendat bosta drabi d-Deċiżjoni 2005/393/KE fir-rigward tad-demarkazzjoni taż-żona ristretta kkonċernata. |
|
(5) |
Fis-6 ta' Novembru 2006 il-Ġermanja għarrfet lill-Kummissjoni dwar tifqigħat ġodda tal-bluetongue fin-North-Rhine-Westphalia, r-Rhineland-Palatinate u Lower Saxony. Fid-dawl ta' dawn is-sejbiet, huwa xieraq li tiġi emendata d-demarkazzjoni taż-żona ristretta fil-Ġermanja u fi Franza. |
|
(6) |
Fis-6 ta' Novembru 2006 l-Italja wkoll infurmat lill-Kummissjoni li l-vajrus tas-serotip 1 insab li qed jiċċirkola għall-ewwel darba fil-provinċja ta' Cagliari fir-Reġjun ta' Sardegna diġà allokata fiż-żona ristretta C. Għalhekk fid-dawl ta' dawn is-sejbiet ġodda, huwa xieraq li tiddaħħal żona ġdida ristretta li tinkludi ż-żona affettwata. |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni 2005/393/KE għandha tiġi emendata skond dan. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2005/393/KE huwa emendat skond l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussel, 28 ta' Novembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74.
(2) ĠU L 130, 24.5.2005, p. 22. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/761/KE (ĠU L 311, 10.11.2006, p. 51).
ANNESS
L-Anness I tad-Deċiżjoni 2005/393/KE huwa emendat kif ġej:
|
1. |
Il-lista taż-żoni ristretti f'Żona C (serotipi 2 u 4 u sa ċertu punt 16) li għandha x'taqsam ma' l-Italja hija mibdula b'dan li ġej: “L-Italja: Sassari” |
|
2. |
Il-lista ta' żoni ristretti fiż-Żona E (serotip 4) li għandha x'taqsam mal-Portugall hija mibdula b'dan li ġej: “Il-Portugall:
|
|
3. |
Il-lista ta' żoni ristretti fiż-Żona F (serotip 8) li għandha x'taqsam ma' Franza hija mibdula b'dan li ġej: “Franza: Żona ta' protezzjoni:
Żona ta' sorveljanza :
|
|
4. |
Il-lista ta' żoni ristretti f' Zona F (serotip 8) li għandha x'taqsm mal-Ġermanja hija mibdula b'dan li ġej: “Il-Ġermanja: Baden-Württemberg Stadtkreis Baden-Baden Im Landkreis Enzkreis: Birkenfeld, Eisingen, Illingen, Ispringen, Kämpfelbach, Keltern, Kieselbronn, Knittlingen, Königsbach-Stein, Maulbronn, Mühlacker Neuenbürg, Neulingen, Ölbronn-Dürrn, Ötisheim, Remchingen, Sternenfels, Straubenhardt Stadtkreis Heidelberg Stadtkreis Heilbronn Im Landkreis Heilbronn: Bad Friedrichshall, Bad Rappenau, Bad Wimpfen, Brackenheim, Eppingen, Gemmingen, Güglingen, Gundelsheim, Ittlingen, Kirchardt, Leingarten, Möckmühl, Massenbachhausen, Neckarsulm, Neudenau, Offenau, Pfaffenhofen, Roigheim, Schwaigern, Siegelsbach, Untereisesheim, Zaberfeld Landkreis Karlsruhe Stadtkreis Karlsruhe Stadtkreis Mannheim Im Main-Tauber-Kreis: Freudenberg, Königheim, Külsheim, Tauberbischofsheim, Werbach, Wertheim Im Neckar-Odenwald-Kreis: Aglasterhausen, Billigheim, Binau, Buchen, Elztal, Fahrenbach, Hardheim, Haßmersheim, Höpfingen, Hüffenhardt, Limbach, Mosbach, Mudau, Neckargerach, Neckarzimmern, Neunkirchen, Obrigheim, Osterburken, Schefflenz, Schwarzach, Seckach, Waldbrunn, Walldürn, Zwingenberg Im Ortenaukreis: Achern, Appenweier, Kappelrodeck, Kehl, Lauf, Neuried, Oberkirch, Offenburg, Renchen, Rheinau, Sasbach, Sasbachwalden, Schutterwald, Willstätt Stadtkreis Pforzheim Landkreis Rastatt: Rhein-Neckar-Kreis Bayern Landkreis und Stadt Aschaffenburg Im Landkreis Bad Kissingen Aura, Bad Bocklet, Bad Brückenau, Bad Kissingen, Burkardroth, Dreistelzer Forst, Elfershausen, Euerdorf, Forst Detter-Süd, Fuchsstadt, Geiersnest Ost, Geiersnest West, Geroda, Großer Auersberg, Hammelburg, Kälberberg, Klauswald-Süd, Motten, Mottener Forst-Süd, Neuwirtshauser Forst, Oberleichtersbach, Oberthulba, Omerz u. Roter Berg, Riedenberg, Römershager Forst-Nord, Römershager Forst-Ost, Roßbacher Forst, Schondra, Waldfensterer Forst, Wartmannsroth, Wildflecken, Zeitlofs Landkreis Main-Spessart Landkreis Miltenberg Im Landkreis Rhön-Grabfeld: Bastheim, Bischofsheim a.d.Rhön, Burgwallbacher Forst, Fladungen, Forst Schmalwasser Nord, Forst Schmalwasser Süd, Hausen, Mellrichstadter Forst, Nordheim v.d.Rhön, Oberelsbach, Ostheim v.d. Rhön, Sandberg, Schönau a.d. Brend, Sondheim a.d. Rhön, Steinbacher Forst r.d. Saale, Willmars Im Landkreis Schweinfurt: Wasserlosen Im Landkreis Würzburg: Erlabrunn, Greußenheim, Helmstadt, Holzkirchen, Neubrunn, Remlingen, Thüngersheim, Uettingen, Leinach, Waldbüttelbrunn Freie Hansestadt Bremen Gesamtes Landesgebiet Hessen Gesamtes Landesgebiet Niedersachsen Landkreis Ammerland Im Landkreis Aurich: Aurich, Großefehn, Hinte, Ihlow, Krummhörn, Marienhafe, Norden, Ostseel, Südbrookmerland, Upgant-Schott, Wiesmoor, Wirdum Stadt Braunschweig Landkreis Celle Landkreis Cloppenburg Im Landkreis Cuxhaven: Appeln, Beverstedt, Bokel, Bramstedt, Driftsethe, Elmlohe, Frelsdorf, Hagen im Bremischen, Heerstedt, Hollen, Kirchwistedt, Köhlen, Kührstedt, Loxstedt, Lunestedt, Ringstedt, Sandstedt, Schiffdorf, Stubben, Uthlede, Wulsbüttel Stadt Delmenhorst Landkreis Diepholz Stadt Emden Landkreis Emsland Im Landkreis Friesland: Bockhorn, Jever, Sande, Schortens, Varel, Zetel Landkreis Gifhorn Landkreis Goslar Stadt Göttingen Landkreis Göttingen Landkreis Grafschaft Bentheim Landkreis Hameln-Pyrmont Landeshauptstadt Hannover Region Hannover Im Landkreis Harburg: Dohren, Egestorf, Halvesbostel, Handeloh, Heidenau, Hollenstedt, Kakenstorf, Königsmoor, Otter, Regesbostel, Tostedt, Undeloh, Welle, Wistedt Landkreis Helmstedt Landkreis Hildesheim Landkreis Holzminden Landkreis Leer Im Landkreis Lüneburg: Rehlingen, Soderstorf Landkreis Nienburg (Weser): Landkreis Northeim Landkreis Oldenburg Stadt Oldenburg Landkreis Osnabrück Stadt Osnabrück Landkreis Osterholz Landkreis Osterode am Harz Landkreis Peine Landkreis Rotenburg (Wümme) Stadt Salzgitter Landkreis Schaumburg Landkreis Soltau-Fallingbostel: Im Landkreis Stade: Ahlerstedt, Brest, Kutenholz, Sauensiek Im Landkreis Uelzen: Eimke, Suderburg, Wriedel Landkreis Vechta Landkreis Verden Landkreis Wesermarsch Stadt Wilhelmshaven Im Landkreis Wittmund:Wittmund, Friedeburg Landkreis Wolfenbüttel Stadt Wolfsburg Nordrhein-Westfalen Gesamtes Landesgebiet Rheinland-Pfalz Gesamtes Landesgebiet Saarland Gesamtes Landesgebiet Sachsen-Anhalt: Im Kreis Mansfelder Land: Wippra Im Kreis Sangerhausen: Bennungen, Berga, Breitenbach, Breitenstein, Breitungen, Dietersdorf, Hainrode, Hayn(Harz), Horla, Kelbra(Kyffhäuser), Kleinleinungen, Morungen, Questenberg, Roßla, Rotha, Rottleberode, Schwenda, Stolberg(Harz), Tilleda(Kyffhäuser), Uftrungen, Wickerode, Wolfsberg Im Bördekreis: Ausleben, Barneberg, Gröningen, Gunsleben, Hamersleben, Harbke, Hötensleben, Hornhausen, Krottorf, Marienborn, Neuwegersleben, Ohrsleben, Oschersleben (Bode), Sommersdorf, Völpke, Wackersleben, Wulferstedt Im Kreis Halberstadt: Aderstedt, Anderbeck, Aspenstedt, Athenstedt, Badersleben, Berßel, Bühne, Danstedt, Dardesheim, Dedeleben, Deersheim, Dingelstedt am Huy, Eilenstedt, Eilsdorf, Groß Quenstedt, Halberstadt, Harsleben, Hessen, Huy-Neinstedt, Langenstein, Lüttgenrode, Nienhagen, Osterode am Fallstein, Osterwieck, Pabstorf, Rhoden, Rohrsheim, Sargstedt, Schauen, Schlanstedt, Schwanebeck, Ströbeck, Schachdorf, Veltheim, Vogelsdorf, Wegeleben, Wülperode, Zilly Im Ohre-Kreis: Beendorf, Döhren, Walbeck, Flecken Weferlingen Im Kreis Quedlinburg: Bad Suderode, Ballenstedt, Dankerode, Ditfurt, Friedrichsbrunn, Gernrode, Güntersberge, Harzgerode, Königerode, Neinstedt, Neudorf, Quedlinburg, Rieder, Schielo, Siptenfelde, Stecklenberg, Straßberg, Thale, Warnstedt, Weddersleben, Westerhausen Kreis Wernigerode Thüringen Stadt Eisenach Kreis Eichsfeld Im Kreis Gotha: Aspach, Ballstädt, Bienstädt, Brüheim, Bufleben, Dachwig, Döllstädt, Ebenheim, Emleben, Emsetal, Ernstroda, Eschenbergen, Finsterbergen, Friedrichroda, Friedrichswerth, Friemar, Fröttstädt, Georgenthal/Thür. Wald, Gierstädt, Goldbach, Gotha, Großfahner, Haina, Hochheim, Hörselgau, Laucha, Leinatal, Mechterstädt, Metebach, Molschleben, Remstädt, Sonneborn, Tabarz/Thür. Wald, Teutleben, Tonna, Tröchtelborn, Trügleben, Waltershausen, Wangenheim, Warza, Weingarten, Westhausen Im Kyffhäuserkreis: Bad Frankenhausen/Kyffhäuser, Badra, Bellstedt, Bendeleben, Clingen, Ebeleben, Freienbessingen, Göllingen, Greußen, Großenehrich, Günserode, Hachelbich, Helbedündorf, Holzsußra, Niederbösa, Oberbösa, Rockstedt, Rottleben, Schernberg, Seega, Sondershausen, Steinthaleben, Thüringenhausen, Topfstedt, Trebra, Wasserthaleben, Westgreußen, Wolferschwenda Kreis Nordhausen Im Kreis Schmalkalden-Meiningen: Aschenhausen, Birx, Breitungen/Werra, Brotterode, Erbenhausen, Fambach, Floh-Seligenthal, Frankenheim/Rhön, Friedelshausen, Heßles, Hümpfershausen, Kaltensundheim, Kaltenwestheim, Kleinschmalkalden, Mehmels, Melpers, Oberkatz, Oberweid, Oepfershausen, Rhönblick, Rosa, Roßdorf, Schmalkalden, Schwallungen, Stepfershausen, Trusetal, Unterkatz, Unterweid, Wahns, Wasungen, Wernshausen Fil-Kreis Sömmerda: Andisleben, Bilzingsleben, Frömmstedt, Gangloffsömmern, Gebesee, Herrnschwende, Schwerstedt, Straußfurt, Walschleben, Weißensee Unstrut-Hainich-Kreis Wartburgkreis” |
|
5. |
Iż-żona G li ġejja hija miżjuda: “Zone G (serotipi 2 u 4 u sa punt anqas 16 u 1) l-Italja: Sardinja: Cagliari, Nuoro, Oristano”. |