'ANNESS III
(Iċ-ċertifikat mudell dwar saħħet l-annimali u s-saħħa pubblika għall-prodotti tal-laħam maħsuba għall-kunsinna lill-Komunità Ewropea minn pajjiżi terzi)
Test ta 'immaġni
PAJJIŻ
Iċ-ċertifikat veterinarju għall-UE
Parti I : Dettalji tal-kunsinja mibghuta
I.1. Kunsinnatur
Isem
Indirizz
Tel. No
I.2. Numru ta’ Ċertifikat ta’ riferenza
I.2.a
I.3. Awtorita Ċentrali kompetenti
I.4. Awtorita lokali kompetenti
I.5. Destinatarju
Isem
Indirizz
Tel. No
I.6.
I.7. Pajjiz ta’ origini
Kodici ISO
I.8. Regjun ta’ origini
Kodici
I.9. Pajjiz ta’ destinazzjoni
Kodici ISO
I.10.
I.11. Pajjiz ta’ origini/Pajjiz ta’ hsad
Isem
Indirizz
Numru approvat
I.12.
I.13. Post ta’ tghabija
I.14. Data ta’ tluq
I.15. Mezz ta’ trasport
Ajruplan
Vaxxel
Vagun
Vejikolu tat-triq
Ohrajn
Identifikazzjoni
Referenzi Dokumentarji:
I.16. BIP tad-d hul fl-UE
I.17. Nru. (Nri) tas-CITES
I.18. Deskrizzjoni tal-prodott
I.19. Kodici tal-Komodita (Kodici CN)
I.20. Numru/Kwantita
I.21. Temperatura ta’ prodotti
Ambjent
Mkessah
Frizat
I.22. Numru ta’ pakketti
I.23. Identifikazzjoni tal-kontenitur/Numru ta’ sigill
I.24. Tip ta’ ippakkettar
I.25. Prodotti ccertifikati
Konsum uman
I.26.
I.27. Ghall-importazzjoni jew l-ammissjoni fl-UE
I.28. Identifikazzjoni tal-prodotti
Numru ta’ l-approvazzjoni ta’ l-istabbilimenti
Speci (Isem xjentifiku)
Karatteristici tal-komodità
Tip ta’ trattament
Biccerija
Impjant tal-manifattura
Maħżen imkessah
Numru ta’ pakketti
Piż nett
Test ta 'immaġni
Prodott tal-laħam
Parti II: Ċertifikazzjoni
II.a. Numru ta’ referenza taċċertifikat
II.b.
II.1. Ċertifikazzjoni ta’ Saħħet l-Annimali
Jiena, il-veterinarju uffiċjali li ismi jidher imniżżel hawn taħt, niċċertifika li:
II.1.1. Il-prodott tal-laħam (1) fih il-komponenti tal-laħam li ġejjin u jissodisfa l-kriterji indikati aktar ’l isfel:
Speċi (A)
Trattament (B)
Oriġini (C)
(A) Daħħal il-kodiċi għall-ispeċi rilevanti tal-laħam fejn BOV = annimali bovini domestiċi (Bos Taurus, Bison bison, Bubalus bubalis u l-annimali mit-taħlit ta’ dawn ir-razez); OVI = ngħaġ domestiku (Ovis aries) u mogħoż domestiku (Capra hircus); EQI = annimali ekwini domestiċi (Equus caballus, Equus asinus u l-annimali mit-taħlit ta’ dawn ir-razez), POR = annimali porċini domestiċi (Sus scrofa); RAB = fniek domestiċi, PFG = tjur domestiċi u annimali bir-rix tal-kaċċa mrobbija, RUF = annimali mrobbija mhux domestiċi għajr is-suidae u s-solipedi; RUW = annimali salvaġġi li mhux domestiċi għajr is-suidae u s-solipedi; SUW = suidae salvaġġi mhux domestiċi; EQW = solipedi salvaġġi mhux domestiċi, WLP = lagomorfi salvaġġi, WGB = għasafar tal-kaċċa salvaġġi.
(B) Daħħal A, B, C, D, E jew F għat-trattament meħtieġ kif inhu speċifikat u ddefinit fil-Partijiet 2, 3 u 4 ta’ l-Anness II tad-Deċiżjoni 2005/432/KE.
(C) Daħħal il-kodiċi ISO tal-pajjiż ta’ l-oriġini u, fil-każ ta’ reġjonalizzazzjoni mil-leġiżlazzjoni Komunitarja għall-komponenti tal-laħam rilevanti, ir-reġjun kif indikat fil-Parti I ta’ l-Anness II tad-Deċiżjoni 2005/432/KE. (kif emendata l-aħħar)
(2) II.1.2. Il-prodott tal-laħam deskritt f’punt II.1.1 ġie mħejji minn laħam frisk minn annimali bovini domestiċi (Bos Taurus, Bison bison, Bubalus bubalis u l-annimali mit-taħlit ta’ dawn ir-razez); nagħaġ domestiku (Ovis aries) u mogħoż domestiku (Capra hircus); EQI = annimali ekwini domestiċi (Equus caballus, Equus asinus u l-annimali mit-taħlit ta’ dawn ir-razez), annimali porċini domestiċi (Sus scrofa); annimali mrobbija mhux domestiċi għajr is-suidae u s-solipedi; annimali salvaġġi mhux domestiċi għajr is-suidae u s-solipedi; suidae salvaġġi mhux domestiċi: solipedi salvaġġi mhux domestiċi u l-laħam frisk użat fil-produzzjoni tal-prodotti tal-laħam:
jewr [II.1.2.1. għadda minn trattament mhux speċifiku kif speċifikat u ddefinit taħt il-punt A tal-Parti 4 ta’ l-Anness II tad-Deċiżjoni 2005/432/KE u: (2)
jew [II.1.2.1.1. jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti dwar is-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika stabbiliti fiċ-ċertifikat(i) tas-saħħa xieraq/ xierqa fil-Parti 2 ta’ l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE u joriġina f’pajjiż terz, jew f’parti minnu fil-każ ta’ reġjonalizzazzjoni skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja, kif deskritt fil-kolonna rilevanti tal-Parti 2 ta’ l-Anness II tad-Deċiżjoni 2005/432/KE]. (2)
jew [II.1.2.1.1. joriġina fi Stat Membru tal-Komunità Ewropea] (2)
jew [II.1.2.1. jissodisfa kwalunkwe rekwiżit miftiehem taħt id-Direttiva 2002/99/KE, joriġina minn annimali ġejjin minn stabbiliment mhux soġġett għal restrizzjonijiet għall-mard speċifiku li jissemma fiċ-ċertifikat(i) tas-saħħa xieraq/xierqa fil-Parti 2 ta’ l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE u f’raġġ ta’ 10 km fejn ma kien hemm l-ebda tfaqqigħa ta’ mard ta’ din ix-xorta fl- aħħar 30 jum u għadda mit-trattament speċifiku stabbilit fil-pajjiż terz ta’ l-oriġini jew f’parti minnu għal-laħam ta’ l-ispeċijiet konċernati fil-Partijiet 2 jew 3 (kif inhu xieraq) ta’ l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/432/KE] (2)
(2) II.1.3. Il-prodott tal-laħam deskritt taħt punt II.1.1 ġie mħejji mil-laħam frisk ta’ tjur domestiċi, inklużi għasafar tal-kaċċa mrobbija jew salvaġġi, li:
jewr [II.1.3.1. għadda minn trattament mhux speċifiku kif speċifikat u ddefinit taħt il-punt A tal-Parti 4 ta’ l-Anness II tad-Deċiżjoni 2005/432/KE] u: (2)
jew [II.1.3.1.1. jissodisfa r-rekwiżiti ta’ saħħet l-annimali stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/696/KE [SANCO C(2006)3821],] (2)
jew [II.1.3.1.1. joriġina fi Stat Membru tal-Komunità Ewropea li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE] (2)
jew [II.1.3.1. joriġina f’pajjiż terz li jissemma fil-parti 1 ta’ l-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/696/KE [SANCO C(2006)3821], ġej minn stabbiliment mhux soġġett għar-restrizzjonijiet minħabba l-Influwenza tat-Tjur jew il-marda tan-Newcastle fi ħdan raġġ ta’ 10 km fejn ma kien hemm l-ebda tfaqqigħa ta’ mard ta’ din ix-xorta fl-aħħar 30 jum u għadda minn trattament speċifiku stabbilit għall-pajjiż terz ta’ l-oriġini jew għal parti minnu għal-laħam ta’ l-ispeċijiet ikkonċernati fil-Parti 2 jew 3 (kif inhu xieraq) ta’ l-Anness II tad-Deċiżjoni 2005/432/KE.] (2)
jew [II.1.3.1. joriġina f’pajjiż terz li jissemma fil-parti 1 ta’ l-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/696/KE [SANCO C(2006)3821], ġej minn stabbiliment li mhuwiex soġġett għal restrizzjonijiet minħabba l-Influwenza tat-Tjur jew il-marda tan-Newcastle f’ raġġ ta’ 10 km fejn ma kien hemm l-ebda tfaqqigħa ta’ mard ta’ din ix-xorta fl-aħħar 30 jum, u għadda mit-trattament speċifiku li jissemma fil-punti B, C jew D fil-Parti 4 ta l-Anness II tad-Deċiżjoni 2005/432/KE, sakemm trattamenti ta’ din ix-xorta huma aktar stretti minn dak indikat fil-Partijiet 2 u 3 ta l-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni.]
Test ta 'immaġni
Prodott tal-laħam
(2) [II.1.4. fil-każ ta’ prodotti tal-laħam li ġejjin mil-laħam frisk tal-lagomorfi u ta’ mammali ta’ l-art oħra:
jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti dwar saħħet l-annimali u s-saħħa pubblika stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/585/KE u ma ġiex minn stabbiliment li huwa soġġett għal restrizzjonijiet minħabba mard ta’ l-annimali li jaffetwa l-annimali kkonċernati f’raġġ ta’ 10 km fejn ma kien hemm l-ebda tfaqqigħa ta’ mard ta’ din ix-xorta fl-aħħar 30 jum;];
II.1.5. il-prodott tal-laħam:
II.1.5.1. [jikkonsisti minn laħam u/jew prodotti tal-laħam li ġejjin minn speċi waħda u għadda mit-trattament li jissodisfa l-kondizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2005/432/KE]
jew (2) II.1.5.1. [jikkonsisti f’laħam ta’ aktar minn speċi waħda u, wara li laħam ta’ din ix-xorta ġie mħallat, il-prodott sħiħ sussegwentement għadda minn trattament li huwa strett għall-inqas daqs dak meħtieġ għall-komponenti tal-laħam tal-prodott tal-laħam kif stabbilit fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/432/KE;]
jew (2) II.1.5.1. [ġie mħejji minn laħam ta’ aktar minn speċi waħda u kull komponent tal-laħam preċedentement għadda minn trattament, qabel ma ġie mħallat, li jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti tat-trattament għal-laħam ta’ dik l-ispeċi kif stabbilit fl-Anness II għal 2005/432/KE]; (2)
II.1.6. wara t-trattament ittieħdu l-prekawzonijiet kollha biex tkun evitata l-kontaminazzjoni
(2) [II.1.7. Garanziji addizzjonali:
fil-każ tal-prodotti tal-laħam tat-tjur li m’għaddewx minn trattament speċifiku u huma ddestinati għal Stati Membri jew għal reġjunijiet tagħhom li ġew rikonoxxuti skond l-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE, il-laħam tat-tjur kien joriġina minn tjur li ma kenux imlaqqma b’vaċċin ħaj kontra l-marda tan-Newcastle fit-30 jum qabel it-tbiċċir;]
(2) II.2. Ċertifikazzjoni tas-Sanità
Jien, li ismi jidher imniżżel hawn taħt, niddikjara li jiena konxju mid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 852/2004, (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 999/2001 u niċċertifika li l-prodotti tal-laħam deskritti hawn fuq ġew prodotti skond dawn ir-rekwiżiti, b’mod partikolari li:
II.2.1. ġejjin minn stabbiliment(i) li jimplementa(w) programm ibbażat fuq il-prinċipji ta’ l-HACCP skond ir-Regolament (KE) Nru 852/2004;
II.2.2. ġew prodotti minn materja prima li ssodisfat ir-rekwiżiti tat-Taqsimiet I sa VI ta’ l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;
II.2.3.1 (2) il-prodotti tal-laħam ġew mil-laħam tal-majjal domestiku li jew kien soġġett għall-eżami għat-trichinosis b’riżultati negattivi jew kien soġġett għal trattament ta’ tkessieħ skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005;
II.2.3.2 (2) il-prodotti tal-laħam ġew mil-laħam taż-żiemel jew mil-laħam tal-ħnieżer salvaġġi (ċingjali) li kien soġġett għal eżami għat-trichinosis b’riżultati negattivi skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005;
II.2.4. il-prodotti tal-laħam ġew immarkati b’marka ta’ identifikazzjoni skond it-Taqsima I ta’ l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 853/2004;
II.2.5. it-tikketta mwaħħla ma’ l-ippakkjar tal-prodotti tal-laħam deskritti aktar ’il fuq, għandha fuqha marka li tgħid li l-prodotti tal-laħam ġejjin kollha minn laħam frisk ta’ annimali li tbiċċru f’biċċeriji li kienu approvati għall-esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea jew ta’ annimali li tbiċċru f’biċċerija indikata għall-kunsinna tal-laħam għat-trattament meħtieġ kif stabbilit fil-Partijiet 2 u 3 ta’ l-Anness II tad-Deċiżjoni 2005/432/KE;
II.2.6. dawn jissodisfaw il-kriterji rilevanti li ġew stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti ta’ l-ikel;
II.2.7. il-garanziji li jkopru l-annimali ħajjin u l-prodotti tagħhom ipprovduti mill-pjanijiet dwar ir-residwi li ġew sottomessi skond id- Direttiva 96/23/KE, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tagħha, ġew sodisfatti;
II.2.8. il-mezzi tat-trasport u l-kondizzjonijiet għat-tagħbija għall-prodotti tal-laħam f’din il-kunsinna jissodisfaw ir-rekwiżiti iġjeniċi stabbiliti għall-esportazzjonijiet lejn il-Komunità Ewropea;
Test ta 'immaġni
II.2.9. jekk il-prodott ikun fih materjal mill-bovini, min-nagħaġ jew mill-mogħoż, il-prodott tal-laħam ma fihx u mhuwiex ġej minn:
jew (2)
materjal speċifikat ta’ riskju kif definit fl-Anness XI, taqsima A, tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 prodott wara l-31 ta’ Marzu 2001, jew laħam irkuprat b’mod mekkaniku ottenut mill-għadam ta’ annimali bovini, ovini jew kaprini wara l-31 ta’ Marzu 2001. Wara l-31 ta’ Marzu 2001 l-annimali bovini, ovini u kaprini, li minnhom ikun ġej dan il-prodott, ma jkunux inqatlu wara li jkunu ġew storduti permezz ta’ gass injettat fil-ħofra kranjali jew inqatlu bl-istess metodu jew inqatlu b’tiċrit wara li jkunu ġew storduti tat-tessut nervuż ċentrali permezz ta’ strument twil f’għamla ta’ virga mdaħħal fil-ħofra kranjali.
or
il-materjali bovini, ovini u kaprini għajr dawk ġejjin minn annimali mwielda, imrobbija dejjem u maqtula
fi … (3) (4).
Noti
Parti I:
— Kaxxa ta’ referenza I.8.: ir-reġjun (jekk xieraq) kif jidher fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/432/KE (kif emendata l-aħħar).
— Kaxxa ta’ referenza I.11: Post ta’ l-oriġini: isem u indirizz ta’ l-istabbiliment li jibgħat.
— Kaxxa ta’ referenza I.15: Numru ta’ reġistrazzjoni (vaguni ta’ ferrovija jew kontejner u trakkijiet), numru tat-titjira (ajruplani) jew isem (vapuri). Għandu jingħata tagħrif separat fil-każ tal-ħatt u t-tagħbija mill-ġdid.
— Kaxxa ta’ referenza I.19: uża l-kodiċi HS xierqa: 02.10, 16.01, 16.02.
— Kaxxa ta’ referenza I.23: Identifikazzjoni tan-numru tal-kontejner/siġill fejn applikabbli biss.
— Kaxxa ta’ referenza I.28: “Speċi”: agħżel fost l-ispeċijiet deskritti f’ Parti II 1.1. (A);
“Karatteristiċi tal-komodità”: Imla kif inhu xieraq
“Tip ta’ trattament”: indika l-perjodu ta’ ħażna (jj/xx/ssss);
“Biċċerija”: kwalunkwe biċċerija jew “stabbiliment li jżomm it-tjur”;
“Maħżen imkessaħ”: kwalunkw faċilità ta’ ħażna.
Parti II:
(1) Prodotti tal-laħam kif stipulati fil-punt 7.1 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.
(2) Żomm kif inhu xieraq.
(3) Daħħal l-isem tal-pajjiż
(4) Kif imniżżel fil-lista fil-punt 15(b) ta’ l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 kif emendat
— Il-kulur tal-firma għandu jkun differenti minn dak tat-test stampat. L-istess regola tapplika għal timbri oħra għajr dawk imqabbża jew watermarked.
Il-veterinarju uffiċjali
Isem (b’ ittri kbar):
Kwalifika u titlu:
Data:
Firma:
Timbru: