2.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

291


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta' novembru 2006

li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti tal-istima u l-verifikazzjoni relatati mal-għoti ta’ eko-tikketta tal-Komunità għall-materjali li jtejbu l-ħamrija

(notifikata bid-dokument numru C(2006) 5369)

(Test b’rilevanza ŻEE)

(2006/799/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar skema riveduta għall-għoti ta’ eko-tikketti tal-Komunità (1), u b’mod partikolari t-tieni subinċiż tal-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Bord tal-Unjoni Ewropea għall-Eko-Tikkettar,

Billi:

(1)

Skond ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000, saret analiżi f’waqta tal-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll tar-rekwiżiti tal-istima u tal-verifikazzjoni relatati, stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/688/KE (2) għall-għoti ta’ eko-tikketti tal-Komunità għall-materjali li jtejbu l-ħamrija u għall-mezzi għat-tkabbir.

(2)

Fid-dawl ta’ din ir-reviżjoni, huwa xieraq li l-grupp tal-prodotti jinqasam f’żewġ gruppi ta’ prodotti separati.

(3)

Id-Deċiżjoni 2001/688/KE sejra b’hekk tiġi sostitwita minn żewġ Deċiżjonijiet separati, għall-materjali li jtejbu l-ħamrija u għall-mezzi tat-tkabbir, rispettivament.

(4)

Għar-rigward tal-materjali li jtejbu l-ħamrija, huwa xieraq ukoll fid-dawl ta’ din ir-reviżjoni, sabiex tingħata kunsiderazzjoni lill-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq, li jiġu riveduti l-kriterji u r-rekwiżiti relatati mal-materjali li jtejbu l-ħamrija, li l-perjodu ta’ validità tagħhom jintemm fit-28 ta’ Awissu 2007.

(5)

Il-kriterji u r-rekwiżiti ekoloġiċi riveduti se jkunu validi għal perjodu ta’ erba’ snin.

(6)

Huwa xieraq li jiġi permess perjodu tranżizzjonali ta’ mhux aktar minn tmintax-il xahar għall-produtturi li l-prodotti tagħhom ingħataw eko-tikketta qabel l-1 ta’ Ottubru 2006 jew li applikaw għat-tali aġġudikazzjoni qabel dik id-data, sabiex ikollhom biżżejjed żmien biex jaddattaw il-prodotti tagħhom ħalli jikkonformaw mal-kriterji u r-rekwiżiti riveduti.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artiklu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-grupp tal-prodotti “materjali li jtejbu l-ħamrija” se jinkludi materjali li jridu jiżdiedu mal-ħamrija in situ primarjament biex iżommu jew itejbu l-proprjetajiet fiżiċi, u li jistgħu jtejbu l-proprjetajiet jew l-attività kimika u/jew bijoloġika tagħha.

Artikolu 2

Sabiex wieħed jingħata l-eko-tikketta tal-Komunità għall-materjali li jtejbu l-ħamrija, taħt ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000, il-prodott irid jaqa’ fil-grupp tal-prodotti “materjali li jtejbu l-ħamrija” kif definit fl-Artikolu 1, u jrid jikkonforma mal-kriterji ekoloġiċi stabbiliti fl-Anness għad-Deċiżjoni.

Artikolu 3

L-eżekuzzjoni ambjentali tal-grupp tal-prodotti “materjali li jtejbu l-ħamrija” se jiġi stmat b’referenza għall-kriterji ekoloġiċi stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 4

Għal skopijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi mogħti lill-grupp tal-prodotti “materjali li jtejbu l-ħamrija” se jkun “003”

Artikolu 5

Id-Deċiżjoni 2001/688/KE hija mħassra.

Artikolu 6

L-eko-tikketti li ngħataw qabel l-1 ta’ Ottubru għall-prodotti li jaqgħu fil-grupp tal-prodotti “materjali li jtejbu l-ħamrija u medja tat-tkabbir” jistgħu jibqgħu jintużaw sat-30 ta’ April 2008.

Fejn l-applikazzjonijiet ġew sottomessi qabel l-1 ta’ Ottubru 2006 għall-għoti ta’ eko-tikketta b’rispett ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-grupp tal-prodotti “materjali li jtejbu l-ħamrija u medja tat-tkabbir”, dawk il-prodotti jistgħu jingħataw eko-tikketta taħt il-kondizzjonijiet applikabbli sat-28 ta’ Awissu 2007. Fit-tali każijiet, l-eko-tikketta tista’ tintuża sat-30 ta’ April 2008.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 3 ta' Novembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1.

(2)   ĠU L 242, 12.9.2001, p. 17. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2005/384/KE (ĠU L 127, 20.5.2005, p. 20).


ANNESS

STRUTTURA

It-testjar u t-teħid ta’ kampjuni sejjer fejn applikabbli jsir skond il-metodu tat-testjar żviluppat mill-Kumitat Tekniku CEN 223 “materjali li jtejbu l-ħamrija u mezzi tat-tkabbir” sakemm l-istandards orizzontali rilevanti elaborati taħt il-gwida tas-CEN Task Force 151 “Orizzontali”, isiru disponibbli.

It-teħid ta’ kampjuni se jsir skond il-metodoloġiji stabbiliti minn CEN/TC 223 (WG 3) kif speċifikati u approvati mis-CEN f'EN 12579 — Materjali li jtejbu l-ħamrija u medja tat-tkabbir — Teħid ta’ kampjuni. Fejn it-testjar jew it-teħid ta’ kampjuni huwa meħtieġ u mhux kopert minn dawn il-metodi u tekniki tat-teħid ta’ kampjuni, il-Korp Kompetenti jew korpi li qed jistimaw l-applikazzjoni (minn hawn ‘il quddiem msejħa “Korp Kompetenti”) se jindika liema metodi ta’ testjar u/jew ta’ teħid ta’ kampjuni jqis aċċettabbli.

Fejn xieraq, metodi ta’ testjar oħra jistgħu jintużaw jekk l-ekwivalenza tagħhom tiġi aċċettata mill-Korp Kompetenti. Fejn ma jissemma l-ebda test, jew jissemmew għall-użu fil-verifikazzjoni jew il-monitoraġġ, il-korpi kompetenti se jiddependu kif xieraq fuq id-dikjarazzjonijiet u d-dokumentazzjoni provduti mill-applikant u/jew il-verifiki indipendenti.

Il-korpi kompetenti qed jingħataw il-parir li jikkunsudraw l-implimentazzjoni tal-iskemi tal-ġestjoni ambjentali rikonoxxuti, bħal EMAS jew ISO 14001, meta jistimaw l-applikazzjonijiet u jimmonitoraw il-konformità mal-kriterji f’dan l-Anness. (Nota: mhux meħtieġ li jiġu implimentati t-tali skemi ta’ ġestjoni.)

L-għan ta’ dawn il-kriterji huwa b’mod partikolari l-promozzjoni ta’:

l-użu ta’ materjali rinnovabbli u/jew ir-riċiklaġġ ta’ materjal organiku derivati mill-ġabra u/jew l-ipproċessar ta’ materjal ta’ skart li b’hekk jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-iskart solidu fir-rimi finali (per eżempju fil-miżbla);

it-tnaqqis fil-ħsara jew ir-riskji ambjentali mill-metalli tqal jew komposti perikolużi oħra minħabba l-applikazzjoni tal-prodott.

Il-kriterji huma stabbiliti fuq livelli li jippromwovu t-tikkettar tal-materjali li jtejbu l-ħamrija li għandhom impatt ambjentali aktar baxx matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollha tal-prodott.

KRITERJI EKOLOĠIĊI

1.   Ingredjenti

L-ingredjenti li ġejjin huma permessi:

1.1.   Ingredjenti organiċi

Prodott se jingħata kunsiderazzjoni għall-għoti ta’ eko-tikketta biss jekk ma fihx pit u jekk il-kontenut ta’ materjal organiku tiegħu huwa derivat mill-ipproċessar u/jew l-użu mill-ġdid tal-iskart (kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart (1) u fl-Anness I għat-tali Direttiva).

L-applikant għandu jipprovdi lill-Korp Kompetenti l-kompożizzjoni dettaljata tal-prodott, u dikjarazzjoni tal-konformità mar-rekwiżit imsemmi hawn fuq.

1.2.   Skart industrijali

Il-prodotti mhux se jkun fihom skart industrijali tad-dranaġġ. L-iskart industrijali (mhux tad-dranaġġ) huwa permess biss jekk jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

L-iskart industrijali huwa identifikat bħala wieħed mit-tipi ta’ skart li ġejjin skond il-lista Ewropea tal-iskart (kif definita mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/118/KE emendata mid-Deċiżjoni 2000/532/KE (2)):

0203 05

skart industrijali mit-trattament ta’ effluwenti fuq il-post fil-preparazzjoni u l-ipproċessar ta’ frott, ħxejjex, ċereali, żjut li jittieklu, kakaw, kafè, tè u tabakk; fil-produzzjoni ta’ marmellati; fil-produzzjoni tal-ħmira u tal-estratti tal-ħmira, fil-preparazzjoni u l-fermentazzjoni tal-għasel iswed

0204 03

skart industrijali mit-trattament ta’ effluwenti fuq il-post fl-ipproċessar taz-zokkor.

0205 02

skart industrijali mit-trattament ta’ effluwenti fuq il-post fl-industrija tal-prodotti tal-ħalib.

0206 03

skart industrijali mit-trattament ta’ effluwenti fuq il-post fl-industrija tal-ħami u tal-ħelu.

0207 05

skart industrijali mit-trattament ta’ effluwenti fuq il-post fil-produzzjoni tax-xorb alkoħoliku u mhux alkoħoliku (minbarra kafè, tè u kawkaw).

L-iskart industrijali huwa separat minn sors wieħed, jiġifieri li ma jkunx sar xi taħliet ma’ effluwenti jew skart industrijali ‘l barra mill-proċess ta’ produzzjoni speċifiku.

Il-konċentrazzjonijiet massimi ta’ metalli tqal fl-iskart qabel it-trattament (mg/kg piż fin-niexef) jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kriterju 2.

L-iskart industrijali għandu jissodisfa l-kriterji tal-Eko-tikketti l-oħra kollha speċifikati f’dan l-Anness, li fil-każ se jkunu kunsidrati biżżejjed stabbli u sanitizzati.

L-applikant għandu jipprovdi lill-Korp Kompetenti bil-kompożizzjoni dettaljata tal-prodott, u dikjarazzjoni tal-konformità ma kull wieħed mir-rekwiżiti msemmija hawn fuq.

1.3.   Minerali

M'għandhomx jiġu estratti minerali minn:

siti notifikati ta’ importanza għall-Komunità skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali ta’ fawna u flora selvaġġa (3);

Żoni tan-netwerk Natura 2000, komposti minn żoni ta’ protezzjoni speċjali skond id-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (4), u dawk iż-żoni taħt id-Direttiva 92/43/KEE flimkien, jew żoni ekwivalenti ‘l barra mill-Komunità Ewropea li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Konvenzjoni dwar il-Diversità Bijoloġika tan-Nazzjonijiet Uniti.

L-applikant għandu jipprovdi lill-Korp Kompetenti dikjarazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti maħruġa mill-awtoritajiet xierqa.

2.   Limitazzjoni tas-sustanzi perikolużi

Fil-prodott finali, il-kontenut tal-elementi li ġejjin għandu jkun aktar baxx mill-valuri li jidhru hawn taħt, imkejjla skond il-piż fin-niexef:

Element

mg/kg (piż fin-niexef)

Zn

300

Cu

100

Ni

50

Cd

1

Pb

100

Hg

1

Cr

100

Mo (*1)

2

Se (*1)

1,5

As (*1)

10

F (*1)

200

Nota: Dawn il-valuri tal-limiti huma validi sakemm il-leġislazzjoni nazzjonali mhijiex aktar severa

L-applikant għandu jipprovdi lill-Korp Kompetenti bir-rapporti tat-testijiet rilevanti, u dikjarazzjoni tal-konformità ma dan ir-rekwiżit.

3.   Kontaminanti fiżiċi

Il-prodott finali (b’daqs tal-malja ta’ 2 mm), il-kontenut ta’ ħġieġ, metall u plastik irid ikun aktar baxx minn 0,5 % kif imkejjel bħala piż fin-niexef.

L-applikant għandu jipprovdi lill-Korp Kompetenti bir-rapporti tat-testijiet rilevanti, u dikjarazzjoni tal-konformità ma' dan ir-rekwiżit.

4.   Nitroġenu

Il-konċentrazzjoni ta’ nitroġenu fil-prodott m'għandhiex teċċedi 3 % totali tan-N (bil-piż) u n-N inorganiku m'għandux jeċċedi 20 % mit-total tan-N (jew in-N organiku ≥ 80 %).

L-applikant għandu jipprovdi lill-Korp Kompetenti b’dikjarazzjoni tal-konformità ma dan ir-rekwiżit.

5.   Eżekuzzjoni tal-prodott

(a)

Il-prodotti għandhom jiġu forniti fil-forma solida u jkun fihom anqas minn 25 % ta’ materja niexfa bil-piż u mhux anqas minn 20 % materja organika bil-piż fin-niexef (imkejjla skond it-telf bil-kombustjoni).

(b)

Il-prodotti m'għandhomx jaffettwaw ħażin il-ħruġ jew it-tkabbir sussegwenti tal-pjanta.

L-applikant għandu jipprovdi lill-Korp Kompetenti b’dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti, flimkien mar-rapporti tat-testijiet u d-dokumentazzjoni relatati.

6.   Saħħa u sigurtà

Il-prodotti m'għandux jeċċedu l-livelli massimi tal-patoġeni primarji kif ġej:

Salmonella: nieqes f’25 g;

Helminth Ova: nieqes f’ 1,5 g (5).

E. Coli: <1 000 MPN/g (MPN: numru l-aktar probabbli) (6)

L-applikant għandu jipprovdi lill-Korp Kompetenti bir-rapporti tat-testijiet u d-dokumentazzjoni rilevanti, u dikjarazzjoni tal-konformità ma' dawn ir-rekwiżiti.

7.   Żrieragħ/propaguli vijabbli

Fil-prodott finali, il-kontenut ta’ żrieragħ ta’ ħaxix ħażin u l-partijiet riproduttivi veġetattivi ta’ ħaxix ħażin aggressiv m'għandhomx jeċċedu żewġ unitajiet kull litru.

L-applikant għandu jipprovdi lill-Korp Kompetenti b’dikjarazzjoni tal-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti, flimkien ma’ kwalunkwe rapport tat-testijiet u/jew dokumentazzjoni relatata.

8.   Informazzjoni provduta mal-prodott

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi provduta mal-prodotti (jekk il-prodott huwiex ippakkjat jew le), jew bil-miktub fuq il-pakkett jew fl-iskedi deskrittivi li jakkompanjawh:

Informazzjoni ġenerali

a)

l-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-marketing;

b)

deskrizzjoni li tiddentifika l-prodott bit-tip, inkluż l-kliem “MATERJAL GĦAT-TITJIB TAL-ĦAMRIJA”;

c)

kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-konsenja;

d)

il-kwantità (skond il-piż jew il-volum);

e)

il-materjali tiegħu prinċipali (dawk li jeċċedu 5 % bil-volum) li minnhom ġie manifattura l-prodott;

Jekk applikabbli, l-informazzjoni li ġejja dwar l-użu tal-prodott għandha tiġi pprovduta mal-prodott, jew bil-miktub fuq il-pakkett jew fl-iskredi deskrittivi li jakkompanjawh:

a)

il-kondizzjonijiet rakkomandati ta’ ħażna u d-data “uża sa” rakkomandata;

b)

linji gwida dwar it-tqandil u l-użu salv;

c)

deskrizzjoni tal-iskop li għalih huwa maħsub il-prodott u kwalunkwe limitazzjonijiet fuq l-użu;

d)

dikjarazzjoni tal-idoneità tal-prodott għall-grupp ta’ pjanti partikolari (per eżempju pjanti li ma jittollerawx il-ħamrija alkalina jew pjanti li jikbru fil-ħamrija alkalina);

e)

pH u l-indiċi Karbonju-Nitroġenu (C/N);

f)

dikjarazzjoni dwar l-istabbilità tal-materjal organiku (stabbli jew stabbli ħafna) skond l-istandard nazzjonali jew internazzjonali;

g)

dikjarazzjoni dwar il-metodi ta’ użu rakkomandati;

h)

f’applikazzjonijiet tal-passatemp: rata ta’ applikazzjoni rakkomandata espressa f’kilogrammi jew litri tal-prodott għal kull erja tal-wiċċ (m2) kull sena;

Informazzjoni tista’ tiħalla barra biss jekk tingħata ġustifikazzjoni sodisfaċenti mill-applikant.

Nota: Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta sakemm il-leġislazzjoni nazzjonali ma tkunx titlob xort’oħra.

Informazzjoni dettaljata

Parametru

Metodi tal-ittestjar

Kwantità

EN 12580

Kontenut ta’ materjal organiku u rmid

EN 13039

N totali

prEN 13654/1-2

Indiċi Karbonju-Nitroġenu (C/N)

C/N (*2)

pH

EN 13037

Metalli tqal (Cd, Cr, Cu, Pb, Ni, Zn)

EN 13650

Hg

ISO 16772

Kontenut materjal umdu/niexef

EN 13040

Salmonella

ISO 6579

Helminth ova

prXP X 33-017

E. Coli

ISO 11866-3

Test tal-istabbilità/maturità (it-test li jsir irid jiġi dikjarat mar-riżultati)

Mhux applikabbli

mhux applikabbli

=

il-metodu CEN mhux applikabbli.

9.   Informazzjoni li tidher fuq l-eko-tikketta

Il-kaxxa 2 tal-eko-tikketta għandha tinkludi t-test li ġej:

jikkontribwixxi għat-tnaqqis fit-tniġġiż tal-ħamrija u tal-ilma;

jippromwovi r-riċiklaġġ tal-materjali;

jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-fertilità tal-ħamrija.


(1)   ĠU L 194, 25.7.1975, p. 47.

(2)   ĠU L 47, 16.2.2001, p. 1.

(3)   ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7

(4)   ĠU L 59, 25.4.1979, p. 1.

(*1)  Id-data relatata mal-preżenza ta’ dawn l-elementi hija meħtieġa biss għall-prodotti li fihom materjal mill-proċessi industrijali

(5)  Għal dawk il-prodotti li l-kontenut organiku tagħhom mhux derivat esklusivament minn skart veġetali, tal-ġnien jew tal-parks

(6)  Għal dawk il-prodotti li l-kontenut organiku tagħhom huwa derivat esklusivamenti mill-iskart veġetali, tal-ġnien jew tal-park

(*2)  

Karbonju

=

materjal organiku (EN 13039) × 0,58