|
5.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
471 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta' l-14 ta' Novembru 2006
li tikkonċerna r-rekwiżiti minimi għall-ġbir ta' l-informazzjoni waqt l-ispezzjonijiet tas-siti ta' produzzjoni li fihom jinżammu ċerti annimali għal skopijiet ta' biedja
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5384)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2006/778/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/629/KEE tad-19 ta' Novembru 1991 li tipprovdi l-livelli minimi għall-protezzjoni ta' l-għoġġiela (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 7(2) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/630/KEE tad-19 ta' Novembru 1991 li tipprovdi l-livelli minimi għall-protezzjoni tal-ħnieżer (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 7(2) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE ta' l-20 ta' Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta' annimali miżmuma għal skopijiet ta' biedja (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 6 (3) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE tad-19 ta' Lulju 1999 li tistabilixxi standards minimi għall-ħarsien ta' tiġieġ li jbidu (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 8 (3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 91/629/KEE tipprovdi l-livelli minimi għall-protezzjoni ta' l-għoġġiela li jinżammu għat-trobbija u li jkunu mħaxxna. Hi tipprovdi li Stati Membri għandhom jiżguraw li l-ispezzjonijiet jitwettqu taħt ir-responsabbiltà ta' l-awtorità kompetenti biex tiġi vverifikata l-konformità mad-Direttiva. |
|
(2) |
Id-Direttiva 91/630/KEE tipprovdi l-livelli minimi għall-protezzjoni tal-ħnieżer li jinżammu għat-trobbija u li jkunu mħaxxna. Hi tipprovdi li Stati Membri għandhom jiżguraw li l-ispezzjonijiet jitwettqu taħt ir-responsabbiltà ta' l-awtorità kompetenti biex tiġi vverifikata l-konformità mad-Direttiva. |
|
(3) |
Id-Direttiva 98/58/KE tipprovdi standards minimi għall-ħarsien ta' annimali mrobbija jew miżmuma għal skopijiet ta' biedja. Hi tipprovdi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispezzjonjiet biex tiġi vverifikata l-konformità mad-Direttiva jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti u l-Istati Membri għandhom jissottomettu rapporti lill-Kummissjoni dwar dawn l-ispezzjonijiet. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/50/KE tas-17 ta Diċembru 1999 dwar il-ħtiġijiet minimi għall-ispezzjoni ta' ażjendi li fihom jinżammu annimali għat-trobbija (5) tipprovdi li r-rapporti li l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni skond id-Direttiva 98/58/KE għandhom ikopru l-għoġġiela, il-ħnieżer u t-tiġieġ li jbidu. Hi tispeċifika wkoll dwar l-informazzjoni li l-Istati Membri huma mitluba li jissottomettu għal kull speċi u kategorija ta' annimali. |
|
(5) |
L-ispezzjonijiet ta' l-annimali miżmuma għal skopijiet ta' biedja mwettqa fl-Istati Membri għandhom mhux biss ikopru r-rekwiżiti stabbiliti fl-atti speċifiċi bħalma huma dawk li jikkonċernaw l-għoġġiela, il-ħnieżer u t-tiġieġ li jbidu iżda wkoll ir-rekwiżiti tal-benessri ġenerali stabbiliti fid-Direttiva 98/58/KE. L-obbligi ta' l-Istati Membri li jagħmlu rapporti lill-Kummissjoni għandhom għalhekk jinkludu kemm rekwiżiti ġenerali u speċifiċi skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja. |
|
(6) |
L-ispezzjonijiet ta' l-annimali miżmuma għal skopijiet ta' biedja mwettqa fl-Istati Membri għandhom ikopru l-ispeċijiet kollha tal-biedja li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 98/58/KE. L-obbligi ta' l-Istati Membri li jagħmlu rapporti lill-Kummissjoni għandhom għalhekk jiġu estiżi skond dan. |
|
(7) |
Id-Direttiva 1999/74/KE tistabilixxi standards minimi għall-ħarsien ta' tiġieġ li jbidu. Hi tipprovdi li Stati Membri għandhom jiżguraw li l-ispezzjonijiet biex tiġi vverifikata l-konformità mad-Direttiva jitwettqu mill-awtorità kompetenti . |
|
(8) |
L-esperjenza akkwistata bis-saħħa tad-Direttivi 91/629/KEE, 91/630/KEE, 99/58/KE u 1999/74/KE tindika diskrepanzi bejn l-Istati Membri fl-ippjanar, l-eżekuzzjoni, l-irrekordjar u r-rapporti ta' l-ispezzjonijiet imwettqa skond dawn id-Direttivi mill-awtorità kompetenti. |
|
(9) |
Il-ġbir tad-data dwar l-ispezzjonijiet tal-benessri ta' l-annimali hu essenzjali għall-Komunità biex jiġi valutat l-impatt tal-politika tagħha f'dan il-qasam. Barra minn dan hu importanti li r-regoli dwar il-benessri ta' l-annimali jiġu applikati b'mod uniformi, b'mod partikulari minħabba li dawn ir-regoli jistgħu jaffettwaw il-kompetittività ta' xi attivitajiet tal-biedja. Għalhekk meħtieġ li jiġu aġġornati r-rekwiżiti minimi għall-ispezzjonijiet tas-siti ta' produzzjoni fejn jinżammu annimali għal skopijiet ta' biedja. |
|
(10) |
Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi ta' l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta' l-annimali u mar-regoli dwar il-benessri ta' l-annimali (6), jipprovdi fit-Titolu V għal pjanijiet ta' kontrolli inklużi rapporti annwali. L-obbligi attwali ta' l-Istati Membri li jagħmlu rapporti skond id-Deċiżjoni 2000/50/KE għandhom jiġu adattati għal dan ir-Regolament, b'mod partikulari fir-rigward tal-frekwenza u tal-limitu taż-żmien biex jirrapportaw lill-Kummissjoni. |
|
(11) |
Il-kondizzjonijiet tal-benessri ta' l-annimali huma affettwati mill-metodi tal-biedja. Għalhekk dawn jirrappreżentaw bażi utli għal ġbir ta' l-informazzjoni. Fil-każ tat-tiġieġ li jbidu, referenza partikulari għandha ssir għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2295/2003 tat-23 ta' Diċembru 2003 li jdaħħal regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1907/90 fuq ċerti standards tal-marketing għall-bajd (7), kif dan jiddefinixxi r-rekwiżiti addizzjonali għal sistemi alternattivi. |
|
(12) |
Is-sistema preżenti tal-ġbir u l-analiżi ta' l-informazzjoni mill-Istati Membri qed toħloq piż amministrattiv kemm għall-Kummissjoni u l-Istati Membri. Hi toħloq ukoll riskji ta' kambjament fid-data. Għalhekk meħtieġ li jsir studju dwar il-possibbiltà ta' sistema aġġornata fil-livell Komunitarju biex jittejjeb u jiġi ffaċilitat il-ġbir u l-analiżi tad-data meħtieġa f'dan ir-regward. |
|
(13) |
Id-Deċiżjoni 2000/50/KE għandha għalhekk titħassar u tiġi ssostitwita b'din id-Deċiżjoni |
|
(14) |
Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u Saħħet l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regoli għall-armonizzazzjoni:
|
(a) |
tal-ġbir ta' informazzjoni waqt l-ispezzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti skond id-Direttivi 91/629/KEE, 91/630/KEE, 98/58/KE u 1999/74/KE; kif ukoll |
|
(b) |
tal-kitba tar-rapporti dwar informazzjoni ta' din ix-xorta lill-Kummissjoni. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, id-definizzjonijiet fid-Direttivi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(a) għandhom japplikaw.
Il-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:
|
(a) |
“spezzjoni” tfisser verifika li titwettaq mill-awtorità kompetenti fuq sit ta' produzzjoni fejn hemm annimali miżmuma waqt li tkun qed issir il-verifika skond waħda mid-Direttivi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(a); |
|
(b) |
“nuqqas ta' konformità” tfisser negliġenza fil-konformità ma' waħda mid-Direttivi li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 1(a) li ġiet:
|
Artikolu 3
Informazzjoni li għandha tinġabar u tiġi rrekordjata waqt l-ispezzjoni
Waqt kull spezzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tiġbor u tirrekordja f'dokument miktub jew elettroniku informazzjoni dwar:
|
(a) |
id-data u l-identifikazzjoni tas-sit ta' produzzjoni; |
|
(b) |
il-kategoriji tal-metodi ta' biedja u d-dispożizzjonijiet korrispondenti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja kif elenkati fl-Anness I; |
|
(ċ) |
il-kategoriji tan-nuqqas ta' konformità u d-dispożizzjonijiet korrispondenti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja kif elenkati fl-Anness II; |
|
(d) |
il-kategoriji amministrattivi ta' nuqqas ta' konformità u l-azzjoni meħuda mill-awtorità kompetenti kif imsemmi fl-Anness III. |
Artikolu 4
Verifika minima u rekwiżiti għall-irrekordjar ta' l-ispezzjonijiet imwettqa skond id-Direttiva 91/629/KEE
Waqt kull spezzjoni mwettqa skond id-Direttiva 91/629/KEE, l-awtoritajiet komeptenti għandhom jivverifikaw ta' l-anqas ħamsa mill-kategoriji li hemm referenza għalihom fil-Kapitolu I ta' l-Anness II ta' din id-Deċiżjoni u d-dispożizzjonijiet korrispondenti fid-Direttiva 91/629/KEE kif elenkati f'dan il-Kapitolu. L-awtorità kompetenti għandha tirrekordja kull nuqqas misjub ta' konformità.
Artikolu 5
Verifika minima u rekwiżiti għall-irrekordjar ta' l-ispezzjonijiet imwettqa skond id-Direttiva 91/630/KEE
Waqt kull spezzjoni mwettqa skond id-Direttiva 91/630/KEE, l-awtoritajiet komeptenti għandhom jivverifikaw ta' l-anqas erbgħa mill-kategoriji li hemm referenza għalihom fil-Kapitolu II ta' l-Anness II ta' din id-Deċiżjoni u d-dispożizzjonijiet korrispondenti fid-Direttiva 91/630/KEE kif elenkati f'dan il-Kapitolu. L-awtorità kompetenti għandha tirrekordja kull nuqqas misjub ta' konformità.
Artikolu 6
Verifika minima u rekwiżiti għall-irrekordjar ta' l-ispezzjonijiet imwettqa skond id-Direttiva 98/58/KE
Waqt kull spezzjoni mwettqa skond id-Direttiva 98/58/KE, l-awtoritajiet komeptenti għandhom jivverifikaw ta' l-anqas ħamsa mill-kategoriji li hemm referenza għalihom fil-Kapitolu III ta' l-Anness II ta' din id-Deċiżjoni u d-dispożizzjonijiet korrispondenti fid-Direttiva 98/58/KE kif elenkati f'dan il-Kapitolu. L-awtorità kompetenti għandha tirrekordja kull nuqqas misjub ta' konformità.
Artikolu 7
Verifika minima u rekwiżiti għall-irrekordjar ta' l-ispezzjonijiet imwettqa skond id-Direttiva 1999/74/KE
Waqt kull spezzjoni mwettqa skond id-Direttiva 1999/74/KE, l-awtoritajiet komeptenti għandhom jivverifikaw ta' l-anqas tlieta mill-kategoriji li hemm referenza għalihom fil-Kapitolu IV ta' l-Anness II ta' din id-Deċiżjoni u d-dispożizzjonijiet korrispondenti fid-Direttiva 1999/74/KE kif elenkati f'dan il-Kapitolu. L-awtorità kompetenti għandha tirrekordja kull nuqqas misjub ta' konformità.
Artikolu 8
Rapporti
1. Ta' l-anqas sat-30 ta' Ġunju 2009, sussegwentement ta' kull sena mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport b'mezzi elettroniċi dwar l-informazzjoni miġbura u rrekordjata skond din id-Deċiżjoni, waqt l-ispezzjonijiet imwettqa matul is-sena kalendarja preċedenti.
2. Ir-rapport ipprovdut fil-paragrafu 1 għandu:
|
(a) |
ikollu l-informazzjoni riferuta fl-Anness IV; |
|
(b) |
jiġi akkumpanjat minn analiżi ta' l-aktar tisjib serju ta' nuqqasijiet ta' konformità u minn pjan ta' azzjoni nazzjonali li ma jħallix jew inaqqas li dawn isiru għas-snin li ġejjin. |
Artikolu 9
Revoka
Id-Deċiżjoni 2000/50/KE hija revokata.
Artikolu 10
Applikabilità
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2008.
Artikolu 11
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussel, 14 ta' Novembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 340, 11.12.1991, p. 28. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).
(2) ĠU L 340, 11.12.1991, p. 33. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni (KE) Nru 806/2003.
(3) ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003.
(4) ĠU L 203, 3.8.1999, p. 53. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003.
(5) ĠU L 19, 25.1.2000, p. 51. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.
(6) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1; kif ikkoreġut (ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1). Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 776/2006/(ĠU L 136, 24.5.2006, p. 3.)
(7) ĠU L 340, 24.12.2003, p. 16. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 89/2006 (ĠU L 15, 20.1.2006, p. 30).
ANNESS I
kif imsemmi fl-Artikolu 3(b)
KATEGORIJI TA' MEDODI TA' BIEDJA
Kategoriji ta' metodi ta' biedja għat-tiġieġ li jbidu u dispożizzjonijiet korrispondenti fid-Direttiva 1999/74/KE u r-Regolament (KE) Nru 2295/2003
|
Kategorija ta' medodi ta' biedja |
Leġiżlazzjoni Komunitarja korrispondenti |
|
Fil-beraħ |
L-ANNESS III għar-Regolament (KE) Nru 2295/2003 |
|
Razzett |
L-ANNESS III għar-Regolament (KE) Nru 2295/2003 |
|
Sistema ta' gaġeġ arrikkiti |
L-Artikolu 6 tad-Direttiva 1999/74/KE |
|
Sistema ta' gaġeġ li mhumiex arrikkiti |
L-Artikolu 5 tad-Direttiva 1999/74/KE |
ANNESS II
kif imsemmi fl-Artikolu 3(c) u l-Artikoli 4, 5 u 6
KAPITOLU I
Kategoriji ta' nuqqas ta' konformità għall-għoġġiela u d-dispożizzjonijiet korrispondenti fid-Direttiva 91/629/KEE
|
Kategorija ta' nuqqas ta' konformità |
Dispożizzjonijiet korrispondenti tad-Direttiva 91/629/KEE |
|
Spezzjoni |
L-Anness, il-punt (6) |
|
Libertà tal-moviment |
L-Anness, il-punti (7) u (8) |
|
Spazji permessi |
L-Artikolu 3 |
|
Kostruzzjoni u akkomodazzjoni |
L-Anness, il-punti (1), (2), (3), (9), (14) u (10) |
|
Dawl minimu |
L-Anness, il-punt (5) |
|
Apparat awtomatiku u mekkaniku |
L-Anness, il-punt (4) |
|
Għalf, ilma u sustanzi oħrajn |
L-Anness, il-punti (12),(13) u (15) |
|
Livell ta' emoglobina |
L-Anness, il-punt (11) |
|
Ikel fibruż |
L-Anness, il-punt (11) |
KAPITOLU II
Kategoriji ta' nuqqas ta' konformità għall-ħnieżer u d-dispożizzjonijiet korrispondenti fid-Direttiva 91/630/KEE
|
Kategorija ta' nuqqas ta' konformità |
Dispożizzjonijiet korrispondenti tad-Direttiva 91/630/KEE |
|
Ekwipaġġ |
L-Artikolu 5a |
|
Spezzjoni |
L-Artikolu 3(8) L-Anness, il-Kapitolu II: It-Taqsima B, il-punt 2 L-Anness, il-Kapitolu II, it-Taqsima C, il-punt 3 L-Anness, il-Kapitolu II, it-Taqsima D |
|
Libertà tal-moviment |
L-Artikolu 3(3); L-Anness, il-Kapitolu II: It-Taqsima B, il-punti 1, 4 u 5 L-Anness, il-Kapitolu II: It-Taqsima C, il-punti 1 u 2 |
|
Spazji permessi |
L-Artikolu 3(1) l-Artikolu 3(4) |
|
Kostruzzjoni u akkomodazzjoni |
L-Anness, il-Kapitolu I, il-punti 2 u 3 |
|
Dawl minimu |
L-Anness, il-Kapitolu I, il-punt 2 |
|
Medda ta' l-art |
L-Artikolu 3(2), L-Anness, il-Kapitolu I, il-punt 5 L-Anness, il-Kapitolu II, it-Taqsima A |
|
Materjali manipulabbli |
L-Artikolu 3(5) L-Anness, il-Kapitolu I, il-punt 4 L-Anness, il-Kapitolu II, it-Taqsima B, il-punt 3 |
|
Għalf, ilma u sustanzi oħrajn |
L-Artikolu 3(6) L-Anness, il-Kapitolu I, punti 6 u 7 |
|
Ikel fibruż |
L-Artikolu 3(7) |
|
Mutilazzjonijiet |
L-Anness, il-Kapitolu I, il-punt 8 |
|
Proċeduri ta' trobbija |
L-Anness, il-Kapitolu II, it-Taqsima C, il-punt 3 |
KAPITOLU III
Kategoriji ta' nuqqas ta' konformità għas-siti kollha ta' produzzjoni u d-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-Anness għad-Direttiva 98/58/KE
|
Kategorija ta' nuqqas ta' konformità |
Punti korrispondenti ta' l-Anness għad-Direttiva 98/58/KE |
|
Ekwipaġġ |
Il-punt 1 |
|
Spezzjoni |
Il-punti 2, 3 u 4 |
|
Żamma ta' reġistri |
Il-punti 5 u 6. |
|
Libertà tal-moviment |
Il-punt 7 |
|
Kostruzzjoni u akkomodazzjoni |
Il-punti 8 sa 12 |
|
Apparat awtomatiku jew mekkaniku |
Il-punt 13 |
|
Għalf, ilma u sustanzi oħrajn |
Il-punti 14 sa 18 |
|
Mutilazzjonijiet |
Il-punt 19 |
|
Proċeduri ta' trobbija |
Il-punti 20 u 21. |
KAPITOLU IV
Kategoriji ta' nuqqas ta' konformità għat-tiġieġ li jbidu d-dispożizzjonijiet korrispondenti fid-Direttiva 1999/74/KE
|
Kategorija ta' nuqqas ta' konformità |
Dispożizzjonijiet korrispondenti tad-Direttiva 1999/74/KE |
|
Spezzjoni |
L-Anness, il-punti 1 u 6 |
|
Spazji permessi |
L-Artikolu 4(1)(4) L-Artikolu 5(1)(1) L-Artikolu 6(1)(a) |
|
Kostruzzjoni u akkomodazzjoni |
L-Artikolu 4, minbarra l-paragrafu 1(4); L-Artikolu 5, minbarra l-paragrafu 1(1); L-Artikolu 6, minbarra l-punt 1(a). L-Anness, il-punti 4, 5 u 7 |
|
Dawl mimimu |
L-Anness, il-punt 3 |
|
Apparat awtomatiku u mekkaniku |
L-Anness, il-punt 2 |
|
Mutilazzjoni |
L-Anness, il-punt 8 |
ANNESS III
kif imsemmi fl-Atrikolu 3(d)
Kategoriji amministrattivi ta' nuqqas ta' konformità
|
Kategorija amministrattiva ta' nuqqas ta' konformità |
Azzjoni meħuda mill-awtorità kompetenti |
|
A |
Rikjesta biex jiġi(u) indirizzat(i) in-nuqqas(ijiet) ta' konformità fi ħdan limitu ta' żmien li jkun inqas minn tliet xhur Ebda azzjoni immedjata għal pieni amministrattivi jew kriminali |
|
B |
Rikjesta biex jiġi(u) indirizzat(i) in-nuqqas(ijiet) ta' konformità fi ħdan limitu ta' żmien li jkun aktar minn tliet xhur Ebda azzjoni immedjata għal pieni amministrattivi jew kriminali |
|
Ċ |
Azzjoni immedjata għal pieni amministrattivi jew kriminali |
ANNESS IV
Informazzjoni li għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 8
L-informazzjoni li għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 8 għandha tkun sottomessa skond it-Tabelli 1 u 2 ta' dan l-Anness.
Għandu jkollha n-numru:
|
— |
Tas-siti ta' produzzjoni suġġett għall-ispezzjonijiet fir-ringieli 1 tat-Tabelli 1 u 2; |
|
— |
Tas-siti ta' produzzjoni spezzjonati fir-ringieli 2 tat-Tabelli 1 u 2, ibbażati fuq in-numru ta' l-ispezzjonijiet li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' l-Artikoli 4 sa 7; |
|
— |
Tas-siti ta' produzzjoni mingħajr nuqqas ta' konformità fir-ringieli 3 tat-Tabelli 1 u 2, ibbażati fuq ir-riżultati ta' l-ispezzjonijiet rispettivament irrapportati fir-ringieli 2 tat-Tabelli 1 u 2; |
|
— |
Tan-nuqqasijiet ta' konformità skond il-kategoriji msemmija fl-Anness II fir-ringieli 4 sa 18 tat-Tabella 1 u r-ringieli 4 sa 12 tat-Tabella 2 ta' dan l-Anness; |
|
— |
Tan-nuqqasijiet ta' konformità skond il-kategoriji msemmija fl-Anness III fir-ringieli 19 sa 21 tat-Tabella 1 u r-ringieli 13 sa 15 tat-Tabella 2 ta' dan l-Anness. |
Tabella 1
|
Kategorija ta' l-annimali |
Tiġieġ li jbidu |
Għoġġiela |
Ħnieżer |
||||
|
Metodu ta' biedja Numru ta’ |
Fil-beraħ |
Razzett |
Gaġġa arrikkita |
Gaġġa mhux arrikkita |
|||
|
1 |
Is-siti ta' produzzjoni suġġetti għal spezzjoni |
|
|
|
|
|
|
|
2 |
Is-siti ta' produzzjoni spezzjonati |
|
|
|
|
|
|
|
3 |
Is-siti ta' produzzjoni mingħajr nuqqas ta' konformità |
|
|
|
|
|
|
|
Numru tan-nuqqasijiet ta' konformità kkonċernat |
|
|
|
|
|
|
|
|
4 |
Ekwipaġġ |
|
|
|
|
|
|
|
5 |
Spezzjoni |
|
|
|
|
|
|
|
6 |
Żamma ta' reġistri |
|
|
|
|
|
|
|
7 |
Libertà tal-moviment |
|
|
|
|
|
|
|
8 |
Spazji permessi |
|
|
|
|
|
|
|
9 |
Kostruzzjoni u akkomodazzjoni |
|
|
|
|
|
|
|
10 |
Dawl mimimu |
|
|
|
|
|
|
|
11 |
Medda ta' l-art (għall-ħnieżer) |
|
|
|
|
|
|
|
12 |
Materjali manipulabbli |
|
|
|
|
|
|
|
13 |
Apparat awtomatiku u mekkaniku |
|
|
|
|
|
|
|
14 |
Għalf, ilma u sustanzi oħrajn |
|
|
|
|
|
|
|
15 |
Emoglobina (għoġġiela) |
|
|
|
|
|
|
|
16 |
Ikel fibruż (għoġġiela u ħnieżer ta' ġens femminili |
|
|
|
|
|
|
|
17 |
Mutilazzjonijiet |
|
|
|
|
|
|
|
18 |
Proċeduri ta' trobbija |
|
|
|
|
|
|
|
19 |
Nuqqas ta' konformità A |
|
|
|
|
|
|
|
20 |
Nuqqas ta' konformità B |
|
|
|
|
|
|
|
21 |
Nuqqas ta' konformità C |
|
|
|
|
|
|
Tabella 2
|
Kategorija ta' l-annimali Numru ta’ |
Bhejjem (minbarra l-għoġġiela) |
Ngħaġ |
Mogħoż |
Tjur (*1) |
Għasafar li ma jtirux imrobbijagħal skopijiet kummerċjali |
Papri |
Wiżż |
Annimali bil-pil |
Dundjani |
|
|
1 |
Is-siti ta' produzzjoni suġġetti għal spezzjoni |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2 |
Is-siti ta' produzzjoni spezzjonati |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3 |
Is-siti ta' produzzjoni mingħajr nuqqas ta' konformità |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Numru tan-nuqqasijiet ta' konformità kkonċernat |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
4 |
Ekwipaġġ |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
5 |
Spezzjoni |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
6 |
Żamma ta' reġistri |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
7 |
Libertà tal-moviment |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
8 |
Kostruzzjoni u akkomodazzjoni |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
9 |
Apparat awtomatiku u mekkaniku |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
10 |
Għalf, ilma u sustanzi oħrajn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
11 |
Mutilazzjonijiet |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
12 |
Proċeduri ta' trobbija |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
13 |
Nuqqas ta' konformità A |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
14 |
Nuqqas ta' konformità B |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
15 |
Nuqqas ta' konformità C |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(*1) Tjur domestiku ta' l-ispeċi Gallus gallus minbarra t-tiġieġ li jbidu