|
18.11.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
53 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-6 ta' Novembru 2006
li tistabbilixxi l-listi ta' pajjiżi terzi u territorji li minnhom l-importazzjonijiet ta' molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati, gastropodi ta' l-ibħra u prodotti tas-sajd huma permessi
(notifikata taħt dokument numru C(2006) 5171)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2006/766/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistipula regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kondizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta' molluski bivalvi, tunikati, ekinodermi u gastropodi ta' l-ibħra u ta' prodotti tas-sajd minn pajjiżi terzi ġew stipulati fir-Regolament (KE) Nru 854/2004. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/20/KE (2) stabbiliet il-lista ta' pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' ekwivalenza għall-produzzjoni u t-tqegħid fuq is-suq ta' molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi ta' l-ibħra u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/296/KE (3) fasslet il-lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd hija awtorizzata għall-konsum mill-bniedem. |
|
(3) |
Il-listi għandhom jitfasslu bil-pajjiżi terzi u t-territorji li jissodisfaw il-kriterji msemmija fl-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 u li għalhekk jistgħu jiggarantixxu li l-molluski bivalvi, tunikati, ekinodermi u gastropodi ta' l-ibħra u l-prodotti tas-sajd esportati lill-Komunità jissodisfaw il-kondizzjonijiet sanitarji stipulati biex iħarsu s-saħħa tal-konsumaturi. Madankollu, l-importazzjonijiet tal-muskoli adductor tal-pectinidae għajr l-annimali ta' l-akwakultura, separati kompletament mill-vixxri u l-gonadi, għandhom jiġu permessi wkoll minn pajjiżi terzi li ma jidhrux fuq tali lista. |
|
(4) |
L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Awstralja, New Zealand u l-Urugwaj ipprovdew garanziji xierqa li l-kondizzjonijiet applikabbli għall-molluski bivalvi ħajjin, ekinodermi, tunikati u l-gastropodi ta' l-ibħra huma ekwivalenti għal dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni relevanti Komunitarja. |
|
(5) |
L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Armenja, il-Belarus u l-Ukraina pprovdew garanziji xierqa li l-kondizzjonijiet applikabbli għall-prodotti tas-sajd huma ekwivalenti għal dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni relevanti Komunitarja. |
|
(6) |
Għalhekk, id-Deċiżjonijiet 97/20/KE u 97/296/KE għandhom jiġu rrevokati u jiġu ssostiwiti b'Deċiżjoni ġdida. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Importazzjonijiet ta' molluski bivavli, tunikati, ekinodermi u gastropodi ta' l-ibħra
1. Il-lista ta' pajjiżi terzi li minnhom jistgħu jiġu importati molluski bivavli, tunikati, ekinodermi u gastropodi ta' l-ibħra, kif imsemmi fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004, hija stabbilita fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.
2. Minkejja l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004, il-Paragrafu 1 m'għandux japplika għall-muskoli adductor tal-pectinidae għajr l-annimali ta' l-akwakultura, separati kompletament mill-vixxri u l-gonadi, li jistgħu jiġu importati wkoll minn pajjiżi terzi li ma jidhrux fuq il-lista msemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 2
Importazzjonijiet tal-prodotti tas-sajd
Il-lista ta' pajjiżi terzi u territorji li minnhom jistgħu jiġu importati l-prodotti tas-sajd, kif imsemmi fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004, hija stabbilita fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Revoka
Id-Deċiżjonijiet 97/20/KE u 97/296/KE huma rrevokati.
Ir-referenzi għad-Deċiżjonijiet revokati għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar is-6 ta' Novembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206: Verżjoni kkoreġuta mill-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83. Regolament hekk kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83).
(2) ĠU L 6, 10.1.1997, p. 46. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2002/469/KE (ĠU L 163, tal-21.6.2002, p. 16).
(3) ĠU L 122, 14.5.1997, p. 21. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2006/200/KE (ĠU L 71, 10.3.2006, p. 50).
ANNESS I
Lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-importazzjonijiet ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi ta’ l-ibħra fi kwalunkwe sura għall-konsum mill-bniedem huma permessi
(Pajjiżi u territorji msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004)
|
AU – |
L-AWSTRALJA |
|
CL – |
IĊ-ĊILI (1) |
|
JM – |
IL-ĠAMAJKA (2) |
|
JP – |
IL-ĠAPPUN (1) |
|
KR – |
IL-KOREA TA’ ISFEL (1) |
|
MA – |
IL-MAROKK |
|
NZ – |
NEW ZEALAND |
|
PE – |
IL-PERÙ (1) |
|
TH – |
IT-TAJLANDJA (1) |
|
TN – |
IT-TUNIŻIJA |
|
TR – |
IT-TURKIJA |
|
UY – |
L-URUGWAJ |
|
VN – |
IL-VJETNAM (1) |
(1) Molluski bivavli, ekinodermi, tunikati u gatropodi ta’ l-ibħra ffiżżati u pproċessati biss.
(2) Gastropodi ta’ l-ibħra biss.
ANNESS II
Lista ta' pajjiżi terzi u territorji li minnhom l-importazzjonijiet tal-prodotti tas-sajd f'kwalunkwe sura għall-konsum mill-bniedem huma permessi
(Pajjiżi u territorji msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004)
|
AE – |
L-EMIRATI GĦARAB MAGĦQUDA |
|
AG – |
L-ANTIGWA U BARBUDA (1) |
|
AL – |
L-ALBANIJA |
|
AM – |
L-ARMENJA (2) |
|
AN – |
L-ANTILLI OLANDIŻI |
|
AR – |
L-ARĠENTINA |
|
AU – |
L-AWSTRALJA |
|
BD – |
IL-BANGLADEXX |
|
BG – |
IL-BULGARIJA (3) |
|
BR – |
IL-BRAŻIL |
|
BS – |
IL-BAĦAMAS |
|
BY – |
IL-BELARUS |
|
BZ – |
IL-BELIŻE |
|
CA – |
IL-KANADA |
|
CH – |
L-IŻVIZZERA |
|
CI – |
IL-KOSTA TA' L-AVORJU |
|
CL – |
IĊ-ĊILI |
|
CN – |
IĊ-ĊINA |
|
CO – |
IL-KOLUMBJA |
|
CR – |
IL-KOSTA RIKA |
|
CU – |
KUBA |
|
CV – |
IL-KAP VERDE |
|
DZ – |
L-ALĠERIJA |
|
EC – |
L-EKWADOR |
|
EG – |
L-EĠITTU |
|
FK – |
IL-ĠŻEJJER FALKLAND |
|
GA – |
IL-GABON |
|
GD – |
IL-GRENADA |
|
GH – |
IL-GANA |
|
GL – |
GREENLAND |
|
GM – |
IL-GAMBJA |
|
GN – |
|
|
GT – |
IL-GWATEMALA |
|
GY – |
IL-GIJANA |
|
HK – |
HONG KONG |
|
HN – |
IL-ĦONDURAS |
|
HR – |
IL-KROAZJA |
|
ID – |
L-INDONEŻJA |
|
IN – |
L-INDJA |
|
IR – |
L-IRAN |
|
JM – |
IL-ĠAMAJKA |
|
JP – |
IL-ĠAPPUN |
|
KE – |
IL-KENJA |
|
KR – |
IL-KOREA TA' ISFEL |
|
KZ – |
IL-KAŻAKISTAN |
|
LK – |
IS-SRI LANKA |
|
MA – |
IL-MAROKK (6) |
|
MD – |
IL-MADAGASKAR |
|
MR – |
IL-MAWRITANJA |
|
MU – |
IL-MAWRIZJU |
|
MV – |
IL-MALDIVE |
|
MX – |
IL-MESSIKU |
|
MY – |
IL-MALAŻJA |
|
MZ – |
IL-MOŻAMBIK |
|
NA – |
IN-NAMIBJA |
|
NC – |
NEW CALEDONIA |
|
NG – |
IN-NIĠERJA |
|
NI – |
IN-NIKARAGWA |
|
NZ – |
NEW ZEALAND |
|
OM – |
L-OMAN |
|
PA – |
IL-PANAMA |
|
PE – |
IL-PERÙ |
|
PG – |
IL-PAPWA-GINEA ĠDIDA |
|
PH – |
IL-FILIPPINI |
|
PF – |
IL-POLINEŻJA FRANĊIŻA |
|
PM – |
ST PIERRE U MIQUELON |
|
PK – |
IL-PAKISTAN |
|
RO – |
IR-RUMANIJA (3) |
|
RU – |
IR-RUSSJA |
|
SA – |
L-GĦARABJA SAWDITA |
|
SC – |
IS-SEYCHELLES |
|
SG – |
SINGAPOR |
|
SN – |
IS-SENEGAL |
|
SR – |
IS-SURINAM |
|
SV – |
EL SALVADOR |
|
TH – |
IT-TAJLANDJA |
|
TN – |
IT-TUNIŻIJA |
|
TR – |
IT-TURKIJA |
|
TW – |
IT-TAJWAN |
|
TZ – |
IT-TANŻANIJA |
|
UA – |
L-UKRAINA |
|
UG – |
L-UGANDA |
|
US – |
L-ISTATI UNITI TA' L-AMERIKA |
|
UY – |
L-URUGWAJ |
|
VE – |
IL-VENEZWELA |
|
VN – |
IL-VJETNAM |
|
XM – |
IL-MONTENEGRO (7) |
|
XS – |
|
|
YE – |
IL-JEMEN |
|
YT – |
MAYOTTE |
|
ZA – |
L-AFRIKA TA' ISFEL |
|
ZW – |
IŻ-ŻIMBABWE |
(1) Krustaċej ħajjin biss.
(2) Għall-ġambli ta' l-ilma ħelu ħajjin, mhux imrobbija għal skopijiet kummerjċali, biss.
(3) [Applikabbli biss sakemm l-Istat ta' l-Adeżjoni isir Stat Membru tal-Komunità.]
(4) Ħut li ma għadda minn l-ebda tħejjija jew proċessar biss ħlief it-tneħħija tar-ras, it-tindif ta' l-imsaren, tkessiħ u ffriżar.
(5) Il-frekwenza mnaqqsa ta' verifiki fiżiċi, stipulati mid-Deċiżjoni 94/360/KE, m'għandhiex tiġi applikata.
(6) Molluski bivalvi pproċessati li jagħmlu parti mill-ispeċi Acanthocardia tuberculatum għandhom jiġu akkumpanjati minn: (a) ċertifikat tas-saħħa supplimentari skond il-mudell stipulat fil-Parti B ta' l-Appendiċi V ta' l-Anness VI tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005; u (b) ir-riżultati analitiċi tat-testi li juri li l-molluski ma fihomx livell ta' velenu paralittiku tal-krustaċej (PSP) li jista' jinstab permezz tal-metodu bioassay.
(7) Ħut frisk sħiħ biss minn qabdiet selvaġġi ta' l-ilma baħar
(8) Mhux inkluż il-Kosovo kif definit mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 ta' l-10 ta' Ġunju 1999.