5.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

434


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta' Novembru 2006

li tistabbilixxi, għas-sena tas-suq 2006/2007, is-somom ta' l-għajnuna għad-diversifikazzjoni, l-għajnuna addizzjonali għad-diversifikazzjoni u l-għajnuna tranżizzjonali, li għandhom jingħataw taħt l-iskema temporanja għar-ristrutturazzjoni ta' l-industrija taz-zokkor tal-Komunità

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5266)

(It-testi bl-Ispanjol, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bit-Taljan, bil-Portugiż u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)

(2006/754/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja ta' ristrutturazzjoni għall-industrija taz-zokkor tal-Komunità (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 968/2006 tas-27 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja ta' ristrutturazzjoni għall-industrija taz-zokkor tal-Komunità (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 13(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Sa l-31 ta' Ottubru 2006, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi s-somom attribwiti lil kull Stat Membru kkonċernat għall-għajnuna għad-diversifikazzjoni stipulata fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 320/2006, għall-għajnuna addizzjonali għad-diversifikazzjoni stipulata fl-Artikolu 7 ta' l-istess Regolament, u għall-għajnuna tranżizzjonali lil ċerti Stati Membri kif inhu stipulat fl-Artikolu 9 ta' l-istess Regolament.

(2)

Is-somom ta' l-għajnuna għad-diversifikazzjoni u ta' l-għajnuna addizzjonali għad-diversifikazzjoni huma kkalkulati abbażi tat-tunnellati tal-kwota taz-zokkor irrenunzjati fis-sena tas-suq 2006/2007 fil-pajjiż ikkonċernat, kif inhu stipulat fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 968/2006.

(3)

Is-somom sħaħ ta' għajnuna tranżizzjonali lill-Awstrija u lill-Iżvezja għandhom ikunu disponibbli għal dawk l-Istati Membri sa mis-sena tas-suq 2006/2007,

ADOTTAT DIN ID-DECIZJONI:

Artikolu 1

Is-somom, għal kull Stat Membru kkonċernat, ta' l-għajnuna għad-diversifikazzjoni u ta' l-għajnuna addizzjonali għad-diversifikazzjoni stipulati rispettivament fl-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 320/2006, kif inhuma stabbiliti skond il-kwoti rrinunzjati fis-sena tas-suq 2006/2007, huma mniżżlin fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Is-somma ta' l-għajnuna tranżizzjonali lill-Awstrija u lill-Iżvezja stipulata fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 320/2006 hija mniżżla fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta' Spanja, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża u r-Renju ta' l-Iżvezja.

Magħmul fi Brussel, 9 ta' Novembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 42.

(2)  ĠU L 176, 30.6.2006, p. 32.


ANNESS

Is-somom għal kull Stat Membru ta' l-għajnuna għad-diversifikazzjoni, l-għajnuna addizzjonali għad-diversifikazzjoni u l-għajnuna tranżizzjonali

sena tas-suq 2006/2007

EUR

L-Istat Membru

Għajnuna għad-diversifikazzjoni

Għajnuna addizzjonali għad-diversifikazzjoni

Għajnuna tranżizzjonali lil ċerti Stati Membri

Spanja

10 196 475,75 EUR

L-Irlanda

21 818 970,00 EUR

21 818 970,00 EUR

L-Italja

85 271 723,40 EUR

42 635 861,70 EUR

L-Awstrija

9 000 000,00

Il-Portugall

3 856 371,00 EUR

1 928 185,50 EUR

L-Iżvezja

4 660 539,00 EUR

5 000 000,00