|
5.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
420 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-31 ta' Ottubru 2006
li temenda d-Deċiżjoni 2005/359/KE rigward l-ħatt fil-portijiet taz-zkuk tas-siġar tal-ballut (Quercus L.) bil-qoxra mwaħħla magħhom li joriġinaw mill-Istati Uniti
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5142)
(2006/750/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni u t-tixrid ta' organiżmi li huma ta' ħsara għall-pjanti, jew għall-prodotti tal-pjanti, fil-Kommunità (1), b'mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skond id-Direttiva 2000/29/KE, zkuk tas-siġar tal-ballut (Quercus L.) bil-qoxra mwaħħla magħhom li joriġinaw mill-Istati Uniti, fil-prinċipju ma jistgħux jiddaħħlu fil-Komunità minħabba r-riskju ta' l-introduzzjoni taċ-Ceratocystis fagacearum (Bretz) Hunt, li ddebbel is-siġar tal-ballut. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/359/KE tad-29 ta' April 2005, li tipprovdi għal deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward ta' zkuk ta' siġar tal-ballut (Quercus L.) bil-qoxra mwaħħla magħhom li joriginaw mill-Istati Uniti (2) u li tippermetti l-importazzjoni ta' zkuk ta' din ix-xorta li joriġinaw mill-Istati Uniti taħt ċerti kundizzjonijiet. |
|
(3) |
L-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 2005/359/KE jistipula li l-ħatt jistà jsir biss fil-portijiet imniżżla fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni. Huwa xieraq li mal-lista tal-portijiet fl-Anness II jitniżżlu wkoll il-portijiet ta' Riga u Koper, kif ġie mitlub mil-Latvja u mis-Slovenja rispettivament, u jitneħħa l-port ta' Lauterborg, kif ġie mitlub minn Franza, wara konsultazzjoni ma' l-Istati Membri l-oħra hekk kif stabbilit fl-Artikolu 3(2) tad-Deċizjoni msemmija hawn fuq. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II tad-Deċiżjoni 2005/359/KE qed jinbidel fl-Anness li jinsab ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussel, 31 ta' Ottubru 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, ta' l-10.7.2000, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/35/KE (ĠU L 88, tal-25.3.2006, p. 9).
ANNESS
“ANNESS II
PORTIJIET GĦALL-ĦATT
|
1. |
Amsterdam |
|
2. |
Antwerp |
|
3. |
Arhus |
|
4. |
Bilbao |
|
5. |
Bremen |
|
6. |
Bremerhaven |
|
7. |
Kopenħagen |
|
8. |
Amburgu |
|
9. |
Klaipeda |
|
10. |
Koper |
|
11. |
Larnaca |
|
12. |
Leghorn |
|
13. |
Le Havre |
|
14. |
Lemesos |
|
15. |
Liżbona |
|
16. |
Marsilja |
|
17. |
Marsaxlokk |
|
18. |
Muuga |
|
19. |
Napli |
|
20. |
Nordenham |
|
21. |
Oporto |
|
22. |
Piraeus |
|
23. |
Ravenna |
|
24. |
Riga |
|
25. |
Rostock |
|
26. |
Rotterdam |
|
27. |
Salerno |
|
28. |
Sines |
|
29. |
Stralsund |
|
30. |
Valencia |
|
31. |
Valletta |
|
32. |
Venezja |
|
33. |
Vigo |
|
34. |
Wismar |
|
35. |
Zeebrugge” |