5.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

395


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta' Ottubru 2006

dwar l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' lycopene mill-Blakeslea trispora bħala ingredjent ta' l-ikel ġdid skond ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 4973)

(It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)

(2006/721/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar ikel ġdid u l-ingredjenti ġodda ta' l-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-30 ta' Ottubru 2003 Vitatene Antibiotics S.A.U. għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit biex tqiegħed il-lycopene li ġej mill-Blakeslea trispora fis-suq bħala ikel ġdid jew bħala ingredjent ta' l-ikel ġdid.

(2)

Fis-6 ta' April 2004 l-entità kompetenti ta' l-evalwazzjoni ta' l-ikel tar-Renju Unit ħarġet ir-rapport inizjali ta' l-evalwazzjoni tagħha. F'dak ir-rapport waslet għall-konklużjoni li l-użu propost għal-lycopene li ġej mill-Blakeslea trispora huwa bla periklu għall-konsum mill-bniedem.

(3)

Il-Kummissjoni għaddiet ir-rapport ta' evalwazzjoni inizjali lill-Istati Membri kollha nhar is-27 ta' April 2004.

(4)

Fi żmien is-sittin jum stipulat fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97, oġġezzjonijiet motivati għat-tqegħid fis-suq tal-prodott tqajmu b'mod konformi ma' din id-dispożizzjoni.

(5)

Għalhekk, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza Alimentari (EFSA) ġiet ikkonsultata fit-22 ta' Novembru 2004.

(6)

Fil-21 ta' April 2005, l-EFSA adottat l-“Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar il-Prodotti Djetetiċi, in-Nutriment u l-Allerġiji fuq talba mill-Kummissjoni li għandha x'taqsam ma' applikazzjoni dwar l-użu ta' sospensjoni ta' żejt li fih l-α-tocopherol, ta' lycopene li ġej mill-Blakeslea trispora bħala ingredjent ta' l-ikel ġdid.”

(7)

L-opinjoni waslet għall-konklużjoni li l-livelli mitluba ta' l-użu ta' lycopene li ġej mill-Blakeslea trispora jista' jwassal għal konsum addizzjonali sa madwar 2 mg/jum. Hija kkonkludiet ukoll li dan il-konsum addizzjonali mhuwiex ta' tħassib mil-lat ta' sikurezza.

(8)

L-addittivi ta' l-ikel li jidħlu fl-ambitu ta' l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw l-addittivi ta' l-ikel awtorizzati għall-użu fl-oġġetti ta' l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem, huma esklużi mill-ambitu ta' l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 258/97 (2). Din id-Deċizjoni għalhekk ma tikkonstitwix l-awtorizzazzjoni għall-użu ta' lycopene li ġej mill-Blakeslea trispora bħala kulur għall-ikel.

(9)

Fuq il-bażi ta' l-evalwazzjoni xjentifika, huwa stabbilit li l-lycopene li ġej mill-Blakeslea trispora f'sospensjoni li fiha l-α-tocopherol hija konformi mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(10)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Il-Lycopene li ġej mill-Blakeslea trispora kif speċifikat fl-Anness 1, jista' jitqiegħed fis-suq fil-Komunità bħala ingredjent ta' l-ikel ġdid għall-użu fl-ikel kif speċifikat fl-Anness 2.

Artikolu 2

Id-deżinjazzjoni “lycopene” għandha tidher fil-lista ta' ingredjenti ta' l-ikel li jkun fihom dan l-ingredjent, jew, jekk ma hemmx lista ta' ingredjenti, fuq l-ittikkettjar tal-prodott bħala tali.

Artikolu 3

Vitatene Antibiotics S.A.U għandha tibgħat lill-Kummissjoni fl-aħħar tat-tliet snin wara l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, data dwar il-gruppi ta' l-ikel li fihom il-lycopene li ġej mill-Blakeslea trispora u li tpoġġew fis-suq fl-UE u l-livelli ta' użu korrispondenti ta' dan il-lycopene.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Vitatene Antibiotics S.A.U., Avd. de Antibioticos, 59-61, 24080 Leon, Spanja.

Magħmul fi Brussell, nhar it-23 ta' Ottubru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva (KE) Nru 1882/2003.


ANNESS 1

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-LYCOPENE MILL-BLAKESLEA TRISPORA

Definizzjoni

Miksub bl-estrazzjoni u bil-kristillizazzjoni minn fermentazzjoni tal-fungi Blakeslea trispora, il-prodott huwa fornut bħala sospensjoni tal-lycopene tal-5 % jew ta' l-20 % f'zejt tal-ġirasol b'kontenut għoli ta' aċidu olejku li fih 1 % α-tocopherol mil-livell tal-lycopene. Il-lycopene li ġej mill-Blakeslea trispora huwa magħmul minn ≥ 90 % ta' isomeru trans u minn 1 % sa 5 % ta' isomeri cis.

Speċifikazzjonijiet

Isem kimiku

Lycopene

Numru C.A.S.

502-65-8 (kollu trans lycopene)

Formula kimika

C40H56

Formula strutturali

Image Test ta 'immaġni

Piż tal-formula

536,85

Assaġġ

Mhux inqas minn 95 %

Purità

Imidażoll:

Mhux iktar minn 1mg/kg

Irmied sulfinat:

Mhux iktar minn 1 %

Karotenojdi oħra:

Mhux iktar minn 5 %

Mycotossini:

Aflatossina B1:

Nieqsa

Trikoteċene (T2):

Nieqes

Okratossina:

Nieqsa

Zearaleone:

Nieqes

Mikrobioloġija:

Moffa:

Mhux aktar minn 100/g

Ħmira

Mhux aktar minn 100/g

Salmonella:

Nieqsa f”25 g

Escherichia coli:

Nieqsa f”5 g


ANNESS II

UŻU TAL-LYCOPENE LI ĠEJ MILL-BLAKESLEA TRISPORA

Grupp ta' Użu

Livell massimu ta' lycopene

Pejsts sofor tax-xaħam

0,2 – 0,5 mg/100 g

Prodotti bbażati fuq il-ħalib u tat-tip tal-ħalib

0,3 – 0,6 mg/100 g

Kondimenti, ħwawar, zlazi, pikles

0,6 mg/100 g

Mustarda

0,5 mg/100 g

Zlazi mħawwra u grejvi

0,7 mg/100 g

Sopop u taħlit ta' sopop

0,6 mg/100 g

Zokkor, priservi, ħlewwiet

0,5 mg/100 g