32006D0700

Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l- 1 ta’ Settembru 2006 dwar l-iffirmar f'isem il-Komunità ta’ Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra

Official Journal L 288 , 19/10/2006 P. 0030 - 0030
Official Journal L 200 , 01/08/2007 P. 0049 - 0049


20060901

Deċiżjoni tal-Kunsill

ta’ l- 1 ta’ Settembru 2006

dwar l-iffirmar f'isem il-Komunità ta’ Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra

(2006/700/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b' mod partikolari l-Artikoli 133 u 170, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel sub-paragrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS), hawn aktar 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim", mar-Repubblika tal-Korea.

(2) Suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar ‘il quddiem, il-Ftehim inizjalat fit- 12 ta’ Jannar 2006 għandu jiġi ffirmat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità, soġġett għad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' l-imsemmi Ftehim.

It-test tal-ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina l-persuna(i) bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim f’isem il-Komunità soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Magħmul fi Brussel, 1 ta’ Settembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

E. Tuomioja

--------------------------------------------------