5.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

316


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta' Awwissu 2006

li tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi li minnhom tjur, bajd għat-tifqis, flieles ta' ġurnata, laħam ta' tjur, ta' ratiti u ta' tjur selvaġġi tal-kaċċa, bajd u prodotti tal-bajd u bajd speċifikat bħala liberu mill-patoġeni jistgħu jiġu importati ġewwa u jgħaddu mill-Komunità u l-kondizzjonijiet applikabbli għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja, u li temenda d-Deċiżjonijiet 93/342/KEE, 2000/585/KE u 2003/812/KE

(innotifikata taħt dokument numru C (2006) 3821)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/696/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta' Ottubru 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni ta' tajr u bajd tat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 21(1) u 22(3), l-Artikolu 23, l-Artikolu 24(2) u l-Artikoli 26 u 27 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1999 li tistabbilixxi l-principji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn terzi pajjizi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 10 u l-Artikolu 18 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta' Diċembru 1992 li tipprovdi għal rekwiżiti fir-rigward tas-saħħa ta' l-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti mhux soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti f'regoli Komunitarji speċifiċi msemmija fl-Anness A (I) tad-Direttiva 89/662/KEE u, fejn jidħlu l-patoġeni, għad-Direttiva 90/425/KEE (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 10(3)(a) tagħha u l-ewwel inċiż tal-Kapitolu 2 ta' l-Anness II għaliha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta' April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta' ċerti sustanzi u residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti ta' l-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (4), u b'mod partikolari r-raba' subparagrafu ta' l-Artikolu 29(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 22(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (6), b'mod partikolari l-Artikolu 8 u l-Artikolu 9(2) u (4) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċertu regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (7), u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (8), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 94/85/KE (9), 94/86/KE (10), 94/984/KE (11), 95/233/KE (12), 96/482/KE (13), 96/659/KE (14), 97/38/KE (15), 2000/609/KE (16), 2001/393/KE (17) u 2001/751/KE jistabbilixxu regoli Komunitarji dwar l-importazzjoni fi u t-tranżitu mill-Komunità ta' tjur, bajd għat-tifqis, flieles ta' ġurnata u laħam ta' tjur, ta' ratiti u ta' tjur selvaġġi tal-kaċċa u bajd u prodotti tal-bajd u bajd speċifikat bħala liberu mill-patoġeni (“il-prodotti kkonċernati”). Dawk id-Deċiżjonijiet ġeneralment jawtorizzaw biss l-importazzjoni u t-tranżitu tal-komoditajiet ikkonċernati fejn dawn ġejjin minn pajjiż terz jew parti ta' dan li jidher fuq lista ta' pajjiż terzi approvati u fejn jikkonformaw mal-kondizzjonijiet sanitarji tal-Komunità.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2782/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' bajd għat-tfaqqis u flieles tat-tjur ta' l-irziezet (18), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1907/90 tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar ċerti standards fit-tqegħid fis-suq tal-bajd (19) u r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-rekwiżiti tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel (20) stabbilixxa r-regoli sanitarji tal-Komunità ta' ambitu iktar ġenerali u li japplikaw għall-importazzjoni fi u t-tranżitu mill-Komunità tal-komoditajiet ikkonċernati.

(3)

Ir-regoli Komunitarji eżistenti li jikkontrollaw l-importazzjonijiet fi u t-tranżitu mill-Komunità tal-komoditajiet ikkonċernati għandhom ikunu emendati biex jitqiesu r-rekwiżiti l-ġodda tas-saħħa pubblika stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene ta' l-oġġetti ta' l-ikel (21) u r-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u 854/2004 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta' Novembru 2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għal oġġetti ta' l-ikel (22).

(4)

Barra minn hekk, l-importazzjonijiet fil-Komunità ta' bajd għat-tifqis, ta' laħam, ta' laħam ikkapuljat u ta' laħam ta' tjur, ta' ratiti u ta' tjur selvaġġi tal-kaċċa sseparat b'mod mekkaniku, ta' bajd u ta' prodotti tal-bajd huma awtorizzati biss fejn jikkonformaw mal-monitoraġġ tal-kontroll tar-residwi kif inhu pprovdut fid-Direttiva 96/23/KE.

(5)

Fl-interessi taċ-ċarezza u tal-konsistenza tar-regoli Komunitarji, huwa xieraq li d-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 90/539/KEE u fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jitqiesu għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni.

(6)

Bl-għan li jkun hemm armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet Komunitarji għall-importazzjoni fil-Komunità tal-komoditajiet ikkonċernati, kif ukoll biex isiru aktar trasparenti u biex tkun issemplifikata l-proċedura leġiżlattiva biex kondizzjonijiet bħal dawn ikunu emendati, meta jkun meħtieġ, dawk il-kondizzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti fil-mudell taċ-ċertifikat veterinarju rilevanti.

(7)

Sabiex il-Komunità tkun imħarsa mill-mard billi jkun żgurat li l-konsenji fi tranżitu minn jew li jinħażnu fil-Komunità jikkonformaw mal-kondizzjonijiet ta' l-importazzjoni tas-saħħa ta' l-annimali li huma applikabbli għall-pajjiżi terzi li ġew approvati għall-annimali jew għall-prodotti kkonċernati, għandu jiġi kkompilat mudell speċifiku ta' ċertifikat veterinarju biex jintuża għat-tranżitu u għall-ħażna tal-komoditajiet ikkonċernati.

(8)

L-Organizzazjoni Dinjija għas-Saħħa ta' l-Annimali (OIE) u l-Codex Alimentarius stabbilew il-linji ta' gwida fejn għandhom x'jaqsmu l-prinċipji ta' ċertifikazzjoni li jridu jsegwu l-veterinarji. Dawk il-prinċipji jiddikjaraw li l-veterinarju li qed jiċċertifika għandu jiċċertifika biss kwistjonijiet li huma fil-konoxxenza tiegħu jew tagħha fiż-żmien li jkun iffirmat iċ-ċertifikat jew li ġew attestati separatament minn uffiċjal ta' awtorità kompetenti oħra.

(9)

Barra minn hekk, id-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE tas-17 ta' Diċembru 1996 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' l-annimali u tal-prodotti ta' l-annimali (23) tistabbilixxi standards ta' ċertifikazzjoni li huma neċessarji sabiex tkun żgurata ċertifikazzjoni valida u biex tkun ipprevjenuta l-frodi. Għalhekk, huwa xieraq li jkun żgurat li r-regoli u l-prinċipji li jiġu applikati minn uffiċjali li jiċċertifikaw ta' pajjiżi terzi jipprovdu garanziji li huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'dik id-Direttiva u li l-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni jirriflettu biss tali fatti li jistgħu ikunu attestati fiż-żmien li jinħareġ iċ-ċertifikat

(10)

In-Nazzjonijiet Uniti stabbilew linji ta' gwida għal qafas u taqsim komuni għad-dokumenti kummerċjali. Taħt l-awspiċi ta' diversi korpi internazzjonali li jieħdu ħsieb is-semplifikazzjoni ta' proċeduri fil-kummerċ internazzjonali, għandhom ikunu segwiti prinċipji u regoli ġodda sabiex jinħarġu ċertifikati għal transazzjonijiet internazzjonali. L-Organizzazjoni Dinjija għas-Saħħa ta' l-Annimali (OIE) u l-Codex Alimentarius stabbilew linji ta' gwida dwar l-użu taċ-ċertifikazzjoni elettronika fejn għandhom x'jaqsmu l-proċeduri ta' ċertifikazzjoni.

(11)

Għall-informazzjoni tal-veterinarju awtorizzat, l-importaturi u l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn jiġu ppreżentati ċ-ċertifikati veterinarji, in-noti għall-pajjiż li qed jesporta dwar il-kuompilazzjoni taċ-ċertifikati għandhom jinkludu aktar dettalji li għandhom x'jaqsmu mal-perjodu ta' validità, mad-data tal-ħruġ u ma' l-ambitu taċ-ċertifikat. Għal dawk ir-raġunijiet, kull mudell ta' ċertifikat veterinarju għandu jinkludi wkoll spjegazzjonijiet ta' ċerti definizzjonijiet, garanziji supplimentari li ġew approvati mill-Kummissjoni f'kondizzjonijiet speċifiċi u, fejn huwa rilevanti, ir-rekwiżiti sanitarji għal azjendi u stabbilimenti.

(12)

Bl-għan li jkun hemm standardizzazzjoni tat-taqsim taċ-ċertifikati veterinarji li se jinħarġu mill-veterinarju uffiċjali tal-pajjiż li qed jesporta u sabiex ikun iffaċilitat l-użu ta' kwalunkwe mezz elettroniku għat-trasferiment taċ-ċertifikati, il-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji li ġew stabbiliti f'din id-Deċiżjoni għandhom ikunu armonizzati, l-istess bħan-noti biex ikunu kkompilati ċertifikati bħal dawn fil-pajjiż li qed jesporta.

(13)

Sabiex ikunu armonizzati u ssemplifikati il-proċeduri ta' l-importazzjoni fil-fruntieri Komunitarji, il-konsenji li ġew ippreżentati għall-importazzjoni u għat-tranżitu għandhom ikunu akkumpanjati miċ-ċertifikati veterinarji rilevanti.

(14)

Għandu jkun hemm provvediment għall-kondizzjonijiet speċifiċi għat-tranżitu mill-Komunità ta' konsenji għal u mir-Russja minħabba s-sitwazzjoni ġeografika ta' Kaliningrad.

(15)

Minħabba s-sitwazzjoni sanitarja ta' l-annimali u dik tas-saħħa pubblika fejn għandu x'jaqsam id-Deni Emorraġiku tal-Kongo Krimejan fl-Afrika u fl-Ażja, għandhom ikunu stabbiliti ċerti kondizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta' ratiti għat-tnissil u għall-produzzjoni u ta' flieles ta' ġurnata ta' ratiti li ġejjin minn dawk ir-reġjuni.

(16)

Fl-interessi taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 94/85/KE, 94/86/KE, 94/984/KE, 95/233/KE, 96/482/KE, 96/659/KE, 97/38/KE, 2000/609/KE, 2001/393/KE u 2001/751/KE għandhom ikunu revokati u sostitwiti minn din id-Deċiżjoni.

(17)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/342/KEE tat-12 ta' Mejju 1993 li tistabbilixxi l-kriterji għall-klassifikazzjoni ta' pajjiżi terzi dwar influwenza tat-tjur u l-marda ta' Newcastle f'relazzjoni ma' l-importazzjoni ta' tjur ħajjin u ta' bajd għat-tifqis (24), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/585/KE tas-7 ta' Settembru 2000 li tikkompila lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta' laħam tal-fniek u ta' ċertu laħam ta' selvaġġina u ta' selvaġġina mrobbija fl-irziezet, u li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għas-saħħa ta' l-annimali u għas-saħħa pubblika u għaċ-ċertifikazzjoni veterinarji għal importazzjonijiet bħal dawn (25) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/812/KE tas-17 ta' Novembru 2003 li tifformula listi ta' pajjiżi terzi minfejn l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw ċerti prodotti għall-konsum mill-bniedem bla ħsara għad-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KE (26) jistabbilixxu ċerti kondizzjonijiet li jikkonċernaw numru mill-komoditajiet ikkonċernati. Fl-interess taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, huwa xieraq li l-kondizzjonijiet rilevanti jkunu inklużi f'din id-Deċiżjoni. Għalhekk, id-Deċiżjonijiet 93/342/KEE, 2000/585/KE u 2003/812/KE għandhom ikunu emendati skond dan.

(18)

Huwa xieraq li jkun provdut perjodu tranżitorju biex l-Istati Membri u l-industrija jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw mal-kondizzjonijiet applikabbli ta' ċertifikazzjoni veterinarja li ġew stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.

(19)

Il-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal- Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

KAPITOLU I

ID-DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI

Artikolu 1

Is-suġġett u l-ambitu

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fi u t-t-tranżitu mill-Komunità ta':

(a)

tjur, bajd għat-tifqis u flieles ta' ġurnata;

(b)

laħam, ikkapuljat u laħam isseparat b'mod mekkaniku, ta' tjur, ta' ratiti u ta' tjur selvaġġi tal-kaċċa;

(ċ)

bajd u prodotti tal-bajd u bajd speċifikat bħala liberu mill-patoġeni.

Iżda, din id-Deċiżjoni m'għandiex tapplika għal tjur għal esibizzjonijiet, spettakli jew kompetizzjonijiet.

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“tjur” tfisser tajr, dundjani, farawni, papri, wiżż, summien, ħamiem, faġani, perniċi u ratiti (Ratitae), imrobbija jew miżmuma fil-gaġeġ għat-tnissil, għall-produzzjoni ta' laħam jew ta' bajd għall-konsum jew biex jgħammru mill-ġdid il-provvisti tat-tjur tal-kaċċa;

(b)

“bajd għat-tifqis” tfisser bajd għall-inkubazzjoni, li bieduhom tjur kif inhuma ddefiniti fl-(a);

(ċ)

“flieles ta' ġurnata” tfisser it-tjur kollha li għandhom inqas minn 72 siegħa, li għadhom ma ġewx mitmugħin; iżda, il-papri ta' Moskovija (Cairina moschata) u t-taħlit tar-razez tagħhom jistgħu jiġu mitmugħin;

(d)

“tjur tat-tnissil” tfisser tjur ta' 72 siegħa jew aktar, maħsuba għall-produzzjoni tal-bajd għat-tifqis;

(e)

“tjur produttivi” tfisser tjur ta' 72 siegħa jew aktar, imrobbija għall-produzzjoni tal-laħam u/jew tal-bajd għall-konsum jew biex jgħammru mill-ġdid il-provvisti tat-tjur tal-kaċċa;

(f)

“qatgħa” tfisser it-tjur kollha ta' l-istess status sanitarju li huma miżmuma fl-istess bini jew fl-istess spazju magħluq u li jikkostitwixxu unità epidemjoloġika waħda; għal dak li għandu x'jaqsam mat-tjur miżmuma ġewwa, din id-definizzjoni tinkludi l-għasafar kollha li jaqsmu l-istess spazju ta' l-ajru;

(g)

“stabbiliment” tfisser faċilità jew parti minn faċilità li tokkupa sit wieħed u li hija ddedikata għal waħda jew aktar mill-attivitajiet li ġejjin:

(i)

stabbiliment tat-tnissil tar-razza: stabbiliment li jipproduċi bajd għat-tifqis għall-produzzjoni tat-tjur tat-tnissil;

(ii)

stabbiliment tat-tnissil: stabbiliment li jipproduċi bajd għat-tifqis għall-produzzjoni ta' tjur produttivi;

(iii)

stabbiliment tat-trobbija:

jew stabbiliment tat-trobbija tat-tjur tat-tnissil li jrabbi tjur tat-tnissil qabel ma jilħqu l-istadju riproduttiv; jew

stabbiliment tat-trobbija tat-tjur produttivi li jrabbi tjur produttivi li jbidu l-bajd qabel l-istadju ta' meta jbidu;

(h)

“mafqas” tfisser stabbiliment li jinkuba u jfaqqas il-bajd u jipprovdi flieles ta' ġurnata;

(i)

“veterinarju awtorizzat” tfisser veterinarju li ngħata struzzjonijiet mill-awtorità veterinarja kompetenti u li qiegħed taħt ir-responsabbiltà tagħha biex jagħmel il-kontrolli provduti f'din id-Deċiżjoni fi stabbiliment partikolari;

(j)

“laħam” tfisser partijiet li jittieklu mill-annimali li ġejjin:

(i)

tjur, li, meta għandha x'taqsam mal-laħam, tfisser għasafar imrobbija għal skopijiet kummerċjali, inklużi għasafar li jitrabbew għal skopijiet kummerċjali bħala annimali domestiċi mingħajr ma jitqiesu tali, bl-eċċezzjoni tar-ratiti;

(ii)

tjur selvaġġi tal-kaċċa li jiġu kkaċċjati għall-konsum mill-bniedem;

(iii)

ratiti;

(k)

“Laħam isseparat b'mod mekkaniku” jew “MSM” tfisser il-prodott miksub billi jitneħħa l-laħam minn ma' l-għadam li għandhom il-laħam magħhom wara li jitneħħew l-għadam jew mill-karkassi tat-tjur, billi jintużaw mezzi mekkaniċi li jirriżultaw fit-telf jew fil-modifikazzjoni ta' l-istruttura tal-fibri tal-muskolu.

(l)

“ikkapuljat” tfisser laħam bla għadam li ġie kkapuljat fi frammenti u li fih inqas minn 1 % ta' melħ;

(m)

“bajd speċifikat bħala liberu mill-patoġeni” tfisser bajd għat-tifqis li huwa derivat minn “qatgħat ta' flieles liberi minn patoġeni speċifiċi” kif inhu deskritt fil-Farmakopea Ewropea u li huma intenzjonati biss għal użu dijanjostiku, ta' riċerka u għal użu farmaċewtiku.

Artikolu 3

Iċ-ċertifikazzjoni veterinarja

Iċ-ċertifikati veterinarji kif inhu meħtieġ taħt il-Parti I ta' l-Annessi I u II għandhom ikunu kkompilati skond in-noti stabbiliti fil-Parti 2 ta' dawk l-Annessi.

Madanakollu, jistgħu jintużaw ċertifikazzjoni elettronika u sistemi miftiehma oħra armonizzati fuq livell Komunitarju.

KAPITOLU II

IT-TJUR, IL-BAJD GĦAT-TIFQIS U L-FLIELES TA' ĠURNATA

TAQSIMA 1

Id-dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 4

Il-kondizzjonijiet ġenerali għall-importazzjoni u għat-tranżitu

1.   It-tjur, il-bajd għat-tifqis u l-flieles ta' ġurnata li jiġu importati għal u li jgħaddu mill-Komunità għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 14.

2.   Il-paragrafu 1 m'għandux japplika għal konsenji singoli ta' inqas minn 20 unità ta' tjur, ta' bajd għat-tifqis jew ta' flieles ta' ġurnata.

Madanakollu, konsenji singoli bħal dawn jistgħu jiġu importati biss minn pajjiżi terzi jew minn partijiet tagħhom li huma approvati għal importazzjoni bħal dawn peress li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-pajjiż jew il-parti tiegħu huma elenkati fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 ta' l-Anness I u l-kolonna 4 ta' dik it-tabella tipprovdi mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-komodità kkonċernata;

(b)

mhumiex koperti bi projbizzjoni formali fuq l-importazzjoni;

(ċ)

il-kundizzjonijiet għall-importazzjoni jinkludu r-rekwiżit għal iżolament wara l-importazzjoni jew kwarantina. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għal ratiti jew il-bajd għat-tifqis tagħhom.

Artikolu 5

Il-post ta' l-oriġini

It-tjur, il-bajd għat-tifqis u l-flieles ta' ġurnata jistgħu jkunu importati biss għal jew jgħaddu mill-Komunità minn pajjiżi terzi jew minn partijiet tagħhom li huma elenkati fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 ta' l-Anness I fejn il-kolonna 4 ta' dik it-tabella tipprovdi għal mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-komodità kkonċernata.

Artikolu 6

Il-kondizzjonijiet sanitarji u l-garanziji addizzjonali

1.   It-tjur, il-bajd għat-tifqis u l-flieles ta' ġurnata għandhom jilħqu r-rekwiżiti stabbiliti fiċ-ċertifikat veterinarju rilevanti li kien ikkompilat billi ntuża l-mudell korrispondenti fil-Parti 2 ta' l-Anness I, bla ħsara għall-kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fil-kolonna 6 tat-tabella fil-Parti 1 ta' l-Anness I.

2.   Fejn ikun meħtieġ mill-Istat Membru tad-destinazzjoni taħt il-leġiżlazzjoni Komunitarja, il-garanziji addizzjonali għat-tjur, għall-bajd għat-tifqis u għall-flieles ta' ġurnata kif inhu speċifikat għal dak l-Istat Membru fil-kolonna 5 tat-tabella fil-Parti 1 ta' l-Anness I għandhom ikunu inklużi fiċ-ċertifikat veterinarju billi jintuża l-mudell korrispondenti fil-Parti 2 ta' l-Anness I.

Artikolu 7

Ir-rekwiżiti sanitarji addizzjonali għat-tjur, għall-bajd għat-tifqis u għall-flieles ta' ġurnata minn pajjiżi terzi fejn il-vaċċini użati kontra l-marda ta' Newcastle ma jilħqux l-istandards Komunitarji

1.   Fejn il-pajjiżi terzi ma jipprojbixxux l-użu ta' vaċċini kontra l-marda ta' Newcastle li ma jilħqux il-kriterji speċifiċi stabbiliti fil-punt 2 ta' l-Anness B għad-Deċiżjoni 93/342/KEE, ir-rekwiżiti sanitarji addizzjonali li ġejjin għandhom japplikaw għat-tjur u għall-flieles ta' ġurnata li jiġu importati minn hemm:

(a)

għal mill-inqas 12-il xahar qabel id-data ta' l-esportazzjoni lejn il-Komunità, ma ġewx imlaqqma b'vaċċini bħal dawn;

(b)

mhux aktar minn ġimgħatejn qabel id-data ta' l-esportazzjoni lejn il-Komunità jew, fil-każ ta' bajd għat-tifqis, mhux iktar kmieni minn ġimgħatejn qabel id-data tal-ġbir tal-bajd, il-qatgħat ikun sarilhom test ta' l-iżolament tal-virus għall-marda ta' Newcastle:

(i)

li sar f'laboratorju uffiċjali;

(ii)

fuq kampjun li ttieħed bl-addoċċ minn kampjuni mill-kloaka minn għall-inqas 60 għasfur f'kull qatgħa;

(iii)

fejn ma nstabu l-ebda paramyxovirus avjan b'Indiċi ta' Patoġeniċità Intraċerebrali ta' aktar minn 0.4.

(ċ)

matul il-perjodu ta' ġimgħatejn li ssemma fil-(b), inżammu f'iżolament taħt sorveljanza uffiċjali fl-azjenda ta' l-oriġini;

(d)

matul perjodu ta' 60 ġurnata qabel id-data ta' l-esportazzjoni lejn il-Komunità jew, fil-każ ta' bajd għat-tifqis, matul perjodu ta' 60 ġurnata qabel id-data tal-ġbir tal-bajd, ma kinux f'kuntatt ma' tjur li ma jilħqux ir-rekwiżiti fl-(a) u fil-(b).

2.   Fejn flieles ta' ġurnata jiġu importati minn pajjiż terz kif jissemma fil-paragrafu 1, il-bajd għat-tifqis li faqqsu minnhom ma kinux f'kuntatt fil-mafqas jew waqt it-trasport ma' tjur jew ma' bajd għat-tifqis li ma jilħqux ir-rekwiżiti fl-(a) sad-(d).

Artikolu 8

It-trasport tat- tjur

1.   It-tjur m'għandhomx jitgħabbew fuq mezz ta' trasport li qed iġorr tjur oħra li għandhom status sanitarju aktar baxx.

2.   Waqt it-trasport lejn il-Komunità, it-tjur m'għandhomx jiġu mċaqilqa bit-triq jew bil-ferrovija u m'għandhomx jinħattu f'pajjiż terz jew f'parti minnu li mhux approvat għall-importazzjonijiet fil-Komunità ta' tjur bħal dawn.

3.   Waqt it-trasport bl-ajru, it-tjur m'għandhomx jinħattu f'pajjiż terz jew f'parti minnu li mhux approvat għall-importazzjonijiet ta' tjur bħal dawn fil-Komunità.

TAQSIMA 2

It-tjur tat-tnissil u t-tjur produttiv li mhumiex ratiti u l-bajd għat-tifqis u l-flieles ta' ġurnata li mhumiex tar-ratitI

Artikolu 9

Ir-rekwiżiti għall-importazzjoni

1.   It-tjur tat-tnissil u t-tjur produttivi importati li mhumiex ratiti u l-bajd għat-tifqis u l-flieles ta' ġurnata li mhumiex ta' ratiti jistgħu jiġu biss minn stabbilimenti li ġew approvati mill-awtorità kompetenti tat-pajjiż terz ikkonċernat skond il-kondizzjonijiet li huma mill-inqas stretti daqs dawk stabbiliti fl-Anness II għad-Direttiva 90/539/KEE u fejn approvazzjoni bħal din ma ġietx sospiża jew irtirata.

2.   Fejn tjur tat-tnissil u tjur produttivi li mhumiex ratiti u bajd għat-tifqis u flieles ta' ġurnata li mhumiex ta' ratiti u/jew tal-qatgħat ta' l-oriġini tagħhom se jkollhom jgħaddu minn testijiet biex jilħqu r-rekwiżiti taċ-ċertifikati veterinarji rilevanti stabbiliti f'din id-Deċiżjoni, it-teħid ta' kampjuni għall-ittestjar u l-ittestjar innifsu jridu jitwettqu skond il-metodi li jissemmew fil-Parti 4(A) ta' l-Anness I.

3.   Il-bajd għat-tifqis importat għandu jkollu fuqu l-isem tat-pajjiż terz ta' l-oriġini u waħda mill-indikazzjonijiet stampati stabbiliti fl-Anness III b'tipa li hija għolja mill-inqas 3 mm.

4.   Kull pakkett ta' bajd għat-tifqis kif jissemma fil-paragrafu 3 għandu jkun fih biss bajd ta' speċi waħda, kategorija waħda u tip wieħed ta' tjur mill-istess pajjiż terz ta' l-oriġini u mill-istess konsenjatur, u għandu jkollu fuqu mill-inqas il-partikolaritajiet li ġejjin:

(a)

l-informazzjoni murija fuq il-bajd kif inhu pprovdut fil-paragrafu 3;

(b)

l-ispeċi tat-tjur li minnhom ġejjin il-bajd;

(ċ)

l-isem tal-konsenjatur jew l-isem kummerċjali u l-indirizz.

5.   Kull kaxxa ta' flieles ta' ġurnata importati għandu jkun fiha biss speċi waħda, kategorija waħda u tip ta' tjur wieħed mill-istess pajjiż terz ta' l-oriġini, mill-istess mafqas u mill-istess konsenjatur u għandha jkollha fuqha mill-inqas il-partikolaritajiet li ġejjin:

(a)

l-isem tat-pajjiż terz ta' l-oriġini;

(b)

l-ispeċijiet tat-tjur li minnhom ġejjin il-flieles ta' ġurnata;

(ċ)

in-numru li jiddistingwi l-mafqas;

(d)

l-isem tal-konsenjatur jew l-isem kummerċjali u l-indirizz.

Artikolu 10

Ir-rekwiżiti wara l-importazzjoni

1.   Tjur tat-tnissil u tjur produttivi importati li mhumiex ratiti u flieles ta' ġurnata li mhumiex ta' ratiti għandhom jinżammu fl-azjenda(i) tad-destinazzjoni mid-data tal-wasla:

(a)

għal perjodu ta' mill-inqas sitt ġimgħat; jew

(b)

fejn l-għasafar jinqatlu qabel ma jiskadi l-perjodu li jissemma fl-(a), sal-ġurnata tal-qatla.

Madanakollu, il-perjodu pprovdut fl-(a) jista' jitnaqqas għal tliet ġimgħat, sakemm it-teħid ta' kampjuni u l-ittestjar skond il-proċeduri stabbiliti fil-Parti 4(B) ta' l-Anness I twettqu b'riżultati favorevoli.

2.   Tjur tat-tnissil u tjur produttivi li mhumiex ratiti li faqqsu minn bajd għat-tifqis importat għandhom jinżammu għal mill-inqas tliet ġimgħat mid-data tat-tifqis fil-mafqas jew fl-azjenda(i) fejn intbagħatu t-tjur wara li faqqsu.

Fejn il-flieles ta' ġurnata ma jittrabbewx fl-Istat Membru li importa l-bajd għat-tifqis, dawn għandhom ikunu ttrasportati direttament lejn id-destinazzjoni finali speċifikata fil-punt 9.2 tal-Mudell 2 taċ-ċertifikat sanitarju fl-Anness IV għad-Direttiva 90/539/KEE u għandhom jinżammu hemm għal mill-inqas tliet ġimgħat mid-data tat-tifqis.

3.   Matul il-perjodu rilevanti kif ikun provdut fil-paragrafi 1 u 2, it-tjur tat-tnissil u t-tjur produttivi u l-flieles ta' ġurnata importati u t-tjur tat-tnissil u t-tjur produttivi li mhumiex ratiti li faqqsu minn bajd għat-tifqis importat għandhom jinżammu f'iżolament f'gallinari fejn m'hemm l-ebda qatgħa oħra preżenti.

Madanakollu, dawn jistgħu ikunu introdotti fil-gallinari fejn diġà huma preżenti it-tjur tat-tnissil u t-tjur produttivi u l-flieles ta' ġurnata .

F'dak il-każ, il-perjodi li jissemmew fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jibdew jgħoddu mid-data ta' l-introduzzjoni ta' l-aħħar għasfur importat u l-ebda tajra preżenti m'għandha tiġi mċaqilqa mill-gallinar qabel it-tmiem ta' dawk il-perjodi.

4.   Bajd għat-tifqis importat għandu jiġi mfaqqas f'inkubaturi u f'mafqsiet separati.

Madanakollu, il-bajd għat-tifqis importat jista' jkun introdott fl-inkubaturi u fil-mafqsiet fejn diġà huwa preżenti bajd għat-tifqis ieħor .

F'dak il-każ, il-perjodi li jissemmew fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jibdew jgħoddu mid-data ta' l-introduzzjoni ta' l-aħħar bajda għat-tifqis importata.

5.   Mhux aktar tard mid-data ta' l-iskadenza tal-perjodu rilevanti kif inhu pprovdut fil-paragrafu 1 jew 2, it-tjur tat-tnissil u t-tjur produttiv u l-flieles ta' ġurnata importati għandhom jgħaddu minn eżami kliniku li sar minn veterinarju awtorizzat u, fejn ikun neċessarju, għandhom jittieħdu kampjuni biex ikun immonitorjat l-istat tas-saħħa tagħhom.

TAQSIMA 3

Ir-ratiti għat-tnissil u għall-produzzjoni u l-bajd għat-tifqis u l-flieles ta' ġurnata tagħhom

Artikolu 11

Ir-rekwiżiti għall-importazzjoni

1.   Ir-ratiti għat-tnissil u għall-produzzjoni importati għandhom ikunu identifikati permezz ta' lametti ta' l-għonq u/jew mikroċipep li għandhom fuqhom il-kodiċi ISO tat-pajjiż terz ta' l-oriġini.

Mikroċipep bħal dawn għandhom jikkonformaw ma' l-istandards ta' l-ISO.

2.   Il-bajd għat-tifqis importat tar-ratiti għat-tnissil u għall-produzzjoni għandu jkun immarkat b'timbru li jindika i-kodiċi ISO tat-pajjiż terz ta' l-oriġini u n-numru ta' l-approvazzjoni ta' l-istabbiliment ta' l-oriġini.

3.   Kull pakkett ta' bajd għat-tifqis kif jissemma fil-paragrafu 2 għandu jkun fih biss bajd ta' ratiti mill-istess pajjiż terz ta' l-oriġini u mill-istess konsenjatur, u għandu jkollu fuq mill-inqas il-partikolaritajiet li ġejjin:

(a)

l-informazzjoni murija fuq il-bajd kif inhu pprovdut fil-paragrafu 2;

(b)

indikazzjoni li hija viżibbli u li tinqara b'mod ċar li l-konsenja fiha bajd għat-tifqis ta' ratiti;

(ċ)

l-isem tal-konsenjatur jew l-isem kummerċjali u l-indirizz.

4.   Kull kaxxa ta' flieles ta' ġurnata importati ta' ratiti għat-tnissil u għall-produzzjoni għandu jkun fiha biss ratiti mill-istess pajjiż terz ta' l-oriġini, mill-istess stabbiliment u mill-istess konsenjatur, u għandha jkollha fuqha għall-inqas il-partikolaritajiet li ġejjin:

(a)

il-kodiċi ISO tal-pajjiż terz ta' l-oriġini u n-numru ta' l-approvazzjoni ta' l-istabbiliment ta' l-oriġini;

(b)

indikazzjoni li hija viżibbli u li tinqara b'mod ċar li l-konsenja fiha flieles ta' ġurnata ta' ratiti;

(ċ)

l-isem tal-konsenjatur jew l-isem kummerċjali u l-indirizz.

5.   Wara li jkunu twettqu l-kontrolli fuq l-importazzjoni, il-konsenji tar-ratiti u tal-bajd għat-tifqis u tal-flieles ta' ġurnata tagħhom għandhom ikunu ttrasportati direttament lejn id-destinazzjoni finali.

Artikolu 12

Ir-rekwiżiti wara l-importazzjoni

1.   Ir-ratiti importati għat-tnissil u għall-produzzjoni (“ratiti”) u l-flieles ta' ġurnata tagħhom għandhom jinżammu fl-azjenda(i) tad-destinazzjoni mid-data tal-wasla tagħhom:

(a)

għal perjodu ta' mill-inqas sitt ġimgħat; jew

(b)

fejn l-għasafar jinqatlu qabel ma jiskadi l-perjodu li jissemma fl-(a), sal-ġurnata tal-qatla.

2.   Ir-ratiti li faqqsu minn bajd għat-tifqs importat għandhom jinżammu għal perjodu ta' mill-inqas tliet ġimgħat mid-data tat-tifqis fil-mafqas jew fl-azjenda(i) fejn intbagħatu wara li faqqsu.

3.   Matul il-perjodu rilevanti kif inhu pprovdut fil-paragrafi 1 u 2, ir-ratiti importati u r-ratiti li faqqsu minn bajd għat-tifqis importat għandhom jinżammu f'iżolament f'gallinari fejn mhu preżenti l-ebda ratit ieħor jew tajra oħra.

Madankollu, jistgħu jiġu introdotti f'galliinari fejn diġà huma preżenti ratiti jew tjur oħra.

F'dak il-każ, il-perjodi pprovduti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jibdew jgħoddu mid-data ta' l-introduzzjoni ta' l-aħħar ratit importat u l-ebda ratit jew tajra preżenti m'għandu jkun imċaqlaq mill-gallinar qabel it-tmiem ta' dawk il-perjodi.

4.   Il-bajd għat-tifqis importat għandu jitfaqqas f'inkubaturi u f'mafqsiet separati.

Madankollu, il-bajd għat-tifqis importat jistgħu jiġi introdott fl-inkubaturi u fil-mafqsiet fejn diġà huwa preżenti bajd għat-tifqis ieħor.

F'dak il-każ, il-perjodi pprovduti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jibdew jgħoddu mid-data ta' l-introduzzjoni ta' l-aħħar bajda għat-tifqis importata u għandhom japplikaw il-miżuri kif inhuma pprovduti fil-paragrafi 1 u 2.

5.   Mhux aktar tard mid-data ta' l-iskadenza tal-perjodu rilevanti kif inhu pprovdut fil-paragrafu 1 jew 2, ratiti u flieles ta' ġurnata tagħhom importati għandhom jgħaddu minn eżami kliniku li sar minn veterinarju awtorizzat u, fejn ikun neċessarju, għandhom jittieħdu kampjuni biex ikun immonitorjat l-istat tas-saħħa tagħhom.

6.   Fejn ir-ratiti, il-bajd għat-tifqis u l-flieles ta' ġurnata tagħhom u/jew il-qatgħat ta' l-oriġini tagħhom għandhom jgħaddu minn testijiet skond ir-rekwiżiti taċ-ċertifikati veterinarji li ġew stabbiliti fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni, it-teħid ta' kampjuni għall-ittestjar għall-marda ta' Newcastle u l-ittestjar innifsu għandhom isiru skond l-Annessi I u II għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/340/KEE (27).

Artikolu 13

Ir-rekwiżiti għar-ratiti għat-tnissil u għall-produzzjoni u l-flieles ta' ġurnata tagħhom mill-Ażja u mill-Afrika

Il-miżuri protettivi għad-deni emorraġiku tal-Kongo Krimejan li ġew stabbiliti fil-Parti 1 ta' l-Anness V għandhom japplikaw, mal-wasla tagħhom fil-Komunità, għar-ratiti għat-tnissil u għall-produzzjoni u għall-flieles ta' ġurnata tagħhom li ġejjin minn pajjiżi terzi fl-Ażja u fl-Afrika.

Ir-ratiti kollha li jirriżultaw pożittivi għat-test kompetittiv ta' l-ELISA għall-antikorpi għad-deni emorraġiku tal-Kongo Krimejan li huwa pprovdut hemm għandhom jinqerdu.

L-għasafar kollha ta' kuntatt fi ħdan il-grupp għandhom jerġgħu jkunu ttestjati bit-test kompetittiv ta' l-ELISA 21 ġurnata wara t-teħid tal-kampjun oriġinali. Fejn kwalunkwe għasfur jirriżultw pożittiv, il-grupp kollu ta' kuntatt għandu jinqered.

Artikolu 14

Ir-rekwiżiti għar-ratiti għat-tnissil u għall-produzzjoni minn pajjiż li meqjus bħala infettat bil-marda ta' Newcastle

Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għar-ratiti u għall-bajd għat-tifqis tagħhom li ġejjin minn pajjiż terz meqjus bħala infettat bil-marda ta' Newcastle u għall-flieles ta' ġurnata li faqqsu minn bajd bħal dan:

(a)

qabel id-data meta jibda’ l-perjodu ta' iżolament, l-awtorità kompetenti għandha tikkontrolla l-faċilitajiet ta' l-iżolament kif jissemmew fl-Artikolu 12(3) biex tara li huma sodisfaċenti;

(b)

matul il-perjodu rilevanti kif inhu pprovdut fl-Artikolu 12(1) u (2), għandu jsir test għall-iżolament tal-virus tal-marda ta' Newcastle fuq kampjun mill-kloaka jew kampjun ta' ħmieġ minn kull ratit;

(ċ)

fejn ir-ratiti għandhom jintbagħatu lil Stat Membru jew lil reġjun li l-istatus tiegħu ġie stabbilit skond l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 90/539/KEE, għandu jsir test seroloġiku fuq kull ratit, flimkien mat-test għall-iżolament tal-virus pprovdut fil-paragrafu (b);

(d)

ir-riżultati negattivi tat-testijiet ipprovduti fil-paragrafu (b) u fil-paragrafu (c) għandhom ikunu disponibbli qabel kwalunkwe għasfur jinħeles mill-iżolament.

KAPITOLU III

IL-LAĦAM, L-IKKAPULJAT U L-LAĦAM ISSEPARAT B'MOD MEKKANIKU, TAT-TJUR, TAR-RATITI U TAT-TJUR SELVAĠĠI TAL-KAĊĊA, IL-BAJD U L-PRODOTTI TAL-BAJD U L-BAJD SPEĊIFIKAT BĦALA LIBERU MILL-PATOĠENI.

TAQSIMA 1

L-Importazzjonijiet

Artikolu 15

Il-laħam, l-ikkapuljat u l-laħam isseparat b'mod mekkaniku tat-tjur, tar-ratiti u tat-tjur selvaġġi tal-kaċċa

Il-laħam, l-ikkapuljat u l-laħam isseparat b'mod mekkaniku, tat-tjur, tar-ratiti u tat-tjur selvaġġi tal-kaċċa jistgħu jkunu importati fil-Komunità biss minn pajjiż terz jew minn parti minnu li huwa elenkat fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 ta' l-Anness II fejn il-kolonna 4 ta' dik it-tabella tipprovdi għal mudell ta' ċertifikat veterinarju għal-laħam, għall-ikkapuljat u għal-laħam isseparat b'mod mekkaniku tat-tjur, tar-ratiti u tat-tjur selvaġġi tal-kaċċa kkonċernati.

Artikolu 16

Garanziji addizzjonli u rekwiżiti sanitarji addizzjonali għal-laħam tar-ratiti u għal-laħam tat-tjur selvaġġi tal-kaċċa, għall- ikkapuljat u għal-laħam isseparat b'mod mekkaniku tagħhom

1.   Il-laħam tar-ratiti u l-laħam tat-tjur selvaġġi tal-kaċċa, l-ikkapuljat u l-laħam isseparat b'mod mekkaniku tagħhom, jistgħu jkunu importati fil-Komunità biss minn pajjiż terz jew minn parti minnu li mhux soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni li għandha x'taqsam ma' l-influwenza tat-tjur u mal-marda ta' Newcastle.

2.   Għal-laħam tar-ratiti mill-Afrika u mill-Ażja li kien importat jew li għadda mill-Komunità, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti sanitarji addizzjonali kif inhuma stabbiliti fil-Parti 2 ta' l-Anness V li jikkonċernaw il-miżuri protettivi fejn għandu x'jaqsam id-deni emorraġiku tal-Kongo Krimejan.

3.   L-Istati Membri li ma jlaqqmux kontra l-marda ta' Newcastle jistgħu jitolbu garanziji addizzjonali li jikkonċernaw it-tilqim kontra dik il-marda għal-laħam tar-ratiti importat fi jew li jgħaddi mill-Komunità.

Artikolu 17

Il-bajd u l-prodotti tal-bajd

Il-bajd u l-prodotti tal-bajd jistgħu jiġu importati fil-Komunità biss minn pajjiż terz jew minn parti minnu li huwa elenkat fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 ta' l-Anness II fejn il-kolonna 4 ta' dik it-tabella tipprovdi għal mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-bajd u għall-prodotti tal-bajd ikkonċernati.

Artikolu 18

Il-bajd speċifikat bħala liberu mill-patoġeni

1.   Il-bajd speċifikat bħala liberu mill-patoġeni jista' jiġi importat fil-Komunità biss minn pajjiż terz jew minn parti minnu li huwa elenkat fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 ta' l-Anness I fejn il-kolonna 4 ta' dik it-tabella tipprovdi għal mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-bajd speċifikat bħala liberu mill-patoġeni kkonċernat.

2.   Il-bajd speċifikat bħala liberu mill-patoġeni li huwa importat kif jissemma fil-paragrafu 1 għandu jkun immarkat b'timbru li jkollu fuqu l-kodiċi ISO tal-pajjiż terz ta' l-oriġini u n-numru ta' l-approvazzjoni ta' l-istabbiliment ta' l-oriġini.

3.   Kull pakkett ta' bajd speċifikat bħala liberu mill-patoġeni għandu jkun fih biss bajd mill-istess pajjiż terz ta' l-oriġini, mill-istess stabbiliment u mill-istess konsenjatur, u għandu jkollu fuqu mill-inqas il-partikolaritajiet li ġejjin:

(a)

l-informazzjoni murija fuq il-bajd kif inhu pprovdut fil-paragrafu 2;

(b)

indikazzjoni li hija viżibbli u li tinqara b'mod ċar li l-konsenja fiha bajd speċifikat bħala liberu mill-patoġeni;

(ċ)

l-isem tal-konsenjatur jew l-isem kummerċjali u l-indirizz.

4.   Wara li l-kontrolli fuq l-importazzjoni jkunu twettqu, il-konsenji ta' bajd li huwa speċifikat bħala liberu mill-patoġeni għandu jkun ittrasportat direttament lejn id-destinazzjoni finali tiegħu.

TAQSIMA 2

It-tranżitu u l-ħażna

Artikolu 19

Il-kondizzjonijiet għat-tranżitu/għall-ħażna

Il-laħam, l-ikkapuljat u l-laħam isseparat b'mod mekkaniku, tat-tjur, tar-ratiti u tat-tjur selvaġġi tal-kaċċa, il-bajd u l-prodotti tal-bajd u l-bajd speċifikat bħala liberu mill-patoġeni jistgħu jgħaddu minn jew jinħażnu fil-Komunità biss fejn:

(a)

jikkonformaw mal-kondizzjonijiet rilevanti ta' l-importazzjoni għall-komodità konċernata fl-Artikoli 15, 16, 17 jew 18;

(b)

ġejjin minn pajjiż terz jew minn parti minnu li huwa elenkat fl-Anness I jew II;

(ċ)

huma akkompanjati minn ċertifikat veterinarju kkompilat skond il-mudell stabbilit fl-Anness IV.

Artikolu 20

Id-deroga għat-tranżitu

1.   Bħala deroga mill-Artikolu 19, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw it-tranżitu fuq it-triq jew bil-ferrovija mill-Komunità, bejn postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fil-Latvja, fil-Litwanja u fil-Polonja magħżula skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/881/KE (28), ta' konsenji ta' laħam, ta' ikkapuljat u ta' laħam isseparat b'mod mekkaniku ta' tjur, ta' ratiti u ta' tjur selvaġġi tal-kaċċa, ta' bajd u ta' prodotti tal-bajd u ta' bajd speċifikat bħala liberu mill-patoġeni li ġejjin minn jew li sejrin lejn ir-Russja direttament jew minn pajjiż terz, sakemm:

(a)

il-konsenja tkun issiġillata b'siġill enumerat f'serje mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera tad-dħul;

(b)

id-dokumenti li jakkompanjaw il-konsenja u li jissemmew fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE ikunu ttimbrati “BISS GĦAL TRANŻITU LEJN IR-RUSSJA MILL-KE” fuq kull paġna mill-veterinatju uffiċjali fil-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera tad-dħul;

(ċ)

ikun hemm konformità mar-rekwiżiti proċedurali pprovduti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE;

(d)

il-konsenja tkun iċċertifikata bħala li hija aċċettabbli għat-tranżitu fuq id-dokument veterinarju komuni tad-dħul maħruġ mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera tad-dħul.

2.   Il-konsenji kif jissemmew fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma jistgħux jinħattu jew jinħażnu kif jissemma fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE fit-territorju Komunitarju.

3.   L-awtorità kompetenti għandha tagħmel verifiki regolari biex ikun żgurat li n-numru ta' konsenji u l-kwantitajiet tal-prodotti li ħerġin mit-territorju Komunitarju jaqblu man-numru u mal-kwanititajiet li deħlin.

KAPITOLU IV

ID-DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 21

L-emendi għad-Deċiżjoni 93/342/KEE

Id-Deċiżjoni 93/342/KEE hija emendata kif ġej:

(a)

Fl-Artikolu 4(4), it-tieni subparagrafu huwa mħassar.

(b)

L-Anness E huwa mħassar.

Artikolu 22

L-emendi għad-Deċiżjoni 2000/585/KE

Id-Deċiżjoni 2000/585/KE hija emendata kif ġej:

(a)

L-Artikolu 1 huwa mħassar;

(b)

L-Artikolu 2 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet tal-laħam li ġej biss:

(a)

il-laħam tal-leporidae selvaġġi, iddefiniti bħala fniek selvaġġi u liebri, li ma fihomx ġewwieni, ħlief għal-leporidae li ma tqaxxrux u li ma ġewx imnaddfa mill-ġewwieni;

(b)

il-laħam ta' fniek imrobbija għal skopijiet kummerċjali;

(ċ)

il-laħam ta' mammali selvaġġi ta' l-art ħlief għall-ungulati u għal-leporidae, li ma fihomx ġewwieni.

Importazzjonijiet ta' laħam bħal dawn jistgħu jiġu biss minn pajjiżi terzi jew minn parti minnhom li huma elenkati fl-Anness I u soġġetti għall-kondizzjonijiet stabbiliti fiċ-ċertifikat veterinarju li jsegwi l-mudell rilevanti fl-Anness III, skond l-Anness II.

Il-pajjiż terz li qed jesporta għandu jilħaq ir-rekwiżiti speċifiċi li jissemmew fl-Anness II u li ġew stabbiliti fl-Anness IV u għandu jiċċertifika dan billi jikkompleta t-Taqsima V ta' kull ċertifikat sanitarji li jsegwi l-mudell fl-Anness III.”;

(ċ)

L-Anness II jiġi sostitwit mill-Anness VI għal din id-Deċiżjoni;

(d)

Fl-Anness III, il-Mudelli D u I huma mħassra.

Artikolu 23

L-emendi għad-Deċiżjoni 2003/812/KE

Fid-Deċiżjoni 2003/812/KE, il-Partijiet IV u V ta' l-Anness huma mħassra.

Artikolu 24

Ir-revoki

Id-Deċiżjonijiet 94/85/KE, 94/86/KE, 94/984/KE, 95/233/KE, 96/482/KE, 96/659/KE, 97/38/KE, 2000/609/KEC, 2001/393/KE, 2001/751/KE huma rrevokati.

Artikolu 25

Id-dispożizzjonijiet tranżitorji

It-tjur, il-bajd għat-tifqis, il-flieles ta' ġurnata, il-laħam, l-ikkapuljat u l-laħam isseparat b'mod mekkaniku tat-tjur, tar-ratiti u tat-tjur selvaġġi tal-kaċċa, il-bajd u l-prodotti tal-bajd u l-bajd speċifikat bħala liberu mill-patoġeni li għalihom inħarġu ċ-ċertifikati veterinarji rilevanti skond id-Deċiżjonijiet 94/85/KE, 94/86/KE, 94/984/KE, 95/233/KE, 96/482/KE, 97/38/KE, 2000/609/KE, 2001/393/KE, 2001/751/KE jistgħu jiġu importati fi jew jgħaddu mill-Komunità sa 6 xhur wara l-ġurnata ta' wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 26

L-applikabilità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika minn 6 xhur wara l-ġurnata ta' wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 27

Id-destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar it-28 ta' Awwissu 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 303, 31.10.1990, p. 6. Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.

(2)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.

(3)  ĠU L 62, 15.3.1993, p. 49. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 445/2004 (ĠU L 72, 11.3.2004, p. 60).

(4)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1; verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1).

(5)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 882/2004 .

(6)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(7)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55; (verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22) Regolament hekk kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2076/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83).

(8)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206; (verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83). Regolament kif inhu emendat mir-Regolament (KE) Nru 2076/2005.

(9)  ĠU L 44, 17.2.1994, p. 31. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2004/118/KE (ĠU L 36, 7.2.2004, p. 34).

(10)  ĠU L 44, 17.2.1994, p. 33. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjonici 96/137/KE (ĠU L 31, 9.2.1996, p. 31).

(11)  ĠU L 378, 31.12.1994, p. 11. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2004/436/KE(ĠU L 189, 27.5.2004, p. 47).

(12)  ĠU L 156, 7.7.1995, p. 76. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2004/118/KE.

(13)  ĠU L 196, 7.8.1996, p. 13. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2004/118/KE.

(14)  ĠU L 302, 29.11.1996, p. 27. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2001/751/KE (ĠU L 281, 25.10.2001, p. 24).

(15)  ĠU L 14, 17.1.1997, p. 61.

(16)  ĠU L 258, 12.10.2000, p. 49. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2005/804/KE (ĠU L 303, 22.11.2005, p. 56).

(17)  ĠU L 138, 22.5.2001, p. 31. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2002/278/KE (ĠU L 99, 16.4.2002, p. 14).

(18)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 100. Regolament kif emendat l-aħħar mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.

(19)  ĠU L 173, 6.7.1990, p. 5. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1039/2005 (ĠU L 172, 5.7.2005, p. 1).

(20)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).

(21)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1; (verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3).

(22)  ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1.

(23)  ĠU L 13, 16.1.1997, p. 28.

(24)  ĠU L 137, 8.6.1993, p. 24. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 94/438/KE (ĠU L 181, 15.7.1994, p. 35).

(25)  ĠU L 251, 6.10.2000, p. 1. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2004/413/KE (ĠU L 151, 30.4.2004, p. 54; verżjoni kkoreġuta mill-ĠU L 208, 10.6.2004, p. 51).

(26)  ĠU L 305, 22.11.2003, p. 17. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2004/19/KE (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 84).

(27)  ĠU L 188, 8.7.1992, p. 34.

(28)  ĠU L 326, 11.12.2001, p. 44.


ANNESS I

IT-TJUR, IR-RATITI INKLUŻ IL-BAJD GĦAT-TIFQIS TA’ DAWN L-ISPEĊIJIET U L-BAJD SPEĊIFIKAT BĦALA LIBERU MILL-PATOĠENI

PARTI 1

Lista ta' pajjiżi terzi jew ta' partijiet tagħhom (*)

Il-pajjiż

Kodiċi tat-territorju

Deskrizzjoni tat-territorju

Ċertifikat veterinarju

Il-kondizzjonijiet speċifiċi

Mudell(i)

Garanziji Addizzjonali

1

2

3

4

5

6

AR – L-Arġentina

AR-0

 

SPF

 

 

AU – l-Awstralja

AU-0

 

BPP, DOC, HEP, SPF, SRP

 

 

BPR

I

 

DOR

II

 

HER

III

 

BG – Il-Bulgarija (**)

BG-0

 

BPP, DOC, HEP, SPF, SRP

 

 

BR – Il-Brażil

BR-0

 

SPF

 

 

BR-1

L-Istati ta' Mato Grosso, Paraná, Rio Grande do Sul, Santa Catarina u São Paulo

BPP, DOC, HEP, SRP

 

 

BR-2

L-istati ta' Rio Grande do Sul, Santa Catarina, Paraná, São Paulo u Mato Grosso do Sul

BPR, DOR, HEP, HER, SRA

 

 

BW – Il-Botswana

BW-0

 

SPF

 

 

BPR

I

 

DOR

II

 

HER

III

 

CA – Il-Kanada

CA-0

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SPF, SRP

 

 

CH – L-Iżvizzera

CH-0

 

 (***)

 

 

CL –Iċ-Ċilì

CL-0

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SPF, SRA, SRP

 

 

HR – Il-Kroazja

HR-0

 

BPR, BPP, DOR, DOC, HEP, HER, SPF, SRA, SRP

 

 

GL – Greenland

GL-0

 

SPF

 

 

IL – L-Iżrael

IL-0

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SPF, SRP

 

 

IS – L-Iżlanda

IS-0

 

SPF

 

 

MG – Il-Madagaskar

MG-0

 

SPF

 

 

MX – il-Messiku

MX-0

 

SPF

 

 

NA – In-Namibja

NA-0

 

SPF

 

 

BPR

I

 

DOR

II

 

HER

III

 

NZ – In-New Zealand

NZ-0

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SPF, SRA, SRP

 

 

PM — San Pierre u Miquelon

PM-0

 

SPF

 

 

RO – Ir-Rumanija (**)

RO-0

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SPF, SRA, SRP

 

 

TH – It-Tajlandja

TH-0

 

SPF

 

 

TN – It-Tuneżija

TN-0

 

DOR, BPR, BPP, HER, SPF

 

 

TR –It-Turkija

TR-0

 

SPF

 

 

US – L-Istati Uniti

US-0

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SPF SRA, SRP

 

 

UY – L-Urugwaj

UY-0

 

SPF

 

 

ZA – L-Afrika t’Isfel

ZA-0

 

SPF

 

 

BPR

I

 

DOR

II

 

HER

III

 

PARTI 2

Il-Mudelli taċ-Ċertifikati Veterinarji

Mudelli:

“BPP”:

Mudell ta' ċertifikat veterinarju għat-tjur tat-tnissil jew għat-tjur produttivi li mhumiex ratiti

“BPR”:

Mudell ta' ċertifikat veterinarju għar-ratiti tat-tnissil jew għar-ratiti produttivi

“DOC”:

Mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-flieles ta' ġurnata li mhumiex tar-ratiti

“DOR”:

Mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-flieles ta' ġurnata tar-ratiti

“HEP”:

Mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-bajd għat-tifqis ta' tjur li mhumiex ratiti

“HER”:

Mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-bajd għat-tifqis tar-ratiti

“SPF”:

Mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-bajd speċifikat bħala liberu mill-patoġeni (SPF)

“SRP”:

Mudell ta' ċertifikat veterinarju għat-tjur għall-qatla u għat-tjur biex jiġu mgħammra mill-ġdid il-provvisti tat- tjur tal-kaċċa li mhumiex ratiti

“SRA”:

Mudell ta' ċertifikat veterinarju għar-ratiti għall-qatla

Il-garanziji addizzjonali (AG):

“I”:

Garanziji għar-ratiti tat-tnissil u għar-ratiti produttivi li ġejjin minn reġjuni li huma liberi mill-influwenza tat-tjur imma li mhumiex liberi mill-marda ta' Newcastle, li huma ċċertifikati skond il-mudell BPR

“II”:

Garanziji għall-flieles ta' ġurnata tar-ratiti li ġejjin minn reġjuni li huma liberi mill-influwenza tat-tjur imma li mhumiex liberi mill-marda ta' Newcastle, li huma ċċertifikati skond il-mudell DOR

“III”:

Garanziji għall-bajd għat-tifqis tar-ratiti li ġejjin minn pajjiż terzi li huma liberi mill-influwenza tat-tjur u li huma liberi jew li mhumiex ċertifikati bħala liberi mill-marda ta' Newcastle skond il-mudell HER

Noti

(a)

Iċ-ċertifikati veterinarji li huma bbażati fuq il-mudelli fil-Parti 2 ta' dan l-Anness jew fil-Parti 2 ta' l-Anness II u li jsegwu t-taqsim tal-mudell li jikkorrispondi mal-komodità kkonċernata għandhom jinħarġu mill-pajjiż terz li qed jesporta. Għandhom jinkludu, fl-ordni li jidher fil-mudell, l-attestazzjonijiet li huma meħtieġa għal kwalunkwe pajjiż terz u, fejn japplika, dawk ir-rekwiżiti sanitarji addizzjonali meħtieġa għall-pajjiż terz li qed jesporta jew għal parti minnu.

Fejn huma meħtieġa garanziji addizzjonali mill-Istat Membru ta' l-UE tad-destinazzjoni għall-komodità kkonċernata, dawn għandhom jiddaħħlu wkoll fl-oriġinali taċ-ċertifikat veterinarju.

(b)

Ċertifikat separat wieħed irid ikun ippreżentat għal kull konsenja tal-komodità kkonċernata, li ġiet esportata lejn l-istess destinazzjoni minn territorju li jidher fil-kolonni 2 u 3 tal-Parti 1 ta' dan l-Anness jew fil-kolonni 2 u 3 tal-Parti 1 ta' l-Anness II u li ġiet ittrasportat fl-istess vagun tal-ferrovija, fl-istess lori, fl-istess inġenju ta' l-ajru jew fl-istess vapur.

(ċ)

L-oriġinali ta-ċertifikati għandu jkun jikkonsisti f'paġna individwali stampata miż-żewġ naħat jew, fejn hu meħtieġ aktar test, b'tali mod li l-paġni kollha jiffurmaw entità waħdanija u ma jkunux jistgħu jiġu separati.

(d)

Iċ-ċertifikat għandu jitfassal f'talanqas waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-Istat Membru ta' l-UE fejn isseħħ l-ispezzjoni fuq il-fruntiera u f'waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-Istat Membru ta' l-UE destinatarju. Madankollu, dawk l-Istati Membri jistgħu jippermettu lingwa Komunitarja oħra minflok tagħhom, akkumpanjata, jekk neċessarju, minn traduzzjoni uffiċjali.

(e)

Meta jinthemżu paġni addizzjonali maċ-ċertifikat għall-finijiet ta' identifikazzjoni ta' l-elementi li jiffurmaw il-kunsinja, dawn il-paġni addizzjonali għandhom jitqiesu wkoll bħala parti mill-oriġinal taċ-ċertifikat, sakemm il-firma u t-timbru tal-veterinarju uffiċjali li jkun qed jiċċertifika tkun tidher fuq kull paġna.

(f)

Fejn iċ-ċertifikat, inkluża kwalunkwe paġna addizzjonali kif inhu pprovdut fl-(e), jinkludi aktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tkun enumerata “–x(numru tal-paġna) ta' y(numru totali ta' paġni)–” isfel u fil-parti ta' fuq għandu jkollha fuqha n-numru tal-kodiċi taċ-ċertifikat allokat mill-awtorità kompetenti.

(g)

L-oriġinali taċ-ċertifikat irid ikun ikkompletat u ffirmat minn veterinarju uffiċjali mhux aktar minn 24 siegħa qabel ma titgħabba l-konsenja għall-esportazzjoni lejn il-Komunità. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż li qed jesporta għandhom jiżguraw li jiġu segwiti l-prinċipji ta' ċertifikazzjoni li huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti mid-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE..

Il-kulur tal-firma għandu jkun differenti minn dak ta' l-istampar. L-istess regola għandha tapplika għat-timbri ħlief għat-timbri bbuzzati 'l barra jew għall-marki ta' l-ilma.

(h)

L-oriġinal taċ-ċertifikat għandu jakkumpanja l-kunsinja sal-postazzjoni ta' l-ispezzjoni fuq il-fruntiera ta' l-UE.

(i)

Iċ-ċertifikat għandu jkun validu għal 10 ijiem mid-data tal-ħruġ, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.

Fil-każ ta' trasport bil-vapur, il-perjodu ta' validità għandu jkun estiż biż-żmien li jdum il-vjaġġ. Għal dak il-għan, l-oriġinali ta' dikjarazzjoni mill-kaptan tal-vapur, ikkompilata skond l-addendum għall-Parti 3 ta' dan l-Anness, għandu jkun mehmuż maċ-ċertifikat veterinarju.

(j)

It-tjur m'għandhomx ikunu ttrasportati flimkien ma' tjur oħra li jew mhumiex maħsuba għall-Komunità Ewropea jew li għandhom status sanitarju aktar baxx.

(k)

Waqt it-trasport lejn il-Komunità Ewropea, it-tjur m'għandhomx jinħattu fit-territorju ta' pajjiż terz jew f'parti ta' pajjiż terz li mhux approvat għall-importazzjonijiet ta' tjur fil-Komunità.

Mudell ta' ċertifikat veterinarju għat-tjur tat-tnissil jew għat-tjur produttivi li mhumiex ratiti (BPP)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għar-ratiti tat-tnissil jew ratiti produttivi (BPR)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għall-flieles ta’ ġurnata li mhumiex tar-ratiti (DOC)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għall-flieles ta’ ġurnata tar-ratiti (DOR)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għall-bajd għat-tifqis ta’ tjur li mhumiex ratiti (HEP)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għall-bajd għat-tifqis tar-ratiti (HER)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għall-bajd speċifikat bħala liberu mill-patoġeni (SPF)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għat-tjur għall-qatla u għat-tjur biex jiġu mgħammra mill-ġdid il-provvisti tat-tjur tal-kaċċa li mhumiex ratiti (SRP)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għar-ratiti għall-qatla (SRA)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

PARTI 3

Addendum għat-trasport tat-tjur bil-baħar

(Biex ijkun ikkompletat u mehmuż maċ-ċertifikat veterinarju fejn it-trasport lejn il-fruntiera tal-Komunità Ewropea jinkludi trasport b’vapur, anki għal parti mill-vjaġġ.)

Image

Test ta 'immaġni

PARTI 4

A   Il-metodi għall-istandardizzazzjoni tal-materjali u tal-proċeduri għat-testijiet veterinarji għall-importazzjonijiet tat-tjur u tal-bajd għat-tifqis

1.

Il-marda ta' Newcastle

It-teħid ta' kampjuni u l-metodi ta' l-ittestjar iridu jikkonformaw mal-metodi li ġew deskritti fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/340/KEE dwar l-ittestjar tat-tjur għall-marda ta' Newcastle qabel ma jiġu mċaqilqa, skond l-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE.

2.

Is-Salmonella pullorum

Il-metodi ta' teħid tal-kampjuni jridu jikkonformaw mal-metodi li ġew deskritti fil-Kapitolu III ta' l-Anness II għad-Direttiva 90/539/KEE.

Il-metodi ta' l-ittestjar iridu jikkonformaw mal-metodi li ġew deskritti fl-aħħar verżjoni tal-Manwal tat-Testijiet Dijanjostiċi u l-Vaċċini għal Annimali Terrestri, ippubblikat mill-OIE.

3.

Is-Salmonella gallinarum

Il-metodi ta' teħid tal-kampjuni jridu jikkonformaw mal-metodi li ġew deskritti fil-Kapitolu III ta' l-Anness II għad-Direttiva 90/539/KEE.

Il-metodi ta' l-ittestjar iridu jikkonformaw mal-metodi li ġew deskritti fl-aħħar verżjoni tal-Manwal tat-Testijiet Dijanjostiċi u l-Vaċċini għalAnnimali Terrestri, ippubblikat mill-OIE.

4.

Is-Salmonella arizonae

L-eżami seroloġiku: għandhom jittieħdu kampjuni minn 60 għasfur fil-punt fejn ibidu. L-ittestjar irid isir skond il-metodi li ġew deskritti fl-aħħar verżjoni tal-Manwal tat-Testijiet Dijanjostiċi u l-Vaċċini għal Annimali Terrestri, ippubblikat mill-OIE.

5.

Il-Mycoplasma gallisepticum

Il-metodi ta' teħid tal-kampjuni jridu jikkonformaw mal-metodi li ġew deskritti fil-Kapitolu III ta' l-Anness II għad-Direttiva 90/539/KEE.

Il-metodi ta' l-ittestjar iridu jikkonformaw mal-metodi li ġew deskritti fl-aħħar verżjoni tal-Manwal tat-Testijiet Dijanjostiċi u l-Vaċċini għal Annimali Terrestri, ippubblikat mill-OIE.

6.

Il-Mycoplasma meleagridis

Il-metodi ta' teħid tal-kampjuni jridu jikkonformaw mal-metodi li ġew deskritti fil-Kapitolu III ta' l-Anness II għad-Direttiva 90/539/KEE.

B.   Il-proċeduri ta' teħid tal-kampjuni u ta' l-ittestjar għall-marda ta' Newcastle u għall-influwenza avjana wara l-importazzjoni

Matul il-perjodu li jissemma fl-Artikolu 10(1), il-veterinarju uffiċjali/awtorizzat għandu jieħu kampjuni mit-tjur importati għal eżami viroloġiku, li għandhom ikunu ttestjati kif ġej:

Bejn is-7 u l-15-il jum tal-perjodu ta' l-iżolament, iridu jittieħdu kampjuni mill-kloaka mill-għasafar kollha fejn il-konsenja fiha inqas minn 60 għasfur, u minn 60 għasfur fejn il-konsenji fihom aktar minn 60 għasfur.

L-ittestjar tal-kampjuni għall-influwenza avjana u għall-marda ta' Newcastle jridu jsiru f'laboratorji uffiċjali magħżula mill-awtorità kompetenti, billi jintużaw proċeduri dijanjostiċi skond l-Anness III għad-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE u skond l-Anness III għad-Direttiva tal-Kunsill 92/40/KEE.

Il-kampjuni jistgħu jkunu ippuljati, bla ħsara għal massimu ta' ħames kampjuni minn għasafar individwali f'kull pul.

L-iżolati tal-virus iridu jintbagħtu bla telf ta' żmien lil-laboratorju nazzjonali ta' referenza.


(*)  Bla preġudizzju għar-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni speċifiċi pprovduti fi ftehimiet Komunitarji ma' pajjiżi terzi.

(**)  Applikabbli biss sakemm dan l-Istat li Jkun Qiegħed Jissieħeb isir Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea.

(***)  Ċertifikati skond il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli, ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.


L-ANNESS II

(IL-LAĦAM, L-IKKAPULJAT, IL-LAĦAM ISSEPARAT B’MOD MEKKANIKU, IL-BAJD U L-PRODOTTI TAL-BAJD)

PARTI 1

Lista ta’ pajjiżi terzi jew ta’ partijiet tagħhom (*)

Il-pajjiż

Kodiċi tat-territorju

Deskrizzjoni tat-territorju

Ċertifikat veterinarju

Il-kondizzjonijiet speċifiċi

 

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

1

2

3

4

5

6

AL – L-Albanija

AL-0

 

EP, E

 

 

AR – L-Arġentina

AR-0

 

EP, E, POU, RAT

 

 

WGM

III

 

AU – l-Awstralja

AU-0

 

EP, E

 

 

POU

I

 

RAT

II

 

BG – Il-Bulgarija (**)

BG-0

 

EP, E, POU, RAT, WGM

 

 

BR – Il-Brażil

BR-0

 

 

 

BR-1

L-istati ta’ Rio Grande do Sul, Santa Catarina, Paraná, São Paulo u Mato Grosso do Sul

RAT

 

 

BR-2

Distrito Federal u l-Istati ta’ Goiás, Minas Gerais, Mato Grosso, Mato Grosso do Sul, Paraná, Rio Grande do Sul, Santa Catarina u São Paulo

WGM

III

 

EP, E, POU

 

BW – Il-Botswana

BW-0

 

RAT, EP, E

II

 

CA – Il-Kanada

CA-0

 

WGM

III

 

EP, E, POU, RAT

 

 

CH – L-Iżvizzera

CH-0

 

EP, E, POU, RAT, WGM

 

 

CL –Iċ-Ċilì

CL-0

 

WGM

III

 

EP, E, POU, RAT, SRA

 

 

CN – Iċ-Ċina (ir-Repubblika Popolari ta’)

CN-0

 

EP, E

 

 

CN-1

Il-muniċipalità ta’ Shanghai, eskluża l-kontea ta’ Chongming, u, fil-Provinċja ta’ Shangdong, id-distretti (il-prefetturi) ta’ Weifang, Linyi u Qingdao

POU

I

 

GL – Greenland

GL-0

 

EP, WGM

 

 

HK – Ħong Kong

HK-0

 

EP

 

 

HR – Il-Kroazja

HR-0

 

EP, E, POU, RAT, WGM

 

 

IL – L-Iżrael

IL-0

 

WGM

III

 

EP, E POU, RAT

 

 

IN – l-Indja

IN-0

 

EP

 

 

IS – L-Iżlanda

IS-0

 

EP, E

 

 

KR – Il-Korea

(Rep)

KR-0

 

EP, E

 

 

MG – Il-Madagaskar

MG-0

 

EP, E,

WGM

 

 

MY – Il-Malażja

MY-0

 

 

 

MY-1

Il-Peniżola tal-Punent

EP, E

 

 

MK – ir-Repubblika ex-Jugoslava tal-Maċedonja (***)

MK-0

 

EP

 

 

MX – il-Messiku

MX-0

 

EP

 

 

NA – In-Namibja

NA-0

 

RAT, EP, E

II

 

NC – Il-Caledonia l-Ġdida

NC-0

 

EP

 

 

NZ – In-New Zealand

NZ-0

 

WGM

III

 

EP, E, POU, RAT

 

 

RO – Ir-Rumanija (**)

RO-0

 

EP, E, POU, RAT, WGM

 

 

RU – Il-Federazzjoni Russa

RU-0

 

EP

 

 

XM – Il-Montenegro

XM-0

It-territorju doganali kollu (1)

EP

 

 

XS – Is-Serbja (****)

XS-0

It-territorju doganali kollu (1)

EP

 

 

SG – Singapor

SG-0

 

EP

 

 

TH – It-Tajlandja

TH-0

 

WGM

III

 

EP, E, POU, RAT

 

 

TN – It-Tuneżija

TN-0

 

WGM

III

 

EP, E, POU, RAT

 

 

TR – It-Turkija

TR-0

 

EP, E

 

 

US – L-Istati Uniti

US-0

 

WGM

III

 

EP, E, POU, RAT

 

 

UY – L-Urugwaj

UY-0

 

EP, E, RAT

 

 

ZA – L-Afrika t’Isfel

ZA-0

 

RAT, EP, E

II

 

ZW – Żimbabwe

ZW-0

 

RAT, EP, E

II

 

PARTI 2

Il-mudelli taċ- ċertifikati veterinarji

Il-mudell(i):

“POU”

:

Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għal-laħam tat-tjur

“POU-MI/MSM”

:

Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għall-ikkapuljat u għal-laħam isseparat b’mod mekkaniku tat-tjur

“RAT”

:

Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għal-laħam tar-ratiti mrobbija għal skopijiet kummerċjali għall-konsum mill-bniedem

“RAT-MI/MSM”

:

Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għall-ikkapuljat u għal-laħam isseparat b’mod mekkaniku tar-ratiti ta’ l-irziezet għall-konsum uman

“WGM”

:

Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għal-laħam tat-tjur selvaġġi tal-kaċċa

“WGM-MI/MSM”

:

Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għall-ikkapuljat u għal-laħam isseparat b’mod mekkaniku tat-tjur selvaġġi tal-kaċċa

“E”

:

Mudell ta’ ċertifikat tas-saħħa pubblika għall-bajd

“EP”

:

Mudell ta’ ċertifikat tas-saħħa pubblika għall-prodotti tal-bajd

Il-garanziji addizzjonali (AG):

I.

:

garanziji addizzjonali li jkopru l-laħam tat-tjur skond il-mudell POU

II.

:

garanziji addizzjonali li jkopru l-laħam tar-ratiti ta’ l-irziezet għall-konsum mill-bniedem iċċertifikat skond il-mudell RAT

III.

:

garanziji addizzjonali għal-laħam tat-tjur selvaġġi tal-kaċċa ċċertifikati skond il-mudell WGM

Noti

(a)

Iċ-ċertifikati veterinarji għandhom jinħarġu mill-pajjiż terz li qed jesporta bbażati fuq il-mudelli fil-Parti 2 ta’ Anness I jew ta’ dan l-Anness u għandhom isegwu t-tqassim tal-mudell li jikkorrispondi mal-komodità kkonċernata. Għandhom jinkludu, fl-ordni li jidher fil-mudell, l-attestazzjonijiet li huma meħtieġa għal kwalunkwe pajjiż terz u, fejn japplika, dawk ir-rekwiżiti sanitarji addizzjonali meħtieġa għall-pajjiż terz li qed jesporta jew għal parti minnu.

Fejn huma meħtieġa garanziji addizzjonali mill-Istat Membru ta’ l-UE tad-destinazzjoni għall-komodità kkonċernata, dawn għandhom jiddaħħlu wkoll fl-oriġinali taċ-ċertifikat veterinarju.

(b)

Ċertifikat wieħed separat irid ikun ippreżentat għal kull konsenja tal-komodità kkonċernata, li hija esportata għall-istess destinazzjoni minn territorju li jidher fil-kolonni 2 u 3 tal-Parti 1 ta’ l-Anness I jew ta’ dan l-Anness u li hija ttrasportata fl-istess vagun tal-ferrovija, lori, inġenju ta’ l-ajru jew vapur.

(ċ)

L-oriġinali taċ-ċertifikati għandu jkun jikkonsisti f’paġna individwali stampata miż-żewġ naħat jew, fejn hu meħtieġ aktar test, b'tali mod li l-paġni kollha jiffurmaw entità waħdanija u ma jkunux jistgħu jiġu separati

(d)

Iċ-ċertifikat għandu jitfassal f’talanqas waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-Istat Membru ta' l-UE fejn isseħħ l-ispezzjoni fuq il-fruntiera u f’waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ l-Istat Membru ta’ l-UE destinatarju. Madankollu, dawk l-Istati Membri jistgħu jippermettu lingwa Komunitarja oħra minflok tagħhom, akkumpanjata, jekk neċessarju, minn traduzzjoni uffiċjali.

(e)

Meta jinthemżu paġni addizzjonali maċ-ċertifikat għall-finijiet ta’ identifikazzjoni ta' l-elementi li jiffurmaw il-kunsinja, dawn il-paġni addizzjonali għandhom jitqiesu wkoll bħala parti mill-oriġinal taċ-ċertifikat, sakemm il-firma u t-timbru tal-veterinarju uffiċjali li jkun qed jiċċertifika tkun tidher fuq kull paġna.

(f)

Fejn iċ-ċertifikat, inkluża kwalunkwe paġna addizzjonali kif inhu pprovdut fl-(e), jinkludi aktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tkun enumerata “–x(numru tal-paġna) ta’ y(numru totali ta paġni)–” isfel u fil-parti ta’ fuq għandu jkollha fuqha n-numru tal-kodiċi taċ-ċertifikat allokat mill-awtorità kompetenti.

(g)

L-oriġinali taċ-ċertifikat irid ikun ikkompletat u ffirmat minn veterinarju uffiċjali mhux aktar minn 24 siegħa qabel ma titgħabba l-konsenja għall-esportazzjoni lejn il-Komunità. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż li qed jesporta għandhom jiżguraw li jiġu segwiti l-prinċipji ta’ ċertifikazzjoni li huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti mid-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE.

Il-kulur tal-firma għandu jkun differenti minn dak ta’ l-istampar. L-istess regola għandha tapplika għat-timbri ħlief għat-timbri bbuzzati ’l barra jew għall-marki ta’ l-ilma.

(h)

L-oriġinal taċ-ċertifikat għandu jakkumpanja l-kunsinja sal-postazzjoni ta' l-ispezzjoni fuq il-fruntiera ta' l-UE.

(i)

Iċ-ċertifikat għandu jkun validu għal 10 ijiem mid-data tal-ħruġ, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.

Fil-każ ta’ trasport bil-vapur, il-perjodu ta’ validità għandu jkun estiż biż-żmien li jdum il-vjaġġ. Għal dak il-għan, l-oriġinali ta’ dikjarazzjoni mill-kaptan tal-vapur, ikkompilata skond l-addendum għall-Parti 3 ta’ l-Anness I, għandha tkun mehmuża maċ-ċertifikat veterinarju.

Il-kondizzjonijiet speċifiċi li jissemmew fil-kolonna 6

Kodiċi tat-territorju

Ċertifikat veterinarju

Perjodu/dati li matulhom l-importazzjonijiet fil-Komunità huma awtorizzati jew mhumiex awtorizzati b’relazzjoni mad-dati tal-qatla/qtil ta’ l-annimali li minnhom jinkiseb il-laħam

Mudell

AG

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għal-laħam tat-tjur (POU)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għall-ikkapuljat u għal-laħam isseparat b’mod mekkaniku tat-tjur (POU-MI/MSM)

(GĦADU MHUX STABBILIT)

Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għal-laħam tar-ratiti ta’ l-irziezet għall-konsum mill-bniedem (RAT)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għall-ikkapuljat u għal-laħam isseparat b’mod mekkaniku tar-ratiti ta’ l-irziezet għall-konsum mill-bniedem (RAT-MI/MSM)

(GĦADU MHUX STABBILIT)

Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għal-laħam tat-tjur selvaġġi tal-kaċċa (WGM)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għall-ikkapuljat u għal-laħam isseparat b’mod mekkaniku tat-tjur selvaġġi tal-kaċċa (WGM-MI/MSM)

(GĦADU MHUX STABBILIT)

Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għall-bajd (E)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għall-prodotti tal-bajd (EP)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(*)  Bla preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni speċifiċi pprovduti fi ftehimiet Komunitarji ma’ pajjiżi terzi.

(**)  Applikabbli biss sakemm dan l-Istat li Jkun Qiegħed Jissieħeb isir Stat Membru tal-Komunità.

(***)  Iir-Repubblika ex-Jugoslava tal-Maċedonja; il-kodiċi provviżorju li ma jaffettwax id-denominazzjoni definittiva tal-pajjiż li għandu jkun attribwit wara l-konklużjoni tan-negozjati li bħalissa qed isiru fin-Nazzjonijiet Uniti.

(****)  Ma jinkludix il-Kosovo kif iddefinit mir-Riżoluzzjoni 1 244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ta’ l-10 ta' Ġunju 1999.

(1)  Is-Serbja u l-Montenegro huma Repubbliki bi dwani individwali li jifformaw Stat Unjoni u b’hekk huma elenkati b’mod separat.


ANNESS III

L-indikazzjonijiet li jissemmew fl-Artikolu 9 (3)

bl-Ispanjol: “para incubar”

biċ-Ċek: “líhnutí”

bid-Daniż: “rugeæg”

bil-Ġermaniż: “Brutei”

bl-Estonjan: “haue”

bil-Grieg: “προς εκκόλαψιν”

bl-Ingliż: “hatching”

bil-Franċiż: “à couver”

bit-Taljan: “cova”

bil-Latvjan: “inkubācija”

bil-Litwan: “perinimas”

bl-Ungeriż: “keltetésre”

bil-Malti: “tifqis”

bl-Olandiż: “broedei”

bil-Pollakk: “do wylęgu”

bil-Portugiż: “para incubação”

bis-Slovakk: “liahnutie”

bis-Sloven: “valjenje”

bil-Finlandiż: “haudottavaksi”

bl-Iżvediż: “för kläckning”.


ANNESS IV

Mudell ta' ċertifikat veterinarju għat-tranżitu/għall-ħażna tal-laħam, ta' l-ikkapuljat u tal-laħam isseparat b'mod mekkaniku tat-tjur, tar-ratiti u tat-tjur selvaġġi tal-kaċċa, tal-bajd speċifikat bħala liberu mill-patoġeni, tal-bajd u tal-prodotti tal-bajd

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS V

IL-MIŻURI PROTETTIVI B’RELAZZJONI GĦAD-DENI EMORRAĠIKU TAL-KONGO KRIMEJAN

PARTI 1

Għar-ratiti

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li r-ratiti jkunu iżolati f’ambjent li huwa reżistenti għall-mammali gerriema u li huwa ħieles mill-qurdien għal mill-inqas 21 ġurnata qabel l-esportazzjoni.

Qabel ma jiġu mċaqilqa lejn ambjent li huwa ħieles mill-qurdien, l-għasafar għandhom jiġu ttrattati biex ikun żgurat li l-ektoparassiti kollha li hemm fuqhom inqerdu. Wara 14-il ġurnata f’ambjent li huwa ħieles mill-qurdien, ir-ratiti għandhom jgħaddu minn test kompetittiv ta’ l- ELISA għall-antikorpi tad-deni emorraġiku tal-Kongo Krimejan. Kull animal li jitqiegħed f’iżolament irid jirriżulta negattiv għat-test. Malli l-annimali jaslu fil-Komunità, it-trattament għall-ektoparassiti u t-test seroloġiku għandhom ikunu rripetuti.

PARTI 2

Għal-laħam tar-ratiti

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li r-ratiti jkunu iżolati f’ambjent li huwa reżistenti għall-mammali gerriema u li huwa ħieles mill-qurdien għal mill-inqas 14-il-ġurnata qabel il-qatla.

Qabel ma jiġu mċaqilqa lejn l-ambjent li huwa ħieles mill-qurdien, l-għasafar għandhom jew ikunu eżaminati biex ikun ivverifikat li huma ħielsa mill-qurdien jew ikunu ttrattati biex ikun żgurat li l-qurdien kollha li hemm fuqhom inqerdu. It-trattament użat irid ikun speċifikat fuq iċ-ċertifikat ta’ l-importazzjoni. Kwalunkwe trattament użat m’għandux jirriżulta fi kwalunkwe reswidu dixxernibbli fil-laħam tar-ratiti.

Kull grupp ta’ ratiti għandu jkun eżaminat għall-qurdien qabel il-qatla. Jekk jinstab kwalunkwe wieħed, il-grupp sħiħ għandu jerġa’ jitqiegħed fl-iżolament ta’ qabel il-qatla.


L-ANNESS VI

L-ANNESS II

Il-kondizzjonijiet sanitarji ta' l-annimali u dawk tas-saħħa pubblika li jidhru fil-mudell taċ-ċertifikat veterinarju li għandu jintalab

Il-pajjiż

Kodiċi tat-territorju

Leporidae (fenek u liebru)

Mammali selvaġġi ta' l-art ħlief il-leporidae u l-ungulati

Salvaġġ

Fenek domestiku

MC (1)

SC (2)

MC (1)

SC (2)

MC (1)

SC (2)

AR

L-Arġentina

AR

C

 

H

 

 

AU

L-Awstralja

AU

C

 

H

 

E

 

BG

Il-Bulgarija (*)

BG

C

 

H

 

 

BR

Il-Brażil

BR

C

 

H

 

 

CA

Il- Kanada

CA

C

 

H

 

E

 

CH

l-Iżvizzera

CH

C

 

H

 

 

CL

Iċ-Ċilì

CL

C

 

H

 

 

GL

Greenland

GL

C

 

H

 

E

 

HR

Il-Kroazja

HR

C

 

H

 

 

IL

L-Iżrael

IL

C

 

H

 

 

NZ

In-New Zealand

NZ

C

 

H

 

E

 

RO

Ir-Rumanija (*)

RO

C

 

H

 

E

 

RU

Ir-Russja

RU

C

 

H

 

E

 

TH

It-Tajlandja

TH

C

 

H

 

 

TN

It-Tuneżija

TN

C

 

H

 

 

US

L-Istati Uniti

US

C

 

H

 

 

Kwalunkwe pajjiż terz li jidher fil-lista fil-Parti 1 ta' l-Anness II għad-Deċiżjoni 79/542/KEE, kif emendata l-aħħar

C

 

H

 

 


(1)  MC: mudell taċ-ċertifikat li għandu jkun ikkompletat. L-ittri “C”, “H” u “E” li jidhru fit-tabella jirreferu għall-mudell taċ-ċertifikat deskritt fl-Anness III għal din id-Deċiżjoni, li għandu jintuża għal kull kategorija ta' laħam. Daxx “—” tindika li l-importazzjonijiet tal-laħam mhumiex awtorizzati.

(2)  SC: kondizzjonijiet speċifiċi. In-numri li jidhru fit-tabella jirreferu għall-kondizzjonijiet speċifiċi li għandhom jintlaħqu mill-pajjiż li qed jesporta, kif inhu deskritt fl-Anness IV għal din id-Deċiżjoni. Iridu jiddaħħlu mill-pajjiż li qed jesporta fit-Taqsima V tal-mudell taċ-ċertifikat rilevanti li ġie stabbilit fl-Anness III għal din id-Deċiżjoni.

(*)  Applikabbli biss sakemm dan l-Istat li Jkun Qiegħed Jissieħeb isir Stat Membru tal-Komunità.