5.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

292


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta' Ottubru 2006

li temenda, għar-raġunijiet ta' adattament skond il-progress teknoloġiku, l-Anness mad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-K unsill fir-rigward ta' l-eżenzjonijiet fl-applikazzjonijiet il-kromju eżavalenti

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 4791)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/692/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 dwar ir-restrizzjonijiet ta' l-użu ta' ċerti sustanzi ta' riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(b) tagħha,

Billi:

(1)

Skond id-Direttiva 2002/95/KE il-Kummissjoni hija meħtieġa li tivvaluta ċerti sustanzi perikolużi li huma pprojbiti skond l-Artikolu 4(1) ta' dik id-Direttiva.

(2)

Ċerti materjali u komponenti li fihom il-kromju eżavalenti għandhom jiġu eżentati mill-projbizzjoni, minħabba li l-użu ta' dawn is-sustanzi perikolużi f'dawk il-materjali u komponenti speċifiċi għadu inevitabbli, jew minħabba l-impatti negattivi fuq l-ambjent, is-saħħa jew is-sigurtà tal-konsumatur ikkawżati mis-sostituzzjoni x'aktarx jiżbilanċjaw il-benefiċċji ambjentali, tas-saħħa u għall-konsumatur. L-eżenzjoni tingħata abbażi tar-riżultati ta' proċess ta' reviżjoni mwettaq mill-esperti tekniċi waqt li jqisu l-evidenza disponnibbli mill-istudji, mill-partijiet interessati u sorsi oħra tekniċi/xjentifiċi. Din ir-reviżjoni kkonkludiet li l-eliminazzjoni jew is-sostituzzjoni ta' sustanza għadha teknikament u xjentifikament imprattikabbli sa' l-1 ta' Lulju 2007. Eżenzjoni simili hija prevista fid-Direttiva 2000/53/KE dwar Vetturi li M'għadhomx Jintużaw.

(3)

Xi eżenzjonijiet mill-projbizzjoni ta' ċerti materjali speċifiċi jew komponenti għandhom jiġu limitati fl-ambitu tagħhom, sabiex jinqatgħu gradwalment is-sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku, dejjem jekk l-użu ta' dawk is-sustanzi f'applikazzjonijiet bħal dawn isiru evitabbli.

(4)

Skond l-Artikolu 5(1)(c) tad-Direttiva 2002/95/KE kull eżenzjoni elenkata fl-Anness għandha tkun suġġetta għal rivista [reviżjoni] mill-inqas kull erba' snin jew erba' snin wara li jiżdied oġġett mal-lista.

(5)

Id-Direttiva 2002/95/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(6)

Skond l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva, il-Kummissjoni kkonsultat il-partijiet interessati.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 2002/95/KE il-punt 28 li ġej huwa miżjud:

“28.

Kromju eżavalenti f'kisjiet għall-prevenzjoni tal-korrużjoni ta' folji tal-metall mhux miżbugħa u klipps li jintużaw għall-protezzjoni mill-korrużjoni u l-Protezzjoni mill-Interferenza Elettromagnetika fit-tagħmir li jaqa' taħt il-kategorija tad-Direttiva 2002/96/KE (tagħmir ta' l-IT u t-telekomunikazzjonijiet). Eżenzjoni mogħtija sa l-1 ta' Lulju 2007.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar it-12 ta' Ottubru 2006.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 19. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/310/KE (ĠU L 115, tat-28.04.2006, p. 38).

(2)  ĠU L 114 27.4.2006, p. 9.