5.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

271


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-10 ta’ Ottubru 2006

li jaġġusta l-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta' Awwissu 2005, l-1 ta' Settembru 2005, l-1 ta' Ottubru 2005, l-1 ta' Novembru 2005, l-1 ta' Diċembru 2005 u l-1 ta' Jannar 2006 li jaffettwaw il-pagi ta' l-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Komunitajiet Ewropej issekondatai fil-pajjiżi terzi

(2006/681/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolamenti ta' l-Istaff ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u r-reġim applikabbli għall-aġenti oħra tal-Komunitajiet, iffissati bir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), kif emendati l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2104/2005 (2), u notevolment it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 13, ta' l-Anness X tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 351/2006 (3) kienu ffissati, b'applikazzjoni ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 13, ta' l-Anness X tar-Regolamenti, ta’ l-Istaff il-koeffiċjenti korrettivi li jaffettwaw il-pagi, mill-1 ta' Lulju 2004, fil-valuta tal-pajjiż fejn huma ssekondati, ta' l-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Komunitajiet Ewropej issekondati fil-pajjiżi terzi.

(2)

Huwa meħtieġ li jkunu adattati, b'konformità mat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 13, ta' l-Anness X ta' l-Istatut, mill-1 ta' Awissu 2005, l-1 ta' Settembru 2005, l-1 ta' Ottubru 2005, l-1 ta' Novembru 2005, l-1 ta' Diċembru 2005 u l-1 ta' Jannar 2006, uħud minn dawn il-koeffiċjenti korrettivi, minħabba li fl-istatistiki għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, il-varjazzjoni fl-għoli tal-ħajja, ikkalkulata skond il-koeffiċjent korrettiv u r-rata tal-kambju korrispondenti, tidher li hi, għal ċerti pajjiżi terzi, superjuri għal 5 % mill-aħħar iffissar jew adattament,

IDDEĊIDIET:

Artikolu uniku

B'effett mill-1 ta' Awissu 2005, l-1 ta' Settembru 2005, l-1 ta' Ottubru 2005, l-1 ta' Novembru 2005, l-1 ta' Diċembru 2005 u l-1 ta' Jannar 2006, il-koeffiċjenti korrettivi, applikabbli għall-pagi ta' l-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Komunitajiet Ewropej issekondati f'pajjiżi terzi imħallsa bil-valuta tal-pajjiż fejn huma ssekondati, huma adattati kif indikat fl-Anness.

Ir-rati tal-kambju użati għall-kalkolu ta' dawn ir-rimunerazzjonijiet huma stabbiliti b'konformità mal-modalitajiet ta' eżekuzzjoni tar-Regolament Finanzjarju u jikkorrispondu mad-data indikata fl-ewwel paragrafu.

Magħmul fi Brussell, nhar il-10 ta' Ottubru 2006.

Għall-Kummissjoni

Benita FERRERO WALDNER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 04.03.1968, p. 1.

(2)  ĠU L 337, 22.12.2005, p. 7.

(3)  ĠU L 59, 01.03.2006, p. 1.


ANNESS

Pajjiżi ta' ssekondar

Koeffiċjenti korrettivi Awwissu 2005

Il-Gujana

60,6

In-Niġer

97,1

Ir-Rumanija

60,9

Yemen

72,5

Iż-Żimbabwe

56,4


Pajjiżi ta' ssekondar

Koeffiċjenti korrettivi Settembru 2005

Il-Ginea

61,6

Sierra Leone

78,2

Iż-Żimbabwe

43,5


Pajjiżi ta' ssekondar

Koeffiċjenti korrettivi Ottubru 2005

Il-Barbados

134,5

Il-Lesoto

74,0

In-Niġerja

93,2

Iż-Żimbabwe

55,2


Pajjiżi ta' ssekondar

Koeffiċjenti korrettivi Novembru 2005

Il-Benin

97,5

Il-Kambodja

70,6

Il-Gambja

56,6

Il-Ginea

63,7

L-Indonesja

82,8

In-Nikaragwa

70,0

Ir-Repubblika Domenikana

78,1

Is-Senegal

82,2

Is-Serbja u l-Montenegro

65,0

It-Turkija

97,9

L-Ukraina

107,8

Il-Vjetnam

56,7

Iż-Żimbabwe

28,9


Pajjiżi ta' ssekondar

Koeffiċjenti korrettivi Diċembru 2005

Il-Kosta Rika

75,7

Il-Ħaïti

102,0

Il-Ġamajka

96,1

Il-Możambik

69,4

Is-Sirja

70,4

Iż-Żimbabwe

32,5


Pajjiżi ta' ssekondar

Koeffiċjenti korrettivi Jannar 2006

L-Arġentina

64,4

L-Etjopja

86,0

Il-Ġordan

82,1

Ir-Rumanija

61,1

Is-Sudan

50,1

Is-Sirja

72,2

Il-Veneżwela

70,6

Iż-Żambja

82,6

Iż-Żimbabwe

34,0