|
1.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2006/675/PESK
ta' l-10 ta' Awwissu 2006
dwar kontribut mill-Konfederazzjoni Żvizzera għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea li tappoġġa l-Missjoni ta' l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (MONUC) matul il-proċess ta' l-elezzjoni (Operazzjoni EUFOR RD Kongo)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 13 (3) tiegħu.
Billi:
|
(1) |
Il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà, skond it-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 25 tat-Trattat u skond l-Artikolu 10(2) ta' l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2006/319/PESK tas-27 ta' April 2006 dwar l-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea li tappoġġa l-Missjoni ta' l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (MONUC) matul il-proċess ta' l-elezzjoni (1) adotta d-Deċiżjoni MONUC SPT/1/2006 (2) u d-Deċiżjoni SPT/2/2006 (3) fit-30 ta' Mejju 2006. |
|
(2) |
Fuq rakkomandazzjonijiet dwar kontribut mill-Konfederazzjoni Żvizzera mill-Kmandant ta' l-Operazzjoni ta' l-UE u tal-Kumitat Militari ta' l-Unjoni Ewropea, il-kontribut mill-Konfederazzjoni Żvizzera għandu jiġi aċċettat. |
|
(3) |
Skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
1. L-offerta għal kontribut mill-Konfederazzjoni Żvizzera għall-Operazzjoni EUFOR RD Kongo hija b'dan aċċettata.
2. Il-Konfederazzjoni Żvizzera għandha tkun rappreżentata fil-Kumitat ta' Kontributuri stabbilit bid-Deċiżjoni MONUC SPT/2/2006.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tieħu effett fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 10 ta' Awwissu 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
E. TUOMIOJA
(1) ĠU L 116, 29.4.2006, p. 98.