16.3.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

337


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Settembru 2006

li taħtar tliet membri Daniżi u ħames membri supplenti Daniżi fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2006/630/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposti mill-Gvern Daniż,

Billi:

(1)

Fl-24 ta' Jannar 2006 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2002/116/KE (1) li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta' Jannar 2006 sal-25 ta' Jannar 2010.

(2)

Tliet postijiet ta' membri tal-Kumitat tar-Reġjuni saru vakanti wara r-riżenji tas-Sur Laust Grove VEJLSTRUP, tas-Sur Johnny SØTRUP u tas-Sinjura Tove LARSEN. Tliet postijiet ta' membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni saru vakanti wara r-riżenji tas-Sur Sonny BERTHOLD, tas-Sur Niels LARSEN u tas-Sur Mads LEBECH. Żewġ postijiet ta' membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni sejrin isiru vakanti wara l-ħatra bħala membri tas-Sur Per Bødker ANDERSEN u tas-Sinjura Eva NEJSTGAARD, attwalment membri supplenti,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu li jifdal tal-mandat tiegħu, li huwa sal-25 ta' Jannar 2010:

a)

bħala membri:

Is-Sur Per Bødker ANDERSEN, Borgmester, Kolding Kommune, minflok is-Sur Laust Grove VEJLSTRUP,

Is-Sur Bo ANDERSEN, Borgmester, Ringe Kommune, minflok is-Sur Johnny SØTRUP,

Is-Sinjura Eva NEJSTGAARD, Borgmester, Allerød Kommune, minflok is-Sinjura Tove LARSEN;

b)

bħala membri supplenti:

Is-Sinjura Anna Margrethe KAALUND, Borgmester, Tjele Kommune, minflok is-Sur Sonny BERTHOLD,

Is-Sinjura Mona HEIBERG, Medlem af Københavns Borgerrepræsentation, minflok is-Sur Per Bødker ANDERSEN,

Is-Sur Jens Christian GJESSING, Borgmester, Haderslev Kommune, minflok is-Sinjura Eva NEJSTGAARD,

Is-Sur Jens Arne HEDEGAARD, Borgmester, Brønderslev Kommune, minflok is-Sur Niels LARSEN,

Is-Sur Bjørn szDAHL, Borgmester, Roskilde Kommuneminflok, minflok is-Sur Mads LEBECH.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Settembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

E. TUOMIOJA


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.