16.3.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

335


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta' l-24 ta' Lulju 2006

li tiffissa d-data ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 1(4) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 871/2004 dwar l-introduzzjoni ta' xi funzjonijiet ġodda għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, anke fil-ġlieda kontra t-terroriżmu

(2006/628/KEE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) 871/2004/KE dwar l-introduzzjoni ta' xi funzjonijiet ġodda għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, anke fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) 871/2004/KE jispeċifika li d-dispożizzjonijet tar-Regolament għandhom japplikaw f'data li tiġi ffissata mill-Kunsill, hekk kif il-prekondizzjonijiet meħtieġa jkunu ġew mwettqa, u li l-Kunsill jista' jiddeċiedi li jistabbilixxi dati differenti għall-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet differenti.

(2)

Il-prekondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 (2) tar-Regolament (KE) 871/2004/KE ġew sodisfatti fir-rigward ta' l-Artikolu 1(4) u (5) tiegħu.

(3)

Fir-rigward ta' l-Iżvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis ta' Schengen, li jaqa' fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt G tad-Deċiżjoni 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (2), li għandu jinqara flimkien ma' l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/849/KE (3) u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/860/KE (4), it-tnejn li huma tal-25 ta' Ottubru 2004 dwar l-iffirmar f'isem l-Unjoni Ewropea, u dwar l-iffirmar f'isem il-Komunità Ewropea, u dwar l-applikazzjoni provviżorja ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' l-imsemmi Ftehim mal-Konfederazzjoni Żvizzera.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(4) u (5) tar-Regolament (KE) 871/2004/KE għandhom japplikaw mill-1 ta' Novembru 2006.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, 24 ta' Lulju 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

K. RAJAMAKI


(1)   ĠU L 162, 30.4.2004, p. 29.

(2)   ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

(3)   ĠU L 368, 15.12.2004, p. 26.

(4)   ĠU L 370, 17.12.2004, p. 78.