5.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
38 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-6 ta' Settembru 2006
dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità fil-qerda tal-marda ta' Newcastle fir-Renju Unit fl-2005
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 3918)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(2006/602/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar xi nfiq fil-qasam veterinarju (1) u b'mod partikolari, l-Artikoli 3 u 4 tagħha,
Billi:
(1) |
Sabiex tagħti sehemha fil-qerda tal-marda ta' Newcastle kemm jista' jkun malajr, il-Komunità għandha l-possibilità li tikkontribwixxi finanzjarjament għall-infiq eliġibbli mġarrab mill-Istat Membru, skond il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE. |
(2) |
Is-sehem finanzjarju tal-Komunità fir-rigward tal-miżuri ta' emerġenza fil-ġlieda kontra l-marda ta' Newcastle huwa soġġett għar-regoli stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 349/2005 tal-Kummissjoni tat-28 ta' Frar 2005 li jistabbilixxi r-regoli dwar il-finanzjament tal-Komunità ta' miżuri ta' emerġenza u tal-ġlieda kontra ċertu mard tal-bhejjem fil-mira tad-Deċiżjoni 90/424/KEE tal-Kunsill (2). |
(3) |
It-tifqigħat tal-marda ta' Newcastle tfaċċaw fir-Renju Unit fl-2005. Il-feġġ ta' din il-marda fih riskju serju għall-bhejjem tal-Komunità. |
(4) |
Fil-15 ta' Diċembru 2005, ir-Renju Unit bagħat l-aħħar stima ġenerali ta' l-ispejjeż imġarrba bil-ħsieb li tinqered il-marda. |
(5) |
L-awtoritajiet Ingliżi ssodisfaw bis-sħiħ l-obbligi tekniċi u amministrattivi tagħhom kif stipulat fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 90/424/KEE u l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005. |
(6) |
Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandu jkun suġġett għall-kundizzjoni li l-azzjonijiet ippjanati fil-fatt twettqu u li l-awtoritajiet jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa fiż-żmien stipulat. |
(7) |
Il-miżuri stipulati b'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għotja ta' kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità lir-Renju Unit
1. Ir-Renju Unit jista' jikseb kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-ispejjeż imġarrba fir-rigward tal-miżuri ta' emerġenza fil-ġlieda kontra l-marda ta' Newcastle fl-2005.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità tirrappreżenta 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-fond tal-Komunità. Titħallas skond il-kondizzjonijiet ipprovvduti fir-Regolament (KE) Nru 349/2005.
Artikolu 2
Id-Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit.
Magħmul fi Brussell, nhar is-6 ta' Settembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224 ta' 18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/53/KE (ĠU L 29 tat-2.2.2006, p. 37).
(2) ĠU L 55 ta' 1.3.2005, p. 12.