5.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
32 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta' l-4 ta' Settembru 2006
li tistabbilixxi l-klassijiet ta' prestazzjoni waqt nar minn barra għal ċerti prodotti tal-bini fir-rigward ta' panils mimlija b'kisja doppja tal-metall għall-bjut
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 3883)
(Test b'relevanza għaż-ŻEE)
(2006/600/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri marbuta mal-prodotti ta' bini (1), u b'mod partikolari ma' l-Artikolu 20 (2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 89/106/KEE tipprevedi li sabiex jitqiesu l-livelli differenti ta' ħarsien għal xogħlijiet ta' bini fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, jista' jkun meħtieġ li jkunu stabbiliti, fid-dokumenti interpretattivi, klassijiet li jikkorrispondu mar-reżistenza tal-prodotti fir-rigward ta' kull ħtieġa essenzjali. |
(2) |
Dawn id-dokumenti kienu ppubblikati bħala l-“Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-dokumenti interpretattivi tad-Direttiva 89/106/KEE (1)”. |
(3) |
Fir-rigward tar-rekwiżit essenzjali ta' sigurtà f'każ ta' nar, id-dokument interpretattiv Nru 2 jelenka numru ta' miżuri inter-relatati li flimkien jagħtu definizzjoni ta' l-istrateġija tas-sigurtà kontra l-ħruq li ser tiġi żviluppata b'modi differenti fl-Istati Membri. |
(4) |
Id-Dokument Interpretattiv Nru 2 jidentifika waħda minn dawk il-miżuri bħala l-limitazzjoni tal-ġenerazzjoni u tat-tifrix tan-nar u tad-duħħan f'żona partikolari billi jillimita l-potenzjal tal-prodotti tal-kostruzzjoni biex jikkontribwixxi għall-iżvilupp sħiħ ta' nar. |
(5) |
Il-livell ta' dik il-limitazzjoni jista' jkun espress biss f'termini ta' livelli differenti ta' reazzjoni għan-nar fl-esekuzzjoni tal-prodotti fl-applikazzjoni ta' l-użu aħħari tagħhom. |
(6) |
Permezz ta' soluzzjoni armonizzata, sistema ta' klassijiet ġiet adottata fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/671/KE tal-21 ta' Awwissu 2001 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar il-klassifika tal-prestazzjoni waqt nar minn barra ta' soqfa u koperturi tas-soqfa (2). |
(7) |
Fil-każ ta' ċerti prodotti tal-bini, huwa meħtieġ li tintuża l-klassifikazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni 2001/671/KE. |
(8) |
Il-prestazzjoni ta' xi bjut u ta' xi koperturi tal-bjut fil-każ ta' nar minn barra, fil-klassifika prevista fid-Deċiżjoni 2001/671/KE, hija stabbilita tajjeb u magħrufa biżżejjed mar-regolaturi tan-nar fl-Istati Membri bil-konsegwenza li m'għandhomx bżonn ta' ittestjar għal din ir-reżistenza karatteristika partikolari. |
(9) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-prodotti ta' bini u/jew materjali li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-karatteristiċi ta' reżistenza għal nar estern mingħajr il-bżonn ta' aktar ittestjar huma mniżżla fl-Anness.
Artikolu 2
Il-klassijiet speċifiċi li jridu jkunu applikati għal prodotti differenti tal-bini, skond il-klassifika ta' reżistenza għan-nirien esterni adottata fid-Deċiżjoni 2001/671/KE huma mniżżla fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Il-prodotti, fejn ikun relevanti, se jitqiesu skond l-applikazzjoni ta' l-użu aħħari tagħhom.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar l-4 ta' Settembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Günter VERHEUGEN
Viċi-President tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nu 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).
(1) ĠU C 62, tat-28.2.1994, p. 1.
(2) ĠU L 235, ta' l-4.9.2001, p. 20.
ANNESS
It-tabella li tidher f'dan l-Anness telenka l-prodotti ta' bini li jissodisfaw it-talbiet kollha tar-reżistenza karatteristika tar-reżistenza għan-nar estern mingħajr bżonn ta' ittestjar.
Tabella 1
KLASSIJIET TA’ REŻISTENZA GĦAN-NAR ESTERN TAL-PANILS MIMLIJA B’KISJA DOPPJA TAL-METALL GĦALL-BJUT
Prodott (1) |
Dettalji tal-prodott |
Il-materjal ċentrali b'densità minima |
Klassi (2) |
Panils b'kisja doppja ta' l-azzar galvanizzat jew ta' l-aluminju għall-bjut |
Skond l-EN 14509 (1) |
PUR 35 kg/m3 jew |
BROOF (t1) |
MW (fuljetti) 80 kg/m3 jew |
BROOF (t2) |
||
MW (twavel full width) 110 kg/m3 |
BROOF (t3) |
||
— |
bi ħxuna minima ta' 0,4 mm għall-kisjiet ta' l-azzar u ta' l-azzar galvanizzat; |
— |
ħxuna minima ta' 0,9 mm għall-kisjiet ta' l-aluminju; |
— |
f'kull ġonta lonġitudinali bejn żewġ panils trikkib tal-metall bi profil estern li jestendi minn naħa għall-oħra tar-ras u minimu ta' 15-il mm san-naħa opposta tar-ras, jew kappa tal-metall li tiksi kompletament ir-ras tal-ġonta, jew kument imtella’ wieqaf matul il-ġonta; |
— |
f'kull ġonta transversali bejn iż-żewġ panils trikkib tal-metall bi profil estern li jkollu ta' l-anqas 75 mm; |
— |
kisja protettiva kontra l-elementi li tikkonsisti f'żebgħa ta' PVC li hija applikata b'likwidu li għandha ħxuna ta' kisja niexfa massima nominali ta' 0.200 mm, PCS li mhux akbar minn 8,0 MJ/m2 u massa niexfa massima ta' 300 g/m2; jew kwalunkwe kisja irqiqa ta' żebgħa inqas minn ta' fuq; |

reazzjoni minima għall-klassifikazzjoni tan-nar ta' D-s3, d0 mingħajr protezzjoni tat-truf skond EN 13501-1; |

(2) Il-klassi kif prevista fl-iskeda ta' l-Anness tad-Deċiżjoni 2001/671/KE.
Is-simboli li ntużaw: PUR = polijuretejn; MW = suf minerali PVC = klorur polivinil; PCS = potenzjal kalorifiku gross.