|
5.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta’ l-4 ta' Awwissu 2006
li tfassal lista ta’ l-Istati Membri eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Fond tal-Koeżjoni għall-perijodu 2007-2013
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 3479)
(2006/596/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11.07.2006 li jistipula dispożizzjonijiet ġenerali għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjunali, il-Fond Ewropew Soċjali u l-Fond tal-Koeżjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 5(3) u 8(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skond l-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi Fond ta’ Koeżjoni il-Fond tal-Koeżjoni jikkontribwixxi fit-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika u soċjali ta’ l-interessi Komunitarji fil-promozzjoni ta’ l-iżvilupp sostenibbli. |
|
(2) |
Skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 l-Istati Membri eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Fond tal-Koeżjoni għandhom ikunu dawk li dħul nazzjonali gross per capita tagħhom (GNI), li jitkejjel f’partijiet skond il-kapaċità ta’ l-infiq u kkalkulat skond il-figuri Komunitarji għall-perijodu 2001-2003, huwa inqas minn 90 % tal-medja tal-GNI għall-25 fl-UE. |
|
(3) |
Skond l-Artikolu 8(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 l-Istati Membri li huma eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Fond tal-Koeżjoni fl-2006 u li setgħu baqgħu eliġibbli kieku l-limitu għall-eliġibbiltà kien għadu ta’ 90 % tal-medja tal-GNI tal-15 fl-UE, iżda li jitilfu l-eliġibbiltà minħabba l-GNI nominali tagħhom per capita ser tkun ogħla minn 90 % tal-medja tal-GNI tal-medja tal-25 fl-UE li jitkejjel u li huwa kkalkolat skond l-Artikolu 5(2) ta’ dan ir-Regolament, huma eliġibbli wkoll, fuq bażi tranżizzjonali u speċifika, għall-iffinanzjar mill-Fond tal-Koeżjoni. |
|
(4) |
Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti listi ta’ l-Istati Membri eliġibbli kif jixraq, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Istati Membri li hum eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Fond tal-Koeżjoni fl-1 ta’ Jannar 2007 għandhom ikunu dawk elenkati fl-Anness I.
Artikolu 2
L-Istati Membri eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Fond tal-Koeżjoni fuq bażi tranżizzjonali u speċifika, kif jissemma fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006, għandhom ikunu dawk elenkati fl-Anness II.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar il-4 ta’ Awwissu 2006.
Għall-Kummissjoni
Danuta HÜBNER
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS I
Lista ta' Stati Membri eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Fond tal-Koeżjoni mill-1 ta' Jannar 2007
|
|
Ir-Repubblika Ċeka |
|
|
L-Estonja |
|
|
Il-Greċja |
|
|
Ċipru |
|
|
Il-Latvja |
|
|
Il-Litwanja |
|
|
L-Ungerija |
|
|
Malta |
|
|
Il-Polonja |
|
|
Il-Portugall |
|
|
Is-Slovenja |
|
|
Is-Slovakkja |
ANNESS II
Lista ta' Stati Membri eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Fond tal-Koeżjoni fuq bażi tranżizzjonali u speċifika għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013
Spanja