|
5.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta' l-4 ta' Awwissu 2006
li tiffissa allokazzjoni indikattiva minn Stat Membru ta' l-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-obbjettiv ta' Konverġenza għall-perjodu 2007-2013
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 3474)
(2006/594/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11.7.2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 18(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skond punt (a) ta' l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 l-obbjettiv ta' Konverġenza għandu l-għan li jħaffef il-konverġenza ta' l-Istati Membri u r-reġjuni li huma l-anqas żviluppati. |
|
(2) |
Skond punt (a) ta' l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni (minn issa 'l quddiem “il-Fondi”) qed jikkontribwixxu biex jitwettqu l-obbjettivi msemmija f'punt (a) ta' l-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament. |
|
(3) |
Skond it-tielet sotto-paragrafu ta' l-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 l-analiżi tar-riżorsi disponibbli għall-impenn mill-Fondi għandha tkun tali mod li titwettaq konċentrazzjoni sinifikanti fuq ir-reġjuni ta' l-obbjettiv tal-Konverġenza. |
|
(4) |
Skond l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 81.54 % tar-riżorsi disponibbli għall-impenn mill-Fondi għall-perjodu 2007 sa 2013 għandhom jiġu allokati għall-obbjettiv tal-Konverġenza, inklużi 4.99 % għas-sostenn tranżitorju u speċifiku msemmi fl-Artikolu 8(1), 23.22 % għall-finanzjament imsemmi fl-Artikolu 5(2) u 1.29 % għas-sostenn tranżitorju u speċifiku msemmi fl-Artikolu 8(3) ta' dan ir-Regolament. |
|
(5) |
Hu neċessarju li jsiru analiżijiet indikattivi mill-Istati Membri tar-riżorsi li għandhom jiġu allokati għall-obbjettiv tal-Konverġenża. Skond l-Artikolu 18(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, dan għandu jsir skond il-kriterji u l-metodoloġija stabbilita fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006. |
|
(6) |
L-ewwel u t-tieni paragrafi ta' l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 jistabbilixxu l-metodu li bih jiġu allokati r-riżorsi disponibbli, rispettivament, lir-reġjuni eliġibbli għas-sostenn mill-obbjettiv tal-Konverġenza u lill-Istati Membri eliġibbli għas-sostenn mill-Fond ta' Koeżjoni. |
|
(7) |
Il-paragrafi 6(a) u 6(c) ta' l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 jistabbilixxu l-metodu li bih jiġu ddeterminati l-allokazzjonijiet taħt is-sostenni tranżitorji msemmija rispettivament taħt il-paragrafi 1 u 3 ta' l-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament. |
|
(8) |
Il-paragrafu 7 ta' l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 jiddetermina l-livell massimu ta' trasferiment mill-Fondi lil kull Stat Membru individwali; |
|
(9) |
Il-paragrafi 12 sa 31 ta' l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 jiffissa l-ammonti li jappartjenu għall-ċerti każijiet speċifiċi għall-perjodu 2007 sa 2013. |
|
(10) |
Skond l-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 0.25 % tar-riżorsi disponibbli għall-impenn mill-Fondi għall-perjodu 2007 sa 2013 għandhom jiġu ddedikati għall-assistenza finanzjarja teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni; l-allokazzjoni indikattiva mill-Istati Membri għalhekk ma għandhiex tinkludi l-ammont li jikkorrispondi ma' l-assistenza teknika. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-ammonti indikattivi mill-Istati Membri ta' l-approprjazzjonijiet ta' impenn għar-reġjuni eliġibbli għall-finanzjament mill-Fondi Strutturali skond l-obbjettiv ta' Konverġenza kif imsemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, inklużi l-ammonti addizzjonali ffissati fl-Anness II tar-Regolament, għandhom jintwerew fit-tabella 1 ta' l-Anness I.
L-analiżi annwali mill-Istat Membru skond is-sena ta' l-approprjazzjoni ta' impenn imsemmi fil-paragrafu preċedenti għandu jintwera fit-tabella 2 ta' l-Anness I.
Artikolu 2
L-ammonti indikattivi mill-Istati Membri ta' l-approprjazzjonijiet ta' impenn għal sostenn tranżitorju u speċifiku mill-Fondi Strutturali skond l-obbjettiv ta' Konverġenza kif imsemmija fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, inklużi l-ammonti addizzjonali ffissati fl-Anness II tar-Regolament, għandhom jintwerew fit-tabella 1 ta' l-Anness II.
L-analiżi annwali mill-Istat Membru skond is-sena ta' l-approprjazzjoni ta' impenn imsemmija fil-paragrafu preċedenti għandha tintwera fit-tabella 2 ta' l-Anness II.
Artikolu 3
L-ammonti indikattivi mill-Istat Membru ta' l-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Istati Membri eliġibbli għas-sostenn mill-Fond ta' Koeżjoni skond l-obbjettiv ta' Konverġenza, kif imsemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, għandhom jintwerew fit-tabella 1 ta' l-Anness III.
L-analiżi annwali mill-Istat Membru skond is-sena ta' l-approprjazzjoni ta' impenn imsemmija fil-paragrafu preċedenti għandha tintwera fit-tabella 2 ta' l-Anness III.
Artikolu 4
L-ammonti indikattivi mill-Istat Membru ta' l-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Istati Membri eliġibbli għas-sostenn, fuq bażi speċifika u tranżitorja, mill-Fond ta' Koeżjoni skond l-obbjettiv ta' Konverġenza kif imsemmija fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, għandhom jintwerew fit-tabella 1 ta' l-Anness IV.
L-analiżi annwali mill-Istat Membru skond is-sena ta' l-approprjazzjoni ta' impenn imsemmija fil-paragrafu preċedenti għandha tintwera fit-tabella 2 ta' l-Anness IV.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar il-4 ta' Awwissu 2006.
Għall-Kummissjoni
Danuta HÜBNER
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS I
Allokazzjoni indikattiva mill-Istat Membru ta' l-approprjazzjonijiet ta' impenn għar-reġjuni eliġibbli għall-finanzjament mill-Fondi Strutturali taħt l-obbjettiv ta' Konverġenza għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sa 31 ta' Diċembru 2013
|
Stat Membru |
|
||||||||
|
Reġjuni eliġġibbli taħt l-obbjettiv ta' Konverġenza |
Finanzjament addizzjonali msemmi fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 taħt paragrafu: |
||||||||
|
§ 14 |
§ 20 |
§ 24 |
§ 26 |
§ 28 |
§ 30 |
||||
|
Ceska Republika |
15 111 066 754 |
|
|
|
|
|
|
||
|
Deutschland |
10 360 473 669 |
|
|
|
|
|
166 582 500 |
||
|
Eesti |
1 955 979 029 |
|
|
31 365 110 |
|
|
|
||
|
Ellada |
8 358 352 296 |
|
|
|
|
|
|
||
|
España |
17 283 774 067 |
|
|
|
1 396 500 000 |
|
|
||
|
Franza |
2 403 498 342 |
|
427 408 905 |
|
|
|
|
||
|
Italia |
17 993 716 405 |
|
|
|
|
825 930 000 |
|
||
|
Il-Latvija |
2 586 694 732 |
|
|
53 886 609 |
|
|
|
||
|
Lietuva |
3 875 516 071 |
|
|
79 933 567 |
|
|
|
||
|
Magyarorszag |
12 622 187 455 |
|
|
|
|
|
|
||
|
Malta |
493 750 177 |
|
|
|
|
|
|
||
|
Polska |
38 507 171 321 |
880 349 050 |
|
|
|
|
|
||
|
Il-Portugall |
15 143 387 819 |
|
58 206 001 |
|
|
|
|
||
|
Is-Slovenia |
2 401 302 729 |
|
|
|
|
|
|
||
|
Slovensko |
6 214 921 468 |
|
|
|
|
|
|
||
|
Ir-Renju Unit |
2 429 762 895 |
|
|
|
|
|
|
||
|
Total |
157 741 555 229 |
880 349 050 |
485 614 906 |
165 185 286 |
1 396 500 000 |
825 930 000 |
166 582 500 |
||
|
Stat Membru |
|
||||||||
|
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
2013 |
|||
|
Ceska Republika |
1 993 246 617 |
2 050 979 461 |
2 106 089 584 |
2 162 632 571 |
2 216 183 128 |
2 266 449 252 |
2 315 486 141 |
||
|
Deutschland |
1 503 865 167 |
1 503 865 167 |
1 503 865 167 |
1 503 865 167 |
1 503 865 167 |
1 503 865 167 |
1 503 865 167 |
||
|
Eesti |
229 977 253 |
245 929 572 |
262 982 602 |
281 212 290 |
300 982 256 |
322 136 118 |
344 124 048 |
||
|
Ellada |
1 194 050 328 |
1 194 050 328 |
1 194 050 328 |
1 194 050 328 |
1 194 050 328 |
1 194 050 328 |
1 194 050 328 |
||
|
España |
2 668 610 581 |
2 668 610 581 |
2 668 610 581 |
2 668 610 581 |
2 668 610 581 |
2 668 610 581 |
2 668 610 581 |
||
|
Franza |
404 415 321 |
404 415 321 |
404 415 321 |
404 415 321 |
404 415 321 |
404 415 321 |
404 415 321 |
||
|
Italia |
2 688 520 915 |
2 688 520 915 |
2 688 520 915 |
2 688 520 915 |
2 688 520 915 |
2 688 520 915 |
2 688 520 915 |
||
|
Il-Latvija |
308 012 292 |
330 054 158 |
353 328 505 |
376 808 997 |
400 322 218 |
424 084 983 |
447 970 188 |
||
|
Lietuva |
528 903 377 |
525 252 930 |
525 724 448 |
549 071 072 |
581 530 171 |
606 085 051 |
638 882 589 |
||
|
Magyarorszag |
1 838 275 243 |
1 749 371 409 |
1 634 208 005 |
1 659 921 561 |
1 847 533 517 |
1 913 391 641 |
1 979 486 079 |
||
|
Malta |
81 152 175 |
73 854 132 |
68 610 286 |
61 225 559 |
61 225 559 |
68 610 286 |
79 072 180 |
||
|
Polska |
5 686 360 306 |
5 705 409 032 |
5 720 681 799 |
5 535 346 918 |
5 557 271 412 |
5 579 376 731 |
5 603 074 173 |
||
|
Il-Portugall |
2 171 656 260 |
2 171 656 260 |
2 171 656 260 |
2 171 656 260 |
2 171 656 260 |
2 171 656 260 |
2 171 656 260 |
||
|
Is-Slovenia |
423 258 365 |
397 135 571 |
370 643 430 |
343 781 942 |
316 551 106 |
288 950 923 |
260 981 392 |
||
|
Slovensko |
939 878 406 |
896 645 972 |
845 960 417 |
765 136 058 |
807 732 837 |
873 727 195 |
1 085 840 583 |
||
|
Ir-Renju Unit |
347 108 985 |
347 108 985 |
347 108 985 |
347 108 985 |
347 108 985 |
347 108 985 |
347 108 985 |
||
|
Total |
23 007 291 591 |
22 952 859 794 |
22 866 456 633 |
22 713 364 525 |
23 067 559 761 |
23 321 039 737 |
23 733 144 930 |
||
ANNESS II
Allokazzjoni indikattiva mill-Istat Membru ta' l-approprjazzjonijiet ta' impenn għar-reġjuni eliġibbli għall-finanzjament mill-Fondi Strutturali fuq bażi speċifika u tranżitorja taħt l-obbjettiv ta' Konverġenza għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sa 31 ta' Diċembru 2013
|
Stat Membru |
|
||||||
|
Reġjuni eliġibbli skond is-sistema tranżitorja ta' l-obbjettiv ta' Konverġenza |
Finanzjament addizzjonali msemmi fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 taħt paragrafu: |
||||||
|
§ 26 |
§ 27 |
§ 28 |
§ 30 |
||||
|
België/Belgique |
577 162 814 |
|
|
|
|
||
|
Deutschland |
3 703 187 217 |
|
|
|
57 855 000 |
||
|
Ellada |
5 764 732 161 |
|
|
|
|
||
|
España |
1 281 194 398 |
99 750 000 |
49 874 998 |
|
|
||
|
Italia |
276 189 653 |
|
|
110 722 500 |
|
||
|
Österreich |
158 159 247 |
|
|
|
|
||
|
Il-Portugall |
253 475 814 |
|
|
|
|
||
|
Ir-Renju Unit |
157 668 280 |
|
|
|
|
||
|
Total |
12 171 769 584 |
99 750 000 |
49 874 998 |
110 722 500 |
57 855 000 |
||
|
Stat Membru |
|
||||||||
|
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
2013 |
|||
|
België/Belgique |
140 860 108 |
121 390 683 |
101 921 256 |
82 451 831 |
62 982 404 |
43 512 979 |
24 043 553 |
||
|
Deutschland |
653 249 463 |
614 596 891 |
575 944 319 |
537 291 745 |
498 639 173 |
459 986 599 |
421 334 027 |
||
|
Ellada |
1 013 524 846 |
950 194 286 |
886 863 726 |
823 533 166 |
760 202 605 |
696 872 046 |
633 541 486 |
||
|
España |
344 327 561 |
297 685 964 |
251 044 367 |
204 402 770 |
157 761 175 |
111 119 578 |
64 477 981 |
||
|
Italia |
85 272 320 |
75 272 602 |
65 272 883 |
55 273 165 |
45 273 446 |
35 273 728 |
25 274 009 |
||
|
Österreich |
27 808 219 |
26 070 205 |
24 332 192 |
22 594 178 |
20 856 165 |
19 118 151 |
17 380 137 |
||
|
Il-Portugall |
64 441 805 |
55 031 480 |
45 621 155 |
36 210 831 |
26 800 506 |
17 390 181 |
7 979 856 |
||
|
Ir-Renju Unit |
40 228 788 |
34 327 205 |
28 425 623 |
22 524 040 |
16 622 457 |
10 720 875 |
4 819 292 |
||
|
Total |
2 369 713 110 |
2 174 569 316 |
1 979 425 521 |
1 784 281 726 |
1 589 137 931 |
1 393 994 137 |
1 198 850 341 |
||
ANNESS III
Allokazzjoni indikattiva mill-Istat Membru ta' l-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni taħt l-obbjettiv ta' Konverġenza għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sa 31 ta' Diċembru 2013
|
Stat Membru |
|
|||
|
|
Finanzjament addizzjonali msemmi fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 taħt paragrafu 24 |
|||
|
Ceska Republika |
7 809 984 551 |
|
||
|
Eesti |
1 000 465 639 |
16 157 785 |
||
|
Ellada |
3 280 399 675 |
|
||
|
Kypros |
193 005 267 |
|
||
|
Latvija |
1 331 962 318 |
27 759 767 |
||
|
Lietuva |
1 987 693 262 |
41 177 899 |
||
|
Magyarorszag |
7 570 173 505 |
|
||
|
Malta |
251 648 410 |
|
||
|
Polska |
19 512 850 811 |
|
||
|
Portugal |
2 715 031 963 |
|
||
|
Slovenija |
1 235 595 457 |
|
||
|
Slovensko |
3 424 078 134 |
|
||
|
Total |
50 312 888 992 |
85 095 451 |
||
|
Stat Membru |
|
||||||||
|
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
2013 |
|||
|
Ceska Republika |
1 032 973 476 |
1 061 839 898 |
1 089 394 960 |
1 117 666 453 |
1 144 441 732 |
1 169 574 794 |
1 194 093 238 |
||
|
Eesti |
118 267 391 |
126 243 551 |
134 770 066 |
143 884 910 |
153 769 893 |
164 346 824 |
175 340 789 |
||
|
Ellada |
468 628 525 |
468 628 525 |
468 628 525 |
468 628 525 |
468 628 525 |
468 628 525 |
468 628 525 |
||
|
Kypros |
52 598 692 |
42 866 160 |
33 133 627 |
23 401 096 |
13 668 564 |
13 668 564 |
13 668 564 |
||
|
Il-Latvija |
159 639 206 |
170 660 138 |
182 297 312 |
194 037 557 |
205 794 168 |
217 675 551 |
229 618 153 |
||
|
Lietuva |
180 857 472 |
230 966 558 |
277 869 373 |
303 013 907 |
320 491 883 |
348 611 677 |
367 060 291 |
||
|
Magyarorszag |
328 094 604 |
687 358 082 |
1 080 433 910 |
1 308 130 864 |
1 343 212 938 |
1 388 664 318 |
1 434 278 789 |
||
|
Malta |
24 809 997 |
32 469 219 |
37 971 049 |
45 716 955 |
45 716 955 |
37 971 049 |
26 993 186 |
||
|
Polska |
1 883 652 471 |
2 208 285 009 |
2 532 817 229 |
2 755 750 999 |
3 075 155 487 |
3 377 773 568 |
3 679 416 048 |
||
|
Il-Portugall |
387 861 709 |
387 861 709 |
387 861 709 |
387 861 709 |
387 861 709 |
387 861 709 |
387 861 709 |
||
|
Is-Slovenia |
86 225 407 |
115 705 905 |
145 555 750 |
175 774 942 |
206 363 481 |
237 321 369 |
268 648 603 |
||
|
Slovensko |
197 125 902 |
317 519 267 |
452 740 053 |
630 951 164 |
664 262 430 |
668 505 352 |
492 973 966 |
||
|
Total |
4 920 734 852 |
5 850 404 021 |
6 823 473 563 |
7 554 819 081 |
8 029 367 765 |
8 480 603 300 |
8 738 581 861 |
||
ANNESS IV
Allokazzjoni indikattiva mill-Istat Membru ta' l-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni fuq bażi speċifika u tranżitorja taħt l-obbjettiv ta' Konverġenza għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sa 31 ta' Diċembru 2013
|
Stat Membru |
|
||
|
España |
3 241 875 000 |
||
|
Total |
3 241 875 000 |
|
Stat Membru |
|
||||||||
|
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
2013 |
|||
|
España |
1 197 000 000 |
847 875 000 |
498 750 000 |
249 375 000 |
199 500 000 |
149 625 000 |
99 750 000 |
||
|
Total |
1 197 000 000 |
847 875 000 |
498 750 000 |
249 375 000 |
199 500 000 |
149 625 000 |
99 750 000 |
||