|
5.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta' l-1 ta' Settembru 2006
li temenda d-Deċiżjoni 2005/393/KE dwar iż-żoni ristretti fir-rigward tal-bluetongue
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 3947)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2006/591/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 li tirrigwarda kontrolli veterinarji u zootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb li jiġi komplut is-suq intern (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE ta' l-20 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-qerda tal-bluetongue (2), u b'mod partikolari s-subparagrafu ta' l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 8(2) (d) u (3), l-Artikolu 9(1) (c), u t-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 19 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2000/75/KE tistabbilixxi regoli u miżuri ta' kontroll biex tiġi kkumbattuta l-bluetongue fil-Komunità, inkluż it-twaqqif ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza u ta' projbizzjoni li ma jippermettux li annimali jħallu dawn iż-żoni. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/393/KE tat-23 ta' Mejju 2005 dwar żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza relatati mal-bluetongue u kundizzjonijiet li japplikaw għall-movimenti minn dawn iż-żoni (3) jew minn ġo fihom tipprevedi d-demarkazzjoni taż-żoni ġeografiċi globali fejn iż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza (“iż-żoni ristretti”) għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri għal dak li għandu x'jaqsam mal-bluetongue. |
|
(3) |
Fis-17, id-19 u l-21 ta' Awissu 2006 rispettivament, l-Olanda, il-Belġju u l-Ġermanja għarrfu lill-Kummissjoni b'għadd ta' każijiet kliniċi suspetti ta' bluetongue fl-istabbiliment tan-nagħaġ u l-ifrat f'żoni fl-Olanda, il-Belġju u l-Ġermanja, viċin il-Lussemburgu u Franza, li jinsabu f'raġġ ta' 50 km minn Kerkrade, l-Olanda, fejn ġie rrappurtat l-ewwel każ suspett. |
|
(4) |
Sabiex tiġi evitata l-firxa tal-marda miż-żona afftewata, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2006/577/KE (4) tat-22 ta' Awissu 2006 dwar ċerti miżuri protettivi kontra l-blutongue, li tistipula r-regoli dwar movimenti ta' annimali ta' l-ispeċi suxxettibbli għal blutongue u s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom miż-żoni affetwati. |
|
(5) |
Imbagħad, il-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità għall-bluetongue f'Pirbright (ir-Renju Unit) ikkonferma l-okkorrenza tal-bluetongue u li l-vajrus fil-kwistjoni huwa tas-serotip 8. Dan is-serotip għadu qatt ma ġie rrappurtat qabel fl-Ewropa. |
|
(6) |
Fid-dawl ta' din is-sejba, id-Deċiżjoni 2005/393/KE għandha tiġi emendata sabiex tiddaħħal żona ristretta ġdida inkluża ż-żona affettwata u d-Deċiżjoni 2006/577/KE għandha tiġi rrevokata. |
|
(7) |
Meta tittieħed f'kunsiderazzjoni l-prassi tal-biedja, jistgħu jiġu permessi l-movimenti speċifiċi ta' l-annimali suxxettibbli, mingħajr ma jitħarbat il-kontroll tal-marda, taħt is-superviżjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati. |
|
(8) |
Sabiex tipprevjeni l-firxa ulterjuri tal-marda, din id-Deċiżjoni għandha tapplika bħala materja ta' urġenza. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u Saħħet l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2005/393/KE hija emendata kif ġej:
|
1. |
L-Artikolu 2 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 2 Id-demarkazzjoni ta' żoni ristretti Iż-żoni ristretti għandhom jiġu ddemarkati fi ħdan iż-żoni ġeografiċi globali elenkati għaż-żoni A, B, C, D E u F fl-Anness I. L-eżenzjonijiet mill-projbizzjoni fuq il-ħruġ għal dawn iż-żoni ristretti għandhom jiġu implimentati biss skond l-Artikoli 3, 4, 5 u 6. Fil-każ taż-żona ristretta E, movimenti ta' annimali ħajjin ta' speċi li jixtarru bejn Spanja u l-Portugall għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati abbażi ta' ftehim bilaterali. Fil-każ taż-żona ristretta F, għandhom jiġu permessi movimenti ta' annimali ħajjin ta' speċi suxxettibbli għal bluetongue u s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom fi ħdan iż-żona. Artikolu 2a Deroga mill-projbizzjoni tal-moviment taż-żona ta' 20 km Permezz ta' deroga mill-Artikolu 6 (1) (c) tad-Direttiva 2000/75/KE, l-annimali li ġejjin għandhom ikunu eżentati mill-projbizzjoni fuq il-moviment fiż-żona ta' 20 km:
|
|
2. |
L-Anness I huwa emendat skond l-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 2006/577/KE hija revokata.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar l-1 ta' Settembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).
(2) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74.
(3) ĠU L 130, 24.5.2005, p. 22. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2006/572/KE (ĠU L 227, 19.8.2006, p. 60).
ANNESS
Fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2005/393/KE, għandha tiġi miżjuda ż-żona F li ġejja:
“Żona F
(Serotip 8)
Il-Belġju:
It-territorju kollu
Franza:
|
|
Aisne: l-arrondissements ta' Laon, Saint-Quentin, Soissons, Vervins |
|
|
Ardennes: l-arrondissements ta' Charleville-Mezieres, Rethel, Sedan, Vouziers |
|
|
Marne: l-arrondissements ta' Chalons sur Marne, Reims, Sainte-Menehould |
|
|
Meurthe et Moselle: l-arrondissement ta' Briey |
|
|
Meuse: l-arrondissements ta' Bar-le-Duc, Commercy, Verdun |
|
|
Moselle: l-arrondissements ta' Boulay-Moselle, Metz-Campagne, Thionville-Est, Thionville-Ouest, Metz-Ville |
|
|
Nord: l-arrondissements ta' Avesnes-sur-Helpe, Cambrai, Valenciennes |
Il-Ġermanja:
Nordrhein-Westfalen
|
— |
Stadt Aachen |
|
— |
Kreis Aachen |
|
— |
Stadt Bochum |
|
— |
Stadt Bonn |
|
— |
Kreis Borken |
|
— |
Stadt Bottrop |
|
— |
Kreis Coesfeld |
|
— |
Stadt Dortmund |
|
— |
Kreis Düren |
|
— |
Stadt Düsseldorf |
|
— |
Stadt Duisburg |
|
— |
Ennepe-Ruhr-Kreis |
|
— |
Erftkreis |
|
— |
Kreis Euskirchen |
|
— |
Stadt Essen |
|
— |
Stadt Gelsenkirchen |
|
— |
Stadt Hagen |
|
— |
Stadt Hamm |
|
— |
Kreis Heinsberg |
|
— |
Stadt Herne |
|
— |
Hochsauerlandkreis |
|
— |
Kreis Kleve |
|
— |
Stadt Köln |
|
— |
Stadt Krefeld |
|
— |
Stadt Leverkusen |
|
— |
Märkischer Kreis |
|
— |
Kreis Mettmann |
|
— |
Stadt Mönchengladbach |
|
— |
Stadt Mülheim a.d.Ruhr |
|
— |
Kreis Neuss |
|
— |
Oberbergischer Kreis |
|
— |
Stadt Oberhausen |
|
— |
Kreis Olpe |
|
— |
Kreis Recklinghausen |
|
— |
Stadt Remscheid |
|
— |
Rheinisch-Bergischer Kreis |
|
— |
Rhein-Sieg-Kreis |
|
— |
Kreis Siegen-Wittgenstein |
|
— |
Kreis Soest |
|
— |
Stadt Solingen |
|
— |
Kreis Unna |
|
— |
Kreis Viersen |
|
— |
Kreis Wesel |
|
— |
Stadt Wuppertal |
Rheinland-Pfalz
|
— |
Kreis Ahrweiler |
|
— |
Kreis Altenkirchen |
|
— |
Kreis Bernkastel-Wittlich |
|
— |
Im Kreis Birkenfeld das Gebiet nördlich der B 41 |
|
— |
Kreis Bitburg-Prüm |
|
— |
Kreis Cochem-Zell |
|
— |
Kreis Daun |
|
— |
Stadt Koblenz |
|
— |
Fid-distrett ta' Mainz Bingen il-muniċipalitajiet ta' Breitscheid, Bacharach, Oberdiebach; Manubach |
|
— |
Kreis Mayen-Koblenz |
|
— |
Kreis Neuwied |
|
— |
Rhein-Hunsrück-Kreis |
|
— |
Rhein-Lahn-Kreis |
|
— |
Stadt Trier |
|
— |
Kreis Trier-Saarburg |
|
— |
Westerwaldkreis |
Saarland
|
— |
Fid-distrett ta' Merzig-Wadern il-muniċipalitajiet ta' Mettlach u Perl |
Hessen
|
— |
Fid-distrett ta' Lahn-Dill il-muniċipalitajiet ta' Breitscheid, Diedorf, Haiger |
|
— |
Fid-distrett ta' Limburg-Weilburg il-muniċipalitajiet ta' Dornburg, Elbtal, Elz, Hadamar, Limburg a.d. Lahn, Mengerskirchen, Waldbrunn (Westerwald) |
|
— |
Fid-distrett ta' Rheingau-Taunus il-muniċipalità ta' Heidenrod |
Il-Lussemburgu:
It-territorju kollu
L-Olanda:
|
1. |
Mill-fruntiera Belġjana ssegwi t-Tractaatweg (N253) fid-direzzjoni tat-Tramuntana mbagħad tibdel fi Guido Gezellestraat issegwi fid-direzzjoni tal-Punent imbagħad tibdel f'Willem de Zwijgerlaan issegwi fid-direzzjoni tat-Tramuntana sa l-ilma. |
|
2. |
Issegwi l-ilma fid-direzzjoni tal-Grigal imbagħad tibdel f'Veerweg N60 issegwi fid-direzzjoni tat-Tramuntana sa A58 (E312). |
|
3. |
A58 issegwi fid-direzzjoni tal-Punent sa Deltaweg (A256). |
|
4. |
Deltaweg (A256) issegwi fid-direzzjoni tat-Tramuntana sa l-ilma. |
|
5. |
Issegwi l-ilma fid-direzzjoni tal-Grigal sa Philipsdam (N257). |
|
6. |
Philipsdam (N257) issegwi sa l-ilma fid-direzzjoni tal-Lvant sa Hellegatsplein (A29/A59). |
|
7. |
Hellegatsplein (A29/A59) issegwi fid-direzzjoni tat-Tramuntana tibidel f'Rijksweg (A29) issegwi fid-direzzjoni tat-Tramuntana sa Ring Rotterdam (A15). |
|
8. |
Ring Rotterdam (A15) issegwi sad-direzzjoni tal-Punent sa A16/E19. |
|
9. |
A16/E19 issegwi sad-direzzjoni tat-Tramuntana imbagħad tibdel f'A20/E25 issegwi fid-direzzjoni tal-Lvant imbagħad tibdel f'A12/E30 issegwi fid-Direzzjoni tal-Grigal sa A27/E231. |
|
10. |
A27/E231 issegwi fid-direzzjoni tat-Tramuntana sa A28/E30. |
|
11. |
A28/E30 issegwi fid-direzzjoni tal-Grieg il-Lvant sa A1/E30. |
|
12. |
A1/E30 issegwi sad-direzzjoni tal-Lvant sal-fruntiera Ġermaniża. |
|
13. |
Il-fruntiera Ġermaniża ssegwi fid-direzzjoni tan-Nofsinhar imbagħad tibdel fil-fruntiera Belġjana ssegwi fid-direzzjoni tal-Majjistral it-Tramuntana sat-Tractaatweg.” |